IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 12.9.2018
COM(2018) 633 final
2016/0131(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010
FMT:ItalicKontribuzzjoni mill-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa tal-Mexxejja f’
FMT:ItalicSalzburg fid-19 u fl-20 ta’ Settembru 2018
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA EMENDATA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta emendata
Din il-proposta hija parti minn sett ta’ miżuri, li huma segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta’ Ġunju 2018, u li biha l-Kummissjoni qed tipproponi li ssaħħaħ il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li teżamina mill-ġdid id-Direttiva dwar ir-Ritorn u billi temenda l-proposta oriġinali tagħha għal Regolament dwar Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil. Dawn il-proposti huma bbażati fuq il-prinċipji tas-solidarjetà u tar-responsabbiltà u se jippermettu lill-Istati Membri biex jiddependu bis-sħiħ fuq l-appoġġ tal-Unjoni għall-ġestjoni ta’ flussi migratorji mħallta permezz tal-ipproċessar rapidu, inkluż f’ċentri kkontrollati, tal-każijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali jew li jkunu preżenti b’mod illegali fit-territorji tal-Istati Membri.
Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill Ewropew ikkonferma mill-ġdid l-importanza li wieħed joqgħod fuq approċċ komprensiv għall-migrazzjoni u li jqis li l-migrazzjoni hija sfida mhux biss għal Stat Membru wieħed iżda għall-Ewropa kollha kemm hi. F’dan ir-rigward, enfasizza l-importanza li l-Unjoni tipprovdi appoġġ sħiħ biex tiġi żgurata ġestjoni ordnata tal-flussi migratorji. Il-prinċipji ewlenin miftiehma fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ġew appoġġati wkoll mill-Istati Membri f’fora differenti, b’enfasi fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-għodod tas-solidarjetà Ewropea. Jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil tkun eżempju tanġibbli ta’ solidarjetà Ewropea u trid tkun kapaċi tilħaq il-livell ta’ ambizzjoni meħtieġ biex l-Unjoni Ewropea jkollha Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (“SEKA”) effiċjenti u effettiva.
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil trid tkun kapaċi tipprovdi appoġġ operazzjonali sħiħ lill-Istati Membri fejn meħtieġ u ssaħħaħ il-kapaċità tal-Istat Membru fil-ġestjoni tal-każijiet tal-ażil fl-istadju amministrattiv tal-proċeduri kif ukoll tkun kapaċi tipproċessa l-appelli tal-każijiet tal-ażil. Din il-proposta emendata għal Regolament dwar Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil tiffoka fuq id-dispożizzjonijiet dwar l-assistenza operazzjonali u teknika biex jiġi żgurat li, b'talba tal-Istat Membru, l-Aġenzija tkun kapaċi tipprovdi kemm jista’ jkun appoġġ billi twettaq il-proċedura amministrattiva kollha għall-protezzjoni internazzjonali jew partijiet minnha, billi tassisti fi, jew twettaq il-proċedura, għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u billi tassisti lill-qrati jew lit-tribunali bl-ipproċessar tal-appelli, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jieħdu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet individwali u b’rispett sħiħ għall-organizzazzjoni tal-ġudikatura f’kull Stat Membru kif ukoll għall-indipendenza u l-imparzjalità ġudizzjarja.
Bħala segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni żviluppat il-kunċetti ta’ arranġamenti reġjonali ta’ żbark kif ukoll ta’ ċentri kkontrollati u qed taħdem mal-Istati Membri, mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u ma’ partijiet konċernati oħra biex timplimenta dawn il-kunċetti bbażati fuq sforz kondiviż bl-appoġġ sħiħ tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, u fid-dawl tal-bidliet li qed jiġu proposti fir-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-għan ta’ din il-proposta emendata huwa wkoll li jissaħħu l-elementi ta’ kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex jirriflettu l-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, b’mod partikolari fir-rigward tal-iskjerament ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni fil-hotspots u fiċ-ċentri kontrollati. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tindirizza l-ħtieġa li jiġu żgurati sinerġiji bejn il-proċeduri għall-protezzjoni internazzjonali u r-ritorn permezz ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.
