9.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/4


Il-lista tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa — Rapport mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) li jissuġġerixxi emendi għall-Annessi tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2017, inkluż it-tneħħija ta’ ġurisdizzjoni waħda

(2018/C 403/03)

B’effett mill-jum tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-Annessi I u II tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2017 dwar il-lista tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa (1), kif emendati f’Jannar (2), f’Marzu (3), f’Mejju (4) u f’Ottubru (5) 2018, huma sostitwiti bl-Annessi I u II li ġejjin:

“

ANNESS I

Il-lista tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa

1.   Is-Samoa Amerikana

Is-Samoa Amerikana ma tapplika l-ebda skambju awtomatiku ta’ informazzjoni finanzjarja, ma ffirmatx u ma rratifikatx, inkluż permezz tal-ġurisdizzjoni li hija dipendenti fuqha, il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, ma tapplikax l-istandards minimi tal-BEPS u ma impenjatx ruħha li tindirizza dawn il-kwistjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2018.

2.   Guam

Guam ma japplika l-ebda skambju awtomatiku ta’ informazzjoni finanzjarja, ma ffirmax u ma rratifikax, inkluż permezz tal-ġurisdizzjoni li huwa dipendenti fuqha, il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, ma japplikax l-istandards minimi tal-BEPS u ma impenjax ruħu li jindirizza dawn il-kwistjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2018.

3.   Samoa

Samoa għandu reġim preferenzjali tat-taxxa li huwa dannuż u ma impenjax ruħu li jindirizza din il-kwistjoni sal-31 ta’ Diċembru 2018.

L-impenn ta’ Samoa li jikkonforma mal-kriterju 3.1 ser jiġi sorveljat.

4.   Trinidad u Tobago

Trinidad u Tobago ma ffirmatx u ma rratifikatx il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet ta’ Taxxa, kif emendata, għandha reġim ta’ taxxa preferenzjali dannuż u ma kkommettietx ruħha li tindirizza dawn il-kwistjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2018.

L-impenn ta’ Trinidad u Tobago li jikkonforma mal-kriterji 1.1 u 1.2 ser jiġi sorveljat.

5.   Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti

Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti ma japplikaw l-ebda skambju awtomatiku ta’ informazzjoni finanzjarja, ma ffirmawx u ma rratifikawx, inkluż permezz tal-ġurisdizzjoni li huma dipendenti fuqha, il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, għandhom reġim preferenzjali tat-taxxa li huwa dannuż u ma impenjawx ruħhom b’mod ċar li jemendawh jew jabolixxuh, ma japplikawx l-istandards minimi tal-BEPS u ma impenjawx ruħhom li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2018.

”
“

ANNESS II

Sitwazzjoni attwali tal-kooperazzjoni mal-UE fir-rigward tal-impenji meħuda sabiex jimplimentaw il-prinċipji ta’ governanza tajba fil-qasam tat-taxxa

1.   Trasparenza

1.1   Impenn sabiex jiġi implimentat l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni, jew permezz tal-firma ta’ Ftehim Multilaterali tal-Awtoritajiet Kompetenti jew permezz ta’ ftehimiet bilaterali

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jimplimentaw skambju awtomatiku ta’ informazzjoni sal-2018:

Antigua u Barbuda, Curaçao, Dominica, Grenada, il-Macao SAR, il-Gżejjer Marshall, New Caledonia, l-Oman, Palau, il-Qatar u t-Tajwan

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jimplimentaw skambju awtomatiku ta’ informazzjoni sal-2019:

It-Turkija

1.2   Sħubija fil-Forum Dinji dwar it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni għal finijiet ta’ taxxa u klassifikazzjoni sodisfaċenti

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri tal-Forum Globali u/jew ikollhom klassifikazzjoni sodisfaċenti sal-2018:

Anguilla, Curaçao, il-Gżejjer Marshall, New Caledonia, l-Oman u Palau

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri tal-Forum Globali u/jew ikollhom klassifikazzjoni suffiċjenti sal-2019:

Fiġi, il-Ġordan, in-Namibja, it-Turkija u l-Vjetnam

1.3   Firma u ratifika tal-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka jew netwerk ta’ ftehimiet li jkopru l-Istati Membri kollha tal-UE

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jiffirmaw u jirratifikaw il-MAC jew li jkollhom fis-seħħ netwerk ta’ ftehimiet li jkopru l-Istati Membri kollha tal-UE sal-2018:

Antigua u Barbuda, Dominica, New Caledonia, l-Oman, Palau, il-Qatar u t-Tajwan

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jiffirmaw u jirratifikaw il-MAC jew li jkollhom fis-seħħ netwerk ta’ ftehimiet li jkopru l-Istati Membri kollha tal-UE sal-2019:

L-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Botswana, Cape Verde, l-Eswatini, Fiġi, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Ġamajka, il-Ġordan, il-Maldivi, il-Mongolja, il-Montenegro, il-Marokk, in-Namibja, is-Serbja, it-Tajlandja, u l-Vjetnam

2.   Tassazzjoni ġusta

2.1   Eżistenza ta’ sistemi ta’ taxxa dannużi

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jemendaw jew jabolixxu r-reġimi identifikati sal-2018:

L-Andorra, Antigua u Barbuda, Aruba, Barbados, il-Belize, il-Botswana, Cape Verde, il-Gżejjer Cook, Curacao, Dominica, Fiġi, Grenada, Hong Kong SAR, il-Ġordan, il-Korea (Repubblika tal-), il-Gżira Labuan, il-Macao SAR, il-Malasja, il-Maldivi, Mauritius, il-Marokk, il-Panama, Saint Kitts u Nevis, Saint Lucia, Saint Vincent u l-Grenadini, San Marino, is-Seychelles, l-Iżvizzera, it-Tajwan, it-Tajlandja, it-Tuneżija, it-Turkija u l-Urugwaj

Il-ġurisdizzjoni li ġejja hija impenjata li temenda jew tabolixxi r-reġimi identifikati fi żmien 12-il xahar wara l-jum tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

In-Namibja

2.2   Eżistenza ta’ sistemi tat-taxxa li jiffaċilitaw strutturi offshore li jattiraw profitti mingħajr attività ekonomika reali

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jindirizzaw it-tħassib relatat mas-sustanza ekonomika sal-2018:

Anguilla, il-Bahamas, il-Bahrain, Bermuda, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, il-Gżejjer Cayman, Guernsey, Isle of Man, Jersey, il-Gżejjer Marshall, il-Gżejjer Turks u Kajkos, l-Emirati Għarab Magħquda u Vanuatu

3.   Miżuri kontra l-BEPS

3.1   Sħubija fil-Qafas Inklużiv dwar il-BEPS jew implimentazzjoni ta’ standards minimi dwar il-BEPS

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri fil-Qafas Inklużiv jew jimplimentaw l-istandard minimu dwar il-BEPS sal-2018:

Antigua u Barbuda, il-Gżejjer Cook, Dominica, il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Grenada, il-Gżejjer Marshall, New Caledonia, Palau, Saint Vincent u l-Grenadini, it-Tajwan u Vanuatu

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri fil-Qafas Inklużiv jew jimplimentaw l-istandard minimu dwar il-BEPS sal-2019:

L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, Cape Verde, l-Eswatini, Fiġi, il-Ġordan, il-Montenegro, il-Marokk u n-Namibja

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri fil-Qafas Inklużiv jew jimplimentaw l-istandard minimu dwar il-BEPS jekk u meta t-tali impenn isir rilevanti:

Nauru, Niue

”.

(1)  ĠU C 438, 19.12.2017, p. 5.

(2)  ĠU C 29, 26.1.2018, p. 2.

(3)  ĠU C 100, 16.3.2018, p. 4.

(4)  ĠU C 191, 5.6.2018, p. 1.

(5)  ĠU C 359, 5.10.2018, p. 3.