Brussell, 12.12.2018

COM(2018) 812 final

2018/0412(CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta’ ċerti rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament

{COM(2018) 813 final} - {SEC(2018) 495 final} - {SWD(2018) 487 final} - {SWD(2018) 488 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

F’Ottubru tal-2017 1 , il-Kummissjoni kienet diġà impjenat ruħha biex tindirizza l-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tat-taxxa fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “kummerċ elettroniku”), billi ttejjeb il-kooperazzjoni mal-partijiet terzi. Fid-dikjarazzjoni inkluża fil-minuti għall-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 (id-Direttiva tal-VAT għall-kummerċ elettroniku) 2 f’Diċembru 2017, il-Kunsill saħaq dwar il-ħtieġa li jitjiebu l-għodod ta’ kontra l-frodi 3 . L-inizjattiva attwali għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku tikkomplementa u twitti t-triq għall-applikazzjoni bla xkiel tal-miżuri l-ġodda introdotti permezz tad-Direttiva tal-VAT għall-kummerċ elettroniku fil-kuntest tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali tal-Kummissjoni 4 .

B’mod partikolari, id-Direttiva tal-VAT għall-kummerċ elettroniku introduċiet obbligi ġodda tal-VAT għall-postijiet tas-suq online 5 u simplifikazzjonijiet ġodda biex jgħinu lin-negozji jikkonformaw mal-obbligi tal-VAT għall-provvisti ta’ servizzi, il-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija u importazzjonijiet, inklużi r-reġistrazzjoni elettronika tal-VAT u l-ħlas tal-VAT permezz ta’ Punt Uniku ta’ Servizz (reġistrazzjoni fi Stat Membru wieħed minflok fl-Istati Membri kollha tal-konsum). Dawn il-miżuri se jsaħħu l-konformità tal-VAT billi jissimplifikaw is-sistema tal-VAT, iżda l-awtoritajiet tat-taxxa xorta waħda jeħtieġ li jkunu jistgħu jidentifikaw u jikkontrollaw in-negozji frawdolenti. Bħalissa, din hija sfida għall-awtoritajiet tat-taxxa. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri 6 rrimarkat li l-leġiżlazzjoni tal-VAT dwar il-kummerċ elettroniku tibbaża essenzjalment fuq ir-rieda tan-negozji li b’mod volontarju jirreġistraw u jħallsu l-VAT dovuta. Madankollu hemm limiti kemm l-Istati Membri jistgħu jużaw il-qafas legali attwali għall-kooperazzjoni amministrattiva. Jekk is-simplifikazzjonijiet tal-konformità msemmija hawn fuq ma jkunux akkumpanjati minn miżuri kontra l-frodi, il-frodaturi ftit li xejn se jkollhom inċentiv biex jibdlu l-attitudni tagħhom u jibdew jikkonformaw mal-obbligi tal-VAT. Għalhekk, is-suċċess tal-miżuri ta’ konformità fil-kummerċ elettroniku jiddependi wkoll mill-effettività tal-miżuri kontra l-frodi li jridu jiġu żviluppati b’mod parallel.

Il-kummerċ elettroniku ilu jikber b’pass mgħaġġel għal dawn l-aħħar snin, billi jgħin lill-konsumaturi biex jixtru merkanzija u servizzi online. Il-konsumaturi jistgħu jagħżlu bejn fornituri, prodotti u marki differenti. Jistgħu wkoll iħallsu online f’ambjent ta’ fiduċja mingħajr ma jiċċaqalqu minn fejn il-kompjuter jew l-ismartphone tagħhom. Il-fornituri bidlu l-mudelli ta’ negozju tagħhom biex jibbenefikaw mill-kummerċ elettroniku u jbigħu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi b’mod globali mingħajr il-ħtieġa ta’ preżenza fiżika għall-bejgħ bl-imnut. Madankollu, din l-opportunità tiġi sfruttata wkoll minn negozji frawdolenti biex jiksbu vantaġġ inġust fis-suq billi ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom tal-VAT.

Il-valutazzjoni tal-impatt mehmuża ma’ din il-proposta identifikat tliet każijiet prinċipali ta’ frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku transfruntier: (i) provvisti intra-UE ta’ merkanzija u servizzi, (ii) importazzjonijiet ta’ merkanzija minn negozji stabbiliti f’pajjiż terz jew f’territorju terz (jiġifieri pajjiż jew territorju barra mill-UE) għall-konsumaturi fl-Istati Membri, u (iii) provvisti ta’ servizzi minn negozji stabbiliti f’pajjiż terz 7 għall-konsumaturi fl-Istati Membri.

It-telf totali tal-VAT fl-Istati Membri dwar il-provvisti transfruntiera tal-merkanzija huwa stmat għal EUR 5 biljun fis-sena 8 . Il-frodi tal-VAT kienet irrappurtata wkoll fil-provvisti transfruntiera tas-servizzi, jiġifieri fit-televiżjoni online u l-logħob diġitali 9 . Din il-frodi kienet dokumentata mill-Europol u mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea fl-aħħar rapport tal-Europol dwar id-distribuzzjoni illegali tax-xandir televiżiv (u l-bejgħ tal-aċċess għalihom) 10 . Din il-frodi kienet dokumentata wkoll mill-organizzazzjoni tal-industrija televiżiva Nordika Content Protection (NCP) 11 . Biss biss id-distributuri tat-televiżjoni online fid-Danimarka, il-Finlandja u l-Iżvezja (dawn il-pajjiżi flimkien għandhom inqas minn 10 % tas-suq tat-televiżjoni online totali tal-UE f’termini ta’ dħul) 12 jistmaw li t-telf annwali tal-bejgħ tagħhom mid-distribuzzjoni illegali jammonta għal EUR 436 miljun. Dan jammonta għal madwar EUR 103 miljun f’telf potenzjali tal-VAT 13 . Dawn iċ-ċifri (li se jkomplu jikbru b’mod parallel mat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku) juru l-ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-awtoritajiet tat-taxxa ma għandhomx l-għodod u s-sorsi ta’ informazzjoni biex jikkwantifikaw il-livell tal-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku 14 . Fil-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku, l-internet jippermetti li n-negozji frawdolenti jaħbu l-identità tagħhom wara isem ta’ dominju. Anke meta awtorità tat-taxxa tkun konxja bl-eżistenza ta’ ħanut online partikolari, ħafna drabi l-identità tan-negozju warajh, il-pożizzjoni fejn jinsab realment jew il-fatturat tiegħu f’dak l-Istat Membru, jibqgħu mhux magħrufa. Dan joħloq problema għall-awtoritajiet tat-taxxa li jista’ jkun li jibdew investigazzjoni jew kooperazzjoni amministrattiva fil-livell tal-UE jew dak internazzjonali. L-Istati Membri tal-konsum, jiġifieri fejn trid titħallas il-VAT, x’aktarx ma jkollhom l-ebda rekord jew informazzjoni biex tinbeda spezzjoni. Dan jirriżulta minħabba l-fatt li l-konsumaturi finali mhuma obbligati jżommu l-ebda rekord tax-xiri online tagħhom. Anke kieku jżommu rekord tax-xiri online, ikun sproporzjonat li jsir rikors sistematiku għal dawn il-konsumaturi finali biex tiġi investigata l-frodi tal-VAT mill-bejjiegħ.

Barra minn hekk, meta ma jkunux magħrufa la l-frodaturi u lanqas il-pożizzjoni tagħhom, mhux faċli jiġi identifikat l-Istat Membru li jrid jindirizza talba għal kooperazzjoni amministrattiva.

Dan jista’ jwassal għal ammont kbir ta’ talbiet għall-identifikazzjoni. Dawn kieku jridu jintbagħtu jew lil parti terza (jiġifieri, il-post tas-suq online jew il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament) li potenzjalment tista’ żżomm l-informazzjoni, jew jintbagħtu lill-awtorità tat-taxxa ta’ pajjiż fejn tkun stabbilita l-parti terza. Madankollu, dan kieku jitqies bħala sproporzjonat skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 54(2) tal-istess Regolament, l-Istati Membri ma jistgħux jintalbu jipprovdu informazzjoni jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom ma tawtorizzahomx jiġbruha. Dan jillimita l-possibbiltajiet għall-Istati Membri biex jitolbu data ta’ parti terza minn Stati Membri oħra.

Din il-proposta tipprova ssolvi l-problema tal-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament. F’dawn l-aħħar snin, aktar minn 90 % tax-xiri online mill-klijenti Ewropej sar bi trasferimenti ta’ kreditu, b’pagamenti ta’ debitu dirett u b’pagamenti bil-kard, jiġifieri permezz ta’ intermedjarju involut fit-tranżazzjoni 15 (fornitur ta’ servizzi ta’ pagament), u din ix-xejra se tissokta anke fil-futur 16 . Għalhekk, il-partijiet terzi li jkollhom informazzjoni dwar il-pagamenti jistgħu jagħtu stampa sħiħa tax-xiri online lill-awtoritajiet tat-taxxa biex jgħinuhom iwettqu l-kompitu tagħhom kif xieraq ta’ monitoraġġ tal-konformità mal-obbligi tal-VAT dwar il-provvisti ta’ kummerċ elettroniku ta’ merkanzija u servizzi. L-esperjenza tal-Istati Membri li diġà jikkooperaw ma’ fornituri tas-servizzi ta’ pagament fil-livell nazzjonali wriet li l-kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizzi ta’ pagament tipproduċi riżultati tanġibbli fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku 17 . Xi pajjiżi mhux tal-UE jużaw ukoll l-informazzjoni dwar il-pagamenti bħala għodda għall-identifikazzjoni ta’ operaturi tas-suq mhux konformi flimkien ma’ sistemi ta’ ġbir simplifikati għall-provvisti transfruntiera ta’ merkanzija B2C, simili għas-sistema tal-UE 18 .

