3.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/3 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) u/jew l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tagħhom
(ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 117/03)
Id-Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni
Ir-referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Id-data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
In-numru tal-awtorizzazzjoni |
L-użu awtorizzat |
Id-data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Ir-raġunijiet għad-Deċiżjoni |
C(2018) 1676 |
It-23 ta’ Marzu 2018 |
Id-dikromat tas-sodju Nru tal-KE 234-190-3 Nru tal-CAS 7789-12-0 10588-01-9 |
Jacobs Douwe Egberts DE GmbH, Weser Ems Str 1-3, 28309 Bremen, il-Ġermanja |
REACH/17/32/0 |
L-użu tad-dikromat tas-sodju bħala inibitur tal-korrużjoni fis-sistemi ta’ tkessiħ estrem bl-assorbiment tal-ammonja bħas-sistema li tintuża fil-produzzjoni industrijali ta’ prodotti li jitnixxfu permezz tal-iffriżar, bħall-kafè, l-aromatizzanti, il-ħwawar u prodotti ta’ dan it-tip |
Il-21 ta’ Settembru 2029 |
Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jiġi mill-użu tas-sustanza u ma hemm ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa li jista’ juża l-applikant qabel id-data tat-terminazzjoni |
Dr. Otto Suwelack Nachf. GmbH & Co.KG, Josef-Suwelack-Str., 48727 Billerbeck, il-Ġermanja |
REACH/17/32/1 |
||||||
Européenne de Lyophilisation S.A., Rue Cafea 1, 4460 Grace-Hollogne, il-Belġju |
REACH/17/32/2 |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm