|
Il-valutazzjoni tal-impatt (IA) tesplora serje ta’ alternattivi ta’ politika li b’mod ġenerali, iżda mhux esklussivament, huma estrapolati minn kwistjonijiet problematiċi relatati ma’ “leġiżlazzjoni skaduta u riġida” u “mekkaniżmi ta’ governanza”. Qed jitqiesu żewġ kwistjonijiet trasversali b'mod orizzontali, li għandhom l-għan li jindirizzaw il-kwistjonijiet li joħorġu mill-“bidliet mgħaġġla fis-suq”.
ALTERNATTIVA 0: IX-XENARJU BAŻI: Jinżamm il-qafas regolatorju attwali għal .eu.
ALTERNATTIVA 1: IL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI: Jiġi ssimplifikat il-qafas regolatorju u jiġu esternalizzati l-operat u l-immaniġġar tar-Reġistru lil fornitur tas-servizzi estern bi profitt.
ALTERNATTIVA 2: L-IMMODERNIZZAR TAL-QAFAS ĠURIDIKU: Il-qafas ġuridiku attwali jinbidel bi strument ġuridiku wieħed ibbażat fuq il-prinċipji. Tinżamm sistema esterna tal-immaniġġar għat-TLD .eu, ibbażata fuq kuntratt.
ALTERNATTIVA 3: GOVERNANZA SEPARATA: Tgħaqqad l-alternattiva 2 mal-ħolqien ta’ korp li jinvolvi bosta partijiet konċernati li jkollu rwol konsultattiv. Dan il-korp ikun independenti mir-Reġistru .eu.
ALTERNATTIVA 4: ISTITUZZJONALIZZAZZJONI: L-immaniġġar u l-operat tar-Reġistru fi ħdan dipartiment tal-Kummissjoni jew aġenzija tal-UE (b1: l-EUIPO, b2: l-ENISA)
L-Alternattiva 1, l-Alternattiva 4(.a) u l-Alternattiva 4(b2) twarrbu fi stadju bikri għax ma jilħqux l-għanijiet ta’ politika.
Fir-rigward taż-żewġ kwistjonijiet trasversali indirizzati b’mod separat, il-valutazzjoni tal-impatt tanalizza kemm il-possibbiltà li r-Reġistru .eu joffri reġistrazzjoni diretta lir-reġistranti b’kont tal-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, kif ukoll bidliet possibbli lill-kriterji tal-eliġibbiltà biex jinkiseb TLD .eu.
L-alternattiva preferuta: L-ALTERNATTIVA 3, flimkien mat-tneħħija tar-rekwiżiti stretti fir-rigward tar-reġistrazzjoni diretta, kriterju taċ-ċittadinanza għall-persuni fiżiċi u kriterju tar-residenza għall-organizzazzjonijiet/kumpaniji.
|