Din il-proposta emendata teħtieġ li tiġi indirizzata fil-kuntest tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010, ippreżentata mill-Kummissjoni fl-4 ta’ Mejju 2016. Dawn in-negozjati wasslu għal ftehim proviżorju bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-28 ta’ Ġunju 2017, li l-Kummissjoni tqis li diġà se jsaħħaħ b’mod sinifikanti l-mandat tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (“l-Aġenzija”) meta mqabbel mal-mandat attwali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil. L-adozzjoni tar-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil hija pendenti fid-dawl tad-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa dwar ir-riforma sħiħa tas-SEKA. Il-Kummissjoni tirrispetta l-ftehim proviżorju milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-28 ta’ Ġunju 2017 u tirrikonoxxi l-valur miżjud ta’ dan il-kompromess meta mqabbel mar-regolament attwali. Il-Kummissjoni tqis li din il-proposta emendata jenħtieġ li tiġi diskussa fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin dwar ir-riforma tas-SEKA u jenħtieġ li titqies bħala li tikkumplimenta dawn id-diskussjonijiet. Din il-proposta emendata jenħtieġ li bl-ebda mod iddewwem aktar l-adozzjoni tar-Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil.
Il-Kunsill Ewropew enfasizza wkoll il-ħtieġa li tinstab soluzzjoni rapida għall-pakkett kollu tas-SEKA u qies li l-ħidma jenħtieġ li titkompla bil-ħsieb li dan il-pakkett jitlesta malajr kemm jista’ jkun. L-emendi mmirati ta’ din il-proposta, meqjusa flimkien mal-proposti dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u mad-Direttiva dwar ir-Ritorn, għandhom l-għeruq tagħhom f’approċċ komprensiv li huwa meħtieġ biex jiffaċilita ftehim li jilħaq bilanċ ġust bejn is-solidarjetà u r-responsabbiltà.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta' politika eżistenti fil-qasam ta’ politika
F’April 2016, bi tweġiba għal sejħiet mill-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni ħabbret li se tagħmel progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-Unjoni biex tiżgura politika tal-ażil effiċjenti u umana u f’Mejju u f’Lulju ta’ dik is-sena l-Kummissjoni ppreżentat sett ta’ proposti għar-riforma tas-SEKA. Dawn il-proposti kienu jinkludu proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil. Din il-proposta ta’ emenda tikkumplimenta l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni u hija koerenti mal-objettiv li tinbena politika interna, li tkun ibbażata fuq bilanċ bejn is-solidarjetà u r-responsabbiltà fid-dawl tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2018. L-appoġġ imsaħħaħ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil huwa element essenzjali ta’ solidarjetà.
•Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni
Din il-proposta hija konsistenti mal-linji ta’ politika komprensiva fuq terminu twil dwar ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni kif stipulati mill-Kummissjoni fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li żviluppat il-linji gwida politiċi tal-President Juncker f’sett ta’ inizjattivi koerenti u li jsaħħu lil xulxin u li huma bbażati fuq erba’ pilastri. Dawn il-pilastri għandhom l-għan li jnaqqsu l-inċentiv għall-immigrazzjoni irregolari, li jagħmlu fruntieri esterni siguri u li jsalvaw il-ħajjiet, b'politika b’saħħitha dwar l-ażil u politika ġdida dwar il-migrazzjoni legali. Din il-proposta tkompli timplimenta l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-objettiv tat-tisħiħ tal-politika tal-ażil tal-Unjoni billi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil se tiżgura implimentazzjoni sħiħa u koerenti tas-SEKA. Il-proposta twieġeb għas-sejħiet tal-Kunsill Ewropew f’Ġunju 2018 biex inkunu jistgħu niddependu fuq approċċ komprensiv għall-migrazzjoni li jġib flimkien kontroll aktar effettiv tal-fruntiera esterna tal-Unjoni, isaħħaħ l-azzjoni esterna kif ukoll l-aspetti interni, b’mod partikolari dawk relatati mar-riforma tas-SEKA.
