23.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 449/198 |
P8_TA(2019)0068
Programm tal-UE kontra l-Frodi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi (COM(2018)0386 – C8-0236/2018 – 2018/0211(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2020/C 449/32)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0386), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 325 u l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0236/2018), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-15 ta' Novembru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0064/2019), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat f'din il-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi ffissat sakemm jintlaħaq ftehim dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2018)0211
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33 u 325 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 325 Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-Unjoni u l-Istati Membri jikkumbattu l-frodi u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-attivitajiet f'dawn l-oqsma. |
(2) |
Appoġġ li ngħata fil-passat għal tali attivitajiet permezz tad-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (il-programm Hercule), emedata u estiża bid-Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (il-programm Hercule II), imħassra u sostitwita bir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (il-programm Hercule III), għamilha possibbli li l-attivitajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri jissaħħu f’dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li għandha impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
(3) |
L-appoġġ għar-rappurtar, mill-Istati Membri u mill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, tal-irregolaritajiet u l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (Irregularity Management System, IMS) hija rekwiżit tal-leġiżlazzjoni settorjali għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (6), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (7), il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (8), il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (9) kif ukoll l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (10) rigward il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u ’l quddiem. L-IMS hija għodda elettronika sigura ta’ komunikazzjoni li tiffaċilita l-obbligu tal-Istati Membri, kif ukoll tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali li jirrappurtaw l-irregolaritajiet li jiskopru u li tappoġġa l-ġestjoni u l-analiżi tal-irregolaritajiet. |
(3a) |
Jeħtieġ li d-diversità fis-sistemi ġuridiċi u amministrattivi fl-Istati Membri tiġi kkumpensata bil-għan li jingħelbu l-irregolaritajiet u jiġu miġġielda l-frodi; Il-varjazzjoni fl-għadd ta' irregolaritajiet tista' tkun marbuta mal-progressjoni taċ-ċikli ta' programmazzjoni pluriennali u ma' rappurtar tard. Dan kollu jirrikjedi l-istabbiliment, mill-Istati Membri, ta' sistema uniformi għall-ġbir ta' data dwar irregolaritajiet u każijiet ta' frodi, bil-għan li jiġi standardizzat il-proċess ta' rapportar u jiġu garantiti l-kwalità u l-komparabbiltà tad-data pprovduta;[Em. 1] |
(3b) |
L-importanza tal-attivitajiet ta' prevenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) hija inkontestabbli, l-istess bħat-tisħiħ tal-implimentazzjoni tas-Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni (EDES), u tas-Sistema ta' Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (AFIS) u bħall-ikkompletar tal-istrateġiji nazzjonali kontra l-frodi; Fil-kuntest ta' dawk l-attivitajiet, jeħtieġ li jitfassal qafas għad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi kollha fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni (inklużi s-sejħiet għall-proposti, l-applikazzjoni, l-evalwazzjoni, l-implimentazzjoni u l-pagamenti) li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri kollha; [Em. 2] |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (11) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI (12) jipprevedu li l-Unjoni għandha tagħti appoġġ lill-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikolu. |
(5) |
Dan l-appoġġ jingħata lil għadd ta’ attivitajiet operazzjonali. Dan jinkludi s-Sistema ta’ Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (Anti-Fraud Information System, AFIS), pjattaforma tat-teknoloġija tal-informazzjoni li tikkonsisti f’sett ta’ applikazzjonijiet imħaddma f’sistema komuni ta’ informazzjoni ġestita mill-Kummissjoni. L-IMS hija mħaddma anki fil-pjattaforma tal-AFIS. Sistema bħal din teħtieġ finanzjament stabbli u prevedibbli matul is-snin biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħha. |
(6) |
L-appoġġ tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ta’ rappurtar ta’ irregolaritajiet, u ta’ assistenza u kooperazzjoni amministrattiva reċiproka f’materji doganali u agrikoli jeħtieġ jenħtieġ li jiġu integrati fi programm wieħed, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi (il-“Programm”), bil-għan li jiżdiedu s-sinerġiji u l-flessibbiltà baġitarja, u biex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni mingħajr preġudizzju għal kontroll effettiv tal-koleġiżlaturi għall-implimentazzjoni tal-programm . [Em. 3] |
(7) |
Il-Programm għalhekk jikkombina komponent fuq il-linji tal-programm Hercule, komponent ieħor li jiżgura l-finanzjament ta’ IMS, u t-tielet komponenti li jiffinanzja attivitajiet fil-kompitu tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97, inkluża l-pjattaforma AFIS. |
(7a) |
Jenħtieġ li l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tolqot l-aspetti kollha tal-baġit tal-Unjoni, kemm mil-lat tad-dħul kif ukoll mil-lat tan-nefqa. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa tal-fatt li l-Programm huwa l-unika wieħed li jipproteġi speċifikament il-lat tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni. [Em. 4] |
(8) |
Il-pjattaforma tal-AFIS tinkludi ħafna sistemi ta’ informazzjoni, inkluża s-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (SID) Is-SID hija sistema ta' informazzjoni awtomatizzata li għandha l-għan li tassisti lill-Istati Membri fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' operazzjonijiet li jkunu qed jiksru l-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola, billi żżid, permezz ta' disseminazzjoni rapida ta' informazzjoni, l-effettività tal-kooperazzjoni u tal-proċeduri ta' kontroll tal-amministrazzjonijiet doganali tagħhom. Is-SID tkopri każijiet kemm amministrattivi kif ukoll tal-pulizija f’infrastruttura unika. Għal skopijiet ta’ koperazzjoni amministrattiva, is-SID hija stabbilita permezz tar-Regolament 515/97, adottat fuq il-bażi tal-Artikoli 33 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għal finijiet ta’ kooperazzjoni tal-pulizija, is-SID hija stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI, adottata fuq il-bażi tal-Artikoli 30(1) (a) u 34(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Id-dimensjoni ta’ kooperazzjoni tal-pulizija li l-SID tista’ teknikament ma tkunx ddiżassoċjata minn dik amministrattiva billi ż-żewġ aspetti huma mħaddma taħt sistema waħda ta’ teknoloġija tal-informazzjoni. Meta wieħed iqis li l-SID nnifisha hija biss waħda minn diversi sistemi tal-informazzjoni operati fl-AFIS u li l-għadd ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni tal-pulizija huwa inqas mill-għadd tal-każi ta’ kooperazzjoni amministrattiva fis-SID, id-dimensjoni tal-kooperazzjoni tal-pulizija ta’ AFIS hija meqjusa bħala aċċessorju għal dak amministrattiv tagħha. |
(9) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għal durata sħiħa tal-Programm, li se jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fis-sens ta’ [reference to be updated as appropriate according to the new inter-institutional agreement: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (13)], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. |
(10) |
Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' sovvenzjonijiet, akkwist, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Għaldaqstant il-kuntratti ffinanzjati, kemm kompletament jew parzjalment, mill-baġit tal-Unjoni taħt il-Programm huma soġġetti, fost l-oħrajn, għall-prinċipji ta' trasparenza, proporzjonalità, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni, filwaqt li s-sovvenzjonijiet huma, barra minn hekk, soġġetti għall-prinċipji ta' kofinanzjament, ta' għotja mhux kumulattiva u ta' ebda finanzjament doppju, ta' nonretroattività u ta' projbizzjoni tal-profitt. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' defiċjenzi ġeneralizzati f'dak li jirrigwarda l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett tal-Istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament mill-UE effettiv. [Em. 5] |
(11) |
It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jeħtieġ li jintgħażlu skont kemm jistgħu jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u jagħtu riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mistenni. Dan jenħtieġ li jkun jinkludi li jitqies l-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. |
(11a) |
Ir-rati massimi ta' kofinanzjament għas-sovvenzjonijiet taħt il-Programm jenħtieġ li ma jaqbżux it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli. F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, iddefiniti fil-programmi ta' ħidma, bħall-każijiet li jikkonċernaw Stati Membri esposti għal riskju għoli fir-rigward tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ir-rata ta' konfinanzjament massima jenħtieġ li tkun stabbilita fil-livell ta' 90 % tal-ispejjeż eliġibbli. [Em. 6] |