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta tikkumplimenta l-qafas regolatorju attwali tal-VAT kif ġie modifikat dan l-aħħar bid-Direttiva tal-VAT għall-kummerċ elettroniku fil-kuntest tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, din l-inizjattiva ssaħħaħ il-qafas ta’ kooperazzjoni amministrattiva biex tiġi indirizzata aħjar il-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku u biex terġa’ tinkiseb il-kompetizzjoni ġusta. Waħda mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni hija l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u biex tgħin jiġi żgurat id-dħul nazzjonali u tal-UE. Il-linji gwida politiċi 19 tal-Kummissjoni attwali sejħu biex isiru aktar sforzi fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa u fl-Istat tal-Unjoni 2018 20 ġie enfasizzat li l-Kummissjoni qed issegwi strateġija estensiva biex tiżgura li l-kumpaniji kollha, kemm kbar kif ukoll żgħar, iħallsu s-sehem ġust tagħhom tat-taxxa.

Ir-Regolament (UE) Nru 2018/1541 21 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur 22 joħloq għodod ġodda għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri. Dawn l-għodod se jintużaw prinċipalment għall-ġlieda kontra (i) l-hekk imsejħa frodi karusell (imwettqa fuq tranżazzjonijiet B2B); (ii) il-frodi li tinvolvi l-iskema ta’ marġni applikabbli għall-karozzi użati; (iii) il-frodi li tisfrutta reġimi doganali speċifiċi applikabbli għall-importazzjonijiet li jitwettqu minn persuni taxxabbli (anke fuq tranżazzjonijiet B2B); u (iv) se jippermettu li jittieħdu azzjonijiet konġunti bejn l-awtoritajiet tat-taxxa (jiġifieri inkjesti amministrattivi konġunti). Esperti minn awtoritajiet tat-taxxa u negozji fil-Forum tal-UE dwar il-VAT 23 jisħqu li l-forma tradizzjonali ta’ kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT hija bbażata fuq rekords miżmuma min-negozji involuti direttament fil-katina ta’ tranżazzjonijiet. Għall-provvisti transfruntiera B2C, din l-informazzjoni tista’ ma tkunx direttament disponibbli u għalhekk il-kooperazzjoni “tradizzjonali” bejn l-awtoritajiet tat-taxxa mhijiex biżżejjed 24 . Għaldaqstant, din l-inizjattiva tikkumplimenta wkoll l-emendi li ddaħħlu l-aktar riċenti fil-qafas ta’ kooperazzjoni amministrattiva tal-UE fil-qasam tal-VAT, billi tipprovdi lill-awtoritajiet tat-taxxa b’għodda ġdida biex jidentifikaw il-frodi tal-VAT fil-provvisti transfruntiera B2C.

Fl-aħħar nett, jenħtieġ li din l-inizjattiva titqies ukoll f’kuntest internazzjonali. Meta l-frodi titwettaq minn fornituri stabbiliti f’pajjiż terz jew f’territorju terz, il-kooperazzjoni internazzjonali hija kruċjali biex tiġi rkuprata l-VAT dovuta. Dan l-aħħar l-Unjoni kkonkludiet ftehim ta’ kooperazzjoni dwar il-VAT man-Norveġja 25 u hija attiva fl-OECD biex jissaħħaħ l-użu tal-għodod ta’ kooperazzjoni amministrattiva fil-livell internazzjonali. Din l-inizjattiva se tipprovdi lill-Istati Membri b’evidenza biex tidentifika frodaturi f’pajjiżi terzi. Din l-evidenza se tintuża bħala l-ewwel pass biex tiġi attivata l-kooperazzjoni internazzjonali jew biex tikkontribwixxi għad-djalogu internazzjonali dwar it-titjib tal-kooperazzjoni amministrattiva ma’ ġurisdizzjonijiet oħra.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din l-inizjattiva hija l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Dan l-Artikolu jipprevedi li l-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu skont proċedura leġiżlattiva speċjali biex jadotta dispożizzjonijiet għall-armonizzazzjoni tar-regoli tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni indiretta sal-punt li din l-armonizzazzjoni tkun meħtieġa biex jiġu żgurati l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq uniku u biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni.

Sussidjarjetà

Din l-inizjattiva hija konsistenti mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, peress li l-problema prinċipali inkwistjoni, jiġifieri l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku, hija komuni għall-Istati Membri kollha u li qed tmur għall-agħar minħabba n-nuqqas ta’ għodod għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa. L-Istati Membri waħedhom, mhumiex kapaċi jiksbu mingħand partijiet terzi bħall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu kkontrollati l-provvisti transfruntiera ta’ merkanzija u servizzi għall-finijiet tal-VAT, biex jiżguraw li jiġu applikati b’mod korrett ir-regoli tal-VAT fil-kummerċ elettroniku (kif ġew emendati reċentament bid-Direttiva tal-VAT għall-kummerċ elettroniku) u biex jindirizzaw il-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku. Għalhekk, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri hija kruċjali. Il-qafas legali għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-VAT huwa stipulat fir-Regolament (UE) Nru 904/2010. Għaldaqstant, kull inizjattiva li tintroduċi għodod ġodda għall-kooperazzjoni mmirata għal din il-problema speċifika teħtieġ proposta mill-Kummissjoni biex jiġi emendat il-qafas legali eżistenti tal-UE. Biex l-awtoritajiet tat-taxxa jiġbru d-data dwar il-pagamenti rilevanti għall-VAT, iridu jiddaħħlu obbligi ġodda għaż-żamma tar-rekords għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament. Dan jeħtieġ proposta biex temenda d-Direttiva tal-VAT.

Proporzjonalità

Din il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġi ssodisfat l-objettiv tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku. B’mod partikolari, is-sistema l-ġdida mistennija tipprovdi lill-awtoritajiet tat-taxxa bl-informazzjoni u bir-riżorsi meħtieġa biex tiġi identifikata l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku u biex jiġbru l-ammonti tal-VAT addizzjonali. Il-piż amministrattiv tan-negozji u tal-awtoritajiet tat-taxxa jitnaqqas b’mod ġenerali meta jitqabbel mas-sitwazzjoni attwali, u n-negozji leġittimi jibbenefikaw minn kundizzjonijiet aktar ekwi.

Ir-rekwiżit għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament biex iżommu għadd ta’ rekords li jintbagħtu lill-awtoritajiet tat-taxxa jikkonforma wkoll mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament se jkunu meħtieġa jżommu rekords tad-data li diġà jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex jeżegwixxu t-tranżazzjonijiet ta’ pagament. Barra minn hekk, l-istabbiliment ta’ obbligu armonizzat fil-livell tal-UE għaż-żamma tar-rekords u t-trażmissjoni tad-data lill-awtoritajiet tat-taxxa se jillimita l-piżijiet amministrattivi fuq il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament (meta jitqabbel mal-piż li jirrappreżenta fuq il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament l-obbligu li jikkonformaw ma’ approċċi nazzjonali diverġenti).

Il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT hija objettiv importanti ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni u tal-Istati Membri. L-esperti kontra l-frodi tal-awtoritajiet tat-taxxa se jipproċessaw biss id-data meħtieġa biex jinkiseb dak l-objettiv (il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku), f’konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 26 , ir-Regolament (UE) 2018/1725 27 u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali 28 . Preċiżament, se tiġi proċessata biss id-data li permezz tagħha l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jistgħu (i) jidentifikaw il-fornituri, (ii) jivverifikaw l-għadd ta’ tranżazzjonijiet u l-valur monetarju tagħhom u (iii) jivverifikaw l-oriġini tal-pagamenti. Din l-inizjattiva ma tinkludix id-data dwar il-konsumaturi, għajr id-data dwar l-Istati Membri ta’ oriġini tal-pagamenti (jiġifieri l-Istat Membru li fih jinsabu l-konsumaturi). Il-proporzjonalità qed tiġi żgurata wkoll bl-istabbiliment ta’ livell limitu li jekk ma jinqabiżx, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma jridux jibagħtu d-data dwar il-pagamenti lill-awtoritajiet tat-taxxa. Il-livell limitu jeskludi minn din l-inizjattiva u mill-ipproċessar tad-data personali, dawk il-pagamenti li wisq probabbli ma jirreferux għal attivitajiet ekonomiċi.

Għażla tal-istrument

Qed tiġi proposta Direttiva fid-dawl tal-emenda tad-Direttiva tal-VAT biex tintroduċi obbligi ġodda għaż-żamma tar-rekords għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament.

Qed jiġi propost Regolament fid-dawl tal-emenda tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, biex tintroduċi bażi tad-data ġdida li tinkludi data dwar il-pagamenti fil-qasam tal-VAT li tkun aċċessibbli biss mill-Istati Membri għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post

Din il-proposta hija appoġġata minn evalwazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, b’mod partikolari it-taqsimiet tagħha li jiffukaw fuq l-użu tagħha fil-qasam tal-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku.

B’mod ġenerali, l-awtoritajiet tat-taxxa qiesu r-Regolament (UE) Nru 904/2010 attwali, bħala għodda effettiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku. Madankollu, l-awtoritajiet tat-taxxa semmew li l-għodod li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom għall-kooperazzjoni amministrattiva ma jippermettux li jkun hemm identifikazzjoni u kontroll faċli tan-negozji online meta d-dominju u r-rekords tal-kontabilità ta’ dawn in-negozji online jkunu qegħdin f’pajjiż ieħor (irrispettivament minn jekk dak il-pajjiż huwiex Stat Membru tal-UE jew le). L-awtoritajiet tat-taxxa saħqu wkoll fuq il-ħtieġa li jiżdied l-impenn tal-Istati Membri biex jinvestu aktar riżorsi fil-kooperazzjoni amministrattiva peress li din hija fattur fundamentali għaż-żieda tal-effettività tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku. Fl-aħħar nett xi Stati Membri semmew ukoll li l-effettività tar-Regolament tista’ tiżdied b’għodod ġodda, fosthom l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti dwar il-pagamenti u l-iskambju ta’ din l-informazzjoni.

