IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 4.10.2018
COM(2018) 667 final
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara
applikazzjoni mill-Greċja – EGF/2018/003 EL/Attica publishing
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
KUNTEST TAL-PROPOSTA
1.Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG) huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ir-“Regolament tal-FEG”).
2.Fit-22 ta’ Mejju 2018, il-Greċja ressqet l-applikazzjoni EGF/2018/003 EL/Attica publishing għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara sensji fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 58 tal-NACE Reviżjoni 2 (“Attivitajiet ta’ pubblikazzjoni”) fir-reġjun tal-livell NUTS 2 ta’ Aττική (Attika) (EL30) fil-Greċja.
3.Wara li vvalutat din l-applikazzjoni, b’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli kollha tar-Regolament tal-FEG, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG huma ssodisfati.
SINTEŻI TAL-APPLIKAZZJONI
|
L-applikazzjoni tal-FEG
|
EGF/2018/003 EL/Attica publishing
|
|
Stat Membru
|
Il-Greċja
|
|
Reġjun(i) kkonċernat(i) (livell NUTS 2)
|
Aττική (Attika) (EL30)
|
|
Data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni
|
22 ta’ Mejju 2018
|
|
Data ta’ konferma tal-wasla tal-applikazzjoni
|
22 ta’ Mejju 2018
|
|
Data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali
|
1 ta’ Awwissu 2018
|
|
Data ta’ skadenza għall-għoti tal-informazzjoni addizzjonali
|
12 ta’ Settembru 2018
|
|
Skadenza għat-tlestija tal-valutazzjoni
|
24 ta’ Ottubru 2018
|
|
Il-kriterju ta’ intervent
|
L-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament tal-FEG
|
L-għadd ta’ intrapriżi kkonċernati
|
3
|
|
Is-settur(i) tal-attività ekonomika
(Diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2)
|
Diviżjoni 58 (Attivitajiet ta’ pubblikazzjoni)
|
|
Perjodu ta’ referenza (disa’ xhur):
|
29 ta’ Mejju 2017 – 28 ta’ Frar 2018
|
|
Għadd totali ta’ sensji
|
550
|
|
Għadd totali ta’ benefiċjarji eliġibbli
|
550
|
|
Għadd totali ta’ benefiċjarji fil-mira
|
550
|
|
Baġit għas-servizzi personalizzati (f’EUR)
|
3 697 500
|
|
|
Baġit għall-implimentazzjoni tal-FEG (EUR)
|
150 000
|
|
|
Baġit totali (EUR)
|
3 847 500
|
|
|
Kontribuzzjoni tal-FEG (60 %) (EUR)
|
2 308 500
|
|
VALUTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONI
Proċedura
4.Fit-22 ta’ Mejju 2018, il-Greċja ressqet l-applikazzjoni EGF/2018/003 EL/Attica publishing fi żmien 12-il ġimgħa mid-data li fiha ġew issodisfati l-kriterji tal-intervent stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-FEG. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-wasla tal-applikazzjoni fl-istess data u talbet għal informazzjoni addizzjonali mill-Greċja fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha l-Kummissjoni rċeviet it-traduzzjoni tal-applikazzjoni, fl-1 ta’ Awwissu 2018. Din l-informazzjoni addizzjonali ngħatat fi żmien sitt ġimgħat mit-talba, fl-1 ta’ Awwissu 2018. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, fi żmien l-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa minn meta tasal l-applikazzjoni kompluta u li tiskadi fl-24 ta’ Ottubru 2018.