(12) |
Sabiex tkun żgurata l-kontinwità, skont il-Programm, fil-finanzjament ta’ l-attivitajiet kollha fil-kompitu tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97, inkluż tal-pjattaforma AFIS, l-Anness I jipprovdi lista indikattiva ta’ attivitajiet li jridu jiġu ffinanzjati. |
(12a) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta l-programmi ta' ħidma b'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma jinkludu deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull tip ta' azzjoni, skeda indikattiva ta' implimentazzjoni kif ukoll rata massima ta' kofinanzjament għas-sovvenzjonijiet. Jenħtieġ li fit-tħejjija tal-programm ta' ħidma, il-Kummissjoni tikkunsidra l-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew kif espressi fi ħdan il-qafas tal-evalwazzjoni annwali tiegħu dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-programm ta' ħidma jenħtieġ li jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Kummissjoni u trażmess lill-Parlament Ewropew. [Em. 7] |
(12b) |
Jenħtieġ li l-azzjonijiet jkunu eliġibbli abbażi tal-kapaċità tagħhom biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi tal-Programm kif stipulati fl-Artikolu 2. Dawn jistgħu jinkludu d-dispożizzjoni ta' assistenza teknika speċjali għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bħall-pereżempju l-forniment ta' għarfien speċifiku, tagħmir speċjalizzat u teknikament avvanzat, u l-għodod effettivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT); jiġi żgurat l-appoġġ meħtieġ u jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet, b'mod partikolari fil-ħolqien ta' gruppi konġunti ta' investigazzjoni u fl-operazzjonijiet transkonfinali; jew jiġu msaħħa l-iskambji tal-persunal għal proġetti speċifiċi. Barra minn hekk, l-azzjonijiet eliġibbli jistgħu jinkludu wkoll l-organizzazzjoni ta' taħriġ speċjalizzat immirat, gruppi ta' ħidma dwar l-analiżi tar-riskju, kif ukoll, konferenzi u studji fejn xieraq. [Em. 8] |
(13) |
Ix-xiri ta' tagħmir permezz ta' strument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju rigward tagħmir ta' kontroll doganali (14) jista' jkollu impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. Hemm responsabbiltà konġunta dwar l-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tagħmir ta' kontroll doganali u l-Programm biex tiġi evitata kull duplikazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Programm essenzjalment jiffoka fuq li jingħata sostenn lill-akkwist ta' tipi ta' tagħmir li ma jaqgħux jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tagħmir ta' kontroll fid-dwana, jew għal tagħmir li għalihom għalih il-benefiċjarji huma l-awtoritajiet jkunu awtoritajiet li mhumiex l-awtoritajiet immiraw mill-Unjoni l-istrument fil-mira tal-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju għal tagħmir ta' kontroll fid-dwana. Fil-kuntest tat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma annwali Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun hemm rabta ċara bejn l-impatt ta' tagħmir iffinanzjat u l-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi li l-evitar tad-duplikazzjonijiet, kif ukoll l-istabbiliment ta' sinerġiji bejn il-Programm u programmi rilevanti oħrajn f'oqsma bħall-ġustizzja, id-dwana u l-affarijiet interni, jiġu partikolarment evitat li jkun hemm trikkib żgurati, b'mod partikolari, fil-kuntest tat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma . [Em. 9] |
(13a) |
Il-Programm jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi u ta' nfurzar tal-liġi tal-Istati Membri, u bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, kif ukoll korpi u aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni, bħall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), bil-għan li tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Se jappoġġja wkoll, f'dan ir-rigward, il-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), darba li dan l-uffiċċju jassumi l-kompiti tiegħu. [Em. 10] |
(14) |
Jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (European Free Trade Association - EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Jenħtieġ li jkun miftuħ ukoll għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali, kif ukoll il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili. Jenħtieġ li l-Programm ikun ukoll miftuħ għal pajjiżi terzi oħra sakemm dawn ikollhom ftehim ta' assoċjazzjoni jew jidħlu fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tal-Unjoni. [Em. 11] |
(15) |
Filwaqt li jitqiesu l-evalwazzjonijiet tal-programmi Hercule preċedenti u sabiex jissaħħaħ il-Programm, jeħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li ma jkunx assoċjat ma’ dan il-Programm tkun eċċezzjonalment possibbli mingħajr il-ħtieġa li dawk l-entitajiet iħallsu l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom. |