Għalkemm l-awtoritajiet tat-taxxa qiesu li l-għodod stipulati fir-Regolament (UE) Nru 904/2010 huma rilevanti għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, dawn enfasizzaw ukoll li hemm lok għal titjib. Skont l-awtoritajiet tat-taxxa, l-iżvilupp riċenti tal-kummerċ elettroniku u l-volumi kbar ta’ tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku jeħtieġu għodod ġodda, aktar effettivi u aktar effiċjenti għall-kooperazzjoni amministrattiva. Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet tat-taxxa, l-għodod eżistenti għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-futur se jsiru inqas rilevanti minħabba l-bidliet fil-mudelli tan-negozju u l-bidliet fix-xejriet tal-frodi tal-VAT.

Għalkemm l-awtoritajiet tat-taxxa ġeneralment ma jkollhomx evidenza kwantitattiva dwar il-benefiċċji u l-kostijiet tal-kooperazzjoni amministrattiva, dawn iqisu li l-benefiċċji tal-kooperazzjoni amministrattiva huma proporzjonali għall-kostijiet imġarrba mill-awtoritajiet tat-taxxa fl-iskambju ta’ informazzjoni, jew saħansitra ogħla minnhom.

Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 u l-proposta attwali jikkontribwixxu għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku. Dawn huma wkoll konsistenti mar-regoli tad-Direttiva tal-VAT għall-kummerċ elettroniku. Minkejja dan, l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri rrikonoxxew li t-tkabbir tal-kummerċ elettroniku jfisser li jridu jindirizzaw sfidi ġodda, bħal kif għandha tiġi proċessata d-data għall-identifikazzjoni tal-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku u l-ġlieda kontrieha.

Fl-aħħar nett, kemm l-awtoritajiet tat-taxxa kif ukoll il-partijiet ikkonċernati rrikonoxxew il-valur miżjud tal-qafas ta’ kooperazzjoni amministrattiva stipulat fir-Regolament (UE) Nru 904/2010, peress li l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku taffettwa lill-Istati Membri kollha.

Bħala konklużjoni, l-evalwazzjoni wriet li l-miżuri nazzjonali kontra l-frodi mhumiex biżżejjed għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku u li jeħtieġ li jkun hemm kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri. Din uriet ukoll li l-bidliet fix-xejriet tal-kummerċ elettroniku jeħtieġu għodod ġodda u xierqa għall-iskambju ta’ informazzjoni.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Fl-2017, il-Kummissjoni talbet l-opinjoni ta’ diversi partijiet ikkonċernati permezz ta’ konsultazzjoni mmirata indirizzata lill-awtoritajiet tat-taxxa u lin-negozji, inkluzi b’mod partikolari l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament. Fl-istess sena, tnediet ukoll konsultazzjoni pubblika 29 .

Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet ikkonfermaw li l-partijiet ikkonċernati kollha jirrikonoxxu l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku bħala problema sinifikanti. In-negozji enfasizzaw li l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku hija ta’ dannu għan-negozji onesti billi tfixkel il-kompetizzjoni. B’mod ġenerali, kemm l-awtoritajiet tat-taxxa kif ukoll in-negozji kkonfermaw li l-awtoritajiet tat-taxxa jeħtieġu l-informazzjoni dwar il-pagamenti biex jiġġieldu l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku. Il-protezzjoni tad-data ma tqisitx bħala impediment għall-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-pagamenti, sakemm id-data personali tal-pagaturi tiġi proċessata skont il-kundizzjonijiet stipulati mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Ħafna minn dawk li wieġbu esprimew opinjoni pożittiva dwar l-emendar tal-qafas regolatorju tal-UE biex b’hekk l-awtoritajiet tat-taxxa jingħataw għodod aktar effettivi kontra l-frodi. Sistema ċentralizzata tal-UE li fiha tinġabar u tiġi skambjata l-informazzjoni dwar il-pagamenti rilevanti għall-VAT tqieset bħala l-aktar għodda kosteffettiva.

Kemm l-awtoritajiet tat-taxxa kif ukoll il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament ikkonfermaw il-valur miżjud ta’ approċċ standardizzat u armonizzat għall-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-pagamenti.

Din il-proposta ġiet abbozzata wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tan-negozji, inklużi l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament bħala parti mis-sottogrupp dwar il-kummerċ elettroniku tal-Forum tal-VAT.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Minbarra l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha, ma kienx hemm bżonn ta’ esperti esterni biex titfassal din il-proposta.

Valutazzjoni tal-impatt

Barra mix-xenerju bażi, il-valutazzjoni tal-impatt qieset żewġ għażliet:

(1)għażla mhux regolatorja li bażikament tipprovdi linji gwida biex tgħin lill-awtoritajiet tat-taxxa jiżviluppaw il-kapaċità amministrattiva tagħhom biex jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku;

(2)għażla regolatorja li timplika l-emenda tal-qafas legali tal-UE (i) għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament biex iżommu rekords tal-informazzjoni dwar il-pagamenti rilevanti għall-VAT u (ii) għall-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri biex jiġbru u jiskambjaw informazzjoni dwar il-pagamenti.

Fil-qafas tal-għażla regolatorja ġew previsti żewġ soluzzjonijiet tekniċi differenti biex l-awtoritajiet tat-taxxa jiskambjaw informazzjoni dwar il-pagamenti: applikazzjoni distribwita simili għas-Sistema tal-Iskambju ta’ Informazzjoni tal-VAT jew repożitorju ċentrali fil-livell tal-UE (li jrid jiġi żviluppat mill-Kummissjoni).

Il-valutazzjoni tal-impatt uriet li r-repożitorju ċentrali kienet l-għażla li tindirizza bl-aħjar mod l-objettiv tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku.

Repożitorju ċentrali jiżgura li l-frodi tal-VAT tiġi indirizzata bl-aħjar mod. Dan jagħti aktar garanziji f’termini ta’ uniformità tad-data u analiżi tad-data u meta jitqabbel mar-repożitorji deċentralizzati, jipprovdi perspettiva aktar ċara fil-livell tal-UE tal-fatturat tal-frodaturi li jiġu identifikati.

L-iskambju ta’ informazzjoni permezz ta’ repożitorju ċentrali jnaqqas aktar id-distorsjoni tas-suq. Hekk kif il-kooperazzjoni twassal għal riżultati aħjar għall-awtoritajiet tat-taxxa, in-negozji leġittimi jibdew igawdu minn kundizzjonijiet aktar ekwi. Il-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati ma ppermettietx li ssir kwantifikazzjoni preċiża tal-kostijiet ta’ konformità għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament. Madankollu, il-valutazzjoni tal-impatt uriet li l-armonizzazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar f’format uniku għat-trażmissjoni tal-informazzjoni (u interfaċċa wieħed) se tnaqqas il-kostijiet ta’ konformità għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament.

Bis-soluzzjoni ċentralizzata, l-awtoritajiet tat-taxxa jkollhom ukoll inqas kostijiet operazzjonali u ta’ żvilupp milli kieku jkollhom b’sistema deċentralizzata fil-livell nazzjonali.

Il-valutazzjoni tal-impatt għall-proposta ġiet eżaminata mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fis-27 ta’ Ġunju 2018. Il-Bord ta opinjoni pożittiva dwar il-proposta b’xi rakkomandazzjonijiet li tqiesu. L-opinjoni tal-Bord u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu huma inklużi fl-Anness 1 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal għall-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja din il-proposta 30 .

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Din l-inizjattiva ma taqax fil-kompetenza tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni. Il-kostijiet li wisq probabbli jiġġarbu mill-awtoritajiet tat-taxxa u mill-Kummissjoni huma elenkati fit-Taqsima 4.

Mill-informazzjoni li waslet matul il-konsultazzjoni mmirata ma setgħet issir l-ebda kwantifikazzjoni affidabbli tal-kostijiet għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament fil-valutazzjoni tal-impatt. Madankollu, bħalissa l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament jirċievu talbiet għal informazzjoni minn Stati Membri differenti f’varjetà ta’ formati differenti u li jsegwu proċeduri differenti. Skont din l-inizjattiva, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ikollhom jużaw standard armonizzat fil-livell tal-UE għat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-pagamenti lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri. B’mod ġenerali dan inaqqas il-piż amministrattiv fuq il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament.

L-inizjattiva ma tipprevedi l-ebda obbligu tal-VAT ġdid fuq il-fornituri tal-merkanzija u s-servizzi lill-konsumaturi finali.

Fl-aħħar nett, din l-inizjattiva mistennija tnaqqas b’mod konsiderevoli t-telf tal-VAT tal-Istati Membri li jirriżulta mill-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta li qed tiġi kkunsidrata se tixpruna skambji u proċessar ġodda tal-informazzjoni personali relatata mal-VAT.

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jagħti definizzjoni wiesgħa ta’ data personali, li tinkludi kwalunkwe informazzjoni dwar persuna fiżika identifikata jew identifikabbli li tista’ tiġi identifikata direttament jew indirettament. Għal din ir-raġuni, l-informazzjoni dwar il-pagamenti taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u tal-prinċipji applikabbli għall-protezzjoni tad-data personali kif stipulat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u r-Regolament (UE) 2018/1725 jistipulaw prinċipji preċiżi ħafna dwar kif għandhom jitħarsu d-drittijiet tas-suġġetti waqt l-ipproċessar tad-data personali. Madankollu, l-Unjoni tista’ tuża miżuri leġiżlattivi biex tillimita dawn il-prinċipji u d-drittijiet tas-suġġett tad-data 31 — sakemm ir-restrizzjonijiet jirrispettaw il-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità — biex tissalvagwardja objettivi importanti ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni, bħall-interessi ekonomiċi u finanzjarji, inkluża t-tassazzjoni 32 .