Eliġibbiltà tal-applikazzjoni
Kriterji ta’ intervent
5.Il-Greċja ressqet l-applikazzjoni skont il-kriterju ta’ intervent tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament tal-FEG, li jeħtieġ li mill-inqas 500 ħaddiem jingħataw is-sensja fuq perjodu ta’ referenza ta’ disa’ xhur f’intrapriżi li joperaw fl-istess settur ekonomiku definit fil-livell tad-diviżjoni NACE Rev. 2 u li jinsabu f’reġjun wieħed jew f’żewġ reġjuni kontigwi kif definit fil-livell NUTS 2 fi Stat Membru. Kien hemm 550 sensja fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 58 NACE Reviżjoni 2 (L-attivitajiet ta’ pubblikazzjoni) fir-reġjun tal-livell NUTS 2 ta’ Aττική (Attika) (EL30)
6.Il-perjodu ta’ referenza ta’ disa’ xhur għall-applikazzjoni huwa mid-29 ta’ Mejju 2017 sat-28 ta’ Frar 2018.
Intrapriżi u benefiċjarji kkonċernati
7.L-intrapriżi u l-għadd ta’ sensji matul il-perjodu ta’ referenza:
|
Intrapriżi
|
Sensji matul il-perjodu ta’ referenza
|
|
Lambrakis Press SA (DOL)
|
324
|
|
|
Ethnos Publications SA
|
185
|
|
|
Pegasus Magazines Publications
|
41
|
|
Għadd totali ta’ intrapriżi: 3
|
Għadd totali ta’ sensji:
|
550
|
Kalkolu tas-sensji u tal-waqfien tal-attività
8.Is-sensji kollha tul il-perjodu ta’ referenza ġew ikkalkulati mid-data tan-notifika individwali tal-impjegatur dwar it-tkeċċija jew it-terminazzjoni tal-kuntratt tal-impjieg tal-ħaddiema.
Benefiċjarji eliġibbli
9.L-għadd totali ta’ benefiċjarji eliġibbli huwa ta’ 550.
Rabta bejn is-sensji u l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009
10.Sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn is-sensji tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009, il-Greċja targumenta li matul il-perjodu 2008-2016, il-PDG reali per capita tal-Greċja naqas b’25% (minn EUR 22 600 għal EUR 17 000) u l-qgħad żdied bi kważi 16-il punt perċentwali (minn 7,8% għal 23,6%).
PDG per capita f’eluf ta’ Euro(2005-2016, prezzijiet kostanti tal-2010)
Sors INE GSEE, ibbażat fuq id-data AMECO.
Rata tal-qgħad totali (%)
− Perċentwal tal-popolazzjoni attiva−
Sors: Eurostat
11.Barra minn hekk, biex jindirizza l-pagamenti lura tad-djun barranin, il-Gvern Grieg ilu mill-2008 jieħu miżuri mhux popolari, fosthom billi żied ir-rati tat-taxxa, għamel in-nefqa pubblika aktar effiċjenti u naqqas is-salarji tal-ħaddiema taċ-ċivil. Is-salarji fis-settur privat bdew jitnaqqsu wkoll f’tentattiv li tiżdied il-kompetittività tal-ekonomija Griega.
12.Matul il-perjodu bejn Jannar 2008 u Jannar 2018, kien hemm żieda fil-paga minima fl-Istati Membri tal-UE. Il-Greċja biss uriet tnaqqis ta’ 14% fil-paga minima nazzjonali.