(15a) |
B'mod partikolari, jenħtieġ li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-entitajiet stabbiliti f'pajjiżi li għandhom fis-seħħ ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni, bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-kooperazzjoni b'rabta mad-dwana u mal-iskambju tal-aħjar prattiki, partikolarment fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u fir-rigward tat-trattament tal-isfidi relatati ma' żviluppi teknoloġiċi ġodda. [Em. 12] |
(16) |
Jenħtieġ li l-Programm jiġi implimentat filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri elenkati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2013 bit-titlu “L-intensifikar tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u forom oħra ta’ kummerċ illegali fil-prodotti tat-tabakk – Strateġija komprensiva tal-UE” (15), kif ukoll ir-rapport ta’ progress tat-12 ta’ Mejju 2017 dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-komunikazzjoni (16). |
(17) |
L-Unjoni rratifikat il-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (il-Protokoll) fl-2016. Jenħtieġ li l-Protokoll iservi biex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni sa fejn jirrigwarda l-ġlieda transfruntiera kontra l-kummerċ illeċitu tat-tabakk, li jikkawża telf fid-dħul. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk fil-funzjonijiet tiegħu relatati ma’ dan il-Protokoll. Jenħtieġ ukoll jappoġġa attivitajiet oħra organizzati mis-Segretarjat b’konnessjoni mal-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu tat-tabakk. |
(18) |
B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), ir-Regolament tal-Kunsill ( KE, Euratom, KE) Nru 2988/95 (18) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (19) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (20), jeħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. B’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21). B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera kompletament fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. |
(19) |
Pajjiżi terzi li huma membri taż-ŻEE jistgħu jieħdu sehem fi programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni ta’ programmi minn deċiżjoni skont dak il-ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll fuq il-bażi ta’ strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f’dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess biex l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, l-OLAF kif ukoll il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. |
(20) |
|
(21) |
Skont [reference to be updated as appropriate according to a new decision on OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (22)], persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. |
(22) |
Skont il-paragrafu il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (23), hemm bżonn jeħtieġ li dan il-programm jiġi evalwat abbażi fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi tar-rapportar, partikolarment dwar ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni, monitoraġġ, u evalwazzjoni, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda jiġu evitati ir-regolamentazzjoni u l-piżijiet amministrattivi żejda , b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi miżurabbli, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni titwettaq minn evalwatur indipendenti. [Em. 13] |
(23) |
Is-setgħa Sabiex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa dispożizzjonijiet għal qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Programm tadotta l-programmi ta' ħidma. Barra minn hekk, sabiex dan ir-Regolament jiġi emendat, jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-indikaturi stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament .Hu partikolarment importanti li matul ix-xogħol preparatorju tagħha, il-Kummissjoni tagħmel twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikulari partikolari , biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 14] |
(24) |
L-Artikolu 42a(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 515/97 jipprevedi l-bażi ġuridika għall-finanzjament tal-AFIS. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jissostitwixxi din il-bażi ġuridika u jipprevedi oħra ġdida. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Artikolu 42a(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 515/97 jitħassar. |
(25) |
Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 li jistabbilixxi l-programm Hercule III kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal 31 ta’ Diċembru 2020. Dan ir-regolament jipprevedi segwitu għall-programm Hercule III, li jibda mill-1 ta’ Jannar 2021. Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 jenħtieġ li jitħassar. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm tal-UE Kontra l-Frodi (il-“Programm”).