Il-valutazzjoni tal-impatt li tappoġġa din l-inizjattiva wriet li l-awtoritajiet tat-taxxa ma għandhom l-ebda alternattiva effettiva oħra biex jiġbru l-informazzjoni meħtieġa biex jiġġieldu l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku. Għalhekk, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-pagamenti hija miżura neċessarja.

Barra minn hekk, skont din l-inizjattiva se tiġi proċessata biss l-informazzjoni dwar il-pagamenti meħtieġa għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku. L-informazzjoni li se tiġi proċessata tirreferi biss għar-riċevituri tal-fondi (il-benefiċjarji) u għat-tranżazzjoni tal-pagament stess (ammont, munita, data) filwaqt li l-informazzjoni dwar il-konsumaturi li jħallsu għall-merkanzija jew is-servizzi (il-pagaturi) mhijiex parti mill-iskambju ta’ informazzjoni. Għalhekk, dik l-informazzjoni ma tintużax għal finijiet oħra, bħall-kontroll tad-drawwiet tax-xiri tal-konsumaturi. Barra minn hekk, il-proposta tinkludi limitu massimu marbut mal-għadd ta’ pagamenti riċevuti minn benefiċjarju partikolari, esklużi l-pagamenti li probabbilment jiġu eżegwiti għal raġunijiet privati. Il-pagamenti domestiċi jiġu esklużi wkoll mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-inizjattiva. Fl-aħħar nett, l-informazzjoni dwar il-pagamenti tkun disponibbli biss għall-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri 33 u għaż-żmien meħtieġ biss għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Iż-żieda tad-dħul mill-VAT miġbur mistennija tikkumpensa għall-kostijiet ta’ investiment tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet tat-taxxa. Fil-fatt, fl-2017 il-bejgħ online B2C ammonta għal madwar EUR 600 biljun 34 . Għalhekk, jekk wieħed jassumi li l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jistgħu jistmaw telf tal-VAT li jikkorrispondi għal 1 % ta’ dak il-fatturat, dan kieku jiġġenera sa EUR 1,2 biljun f’VAT fil-livell tal-UE-28. Anke jekk jitqies l-irkupru mhux komplut tal-VAT stmat, dawn l-ammonti jaqbżu sew il-kostijiet operattivi ġenerali għall-inizjattiva. Barra minn hekk, il-livelli ta’ frodi jammontaw għal diversi punti perċentwali tal-bejgħ fil-kummerċ elettroniku. Bħala riżultat taż-żieda fil-ġbir tal-VAT, id-diskrepanza tal-VAT mistennija titnaqqas fis-settur tal-kummerċ elettroniku.

Il-kostijiet ta’ din l-inizjattiva se jkunu mifruxa fuq bosta snin li jibdew mill-2019. L-ewwel parti ta’ dawn il-kostijiet (sal-2020) se tkun koperta mill-allokazzjonijiet eżistenti tal-programm Fiscalis 2020 attwali. Madankollu, kif deskritt fid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Leġiżlattivi, il-maġġoranza tal-kostijiet se jiġu ġġenerati wara l-2020.

Meta tqiesu l-ogħla kostijiet possibbli mġarrba mill-Kummissjoni, l-implikazzjonijiet baġitarji kienu stmati għal kost ta’ darba ta’ EUR 11,8 miljun għat-twaqqif tas-sistema u għal kost operazzjonali annwali ta’ EUR 4,5 miljun hekk kif is-sistema tkun kompletament operattiva. Ġie stmat li dawn il-kostijiet operazzjonali jibdew biss fl-2022 ladarba s-sistema tkun operattiva. L-impatt tagħhom fuq il-baġit kien ikkalkulat fuq perjodu ta’ ħames snin għal total (inkluż il-kost ta’ darba) ta’ EUR 34,3 miljun biex titwaqqaf u titħaddem is-sistema sal-2027.

Dawn il-kostijiet huma konsistenti mal-proposta tal-QFP u l-programm Fiscalis għall-perjodu li jmiss.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Ir-rapporti tal-Eurofisc u l-istatistika annwali tal-Istati Membri huma ppreżentati u diskussi fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva 35 skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010. Il-Kumitat Permanenti huwa ppresedut mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tfittex li tikseb mill-Istati Membri, kull informazzjoni rilevanti dwar il-funzjonament tas-sistema l-ġdida u dwar il-frodi. Meta tkun rilevanti, se tiġi żgurata l-koordinazzjoni fil-Kumitat Fiscalis (dan il-kumitat għadu ma ġiex stabbilit taħt il-programm Fiscalis il-ġdid 36 ).

Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 u d-Direttiva 2006/112/KE diġà jistipulaw regoli għall-evalwazzjonijiet u r-rappurtar perjodiċi tal-Kummissjoni. Għalhekk, f’konformità ma’ dawn l-obbligi eżistenti, kull ħames snin, il-Kummissjoni se tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tal-għodda ta’ kooperazzjoni amministrattiva l-ġdida, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.

Barra minn hekk, kull erba’ snin il-Kummissjoni se tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat tal-obbligi tal-VAT il-ġodda imposti fuq il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament skont l-Artikolu 404 tad-Direttiva 2006/112/KE. Il-Kummissjoni se tiżgura li ż-żewġ rapporti huma kkoordinati u bbażati fuq l-istess sejbiet.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Fl-Artikolu 243a, id-definizzjonijiet jirreferu għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva (UE) 2015/2366 37 (PSD2) dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern.

L-Artikolu 243b tad-Direttiva tal-VAT jintroduċi obbligu ġdid għaż-żamma tar-rekords għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament. Dawn is-servizzi ta’ pagament huma stabbiliti fl-Anness 1 tal-PSD2. Mhux is-servizzi ta’ pagament kollha huma rilevanti għall-kontroll tal-provvisti transfruntiera ta’ merkanzija u servizzi. L-uniċi servizzi ta’ pagament li huma rilevanti huma dawk li jirriżultaw fi trasferiment transfruntier ta’ fondi lill-benefiċjarji 38 (jew lill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament li jaġixxu f’isem il-benefiċjarji) u biss meta l-pagatur 39 ikun jinsab f’wieħed mill-Istati Membri. Dan huwa minħabba l-fatt li l-Istat Membru ta’ oriġini tal-pagament jagħti indikazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar il-post tal-konsum. Skont din l-inizjattiva, il-kunċett ta’ “transfruntier” jirreferi għat-tranżazzjonijiet fejn il-konsumatur ikun fi Stat Membru u l-fornitur ikun fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz jew f’territorju terz. Il-pagamenti domestiċi mhumiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-proposta.

L-Artikolu 243b ma jirreferix għall-post ta’ stabbiliment jew għall-indirizz permanenti jew għar-residenza abitwali tal-benefiċjarju u tal-pagatur. Fil-fatt, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament huma partijiet terzi meta mqabbla mar-relazzjoni kuntrattwali bejn il-persuni taxxabbli li jfornu merkanzija u servizzi u l-konsumaturi tagħhom. Għal din ir-raġuni, l-informazzjoni disponibbli għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament meta jeżegwixxu servizz ta’ pagament, mhux bilfors taqbel mal-informazzjoni li l-persuni taxxabbli jkollhom dwar il-konsumaturi tagħhom jew mal-informazzjoni meħtieġa biex jistabbilixxu l-post tat-tranżazzjoni taxxabbli. Il-pożizzjoni twassal biss għall-obbligu għaż-żamma tar-rekords tal-fornituri tas-servizzi ta’ pagament skont l-Artikolu 243b.

Ir-regoli li jiddeterminaw il-pożizzjoni tal-benefiċjarji u tal-pagaturi huma stipulati fl-Artikolu 243c propost (ara aktar ’l isfel).

Sabiex jinqabdu biss il-pagamenti li huma potenzjalment marbuta ma’ attività ekonomika (u b’hekk jiġu esklużi t-trasferimenti transfruntiera ta’ fondi eżegwiti għal raġunijiet privati) huwa previst limitu massimu marbut mal-għadd ta’ pagamenti transfruntiera riċevuti minn benefiċjarju. Huwa biss meta l-ammont totali ta’ pagamenti riċevuti minn benefiċjarju partikolari jaqbeż il-limitu massimu ta’ 25 pagament fi tliet xhur kalendarji (li huwa wkoll il-perjodu ta’ rappurtar għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament) li l-fornitur tas-servizz ta’ pagament irid iżomm rekords dwar dak il-benefiċjarju u jqiegħdom għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa. Il-limitu massimu ġie stabbilit abbażi ta’ valur medju ta’ EUR 95 għall-ordinijiet tax-xiri online 40 . 100 tranżazzjoni ta’ pagament fis-sena ta’ dak l-ammont se jirriżultaw f’bejgħ ta’ kważi EUR 10 000, li diġà jista’ jwassal għal obbligi tal-VAT fl-Istati Membri. Dan l-ammont jikkorrispondi wkoll mal-livell limitu ta’ EUR 10 000 introdott fuq il-provvisti intra-UE mid-Direttiva tal-VAT għall-kummerċ elettroniku.

Il-fornituri tas-servizz ta’ pagament huma obbligati li jżommu r-rekords għal sentejn. Dan il-perjodu taż-żamma tar-rekords huwa proporzjonat, skont il-volum enormi ta’ informazzjoni inkwistjoni, is-sensittività għolja tagħha f’termini ta’ protezzjoni tad-data u l-ħin meħtieġ mill-awtoritajiet tat-taxxa biex jidentifikaw il-frodi tat-taxxa.