Pagi minimi
(Jannar 2008 u Jannar 2018)
|
Pagi minimi (EUR kull xahar)
|
|
Rata annwali medja ta’ tibdil (%)
|
|
Il-Bulgarija
|
Il-Litwanja
|
Ir-Rumanija
|
Il-Latvja
|
L-Ungerija
|
Il-Kroazja (*)
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
Is-Slovakkja
|
|
L-Estonja
|
Il-Polonja
|
Il-Portugall
|
Il-Greċja
|
Malta
|
Is-Slovenja
|
Spanja
|
|
Ir-Renju Unit
|
Il-Ġermanja (*)
|
Franza
|
Il-Belġju
|
In-Netherlands
|
L-Irlanda
|
Il-Lussemburgu
|
|
Grupp 1
|
|
Grupp 2
|
|
Grupp 3
|
|
|
|
|
|
Pagi minimi, Jannar 2008 (skala tax-xellug)
|
|
|
|
|
|
Pagi minimi, Jannar 2018 (skala tax-xellug)
|
|
|
|
|
|
Rata annwali medja ta’ tibdil, Jannar 08 sa Jannar 18 (skala tal-lemin)
|
|
|
|
Nota: Id-Danimarka, l-Italja, Ċipru, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja: l-ebda paga minima nazzjonali
|
|
(1) Lulju 2008 minflok Jannar 2008
|
|
(2) Jannar 2008 u t-tibdil tar-rata annwali medja mhuwiex disponibbli
|
|
Sors: Eurostat (kodiċi tad-data online earn_mw_cur)
|
13.Skont ir-riżultati tal-istħarriġ dwar il-forza tax-Xogħol tal-Q2 2016, il-perċentwal ta’ ħaddiema/impjegati li l-qligħ ta’ kull xahar tagħhom kien inqas minn EUR 700, żdied b’madwar 26 punt perċentwali (minn 13,1% għal 38,8%) matul il-perjodu 2009-2016; filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema/impjegati li jaqilgħu aktar minn EUR 700 naqas fil-kategoriji kollha tas-salarji.
Evoluzzjoni tas-salarji fis-settur privat fil-Greċja
(2009-2016)
(*) Ma jafux jew ma jwieġbux
Sors INE/GSEE, ibbażat fuq ELSTAT, Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol (Q2 2009 u Q2 2016)
14.Minħabba ż-żieda fil-qgħad u s-salarji li qed jonqsu, id-dħul tal-familji fil-Greċja ilu jonqos mill-bidu tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fl-2008. L-effett immedjat ta’ dan it-tnaqqis kien tnaqqis fil-konsum. In-nefqa tal-unitajiet domestiċi fil-Greċja naqas b’mod kostanti matul il-perjodu 2008-2013 u ma żdiedx minn dakinhar. L-unitajiet domestiċi naqqsu sostanzjalment l-ispejjeż kollha mhux essenzjali u naqqsu xi wħud minn dawk essenzjali.
Dħul u Konsum Domestiku f’Euro
(Il-Greċja, Q4 2008 - Q2 2016, prezzijiet kostanti tal-2010)
Sors INE GSEE, ibbażat fuq id-data tal-Eurostat
15.Matul il-perjodu 2011-2017, il-bejgħ tal-istampa ta’ kuljum u perjodiku waqa’ fil-Greċja. Il-bejgħ tal-gazzetti niżel minn 144 miljun kopja fl-2011 għal 57 miljun fl-2017 u l-bejgħ tar-rivisti niżel minn 60 miljun kopja għal 23 miljun. It-tnaqqis stabbli huwa l-konsegwenza tal-kriżi ekonomika u finanzjarja li l-effetti tagħha għadhom jaffettwaw l-ekonomija Griega (it-tnaqqis fid-dħul domestiku, il-livell għoli ta’ qgħad, eċċ.) flimkien ma’ evoluzzjoni diġitali rapida, li qed tittrasforma s-settur tal-pubblikazzjoni.
Bejgħ tal-Istampa Kuljum u Perjodiku 2012-2017
% sena wara sena
|
|
2012
|
2013
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
|
L-istampa ta’ kuljum
(gazzetti)
|
-18,9
|
-10,5
|
-8,9
|
-10,7
|
-15,9
|
-19,6
|
|
L-istampa perjodika
(rivisti)
|
-22
|
-15,0
|
-7,3
|
-19,8
|
-9,0
|
-15,4
|
Sors: IBHS ibbażat fuq l-istħarriġ tal-istampa ta’ ELSTADT ta’ Kuljum u perjodiku 2017
16.L-applikazzjoni attwali hija segwitu għall-applikazzjoni EGF/2014/018 GR Attica publishing. L-argumenti pprovduti f’dak iż-żmien jibqgħu validi.
