30.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/4


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 305/05)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 379

9403

Għamara oħra u partijiet tagħha

Għandu jiżdied dan it-test wara t-test eżistenti:

“Din l-intestatura ma tinkludix ‘skrins ta’ informazzjoni’ bħal ‘avviżieri għal barra’ u ‘avviżieri li jitremblu’.

Dawn għandhom jiġu kklassifikati f’intestaturi oħra tan-Nomenklatura fejn jiġu inklużi aktar speċifikament (pereżempju, l-avviżieri għal barra mal-uċuħ għall-kitba jew għad-disinjar li jikkorrispondu għall-prodotti tal-intestatura 9610) jew skont il-materjal li huma magħmulin minnu:

(a)

taħt intestatura li tkopri speċifikament dawn l-oġġetti (pereżempju, il-pjanċi ta’ metall ta’ valur baxx li jikkorrispondu għall-prodotti tal-intestatura 8310 huma kklassifikati taħt din l-intestatura), jew

(b)

taħt intestatura li tkopri diversi oġġetti ta’ dan il-materjal (pereżempju l-intestaura 3926 jew l-intestatura 7616).

Eżempju ta’ avviżiera għal barra li jrid jiġi kklassifikat fl-intestaura 9610:

Image

Avviżiera għal barra b’wiċċ tal-blekbord.

Eżempju ta’ avviżiera għal barra li jrid jiġi kklassifikat fl-intestaura 8310:

Image

Avviżiera għal barra magħmul biss minn metall ta’ valur baxx.

Eżempji ta’ ‘avviżieri għal barra’ li għandhom jiġu kklassifikati skont il-materjal li huma magħmulin minnu, taħt intestatura li tkopri diversi oġġetti ta’ dan il-materjal:

Image

Image

Bażi ta’ plastik iebes bil-parti ta’ fuq magħmula minn frejm tal-aluminju u minn folja tal-plastik fin-nofs, miksija miż-żewġ naħat b’rita trasparenti tal-PVC.

Bażi u frejm tal-aluminju bi qfieli tal-lasktu u b’rita trasparenti tal-PVC li tiksi folja tal-karta.

L-intestatura 7616 (il-karattru essenzjali jingħata bil-frejm tal-aluminju).

L-intestatura 7616 (il-karattru essenzjali jingħata bil-frejm tal-aluminju).

Image

 

Pjanċa ċentrali tal-plastik imwaħħla ma’ ħames vireg (bsaten) tal-plastik, ta’ kważi l-istess tul, u li kollha kemm huma jistgħu jintlewew f’direzzjonijiet differenti. Fit-tarf ta’ erba’ vireg hemm ganċ tal-plastik, filwaqt li l-ħames virga għandha mwaħħal tapp tal-plastik.

 

L-intestatura 3926 (l-oġġett huma magħmul biss mill-plastik).”

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.