Huwa jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli biex jingħata’ dan it-tip ta’ finanzjament.
Artikolu 2
Għanijiet tal-programm
1. Il-Programm għandu l-għanijiet ġenerali li ġejjin:
(a) |
il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
(b) |
is-sostenn għall-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun iggarantita l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli. |
2. Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:
(a) |
il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
(b) |
l-appoġġ għar-rapportar tal-irregolaritajiet, inkluża l-frodi, fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża u tal-fondi ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tal-baġit tal-Unjoni; |
(c) |
il-forniment ta’ għodod għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-appoġġ ta’ attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali u agrikoli. |
Artikolu 3
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta’ EUR 181 207 321 314 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 362 414 000 miljun fi prezzijiet kurrenti. [Em. 15]
2. It-tqassim indikattiv tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun:
(a) |
EUR 114 207 miljun 202 512 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 228 414 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a); [Em. 16] |
(b) |
EUR 7 miljun 12 412 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 473 000 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(b); [Em. 17] |
(c) |
EUR 60 106 390 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 120 miljun fi prezzijiet kurrenti) għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(c); [Em. 18] |
2a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tirriloka fondi bejn l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2(2). Jekk rilokazzjoni tinvolvi t-tibdil ta' 10 % jew aktar ta' wieħed mill-ammonti stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ir-rilokazzjoni għandha ssir b'att delegat adottat b'konformità mal-Artikolu 14. [Em. 19]
3. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal miżuri preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva. Barra minn hekk, l-allokazzjoni indikattiva fil-punt (a) tal-paragrafu 2 tikkunsidra b'mod xieraq il-fatt li l-Programm huwa l-unika wieħed tat-tip tiegħu li jindirizza l-aspett ta' nefqa tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. [Em. 20]
Artikolu 4
Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm
Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:
(a) |
Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE; |
(b) |
pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi; |
(c) |
pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi; |
(d) |
pajjiżi terzi oħra, b’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz għal kull programm tal-Unjoni, sakemm il-ftehim;
|
Artikolu 5
Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-Unjoni
1. Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma’ korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament f’kull waħda mill-forom stipulati fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari sovvenzjonijiet skont it-Titolu VIII u akkwist skont it-Titolu VII , kif ukoll ir-rimborż ta’ spejjeż ta’ vvjaġġar u ta’ sussistenza kif previst mill-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 22]
3. Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament għal azzjonijiet imwettqa f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 515/97, b’mod partikolari biex ikopri t-tipi ta’ spejjeż li hemm referenza għalihom fil-lista indikattiva fl-Anness I.
4. Jekk l-azzjoni appoġġata tinvolvi l-akkwist ta’ tagħmir, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni li jiżgura l-effiċjenza u l-interoperabbiltà bejn it-tagħmir kollu mixtri bl-appoġġ ta’ Programmi tal-Unjoni.
Artikolu 6
Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Jekk pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm permezz ta’ deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew permezz ta’ xi strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ biex l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, previsti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi.