Ir-Regolament Finanzjarju Qafas rivedut għall-aġenziji deċentralizzati, inklużi r-regoli msaħħa dwar il-governanza ta’ dawn l-aġenziji fil-qasam tal-frodi, l-irregolaritajiet, ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess u l-kontroll intern se jissupplimenta r-regoli li jinsabu f’din il-proposta
2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ
•Bażi Ġuridika
Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 78(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
•Sussidjarjetà
L-objettivi ta’ din il-proposta huma (i) li jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jibbenefikaw minn aktar appoġġ mill-Aġenzija inkluż permezz tal-involviment tagħha fil-proċedura tal-protezzjoni internazzjonali fl-istadju amministrattiv u fil-proċedura applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta’ Dublin] biex dawn jipproċessaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali malajr u fil-ħin, biex b’hekk jippermettu l-funzjonament effiċjenti u ordnat tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza; (ii) li ssaħħaħ l-elementi ta’ kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u (iii) li tassenja lill-Kummissjoni r-responsabbiltà li tipproponi lista ta’ kandidati għal Viċi Direttur Eżekuttiv.
Billi huwa interess komuni u kondiviż li tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-qafas ġuridiku dwar l-ażil u l-funzjonament effiċjenti tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil kollha kemm hi, l-objettivi ta’ din il-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).
•Proporzjonalità
Il-proposta tipprevedi l-possibbiltà li l-Aġenzija tipprovdi appoġġ imsaħħaħ mill-Aġenzija, inkluż permezz tal-involviment tagħha fil-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali fl-istadju amministrattiv u fil-proċedura applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta’ Dublin] inkluż billi tħejji deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. Dan l-appoġġ jista’ jingħata biss lill-Istati Membri b'talba tagħhom u skont il-ħtiġijiet tagħhom. Għalhekk, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat fl-Artikolu 5 TUE, din il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi.
•L-għażla tal-istrument
Huwa biss Regolament li jista’ jipprovdi l-livell meħtieġ ta’ effiċjenza u uniformità meħtieġa fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ażil. Barra minn hekk, meta jitqies li l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni kienet ta’ regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, huwa xieraq li għal din il-proposta emendata jintuża l-istess strument ġuridiku.
3. IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET KONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
Waqt li kienet qed tħejji din il-proposta emendata, il-Kummissjoni qieset id-diskussjonijiet riċenti fil-Kunsill Ewropew, fil-Kunsill tal-Ministri kif ukoll fil-Parlament Ewropew, dwar l-isfidi kontinwi tal-migrazzjoni u tal-ażil u l-importanza li l-aġenziji tal-Unjoni jsiru aktar effettivi f’li jindirizzahom bil-qawwa kollha. B’mod partikolari, il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta’ Ġunju 2018, ikkonferma mill-ġdid li l-migrazzjoni hija sfida mhux biss għal xi Stat Membru wieħed iżda għall-Ewropa kollha kemm hi. F’dan ir-rigward, enfasizza l-importanza li l-Unjoni tipprovdi appoġġ sħiħ biex tiġi żgurata ġestjoni ordnata tal-flussi migratorji. Din il-proposta għalhekk tirrifletti fuq din l-idea u tipprevedi appoġġ operazzjonali msaħħaħ li se jippermetti lill-Istati Membri jlaħħqu aħjar mal-isfidi migratorji attwali, bl-appoġġ tal-Aġenzija.
