3.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/4


Avviż tal-iskadenza ta’ ċerti miżuri antidumping

(2018/C 310/06)

B’referenza għall-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1), il-Kummissjoni tavża li l-miżura antidumping imsemmija hawn taħt se tiskadi.

Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2).

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Id-data ta’ skadenza (3)

Moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli)

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju antidumping

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/367 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 131)

3.9.2018


(1)  ĠU C 95, 13.3.2018, p. 6

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.