KAPITOLU II
SOVVENZJONIJIET [Em. 23]
Artikolu 7
Sovvenzjonijiet li huma fil-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju. Ir-rata ta' kofinanzjament għas-sovvenzjonijiet mogħtija skont il-Programm m'għandhiex taqbeż it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli. F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, definiti fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 10, ir-rata ta' kofinanzjament m'għandhiex taqbeż id-90 % tal-ispejjeż eliġibbli. [Em. 24]
Artikolu 8
Azzjonijiet eliġibbli
Huma biss l-azzjonijiet L-azzjonijiet li ġejjin li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2 li għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:
(a) |
il-forniment ta' għarfien tekniku, tagħmir speċjalizzat u teknikament avvanzat u għodod effettivi tal-IT li jtejbu l-kooperazzjoni transnazzjonali u multidixxiplinarja u l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni; |
(b) |
jiġu mtejba l-iskambji tal-persunal għal proġetti speċifiċi, jiġi żgurat l-appoġġ meħtieġ u jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet, b'mod partikolari fl-istabbiliment ta' timijiet ta' investigazzjoni konġunta u ta' operazzjonijiet transfruntiera; |
(c) |
jiġi fornut appoġġ tekniku u operazzjonali lill-investigazzjonijiet nazzjonali, b'mod partikolari lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u l-attivitajiet illegali oħra; |
(d) |
tinbena l-kapaċità tal-IT fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi kollha, jiżdied l-iskambju tad-data, jiġi żviluppat u jiġu fornuti għodod tal-IT għall-investigazzjoni u għall-monitoraġġ tal-ħidma tal-intelligence; |
(e) |
jiġu organizzati taħriġ speċjalizzat, sessjonijiet ta' ħidma rigward l-analiżi tar-riskju, konferenzi u studji li għandhom l-għan li jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost is-servizzi kkonċernati mill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
(f) |
jiġi ffinanzjat sett ta' applikazzjonijiet tal-IT relatati mad-dwana u operati taħt sistema ta' informazzjoni komuni ġestita mill-Kummissjoni, mibnija biex twettaq kompiti fdati lill-Kummissjoni mir-Regolament (KE) Nru 515/97; |
(g) |
jiġu ffinanzjati għodda sikurigħall-komunikazzjonijiet elettroniċi li tiffaċilita l-obbligu tal-Istati Membri li jirrapportaw irregolaritajiet identifikati, inklużi frodi, u li tappoġġja l-ġestjoni u l-analiżijiet tagħhom; |
(h) |
kwalunkwe azzjoni oħra, ipprovduta mill-programmi ta' ħidma skont l-Artikolu 10, li hija meħtieġa għall-ilħuq tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi previsti fl-Artikolu 2. [Em. 25] |
Meta l-azzjoni appoġġjata tinvolvi l-akkwist ta' tagħmir, il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-tagħmir iffinanzjat jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni. [Em. 26]
Artikolu 9
Entitajiet eliġibbli
1. Il-kriterji tal-eliġġibiltà stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju.
2. Huma eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:
(a) |
l-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħaq wieħed mill-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 2 u li huma stabbiliti f’xi wieħed mill-pajjiżi li ġejjin: |
(a) |
Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu; |
(b) |
pajjiż terz assoċjat mal-Programm; |
(c) |
pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3; |
(b) |
l-istituti ta’ riċerka u dawk edukattivi u l-entitajiet bla skop ta’ qligħ li jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2, sakemm ikunu ġew stabbiliti u jkunu ilhom joperaw għal mill-inqas sena, fi Stat Membru jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm, jew pajjiż terz elenkat fi programm ta’ ħidma bil-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3; |
(c) |
kull entità ġuridika maħluqa skont id-dritt tal-Unjoni jew kull organizzazzjoni internazzjonali kif definiti fl-Artikolu 156 tar-Regolament Finanzjarju . [Em. 27] |
3. L-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 stabbiliti f’pajjiż terz li mhux assoċjat mal-Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari.
4. L-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 stabbiliti f’pajjiż terz li mhux assoċjat mal-programm, fil-prinċipju għandu jħallas l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom.
KAPITOLU III
PROGRAMMAR, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI
Artikolu 10
Programm ta’ Ħidma
Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta' ħidma permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 14. [Em. 28]
Il-Kummissjoni għandha tesplora s-sinerġiji bejn il-Programm u programmi rilevanti oħrajn f'oqsma bħall-ġustizzja, id-dwana u l-affarijiet interni, u għandha tiżgura l-evitar ta' duplikazzjonijiet fil-kuntest tat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma. [Em. 29]
Il-programmi ta' ħidma għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni u jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, li għandu jivvaluta l-kontenut u r-riżultati tagħhom fil-qafas tal-evalwazzjoni annwali tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. [Em. 30]
Artikolu 11
Monitoraġġ u rapportar
1. L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm biex jinkisbu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 huma stabbiliti fl-Anness II.
