5.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 191/4 |
Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(2018/C 191/02)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Denis Valentinovich BEREZOVSKIY (Nru 4), is-Sur Andrei Aleksandrovich KLISHAS (Nru 11), is-Sur Aleksandr Borisovich TOTOONOV (Nru 14), is-Sur Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK (Nru 17), is-Sur Dmitry Olegovich ROGOZIN (Nru 22), is-Sur Valery Vladimirovich KULIKOV (Nru 28), is-Sur Mikhail Grigorievich MALYSHEV (Nru 30), il-Logutenent Ġeneral Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK (Nru 32), is-Sur Sergey Gennadevich TSYPLAKOV (Nru 47), is-Sur Igor Evgenevich KAKIDZYANOV (Nru 56), is-Sa Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA (Nru 60), is-Sur Nikolay Ivanovich KOZITSYN (Nru 71), is-Sur Alexander Nikolayevich TKACHYOV (Nru 81), is-Sa Oksana TCHIGRINA (Nru 89), is-Sur Andrei Nikolaevich RODKIN (Nru 102), is-Sur Aleksey Vasilevich NAUMETS (Nru 117), is-Sur Sergey Yurievich KOZYAKOV (Nru 120), is-Sur Alexandr Vasilievich SHUBIN (Nru 138), is-Sa Ekaterina FILIPPOVA (Nru 141), is-Sur Zaur Raufovich ISMAILOV (Nru 146) u s-Sur Aleksandr Yurevich PETUKHOV (Nru 164), u l-hekk imsejħa “Armata tax-Xlokk” (Nru 9), l-Intrapriża tar-Repubblika tal-Krimea “Azov distillery plant” (Nru 17), il-Paċi għar-Reġjun ta’ Luhansk (Nru 25), il-battaljun Sparta (Nru 30) u l-brigata Prizrak (Nru 33), il-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
Il-Kunsill qed jikkunsidra jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni u l-entitajiet huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsubin għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel il-11 ta’ Ġunju 2018, fl-indirizz li ġej:
Council of the European Union |
General Secretariat |
DG C 1C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u miżmuma fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ser jiġu kkunsidrati meta jkunu riċevuti. B’rabta ma’ dan, l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati tinġibed għar-reviżjoni regolari mill-Kunsill tal-lista. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sat-2 ta’ Lulju 2018.
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.