23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/575


P8_TA(2019)0108

GATS: l-aġġustamenti ta' kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni taċ-Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja mal-Unjoni Ewropea ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet rilevanti skont l-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi mal-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippini, l-Iżvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni taċ-Ċekja, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja mal-Unjoni Ewropea (14020/2018 – C8-0509/2018 – 2018/0384(NLE))

(Approvazzjoni)

(2020/C 449/61)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14020/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehimiet rilevanti skont l-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi mal-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippini, l-Iżvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni taċ-Ċekja, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja mal-Unjoni Ewropea (14020/2018 ADD 1-17),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 207(4), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0509/2018),

wara li kkunsidra l-Artikoli 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0067/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehimiet;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.