Kif issemma qabel, l-Artikolu 243c jirreferi għar-regoli li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament iridu japplikaw biex jiddeterminaw il-pożizzjoni tal-pagaturi u tal-benenfiċjarji. L-Artikolu 243c ma jistipulax ir-regoli għall-istabbiliment tal-post tat-tassazzjoni, iżda minflok jistipula r-regoli għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-benefiċjarji u tal-pagaturi biex jiġi applikat l-obbligu taż-żamma tar-rekords skont l-Artikolu 243b tad-Direttiva tal-VAT.

Barra minn hekk, l-Artikolu 243c ma jimplikax it-trażmissjoni, lill-awtoritajiet tat-taxxa, tal-informazzjoni użata biex tiġi determinata l-pożizzjoni tal-pagatur. Din l-informazzjoni se tibqa’ għand il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament.

Skont il-paragrafu 1, il-pożizzjoni tal-pagatur se titqies li hija fl-Istat Membru indikat mill-identifikatur tal-kont tal-pagatur. Ir-Regolament dwar iż-żona unika ta’ pagamenti bl-euro 41 jistabbilixxi n-Numru Internazzjonali tal-Kont Bankarju (International Bank Account Number - IBAN) bħala l-identifikatur ta’ kont ta’ pagament individwali fi Stat Membru. Jekk pagament jiġi eżegwit permezz ta’ servizz ta’ pagament li ma jaqax taħt ir-Regolament dwar iż-żona unika ta’ pagamenti bl-euro (li japplika biss għat-trasferimenti ta’ kreditu u d-debiti diretti f’euro), il-pożizzjoni tal-pagatur tista’ tingħata bi kwalunkwe identifikatur ieħor tal-kont ta’ pagament tal-pagatur.

Hemm ukoll tranżazzjonijiet ta’ pagament (jiġifieri rimessa ta’ flus) fejn il-fondi jiġu trasferiti lill-benefiċjarju mingħajr ma jinħoloq l-ebda kont tal-pagament f’isem il-pagatur. F’dan il-każ, il-pożizzjoni tal-pagatur se titqies li hija fl-Istat Membru indikat mill-identifikatur tal-fornitur tas-servizz ta’ pagament li jaġixxi f’isem il-pagatur.

Skont il-paragrafu 2, il-pożizzjoni tal-pagatur (il-benefiċjarju tal-fondi) se titqies li hija fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz indikat mill-identifikatur tal-kont ta’ pagament fejn jiġu kreditati l-fondi. Jekk il-fondi ma jiġu kreditati lill-ebda kont ta’ pagament, il-pożizzjoni tal-benefiċjarju se titqies li hija fl-Istat Membru, fil-pajjiż terz jew fit-territorju terz indikat mill-identifikatur tal-fornitur tas-servizz ta’ pagament li jaġixxi f’isem il-benefiċjarju.

L-Artikolu 243d jipprovdi d-dettalji tal-informazzjoni li trid tinżamm mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 243b. Ir-rekords jinkludu informazzjoni li tidentifika l-fornitur tas-servizz ta’ pagament li jżomm ir-rekords, l-informazzjoni li tidentifika l-benefiċjarju u l-informazzjoni dwar il-pagamenti riċevuti mill-benefiċjarju. L-informazzjoni ta’ identifikazzjoni tal-pagaturi mhix inkluża fl-obbligu għaż-żamma tar-rekords tal-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għax mhix neċessarja biex tiġi identifikata l-frodi. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament mhux dejjem ikunu jafu jekk il-pagaturi humiex persuni taxxabbli jew sempliċement konsumaturi privati. Għalhekk, meta jinqabeż il-livell limitu ta’ 25 pagament fi tliet xhur, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament iridu jżommu l-informazzjoni li tirreferi għall-pagamenti kollha riċevuti minn benefiċjarju partikolari, mingħajr ma jiddistingwu bejn il-pagamenti riċevuti mill-konsumaturi jew mill-persuni taxxabbli. Din id-distinzjoni se tkun wieħed mill-kompiti tal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri huma u janalizzaw l-informazzjoni.

Jekk ikun applikabbli, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament iridu jżommu rekords dwar kwalunkwe numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tal-benefiċjarju. In-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT (in-numri ta’ identifikazzjoni nazzjonali jew tal-punt uniku ta’ servizz żgħir (MOSS)) huma meħtieġa biex l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri jidentifikaw persuni taxxabbli u jagħmlu kontroverifika tal-informazzjoni dwar il-pagamenti tagħhom mad-dikjarazzjonijiet u l-pagamenti rispettivi tal-VAT jew tal-MOSS. Jista’ jkun li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma jkollhomx in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-benefiċjarju (jew għax il-benefiċjarju ma jkollux numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew għax il-benefiċjarju jkollu numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT iżda ma jipprovdihx lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament). Jekk il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma jkollhomx numru ta' identifikazzjoni tal-VAT, l-awtoritajiet tat-taxxa jridu jattivaw il-proċeduri meħtieġa (domestiċi jew bl-użu tal-kooperazzjoni amministrattiva) biex jistabbilixxu jekk teżistix persuna taxxabbli wara l-benefiċjarju partikolari u biex jivvalutaw jekk hemmx xi obbligazzjonijiet tal-VAT.

Fl-aħħar nett, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament iridu jżommu l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni ta’ pagament stess, bħall-ammont, il-munita, id-data, l-oriġini tal-pagament u l-indikazzjoni ta’ kwalunkwe rifużjoni ta’ pagament.

2018/0412 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta’ ċerti rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 42 ,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 43 ,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE 44 tistabbilixxi l-obbligi ta’ kontabilità ġenerali tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-persuni taxxabbli.

(2)It-tkabbir tal-kummerċ elettroniku (“kummerċ elettroniku”) jiffaċilita l-provvista transfruntiera ta’ merkanzija u servizzi lill-konsumaturi finali fl-Istati Membri. F’dan il-kuntest, provvista transfruntiera tirreferi għal sitwazzjoni fejn il-VAT tkun dovuta fi Stat Membru wieħed iżda l-fornitur ikun stabbilit fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz jew f’territorju terz. Madankollu, in-negozji fawdolenti jisfruttaw l-opportunitajiet tal-kummerċ elettroniku biex jiksbu vantaġġi inġusti fis-suq billi jevadu l-obbligi tal-VAT tagħhom. Il-prinċipju ta’ tassazzjoni fid-destinazzjoni japplika għax il-konsumaturi ma jkollhom l-ebda obbligu ta’ kontabilità, iżda l-Istati Membri tal-konsum jeħtieġu għodod xierqa biex jidentifikaw u jikkontrollaw dawn in-negozji frawdolenti.

(3)Fil-parti l-kbira tal-bejgħ online li jsir mill-konsumaturi Ewropej, il-pagamenti jiġu eżegwiti permezz ta’ fornituri tas-servizzi ta’ pagament. Sabiex jeżegwixxi tranżazzjoni ta’ pagament, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament iżomm informazzjoni speċifika li tidentifika r-riċevitur jew il-benefiċjarju ta’ dak il-pagament, flimkien mad-dettalji dwar l-ammont, id-data tat-tranżazzjoni ta’ pagament u l-Istat Membru ta’ oriġini tal-pagament. Dan isir b’mod partikolari fil-kuntest ta’ tranżazzjoni ta’ pagament transfruntiera fejn il-pagatur ikun fi Stat Membru wieħed u l-benefiċjarju jkun fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz jew f’territorju terz. L-awtoritajiet tat-taxxa jeħtieġu din l-informazzjoni biex iwettqu l-kompiti bażiċi tagħhom li jidentifikaw in-negozji frawdolenti u jikkontrollaw l-obbligazzjonijiet tal-VAT. Għalhekk, jeħtieġ li din l-informazzjoni rilevanti għall-VAT li tinżamm mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament, tkun disponibbli għall-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri biex tgħinhom jidentifikaw u jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku transfruntier.

(4)Bħala parti minn din il-miżura l-ġdida prevista għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku transfruntier, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ikunu obbligati jżommu rekords dettaljati biżżejjed ta’ ċerti tranżazzjonijiet ta’ pagament transfruntiera skattati skont il-pożizzjoni tal-pagatur u tal-benefiċjarju. B’riżultat ta’ dan, jeħtieġ li jiġi definit il-kunċett speċifiku tal-pożizzjoni tal-pagatur u tal-benefiċjarju kif ukoll il-mezzi għall-identifikazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-pagatur u tal-benefiċjarju tiskatta biss l-obbligu għaż-żamma tar-rekords tal-fornituri tas-servizzi ta’ pagament li huwa stabbilit fl-Unjoni u jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli stipulati f’din id-Direttiva u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 45 fir-rigward tal-post tat-tranżazzjoni taxxabbli.

(5)Mill-informazzjoni diġà miżmuma mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament, dawn jistgħu jidentifikaw il-pożizzjoni tal-benefiċjarju u tal-pagatur skont is-servizzi ta’ pagament li jeżegwixxu, abbażi ta’ identifikatur ta’ kont ta’ pagament individwali użat fi Stat Membru minn dak il-pagatur jew il-benefiċjarju.

(6)Alternattivament, jenħtieġ li tiġi determinata l-pożizzjoni tal-pagatur jew tal-benefiċjarju permezz ta’ identifikatur tan-negozju tal-fornitur tas-servizz ta’ pagament li kien qed jaġixxi f’isem il-pagatur jew il-benefiċjarju. Dan il-mezz ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li jintuża wkoll meta l-fondi jiġu trasferiti lil benefiċjarju mingħajr ma jkun infetaħ l-ebda kont ta’ pagament f’isem pagatur jew meta l-fondi ma jiġu kreditati lill-ebda kont ta’ pagament.

