11.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 446/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu fit-12 ta’ Marzu 2018 dwar abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-Każ AT.40136 — Kapaċitaturi

Relatur: L-Italja

(2018/C 446/04)

1.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn il-partijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

2.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prodott u tal-ambitu ġeografiku tal-ftehim u/jew il-prattiki miftiehma miġbura fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

3.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi li ġejjin:

Elna CO., LTD. (Elna),

Hitachi Chemical Electronics Co., Ltd. u Hitachi Chemical Co., Ltd. (Hitachi AIC),

Vishay Polytech Co., Ltd., Holy Stone Holdings Co., Ltd. u Holy Stone Enterprise Co., Ltd (Holy Stone),

Matsuo Electric Co., Ltd. (Matsuo),

Tokin Corporation u NEC Corporation (NEC Tokin),

Nichicon Corporation (Nichicon),

Nippon Chemi-Con Corporation (Nippon Chemi-Con),

Rubycon Corporation and Rubycon Holdings Co., Ltd. (Rubycon),

Sanyo Electric Co. Ltd. u Panasonic Corporation

ipparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE.

4.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehim u/jew tal-prattiki miftiehma kien il-limitazzjoni tal-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE.

5.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehim u/jew il-prattika miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod sinifikanti l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE/il-partijiet kontraenti tal-Ftehim ŻEE.

6.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-duratta tal-ksur mis-26 ta’ Ġunju 1998 sat-23 ta’ April 2012 u għal kull persuna ġuridika rispettiva involuta kif deskritt fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

7.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji.

8.   

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.