2. Biex tkun garantita valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha l-awtorizzazzjoni li tadotta atti delegati, li b’konformità mal-Artikolu 14 temenda l-Anness II, li tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn tqis meħtieġ u li tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. [Em. 31]
2a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni tal-programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 32]
3. Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm ta’ monitoraġġ tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonati u, fejn rilevanti, fuq l-Istati Membri.
Artikolu 12
Evalwazzjoni
1. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom minn evalwatur indipendenti sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. [Em. 33]
2. L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha ssir ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara li tibda l-implimentazzjoni tal-programm.
3. Fl-aħħar tal-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ tliet snin wara li jkun intemm il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-Programm. [Em. 34]
4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha dwarhom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri , u tippubblikahom fuq is-sit web tal-Kummissjoni . [Em. 35]
Artikolu 13
Delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha l-awtorizzazzjoni li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 14 sabiex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta’ monitoraġġ u implimentazzjoni biex tadotta l-programmi ta' ħidma kif previst fl-Artikolu 11 10 u biex temenda l-indikaturi stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament . [Em. 44]
Artikolu 14
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tadotta atti delegati msemmijin fl-Artikolu 13 sal-31 ta’ Diċembru 2028.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13 tista’ tiġi revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. hija tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5a. Att delegat adottat skont l-Artikoli 10 u 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 36]
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 15
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1. Il-benefiċjarji ta’ finanzjament mill-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiggarantixxu l-viżibbiltà massima tal-finanzjament tal-Unjoni (partikolarment meta jkunu qed jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata li hija koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi l-media l-midja u l-pubbliku in ġenerali. Ma għandhomx ikunu meħtieġa r-rikonoxximent tal-oriġini, u l-iżgurar tal-viżibbiltà, tal-finanzjament tal-Unjoni fejn ikun hemm riskju li tiġi kompromessa l-prestazzjoni effettiva ta’ attivitajiet operazzjonali kontra l-frodi u doganali. [Em. 37]
2. Il-Kummissjoni għandha regolarment, timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni rigward il-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, safejn dawn ikunu jirrigwardaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2. [Em. 38]
Artikolu 16
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 515/97
Fl-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 515/97, jitħassru l-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 17
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 18
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 u skont l-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 515/97, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.
2. Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati bir-Regolament (UE) Nru 250/2014 u bl-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 515/97.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2019.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni biex jippromwovi Attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Erkole) (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 9).
(4) Id-Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2007 li temenda u testendi d-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Erkole II) (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 18).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6).
(6) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1971 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet li jikkonċernaw il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1975 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 6).
(7) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet, fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1974 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 1).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1973 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet; u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1977 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u ġestjoni tal-kriżijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 15).
(9) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1972 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1976 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn fir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 11).
(10) L-Artikolu 16 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2014 dwar ir-regoli speċifiċi tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 32).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli, kif emendat l-aħħar mir-Regolament 2015/1525 (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijiet doganali (ĠU L 323/20, 10.12.2009, p. 20).
(13) Referenza trid tiġi aġġornata: ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. Il-ftehim jinsab fuq: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv:OJ.C_.2013.373.01.0001.01.ENG&toc=OJ:C:2013:373:TOC.
(14) [ref]
(15) COM(2013)0324.
(16) COM(2017)0235.
(17) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1)
(18) ĠU C 312, 23.12.1995, p. 1.