(7)Skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 , importanti li l-obbligu fuq fornitur tas-servizz ta’ pagament li jżomm u jipprovdi informazzjoni dwar tranżazzjoni ta’ pagament transfruntier, jenħtieġ li jkun proporzjonat u jkun jinkludi biss dak li huwa meħtieġ għall-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku. Barra minn hekk, l-unika informazzjoni li jenħtieġ li tinżamm dwar il-pagatur, hija dik fejn jinsab il-pagatur. Fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarju u t-tranżazzjoni ta’ pagament stess, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament jintalbu jżommu u jittrażmettu biss lill-awtoritajiet tat-taxxa, l-informazzjoni li dawn jeħtieġu biex jidentifikaw frodaturi possibbli u biex iwettqu kontrolli tal-VAT. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament jintalbu jżommu rekords ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament transfruntiera li wisq probabbli jindikaw attivitajiet ekonomiċi. L-introduzzjoni ta’ limitu massimu bbażat fuq l-għadd ta’ pagamenti riċevuti minn benefiċjarju matul perjodu ta’ tliet xhur kalendarji jagħti indikazzjoni affidabbli li dawk il-pagamenti ġew riċevuti bħala parti minn attività ekonomika, u għalhekk jiġu esklużi l-pagamenti għal raġunijiet mhux kummerċjali. Meta jintlaħaq dan il-limitu massimu, jiskatta l-obbligu tal-kontabilità tal-fornitur tas-servizz ta’ pagament.

(8)Minħabba l-volum sinifikanti ta’ informazzjoni u s-sensittività tagħha f’termini ta’ protezzjoni tad-data personali, huwa meħtieġ u proporzjonat li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament iżommu rekords tal-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet ta’ pagament transfruntiera għal perjodu ta’ sentejn sabiex jassistu lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku u biex jidentifikaw il-frodaturi. Dan il-perjodu jikkostitwixxi l-minimu meħtieġ għall-Istati Membri biex iwettqu l-kontrolli b’mod effettiv u biex jinvestigaw is-suspetti ta’ frodi tal-VAT jew biex jidentifikaw il-frodi tal-VAT.

(9)Jenħtieġ li l-informazzjoni li trid tinżamm mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament, tinġabar mill-Istati Membri u tiġi skambjata bejniethom skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 47 li jistabbilixxi r-regoli għal kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta’ informazzjoni sabiex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT.

(10)Il-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku hija problema komuni għall-Istati Membri kollha iżda mhux bilfors li l-Istati Membri individwali għandhom l-informazzjoni biex jiżguraw li r-regoli tal-VAT fil-kummerċ elettroniku huma applikati b’mod korrett u biex jindirizzaw il-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku. Peress li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku, ma tistax tinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwali minħabba n-natura transfruntiera tal-kummerċ elettroniku u l-ħtieġa li tinkiseb informazzjoni minn Stati Membri oħra, iżda tista’ tinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(11)Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Direttiva tirrispetta bis-sħiħ id-dritt tal-protezzjoni tad-data personali stipulat fl-Artikolu 8 tal-Karta. Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-pagamenti miżmuma u żvelata skont din id-Direttiva tiġi proċessata biss mill-esperti kontra l-frodi tal-awtoritajiet tat-taxxa fil-limiti ta’ dak li huwa proporzjonat u meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku.

(12)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 u ta l-opinjoni tiegħu fi […]… 49

(13)Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 2006/112/KE tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi tad-Direttiva 2006/112/KE

Id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

(1)Il-Kapitolu 4 tat-Titolu XI huwa emendat kif ġej:

(a)tiddaħħal it-Taqsima 2a li ġejja:

“Taqsima 2a

Obbligi ġenerali għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament”;

(b)jiddaħħlu l-Artikoli 243a sa 243d li ġejjin:

“Artikolu 243a

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“fornitur ta’ servizzi ta’ pagament” tfisser korp elenkat fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 (*), jew persuna fiżika jew ġuridika li tibbenefika minn eżenzjoni skont l-Artikolu 32 ta’ dik id-Direttiva;

(2)“servizz ta’ pagament” tfisser l-attivitajiet ta’ negozju stabbiliti fil-punti (3) sa (6) tal-Anness 1 tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(3)“tranżazzjoni ta’ pagament” tfisser att definit fil-punt 5 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(4)“pagatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika kif definita fil-punt 8 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(5)“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika kif definita fil-punt 9 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(6)“IBAN” tfisser identifikatur tan-numru tal-kont ta’ pagament internazzjonali kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**);

(7)“BIC” tfisser kodiċi tal-identifikazzjoni tan-negozju kif definit fil-punt 16 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012.

_______________________________________________________________________

(*)    Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(**)    Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).

Artikolu 243b

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament iżommu reġistri dettaljati biżżejjed tal-benefiċjarji u tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament relatati mas-servizzi ta’ pagament li jeżegwixxu għal kull tliet xhur kalendarji biex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu kontrolli tal-provvisti ta’ merkanzija u servizzi li skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V jitqiesu li jsiru fi Stat Membru.

2.Ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika f’ċirkostanzi fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)meta fornitur tas-servizzi ta’ pagament jittrasferrixxi fondi minn pagatur li jinsab fi Stat Membru għal benefiċjarju li jinsab fi Stat Membru ieħor, f’territorju terz jew f’pajjiż terz;

(b)fir-rigward tat-trasferiment ta’ fondi msemmi fil-punt (a), meta fornitur tas-servizzi ta’ pagament jeżegwixxi aktar minn 25 tranżazzjoni ta’ pagament lill-istess benefiċjarju matul perjodu ta’ tliet xhur kalendarji.

3.Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)jinżammu mill-fornitur tas-servizzi ta’ pagament f’format elettroniku għal perjodu ta’ sentejn minn tmiem is-sena li fiha tkun ġiet eżegwita t-tranżazzjoni ta’ pagament;

(b)ikunu disponibbli għall-Istati Membri ta’ stabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta’ pagament skont l-Artikolu 24b tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 (*).

_____________________________________________________________________

(*)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).

Artikolu 243c

1.Għall-finijiet tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 243b u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu V ta’ din id-Direttiva, il-pożizzjoni tal-pagatur għandha titqies li hija fi Stat Membru li jikkorrispondi għal waħda minn dawn:

(a)l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-pagatur;

(b)il-BIC jew kwalunkwe kodiċi ieħor tal-identifikazzjoni tan-negozju li jidentifika b’mod mhux ambigwu l-fornitur tas-servizz ta’ pagament li jaġixxi f’isem il-pagatur.

2.Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 243b, il-pożizzjoni tal-benefiċjarju għandha titqies li hija fi Stat Membru, f’pajjiż terz jew f’territorju terz li jikkorrispondi għal waħda minn dawn:

(a)l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-benifiċjarju jew kwalunkwe identifikatur tan-numru tal-kont ta’ pagament li jidentifika b’mod mhux ambigwu kont ta’ pagament individwali;

(b)il-BIC jew kwalunkwe kodiċi ieħor tal-identifikazzjoni tan-negozju li jidentifika b’mod mhux ambigwu l-fornitur tas-servizz ta’ pagament li jaġixxi f’isem il-benefiċjarju.

Artikolu 243d

1.Ir-reġistri miżmuma mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament, skont l-Artikolu 243b, għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)il-BIC jew kwalunkwe kodiċi ieħor tal-identifikazzjoni tan-negozju li jidentifika b’mod mhux ambigwu l-fornitur tas-servizz ta’ pagament;

(b)isem il-benefiċjarju jew isem in-negozju, jekk xieraq;

(c)kwalunkwe numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-benefiċjarju, jekk disponibbli;

(d)l-IBAN jew kwalunkwe identifikatur tan-numru tal-kont ta’ pagament li jidentifika b’mod mhux ambigwu l-kont ta’ pagament individwali tal-benefiċjarju;

(e)il-BIC jew kwalunkwe kodiċi ieħor tal-identifikazzjoni tan-negozju li jidentifika b’mod mhux ambigwu l-fornitur tas-servizz ta’ pagament li jaġixxi f’isem il-benefiċjarju, meta l-benefiċjarju jirċievi fondi mingħajr ma jkollu l-ebda kont ta’ pagament;

(f)l-indirizz tal-benefiċjarju fir-reġistri tal-fornitur tas-servizz ta’ pagament;

(g)kull tranżazzjoni ta’ pagament eżegwita msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 243b;

(h)kull rifużjoni ta’ pagament eżegwita għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament imsemmija fil-punt (g);

2.L-informazzjoni msemmija fil-punti (g) u (h) tal-paragrafu 1, għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:

(a)id-data u l-ħin tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament jew tar-rifużjoni ta’ pagament;

(b)l-ammont u l-munita tat-tranżazzjoni ta’ pagament jew tar-rifużjoni ta’ pagament;

(c)    l-Istat Membru tal-oriġini tal-fondi riċevuti mill-benefiċjarju jew f’ismu, l-Istat Membru, it-territorju terz jew il-pajjiż terz ta’ destinazzjoni tar-rifużjoni, kif xieraq, u l-informazzjoni użata biex jiġu determinati l-oriġini jew id-destinazzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament jew tar-rifużjoni ta’ pagament skont l-Artikolu 243c.”

Artikolu 2

1.    Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir din ir-referenza.

2.    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.Durata u impatt finanzjarju

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

It-trażmissjoni u l-iskambju obbligatorji tad-data dwar il-pagamenti rilevanti għall-VAT

PLAN/2017/2023 — TAXUD

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

azzjoni ġdida

azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 50

l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

fużjoni jew dirottar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn/ma’ azzjoni oħra jew azzjoni ġdida

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Ġew stabbiliti l-istadji importanti li ġejjin għall-proġett:

(1)Tmiem l-2022 — Tkun operattiva s-sistema ċentrali għall-ġbir tad-data minn fornituri ta’ pagament u għall-analiżi tar-riskju;

(2)Tmiem l-2024 — Il-feedback dwar l-użu tad-data dwar il-pagamenti, il-kriterji tar-riskju u l-ammont supplementari tal-VAT jiġi vvalutat u provdut mill-Kummissjoni b’mill-inqas żewġ/tliet utenti attivi (Stati Membri).