17.Sal-lum, is-settur tal-attivitajiet tal-Pubblikazzjoni kien is-suġġett ta’ tliet applikazzjonijiet tal-FEG, kollha bbażati fuq il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.
Avvenimenti li jwasslu għal sensji u waqfien ta’ attività
18.L-avvenimenti li jwasslu għal dawn is-sensji huma l-qtugħ kbir fin-nefqa tar-reklamar ta’ reklamaturi kbar, bħall-produtturi tal-karozzi u l-banek u t-tnaqqis fil-bejgħ tal-istampa ta’ kuljum u dik perjodika; it-tnejn ikkawżati mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. It-tnaqqis fil-bejgħ huwa wkoll relatat mal-bidla fl-udjenzi tal-qarrejja mill-istampa stampata għall-istampa elettronika minħabba aċċessibilità faċli għall-kontenut u l-immedjatezza tagħha, iżda wkoll ikkawżat mill-fatt li l-verżjoni diġitali tal-gazzetti hija prinċipalment bla ħlas (64% ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ dwar “l-impatt tal-midja elettronika fil-bidla tal-attitudnijiet tal-qarrejja” qablu li ma għadhomx jagħżlu l-informazzjoni stampata kif għamlu fl-imgħoddi minħabba l-ispiża tagħha).
19.Il-kumpaniji tal-pubblikazzjoni ltaqgħu ma’ problemi serji f’termini ta’ vijabbiltà, hekk kif il-fatturat tagħhom aggrava matul il-perjodu ta’ kriżi. Matul id-deċennju 2005-2014, il-fatturat tas-settur tal-pubblikazzjoni naqas b’56,4%. Matul dawn l-aħħar tliet snin, il-fatturat kompla jonqos b’14,3% fl-2015, 8,3% fl-2016 u 19,5% fl-2017, li jirrifletti kemm in-nuqqas fid-dħul mir-reklamar kif ukoll fid-dħul mill-bejgħ. Id-diffikultajiet biex jaċċessaw is-self u n-nuqqas ta’ likwidità, bħala effett sekondarju tar-riċessjoni tal-ekonomija Griega, żiedu mad-diffikultajiet tal-intrapriżi fis-settur tal-pubblikazzjoni, dan irriżulta f’sospensjoni tal-attivitajiet, irkant tal-intrapriżi u sensji.
L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija u l-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali
20.Is-sensji kollha seħħew f’Attika. L-impatt mistenni fit-territorju huwa marbut mad-diffikultajiet ta’ riallokazzjoni minħabba l-iskarsezza ta’ impjiegi u n-numru kbir ta’ persuni li qed ifittxu xogħol, b’mod partikolari fit-tul.
21.Għalkemm ir-rata tal-qgħad Griega ilha tonqos mill-2014, meta laħqet il-massimu tagħha (27,2%); f’Jannar 2018 il-qgħad kien għadu aktar minn 20% u l-qgħad fit-tul (> 12-il xahar) kien jirrappreżenta 55,2% tal-qgħad totali.
22.Attika tirrappreżenta 34,7% tal-qgħad Grieg totali u 36% tal-qgħad fit-tul. Barra minn hekk, f’dan ir-reġjun dawk li qed ifittxu x-xogħol fit-tul huma 57,4% tat-total tal-persuni li qed ifittxu x-xogħol (żewġ punti perċentwali ogħla mill-medja nazzjonali).
Benefiċjarji fil-mira u azzjonijiet proposti
Benefiċjarji fil-mira
23.Il-550 ħaddiem li ngħataw is-sensja kollha huma mistennija li jipparteċipaw fil-miżuri. Id-diżaggregazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema skont is-sess, iċ-ċittadinanza u l-età hija kif ġej:
|
Kategorija
|
Numru ta’
benefiċjarji fil-mira
|
|
Sess:
|
Irġiel:
|
320
|
(58,18 %)
|
|
|
Nisa:
|
230
|
(41,82 %)
|
|
Ċittadinanza:
|
Ċittadini tal-UE:
|
549
|
(99,82 %)
|
|
|
ċittadini mhux tal-UE:
|
1
|
(0,18 %)
|
|
Grupp ta’ età:
|
15-24 sena:
|
3
|
(0,55 %)
|
|
|
25-29 sena:
|
6
|
(1,09 %)
|
|
|
30-54 sena:
|
460
|
(83,63 %)
|
|
|
55-64 sena:
|
80
|
(14,55 %)
|
|
|
aktar minn 64 sena:
|
1
|
(0,18 %)
|
Eliġibbiltà tal-azzjonijiet proposti
24.Is-servizzi personalizzati li jridu jiġu pprovduti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja jikkonsistu mill-azzjonijiet li ġejjin:
–Gwida professjonali: Din il-miżura ta’ akkumpanjament se tiġi offruta lill-parteċipanti kollha u tikkonsisti f’sessjonijiet individwali (ħlief is-sessjoni ta’ informazzjoni ġenerali li se tkun sessjoni kollettiva) li tkopri l-istadji li ġejjin:
1. Informazzjoni ġenerali. Din l-ewwel miżura indirizzata lill-ħaddiema kollha tipprovdi informazzjoni bażika dwar il-proġett u l-prospetti tagħhom bħala parteċipanti.
2. Dħul u reġistrazzjoni.Dan jinkludi informazzjoni dwar is-servizzi disponibbli u l-programmi ta’ taħriġ u dwar ir-rekwiżiti marbuta mal-ħiliet u mat-taħriġ.
3. Dokument personali u okkupazzjonali. Dan hu maħsub biex jgħin lill-ħaddiema jidentifikaw is-saħħiet u d-dgħjufijiet tagħhom stess, l-opportunitajiet relatati mal-interessi tagħhom u biex jistabbilixxu pjan realistiku għall-karriera tagħhom.Wara dawn il-valutazzjonijiet, jitfassal dokument personali u okkupazzjonali, li jistabbilixxi l-proġett individwali u pjan ta’ azzjoni.
4. Appoġġ fit-tiftix ta’ impjieg u gwida għall-karriera. Dan jinkludi: (1) taħriġ fi kwistjonijiet orizzontali bħall-iżvilupp ta’ ħiliet soċjali, l-aġġustament għal sitwazzjonijiet ġodda u t-teħid ta’ deċiżjonijiet; (2) l-assistenza fit-tiftix ta’ impjieg inkluż tagħrif fuq impjiegi disponibbli, riċerka attiva tal-opportunitajiet tax-xogħol lokali u reġjonali, tekniki ta’ tiftix tax-xogħol u taħriġ fuq l-abbozzar ta’ CVs u ittri ta’ introduzzjoni u kif tħejji għal intervista tax-xogħol; (3) gwida għall-karriera.Il-konsulenti se jipprovdu gwida vokazzjonali lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja u se jmexxuhom lejn offerti tax-xogħol speċifiċi.
5. Gwida lejn l-impjieg. Il-konsulenti se jakkumpanjaw ukoll lill-ħaddiema matul l-implimentazzjoni tal-perkorsi tat-taħriġ tagħhom u tal-pjanijiet individwali ta’ reintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol. Il-parteċipanti li huma interessati li jiftħu negozju se jirċievu appoġġ ġenerali u konsulenza fl-intraprenditorija fil-qafas ta’ dan l-istadju.
6. Monitoraġġ. Dan jipprevedi segwitu tal-parteċipanti matul is-sitt xhur wara t-tmiem tal-implimentazzjoni tal-miżuri. Din l-attività se titwettaq bi spejjeż tal-Istat Membru.
