8.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/5 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2018/C 362/04)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:
Fil-paġna 383
“9506 |
Oġġetti u tagħmir għal eżerċizzju fiżiku ġenerali, ġinnastika, atletika, sports ieħor (inkluż tejbiltenis) jew logħob ta’ barra, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitlu; pixxini għall-għawm u pixxini għall-għawm mhux fondi (paddling pools)” |
Għandu jiżdied dan it-test wara t-test eżistenti:
“Din l-intestatura ma tinkludix ċineg tal-lasktu għar-resistenza, ċineg tal-lasktu għall-forma fiżika jew prodotti simili mingħajr manku. Ġeneralment jiġu ppakkjati b’mod individwali jew f’pakketti ta’ tnejn jew aktar għall-bejgħ bl-imnut. Dawn jiġu f’kuluri u daqsijiet differenti u fuqhom jista’ jkollhom xi stampar. Skont il-karatteristiċi oġġettivi tagħhom, dawn iċ-ċineg mhumiex identifikabbli bħala oġġetti għall-eżerċizzju fiżiku ġenerali. Għalhekk, għandhom jiġu kklassifikati skont il-materjal li huma magħmulin minnu, pereżempju fl-intestatura 4008 bħala ‘vireg ta’ gomma mhux ċellulari’ (Ara wkoll in-Nota 1 u n-Nota 9 tal-Kapitolu 40).
”(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).