|
27.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 411/291 |
P8_TA(2019)0009
Emenda tal-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (13166/2018 – C8-0464/2018 – 2018/0811(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2020/C 411/36)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Bank Ewropew tal-Investiment lill-Kunsill biex jemenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (13166/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0464/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0476/2018), |
|
1. |
Japprova l-proposta; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-parlamenti nazzjonali. |