30.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/3


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 305/04)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 379

9401

Sits (seats) (ħlief dawk tal-intestatura 9402), kemm jekk jinbidlu f’sodod jew le, u partijiet tagħhom

Għandu jiżdied dan it-test wara t-test eżistenti:

“Għall-finijiet ta’ din l-intestatura, kull referenza għall-bambù tapplika biss għall-materjali veġetali tal-intestatura 1401. Min-naħa l-oħra, għall-finijiet ta’ din l-intestatura, kull referenza għall-injam tapplika biss għall-pjanċi tal-bambù tal-intestatura 4412. (Ara wkoll in-nota 1(b) u nota 6 tal-Kapitolu 44).”

9403

Għamara oħra u partijiet tagħha

Għandu jiżdied dan it-test wara l-paragrafu eżistenti:

“In-Nota ta’ Spjega għall-intestatura 9401 dwar ir-referenzi għall-“bambù” u għall-“injam” tapplika mutatis mutandis.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.