–It-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid u t-taħriġ vokazzjonali. Din il-miżura tikkonsisti fil-provvista ta’ korsijiet ta’ taħriġ vokazzjonali li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet rikonoxxuti fis-suq tax-xogħol u f’oqsma u setturi bi prospetti tajbin ta’ żvilupp. It-taħriġ se jindirizza wkoll il-ħtiġijiet tal-ħaddiema, kif identifikati waqt il-gwida professjonali. Se jiġu pprovduti żewġ tipi ta’ taħriġ: programmi ta’ taħriġ vokazzjonali (300 siegħa kull wieħed) kif ukoll korsijiet speċjalizzati li jwasslu għal ċertifikazzjoni jew liċenzji u programmi edukattivi. L-offerta ppjanata ta’ taħriġ tirrifletti t-taħriġ aktar popolari fost il-ħaddiema tal-każ Attica I, bħall-amministrazzjoni tan-negozju; il-kummerċ elettroniku; il-bejgħ, il-kummerċjalizzazzjoni u l-midja soċjali; il-ħiliet bażiċi u avvanzati tal-IT; id-disinn tal-web; u l-loġistika. Madankollu, l-offerta finali ta’ taħriġ se tintegra r-riżultat tal-gwida professjonali.
–Kontribuzzjoni għall-bidu ta’ negozju. Il-ħaddiema li jiftħu n-negozju tagħhom se jirċievu sa EUR 15 000, bħala kontribuzzjoni biex ikopru l-ispejjeż tal-bidu. Fil-Greċja, waħda mid-diffikultajiet ewlenin li jiffaċċjaw l-imprendituri meta jiftħu negozju hija l-aċċess għall-finanzjament. Il-banek jirrifjutaw il-maġġoranza tat-talbiet tas-self minħabba n-nuqqas ta’ flus kontanti. Din il-miżura għandha l-għan li tippromwovi l-intraprenditorija permezz ta’ dan l-appoġġ finanzjarju.
–Allowance għat-tfittxija għax-xogħol u allowance għat-taħriġ. Biex jiġu koperti l-ispejjeż imġarrbin meta jieħdu sehem fl-attivitajiet ta’ gwida professjonali, il-benefiċjarji se jirċievu EUR 40 għal kull jum ta’ parteċipazzjoni. Waqt it-taħriġ, l-allowance se tkun ta’ EUR 3,33 fis-siegħa.
–Inċentivi tar-reklutaġġ. Dan il-pagament huwa ta’ benefiċċju għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja billi jiffaċilita l-impjieg mill-ġdid tagħhom f’intrapriża differenti. L-intrapriża li timpjega se tirċievi EUR 650 kull xahar għal massimu ta’ sitt xhur, bil-kundizzjoni li l-ħaddiem jinżamm fix-xogħol ladarba l-inċentiv ikun intemm, għal mill-inqas sitt xhur oħra.
25.L-azzjonijiet proposti deskritti hawnhekk jikkostitwixxu miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG. Dawn l-azzjonijiet ma jissostitwixxux il-miżuri passivi ta’ protezzjoni soċjali.
26.Il-Greċja pprovdiet l-informazzjoni meħtieġa dwar l-azzjonijiet li huma obbligatorji għall-intrapriża konċernata b’konformità mal-liġi nazzjonali jew skont ftehimiet kollettivi. Huma kkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhijiex se tieħu post dawn l-azzjonijiet.
Baġit stmat
27.L-ispejjeż totali stmati huma ta’ EUR 3 847 500, li jinkludu nefqa ta’ EUR 3 697 500 għal servizzi personalizzati u nefqa ta’ EUR 150 000 għal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni, ta’ informazzjoni u pubbliċità, ta’ kontroll u ta’ rapportar.