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, aktar effettività jew kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante): l-Istati Membri waħedhom ma jistgħux jiġġieldu b’mod effettiv kontra l-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku. L-awtoritajiet tat-taxxa ma għandhomx aċċess għall-informazzjoni dwar il-provvisti transfruntiera min-negozju għall-konsumaturi.

Barra minn hekk, minħabba limitazzjonijiet legali, mhux dejjem ikun possibbli jsir skambju ta’ informazzjoni dwar il-pagamenti bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri, u dan iwassal biex l-għodod ta’ kooperazzjoni amministrattiva attwali ma jibqgħux effettivi fir-rigward tal-frodi tal-VAT fil-kummerċ elettroniku.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jiġi ġġenerat (ex post)

Livell ta’ konformità tal-VAT ogħla fost il-bejjiegħa mill-bogħod jiġġenera kundizzjonijiet ekwi mtejba għall-kumpaniji kollha li huma attivi fis-settur tal-kummerċ elettroniku. Bl-istess mod, il-livell ta’ konformità mtejjeb iwassal għal dħul ogħla mill-VAT u għal inqas diskrepanza tal-VAT.

Għall-fornituri ta’ pagament, bl-adozzjoni ta’ sistema ċentralizzata unika mal-UE kollha tal-ġbir tad-data dwar il-pagamenti rilevanti għall-VAT, jitnaqqsu r-riskji u l-kostijiet li tiġi rrappurtata l-istess informazzjoni f’formati differenti f’kull Stat Membru tal-UE.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Din hija inizjattiva ġdida. Madankollu, skont il-proġett tal-Punt uniku ta’ servizz żgħir (MOSS) li żviluppa pjattaforma Ewropea komuni għad-dikjarazzjoni u għall-pagament tal-VAT fuq is-servizzi elettroniċi madwar l-Ewropa, jistgħu jinsiltu dawn il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(1)L-implimentazzjoni tas-soluzzjoni teknika trid tiġi ppjanata ħafna minn qabel, biex tkun tista’ ssir konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati filwaqt li jitqiesu ż-żmien u r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex tiġi żviluppata s-sistema l-ġdida;

(2)Ir-rekwiżiti biex tinħażen informazzjoni fit-tul għandhom jiġu ponderati sew f’termini ta’ kostijiet u benefiċċji;

(3)L-implimentazzjoni tal-inizjattiva għandha tkun akkumpanjata minn kampanja tajba ta’ komunikazzjoni sabiex tgħin lin-negozji jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda ta’ rappurtar.

Se jintużaw it-tagħlimiet meħuda mill-iżvilupp tas-sistemi tal-IT u l-kooperazzjoni amministrattiva taħt il-programmi Fiscalis u Dwana. B’mod partikolari, l-esperjenza li se tinkiseb fl-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni futura għal Dwana 2 tista’ tkun utli għall-bini tal-għodod tal-analiżi tar-riskju għad-data dwar il-pagamenti.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-fondi għall-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva se jingħataw mill-programm Fiscalis.

Fl-aħħar nett, l-inizjattiva se tiġi implimentata flimkien mar-regoli l-ġodda tal-Pakkett dwar is-Suq Uniku Diġitali tal-VAT, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta’ ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta’ servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti. Id-data dwar il-pagamenti tippermetti li l-awtoritajiet tat-taxxa jwettqu kontroverfiki tal-informazzjoni ddikjarata mill-postijiet tas-suq, mill-pjattaformi jew minn bejjiegħa mill-bogħod oħra, u li jivverfikaw l-applikazzjoni tal-livell limitu ta’ EUR 10 000 għall-provvisti intra-UE.

1.5.Durata u impatt finanzjarju

◻ durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

durata illimitata

Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2020 sal-2023,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 51

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti

Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva abbażi tal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 u r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

TAXUD se jissottometti rapporti ta’ monitoraġġ annwali lill-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (SCAC).

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-inizjattiva se tiġi implimentata b’ġestjoni diretta. Dan il-mod ta’ ġestjoni jipprovdi l-aktar allokazzjoni effiċjenti ta’ riżorsi finanzjarji u l-akbar impatt possibbli. Joffri lill-Kummissjoni ċerta flessibilità u orjentazzjoni biżżejjed għall-allokazzjoni annwali tar-riżorsi.

L-inizjattiva se tiġi implimentata mill-Kummissjoni permezz tal-akkwist pubbliku.

Għall-akkwist pubbliku, il-modalitajiet ta’ pagament huma allinjati bis-sħiħ mal-istandards korporattivi (l-ebda prefinanzjament; il-pagamenti kollha huma marbuta mal-aċċettazzjoni ta’ riżultati predefiniti).

Is-sistema ta’ kontroll għall-akkwist pubbliku hija bbażata fuq verifika ex ante bir-reqqa tat-tranżazzjonijiet kollha, u b’hekk teskludi kwalunkwe żball fil-ħin tal-pagament.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema(i) ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskji ġenerali identifikati relatati mal-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva jirreferu għal:

1.    In-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji u umani għas-soluzzjoni tal-IT dwar ir-repożitorju ċentrali u l-bidliet li kull Stat Membru jrid iwettaq fis-sistemi ta’ informazzjoni nazzjonali tiegħu;

2.    Ir-riskju għas-sigurtà relatati mal-ħżin u l-ipproċessar ta’ data dwar il-pagamenti sensittiva;

Ir-riskji se jiġu indirizzati minn TAXUD bl-appoġġ tal-Istati Membri permezz ta’ (i) deċiżjonijiet ta’ finanzjament xierqa, (ii) konsultazzjoni estensiva dwar ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali tas-sistemi l-ġodda tal-IT, kif ukoll konsultazzjoni ta’ diversi partijiet ikkonċernati u analiżi bir-reqqa mill-Kummissjoni u l-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva ta’ indikaturi tal-prestazzjoni u xejriet tas-suq.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u l-valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Peress li l-finanzjament tal-inizjattiva se jsir permezz tal-programm Fiscalis, se tapplika s-sistema ta’ kontroll intern speċifika.

TAXUD se jivverfika b’mod regolari l-implimentazzjoni tal-inizjattiva, kemm mil-lat ta’ negozju kif ukoll minn dak tal-IT u se jistabbilixxi verifiki ta’ ġestjoni regolari fl-unitajiet tiegħu li huma responsabbli mill-amministrazzjoni tat-taxxa, mill-ġlieda kontra l-frodi u mis-sistemi tal-IT għat-tassazzjoni

TAXUD għandu rekord tajjeb u esperjenza xierqa fl-implimentazzjoni ta’ sistemi trans-Ewropej tal-IT fuq skala kbira u regoli tan-negozju kumplessi li jinvolvu l-Istati Membri kollha tal-UE. B’mod partikolari, l-esperjenza miksuba miż-żewġ programmi Fiscalis u Dwana se tnaqqas ir-riskji ta’ errur (taħt it-2 %).

L-istrateġija ta’ kontroll applikata wriet li hija effettiva u effiċjenti fil-kuntest ta’ inizjattivi simili preċedenti għall-programm Dwana u l-kost tal-kontroll deher li huwa limitat.

Peress li se jintużaw sistemi ta’ kontroll simili għal din l-inizjattiva, il-kost antiċipat tal-kontrolli u l-livell mistenni tar-riskju ta’ errur mal-pagament/mal-għeluq jistgħu jitqiesu bħala kosteffettivi.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Id-DĠ TAXUD jimplimenta Strateġija ta’ Kontra l-Frodi (AFS) komprensiva li twassal għal kultura ta’ kontra l-frodi fid-Direttorat Ġenerali permezz ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji potenzjali tal-frodi u dwar l-imġiba etika fost il-persunal tad-DĠ TAXUD.

Meta jitqies li l-programm se jiġi implimentat permezz tal-akkwist pubbliku, tapplika d-dispożizzjoni tal-AFS (Objettiv 3 tal-AFS: “Il-ħolqien ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ kunflitt ta’ interess fir-relazzjonijiet ma’ partijiet ikkonċernati esterni bħalma huma lobbisti, offerenti u kuntratturi”). Il-miżuri ta’ prevenzjoni se jiffukaw fuq 1) iż-żamma ta’ reġistru tal-kuntatti mal-lobbisti, 2) il-ġestjoni ċentralizzata tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku u l-kuntatti mal-offerenti, 3) it-taħriġ dedikat dwar il-kuntatti mal-lobbisti u se jkun partikolarment applikabbli għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva.

Il-konsultazzjoni obbligatorja mas-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni qabel ma jingħataw il-kuntratti (u kwalunkwe tranżazzjoni finanzjarja) se tkompli tiskoraġġixxi wkoll il-frodi u l-irregolarità potenzjali.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura ……………………… ………………]

Diff./Mhux diff 52 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 53

mill-pajjiżi kandidati 54

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

1

03.01 Suq Uniku – Linja amministrattiva

03.04 Suq Uniku – Kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (FISCALIS)

Diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

<…>

“Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali”

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali (maqsuma skont il-linji baġitarji elenkati taħt 3.1)

Impenji

(1)

5,400

5,550

5,235

4,585

4,585

4,585

4,585

34,525

Pagamenti

(2)

34,525

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 55  

Impenji = Pagamenti

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

5,400

5,550

5,235

4,585

4,585

4,585

4,585

34,525

Pagamenti

=2+3

34,525



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”



miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

2,244

0,902

0,225

0,225

0,225

0,225

0,225

4,274

Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

2,444

0,952

0,276

0,276

0,276

0,276

0,276

4,774

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet totali
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

7,644

6,452

5,460

4,810

4,810

4,810

8,910

38,798

Pagamenti

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

2,244

0,902

0,225

0,225

0,225

0,225

0,225

4,274

Nefqa amministrattiva oħra

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7 56
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7

tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

2,244

0,902

0,225

0,225

0,225

0,225

0,225

4,274

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.



