10.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/12


Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għal-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1)

(2018/C 366/06)

Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 6(4) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen (kodifikazzjoni).

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta' kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IL–LUSSEMBURGU

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Ċittadin ta’ pajjiż terz li jixtieq jivvjaġġa lejn il-Lussemburgu jrid jipprovdi prova li għandu mezzi ta’ għajxien suffiċjenti għall-ħtiġijiet tiegħu. L-ammont ta’ referenza meħtieġ għal min jivvjaġġa lejn il-Lussemburgu jikkorrispondi għall-ammont tas-salarju minimu ta’ ħaddiem mhux kwalifikat ikkalkulat bħala proporzjon tan-numru ta’ jiem ta’ soġġorn previsti.

Fl-1 ta’ Jannar 2018, l-ammont tas-salarju soċjali minimu għal kull jum huwa ta’ madwar EUR 67.

Biex jipprova li għandu riżorsi personali suffiċjenti, kemm għal waqt is-soġġorn previst kif ukoll għar-ritorn lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew għat-tranżitu lejn pajjiż ieħor, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jkollu bejn wieħed u ieħor EUR 67 għal kull ġurnata tas-soġġorn ippjanat. Il-prova tar-riżorsi meħtieġa tista’ tkun fil-forma ta’ flus kontanti, ta’ ċekkijiet tal-vjaġġaturi, ta’ karti ta’ kreditu jew ta’ dokument li jixhed il-possibilità li jinkisbu legalment il-mezzi meħtieġa.

Dikjarazzjoni ta’ garanzija tista’ tikkostitwixxi wkoll prova ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza, sakemm tkun ġiet rikonoxxuta mis-servizz kompetenti, jiġifieri mill-Uffiċċju tal-passaporti, tal-viżi u tal-legalizzazzjoni fil-Lussemburgu. Id-dikjarazzjoni ta’ garanzija hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tas-soġġorn, inklużi l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa u tar-ritorn taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, għal perjodu stabbilit fid-dikjarazzjoni.

Barra minn hekk, il-persuna kkonċernata trid turi biljett tat-trasport li jippermettilha tmur lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħha jew li tmur f’pajjiż li fih ikun żgur li se tiġi ammessa.

Lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22

 

ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18

 

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19

 

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8

 

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7

 

ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5

 

ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6

 

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8

 

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16

 

ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13

 

ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44

 

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8

 

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3

 

ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13

 

ĠU C 98, 5.4.2013, p. 3

 

ĠU C 269, 18.9.2013, p. 2

 

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 1

 

ĠU C 152, 20.5.2014, p. 25

 

ĠU C 224, 15.7.2014, p. 31

 

ĠU C 434, 4.12.2014, p. 3

 

ĠU C 447, 13.12.2014, p. 32

 

ĠU C 38, 4.2.2015, p. 20

 

ĠU C 96, 11.3.2016, p. 7

 

ĠU C 146, 26.4.2016, p. 12

 

ĠU C 248, 8.7.2016, p. 12

 

ĠU C 111, 8.4.2017, p.11

 

ĠU C 21, 20.1.2018, p.3

 

ĠU C 93, 12.3.2018, p.4

 

ĠU C 153, 2.5.2018, p.8

 

ĠU C 186, 31.5.2018, p.10

 

ĠU C 264, 26.7.2018, p.6.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta' dan l-aġġornament.