4.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/15 |
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni ta’ - AL NASSER Abdelkarim Hussein Mohamed, AL-YACOUB Ibrahim Salih Mohammed, IZZ-AL-DIN Hasan, MOHAMMED Khalid Shaikh, TAQSIMA MILITARI TAL-HIZBALLAH, EJÉRCITO DE LIBERACIÓN NACIONAL (“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”), FRONT POPOLARI GĦAL-LIBERAZZJONI TAL-PALESTINA (PFLP), FRONT POPOLARI GĦAL-LIBERAZZJONI TAL-PALESTINA-KMAND ĠENERALI, SENDERO LUMINOSO (SL) (“Shining Path”) - persuni u gruppi inklużi fil-lista pprovduta fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
(ara l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/468 tal-21 ta’ Marzu 2018)
(2018/C 189/03)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni msemmija hawn fuq elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/468 (1).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (2) jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni kkonċernati u li l-ebda fond, ass finanzjarju u riżors ekonomiku ieħor ma jista’ jsir disponibbli għalihom, kemm direttament kif ukoll indirettament.
Il-Kunsill ingħata tagħrif ġdid rilevanti għall-elenkar tal-persuni u l-gruppi msemmijin hawn fuq. Wara li kkunsidra din l-informazzjoni l-ġdida, il-Kunsill emenda d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet kif meħtieġ.
Il-persuni u l-gruppi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba fl-indirizz li ġej, biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet aġġornati tal-Kunsill għaliex inżammu fuq il-lista msemmija hawn fuq:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Attn: COMET designations) |
Rue de la Loi 175/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussell |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Tali talba għandha tiġi ppreżentata sat-8 ta’ Ġunju 2018.
Il-persuni u l-gruppi kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi u jinżammu fuq il-lista għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet jiġu kkunsidrati meta jaslu. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi kkonċernati għar-reviżjoni regolari tal-lista mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3).
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament.
(2) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.
(3) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.