(19) Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(20) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(21) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali, (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(22) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(23) Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
ANNESS I
Lista indikattiva tat-tipi ta’ kostijiet li l-Programm se jiffinanzja għal azzjonijiet imwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97:
(a) |
il-kostijiet kollha tal-istallazzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura teknika permanenti li tagħmel disponibbli lill-Istati Membri r-riżorsi loġistiċi, tal-awtomatizzazzjoni tal-uffiċċji u r-riżorsi tal-IT biex jiġu kkoordinati operazzjonijiet doganali u attivitajiet operazzjonali oħrajn; |
(b) |
ir-rimborż ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, kif ukoll kumpens ieħor fejn xieraq, tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u, fejn xieraq, rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi, li jkunu qed jieħdu sehem fil-missjonijiet tal-Komunità, f’operazzjonijiet doganali konġunti organizzati mill-Kummissjoni jew flimkien magħha, u korsijiet ta’ taħriġ, laqgħat ad hoc u laqgħat ta’ tħejjija u ta’ evalwazzjoni għal investigazzjonijiet amministrattivi jew azzjonijiet operazzjonali mwettqa mill-Istati Membri, meta dawn ikunu organizzati mill-Kummissjoni jew flimkien magħha; |
(c) |
in-nefqa marbuta mal-akkwist, l-istudju, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-kompjuters (il-hardware), is-software u l-konnessjonijiet dedikati tan-networks, u ma' servizzi relatati ta' produzzjoni, appoġġ u taħriġ għall-finijiet li jitwettqu l-azzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 515/97, b’mod partikolari l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi; |
(d) |
in-nefqa relatata mal-provvediment ta’ informazzjoni u n-nefqa fuq azzjonijiet relatati li jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni, id-data u sorsi tad-data għall-għan li jitwettqu l-azzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 515/97, b’mod partikolari l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi; |
(e) |
in-nefqa relatata mal-użu tas-Sistema’ ta’ Informazzjoni Doganali prevista fl-istrumenti adottati skont l-Artikolu 87 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari fid-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijet doganali, sa fejn dawn l-istrumenti jipprevedu li n-nefqa għandha tiġġarrab mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea; |
(f) |
in-nefqa relatata mal-akkwist, l-istudju, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-komponenti tal-Unjoni tan-netwerk ta’ komunikazzjoni komuni użat għall-finijiet tal-punt (c). |
ANNESS II
INDIKATURI GĦALL-MONITORAĠĠ TAL-PROGRAMM
Il-Programm se jiġi mmonitorjat mill-qrib abbażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piż u l-kostijiet amministrattivi. Għal dan il-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:
Għan Speċifiku 1: Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Indikatur 1: Appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif imkejla bi:
1.1: |
Ir-rata ta’ sodisfazzjoni ta’ attivitajiet organizzati u (ko)finanzjati permezz tal-programm.
|
1.2: |
Il-perċentwal Il-lista ta’ Stati Membri li jirċievu l-appoġġ kull sena tal-programm u s-sehem ta' finanzjament rispettiv tagħhom . [Em. 40] |
Għan Speċifiku 2: Appoġġ għar-rappurtar tal-irregolaritajiet, inkluż il-frodi, fir-rigward tal-fondi tal-ġestjoni kondiviża u l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tal-baġit tal-Unjoni.
Indikatur 2: Ir-rata ta’ sodisfazzjoni tal-utenti għall-użu tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet.
(a) |
L-għadd ta' rapporti ta' irregolaritajiet; [Em. 41] |
Indikatur 2a: Ir-rata ta' sodisfazzjon tal-utenti rigward l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni Kontra l-Frodi. [Em. 42]
Għan Speċifiku 3: L-għoti ta’ għodod għall-iskambju ta’ informazzjoni u appoġġ għal attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali.
Indikatur 3: Ammont ta’ informazzjoni ta’ assistenza reċiproka li saret disponibbli u numru ta’ attivitajiet appoġġati relatati ma’ assistenza reċiproka.
Indikatur 3a: Għadd u tip ta' attivitajiet relatati mal-assistenza reċiproka. [Em. 43]