3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

6

2

0,5

0,5

0,5

0,5

0,5

Delegazzjonijiet

Riċerka

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-full time: FTE) — AC, AL, END, INT u JED  57

Intestatura 7

Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

9

4

1

1

1

1

1

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  58

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

15

6

1,5

1,5

1,5

1,5

1,5

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Iċ-ċifri jinkludu kemm il-persunal li jaħdem fuq il-ġestjoni u l-implimentazzjoni diretti tal-inizjattiva kif ukoll il-persunal li jaħdem fuq oqsma ta’ politika appoġġati mill-inizjattiva.

Persunal estern

Iċ-ċifri jinkludu kemm il-persunal li jaħdem fuq il-ġestjoni u l-implimentazzjoni diretti tal-inizjattiva kif ukoll il-persunal li jaħdem fuq oqsma ta’ politika appoġġati mill-inizjattiva.

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

(1)fuq id-dħul mill-VAT

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 59

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu …………

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

(1)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar is-segwitu għall-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT – Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Wasal iż-żmien li naġixxu (COM (2017) 566 final), il-punt 2.1.1, paġna 3. Ara wkoll il-punt 6 ta’ “20 measures to tackle the VAT gap”, anness mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/docs/body/2016-03_20_measures_en.pdf  
(2)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta’ ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta’ servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).
(3)    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 14769/1/17 REV 1, it-30 ta’ Novembru 2017, http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-14769-2017-REV-1/mt/pdf
(4)    Implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar is-Suq Uniku Diġitali - Suq Uniku Diġitali (COM (2017) 228 final, 10.5.2017) ara: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1496330315823&uri=CELEX:52017DC0228
(5)    L-Artikolu 14a tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE se jqis il-postijiet tas-suq online, il-pjattaformi u l-portali bħala “fornituri” biex jiġi ffaċilitat il-bejgħ ta’ merkanzija permezz tal-interfaċċi elettroniċi tagħhom. Dawn se jitqiesu li rċevew u fornew dik il-merkanzija huma stess għal (a) bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija importata minn territorji terzi jew minn pajjiżi terzi li l-valur tagħha ma taqbiżx il-EUR 150, u (b) l-iffaċilitar permezz ta’ dawn il-pjattaformi tal-provvisti ta’ merkanzija min-negozju għall-konsumatur (B2C) li huma diġà fl-UE (jiġifieri f’ċentri ta’ eżekuzzjoni) minn persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fl-UE.
(6)    Id-dokument ta’ sfond tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, “Collection of VAT and customs duties on cross-border e-commerce”, Lulju 2018.
(7)    Dan jinkludi territorji terzi skont l-Artikolu 6.
(8)    Ara l-propiosta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta’ ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta’ servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta’ prodotti (COM(2016) 757 final), p. 2.
(9)    L-ammont ta’ xandir televeżiv illegali fil-Latvja fl-2015, Stockholm School of Economics, “Nelegālās maksas TV apraides apjoms Latvijā 2015”, disponibbli fuq:     https://www.researchgate.net/profile/Arnis_Sauka/publication/303382487_Nelegalas_maksas_TV_apraides_apjoms_Latvija_2015/links/573f5c7408ae298602e8f2f2.pdf  
(10)    Il-Europol u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea: “2017 Situation Report on Counterfeiting and Piracy in the European Union”, disponibbli fuq www.europol.europa.eu/publications-documents/2017-situation-report-counterfeiting-and-piracy-in-european-union
(11)    Nordic Content Protection: “Trend Report 2017”, disponibbli fuq: www.ncprotection.com/wp-content/uploads/2017/03/Trend-Report-2017.pdf
(12)    Ara: www.ofcom.org.uk/__data/assets/pdf_file/0027/95661/ICMR-2016-4.pdf
(13)    Ikkalkulat bl-użu tar-rati standard mingħajr ma tqiesu r-rati mnaqqsa.
(14)    Fil-konsultazzjoni mmirata biex titħejja din il-proposta, tliet awtoritajiet tat-taxxa biss ipprovdew stimi approssimattivi tat-telf tal-VAT dwar provvisti intra-UE ta’ merkanzija B2C, provvisti intra-UE ta’ servizzi B2C u importazzjonijiet ta’ merkanzija fl-2015, l-2016 u l-2017.
(15)    “E-shopper barometer 2017” (DPD group), disponibbli fuq: https://www.dpd.com/be_en/business_customers/dpd_insights/e_shopper_barometer_2017 u International Post Corporation, “e-Commerce logistics and delivery”, eCom21 2016.
(16)    Ara: https://www.atkearney.com/documents/10192/1448080/Winning+the+Growth+Challenge+in+Payments.pdf/b9da93a5-9687-419e-b166-0b25daf585ff , p. 5.
(17)    B’mod partikolari, l-awtorità tat-taxxa Finlandiża kienet kapaċi tiġbor EUR 16-il miljun fl-2016 abbażi tal-kooperazzjoni ma’ fornituri tas-servizzi ta’ pagament.
(18)    Ara l-Anness 11 tal-Valutazzjoni tal-Impatt, “Third countries using payment data as VAT control tool”.
(19)    Ara: https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/juncker-political-guidelines-speech_mt.pdf
(20)    Ara: https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/soteu2018-brochure_mt.pdf  
(21)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1541 tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 904/2010 u (UE) 2017/2454 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 259, 16.10.2018, p. 1).
(22)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).
(23)    Il-Forum tal-UE dwar il-VAT huwa grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni li joffri pjattaforma ta’ diskussjoni fejn in-negozji u l-awtoritajiet tal-VAT jiltaqgħu biex jiddiskutu kif tista’ titjieb fil-prattika l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-VAT. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 2012 li tistabbilixxi l-Forum tal-UE dwar il-VAT (ĠU C 198, 6.7.2012, p. 4).
(24)    “Consolidated report on cooperation between Member States and businesses in the field of e-commerce/modern commerce”, p. 5. Ara: https://ec.europa.eu/taxation_customs/business/vat/vat-reports-published_en
(25)    Ara: http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2018/02/06/eu-norway-agreement-signed-strengthening-the-prevention-of-vat-fraud/
(26)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(27)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(28)    Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391).
(29)    Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll il-pjan direzzjonali kkombinat/il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu (ara: https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/initiatives/ares-2018-899238_mt ) “Exchange of VAT-relevant payment data”, li jippermettu li jingħata feedback inizjali dwar l-inizjattiva. Matul il-perjodu ta’ feedback, jiġifieri bejn il-15 ta’ Frar 2018 u l-15 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet biss tliet tweġibiet. Tnejn minnhom kienu jappoġġaw l-inizjattiva, filwaqt li t-tielet waħda ma kinitx marbuta mal-kontenut tal-inizjattiva.
(30)    L-iskeda tas-sommarju eżekuttiv hija disponibbli fil-paġna li ġejja: http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/index.cfm?fuseaction=list&coteId=10102&version=ALL&p=1& http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/index.cfm?fuseaction=list&coteId=10102&version=ALL&p=1&
(31)    Jistgħu jiġu stabbiliti restrizzjonijiet fuq id-dritt li individwi jkunu infurmati b’mod trasparenti dwar: l-ipproċessar tad-data (l-Artikoli 12, 13 u 14); l-aċċess għad-data (l-Artikolu 15); ir-rettifikazzjoni tad-data (l-Artikolu 16); it-tħassir tad-data (l-Artikolu 17); ir-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data (l-Artikolu 18); in-notifika dwar kwalunkwe rettifika jew tħassir ta’ data (l-Artikolu 19); id-data li tiġi riċevuta f’format strutturat u komuni - il-portabbiltà tad-data (l-Artikolu 20); id-dritt ta’ oġġezzjoni (l-Artikolu 21); u d-dritt li individwu ma jkunx soġġett għal ipproċessar awtomatizzat u tfassil ta’ profil (l-Artikolu 22).
(32)    L-Artikolu 23 tal-GDPR u l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
(33)    L-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc huma esperti kontra l-frodi tal-awtoritajiet tat-taxxa u jinħatru mill-Istati Membri bħala uffiċjali kompetenti għall-iskambju ta’ sinjali ta’ twissija bikrija għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010, il-Kapitolu X.
(34)    Fl-2017, E-commerce Europe stmat il-fatturat tal-kummerċ elettroniku għal EUR 602 biljun għar-reġjuni tat-Tramuntana, il-Lvant u n-Nofsinhar tal-Ewropa.
(35)    Il-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (SCAC) huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u ppresedut mill-Kummissjoni. Is-SCAC huwa responsabbli mill-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.
(36)    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm “Fiscalis” għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2018) 443 final), l-Artikolu 18.
(37)    Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
(38)    “Benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun ir-riċevitur intenzjonat ta’ fondi li kienu s-suġġett ta’ tranżazzjoni ta’ pagament (l-Artikolu 4(9) tal-PSD2).
(39)    “Pagatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha kont ta’ pagament u li tippermetti ordni ta’ pagament minn dak il-kont ta’ pagament, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda kont ta’ pagament, persuna fiżika jew ġuridika li tagħti ordni ta’ pagament (l-Artikolu 9(8) tal-PSD2).
(40)    https://www.statista.com/statistics/239247/global-online-shopping-order-values-by-device
(41)    Ir-Regolament SEPA (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).
(42)    ĠU C , , p. .
(43)    ĠU C , , p. .
(44)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(45)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 77, 23.3.2011, p. 1).
(46)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-proċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(47)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).
(48)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(49)    ĠU C […], […], p. […].
(50)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(51)    Dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit web tad-DĠ BUDG: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx
(52)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(53)    EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(54)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(55)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(56)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(57)    AC = Persunal b’Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Persunal tal-Aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(58)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
(59)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % tal-kostijiet tal-ġbir.