28.Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mitluba biex tingħata mill-FEG hija ta’ EUR 2 308 500 (60 % tal-ispejjeż totali).
|
Azzjonijiet
|
Għadd stmat ta’ parteċipanti
|
Spiża stmata għal kull parteċipant
(EUR)
|
Spejjeż totali stmati
(EUR)
|
|
Servizzi personalizzati (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament tal-FEG)
|
|
Gwida okkupazzjonali
(Επαγγελματική συμβουλευτική)
|
550
|
1 250
|
687 500
|
|
Taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali
(Επαγγελματική Κατάρτιση, Εξειδικευμένη κατάρτιση)
|
550
|
1 573
|
865 000
|
|
Kontribuzzjoni għall-bidu ta’ negozju
(Συνεισφορά για σύσταση επιχείρησης)
|
60
|
15 000
|
900 000
|
|
Subtotal (a):
Perċentwal tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati
|
–
|
2 452 500
|
|
|
|
(66,33 %)
|
|
Allowances u inċentivi (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG)
|
|
Allowance għat-tfittix ta’ impjieg
|
550
|
1 000
|
550 000
|
|
Allowance għat-taħriġ
|
500
|
1 000
|
500 000
|
|
Inċentivi ta’ impjieg
(Επιδότηση θέσεων εργασίας)
|
50
|
3 900
|
195 000
|
|
Subtotal (b):
Perċentwal tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati:
|
–
|
1 245 000
|
|
|
|
(33,67 %)
|
|
Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-FEG
|
|
1. Aattivitajiet ta’ tħejjija
|
–
|
10 000
|
|
2. Ġestjoni
|
–
|
80 000
|
|
3. Informazzjoni u reklamar
|
–
|
30 000
|
|
4. Kontroll u rrappurtar
|
–
|
30 000
|
|
Subtotal (c):
Perċentwal tal-ispejjeż totali:
|
–
|
150 000
|
|
|
|
(3,90 %)
|
|
Spejjeż totali (a + b + c):
|
–
|
3 847 500
|
|
Kontribuzzjoni tal-FEG (60 % tal-ispejjeż totali)
|
–
|
2 308 500
|
29.L-ispejjeż tal-azzjonijiet identifikati fit-tabella ta’ hawn fuq bħala azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG ma jaqbżux il-35 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati. Il-Greċja kkonfermat li dawn l-azzjonijiet huma marbuta mal-kundizzjoni li jkun hemm parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira f’attivitajiet ta’ tiftix tal-impjieg jew ta’ taħriġ.
30.Il-Greċja kkonfermat li l-ispejjeż tal-investimenti għall-ħaddiema indipendenti, il-ftuħ ta’ negozji u l-akkwiżizzjonijiet minn impjegati mhux se jaqbżu l-EUR 15 000 għal kull benefiċjarju.
Perjodu ta’ eliġibbiltà tan-nefqa
31.Il-Greċja bdiet tipprovdi s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fit-22 ta’ Awwissu 2018. Għaldaqstant, in-nefqa fuq l-azzjonijiet se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mit-22 ta’ Awwissu 2018 sat-22 ta’ Awwissu 2020.
32.Il-Greċja bdiet iġġarrab in-nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FEG fit-22 ta’ Ġunju 2018. In-nefqa għal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni, ta’ informazzjoni u pubbliċità, ta’ kontroll u ta’ rapportar għandha għaldaqstant tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mit-22 ta’ Ġunju 2018 sat-22 ta’ Frar 2021.
Kumplimentarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati minn fondi nazzjonali jew tal-Unjoni
33.Is-sors ta’ prefinanzjament jew ta’ kofinanzjament nazzjonali huwa l-Programm ta’ Investiment Pubbliku Nazzjonali tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Grieg ).
34.Il-Greċja kkonfermat li l-miżuri deskritti hawn fuq, li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, mhumiex ser jirċievu wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni.
Proċeduri għall-konsultazzjoni tal-benefiċjarji fil-mira jew tar-rappreżentanti tagħhom jew is-sħab soċjali kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali
35.Il-Greċja indikat li l-applikazzjoni u l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati ġew diskussi mir-rappreżentanti tal-Unjin tal-Ġurnalisti tal-Gazzetti li Joħorġu ta’ Kuljum f’Ateni (ΕΣΗΕΑ), l-assoċjazzjoni tal-ħaddiem tal-pubblikazzjonijiet ta’ kuljum ta’ Ateni (ΕΠΗΕΑ) u l-Ministeru tax-Xogħol fil-11 ta’ Mejju 2018.
Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
36.L-applikazzjoni fiha deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li tispeċifika r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti. Il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tiġi ġestita u kkontrollata kif ġej:
–id-Direttorat Eżekuttiv tal-NSRF tal-Ministeru tax-Xogħol, is-Sigurtà Soċjali u s-Solidarjetà Soċjali se jaġixxi bħala awtorità ta’ ġestjoni,
–l-EDEL (il-Kumitat tal-Awditjar Finanzjarju) bħala awtorità tal-awditjar, u
–s-Servizz Speċjali għaċ-Ċertifikazzjoni u l-Verifika tal-Programmi Kofinanzjati tal-Ministeru tal-Ekonomija, Infrastruttura, Turiżmu u Baħar bħala awtorità taċ-ċertifikazzjoni.
Impenji pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat
37.Il-Greċja pprovdiet l-assigurazzjonijiet kollha meħtieġa fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:
–il-prinċipji tal-ugwaljanza tat-trattament u tan-nondiskriminazzjoni se jiġu rrispettati fil-kuntest tal-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom,
–ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar is-sensji kollettivi ġew issodisfati,
–l-intrapriżi li taw is-sensji, li komplew bl-attivitajiet tagħhom wara s-sensji, ikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom li jirregolaw is-sensji u pprovdew għall-ħaddiema tagħhom bix-xieraq,
–l-azzjonijiet proposti mhumiex se jirċievu għajnuna finanzjarja minn fondi oħrajn jew minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni, u kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat,
–l-azzjonijiet proposti se jikkumplimentaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali,
–il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se tkun konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
Proposta baġitarja
38.Il-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
39.Wara li eżaminat l-applikazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-FEG, u wara li qieset l-għadd ta’ benefiċjarji fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-ispejjeż stmati, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-FEG għall-ammont ta’ EUR 2 308 500, li jirrappreżenta 60 % tal-ispejjeż totali tal-azzjonijiet proposti, sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni.
40.Id-deċiżjoni proposta għall-mobilizzazzjoni tal-FEG se tittieħed b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kif stabbilit fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba.
Atti relatati
41.Fl-istess waqt li tippreżenta din il-proposta għal deċiżjoni sabiex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, proposta għal trasferiment tal-ammont ta’ EUR 2 308 500 lejn il-linja baġitarja rilevanti.
42.Fl-istess waqt li tadotta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li se jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG.
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara
applikazzjoni mill-Greċja – EGF/2018/003 EL/Attica publishing
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, u b’mod partikolari l-punt 13 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lil persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet b’riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b’riżultat ta’ kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b’riżultat ta’ kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida, u biex jgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(2)Il-FEG ma jridx jaqbeż l-ammont massimu annwali ta’ EUR 150 miljun (il-prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013.
(3)Fit-22 ta’ Mejju 2018, il-Greċja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta’ sensji fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt il-klassifikazzjoni Statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (l-“NACE”) Reviżjoni 2 Diviżjoni 58 (Attivitajiet ta’ pubblikazzjoni) fir-reġjun ta’ Aττική (Attika) fil-Greċja tal-livell 2 (EL30) tan-Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (l-“NUTS”). Din kienet issupplimentata minn informazzjoni addizzjonali pprovduta b’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.
(4)Għaldaqstant, il-FEG jenħtieġ li jiġi mmobilizzat sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 2 308 500 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Greċja.
(5)Sabiex jiġi mminimizzat iż-żmien meħud biex jiġi mobilizzat il-FEG, din id-deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja għall-2018, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 2 308 500 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika minn [id-data tal-adozzjoni tagħha].
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President