Għalhekk, din il-proposta, filwaqt li tqis in-negozjati interistituzzjonali u l-ftehim proviżorju milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-28 ta’ Ġunju 2017, tipprevedi biss emendi mmirati fl-Artikolu 16 dwar l-assistenza operazzjonali u teknika mill-Aġenzija u fl-Artikolu 21 dwar it-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni (biex tiġi żgurata koerenza mal-proposta tagħha għal Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, li qed tiġi ppreżentata ma’ din il-proposta emendata). Barra minn hekk, tipproponi li tintroduċi artikolu ġdid, jiġifieri l-Artikolu 16a dwar l-assistenza msaħħa fil-proċedura tal-protezzjoni internazzjonali u fil-proċedura ta’ Dublin u emendi fl-Artikolu 47 fir-rigward tal-għażla tal-viċi Direttur Eżekuttiv. Il-proposta għalhekk għandha l-għan li twieġeb għall-ħtiġijiet urġenti attwali tal-Istati Membri taħt pressjoni migratorja u tirrifletti s-sitwazzjoni preżenti fil-post, filwaqt li tillimita l-emendi proposti għal dak li huwa meħtieġ f’dan ir-rigward.
Minħabba l-ispjegazzjoni ta’ hawn fuq u n-natura kumplessiva limitata ta’ din il-proposta emendatorja, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tniedi l-ebda evalwazzjoni addizzjonali, konsultazzjoni mal-partijiet konċernati jew valutazzjoni tal-impatt u qed tibbaża ruħha f’dan ir-rigward fuq dak li sar fit-tħejjija tal-proposta oriġinali għal Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, ippreżentata mill-Kummissjoni fl-4 ta’ Mejju 2016.
•Drittijiet fundamentali
Din il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-attivitajiet kollha tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għandhom jitwettqu b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali kif imħaddnin mill-Karta, inkluż id-dritt għall-ażil (l-Artikolu 18 tal-Karta), il-protezzjoni minn refoulement (l-Artikolu 19 tal-Karta), id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7 tal-Karta), id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8 tal-Karta) u d-dritt għal rimedju effettiv (l-Artikolu 47 tal-Karta). Il-proposta tqis bis-sħiħ id-drittijiet tat-tfal u l-ħtiġijiet speċjali tal-persuni vulnerabbli.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Din il-proposta temenda l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea billi ġġib assistenza operazzjonali u teknika mtejba mill-Aġenzija għall-Istati Membri b’mod partikolari billi tipprovdi appoġġ imsaħħaħ fir-rigward tal-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali kif ukoll fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta’ Dublin. Barra minn hekk, il-proposta tintroduċi l-possibbiltà ta’ użu usa’ tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Għalhekk huma meħtieġa riżorsi finanzjarji addizzjonali, li jippermettu lill-Aġenzija tuża t-timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil li jkun hemm bżonn (minn esperti fil-qasam tal-ażil u persunal interim sa interpreti), kif ukoll tagħmir tekniku u infrastruttura (pereżempju tagħmir tal-Eurodac) għal dawn l-attivitajiet.
Ir-riżorsi finanzjarji addizzjonali mitluba huma ta’ EUR 55 miljun għal kull sena bejn is-snin 2019 – 2027. It-total tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex l-Aġenzija tkun tista’ twettaq il-missjoni tagħha skont il-mandat estiż propost jammonta għal EUR 320,8 miljun għall-perjodu 2019-2020 u EUR 1,25 biljun għall-perjodu 2021-2027.
Biex l-Aġenzija twettaq il-kompiti ġodda tagħha effettivament, mhumiex previsti karigi ġodda, meta mqabbla mal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni li kienet tipprevedi żieda gradwali fil-persunal tal-Aġenzija għal 500 Ekwivalenti għall-Full Time fl-2020, billi l-biċċa l-kbira tal-attivitajiet il-ġodda proposti se jkunu koperti mill-iskjerament ta’ timijiet addizzjonali ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil.
Il-ħtiġijiet finanzjarji huma kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali u jistgħu jinvolvu l-użu ta’ strumenti speċjali kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013. Il-kontribuzzjoni tal-UE mitluba għall-perjodu 2021-2027 tista’ tiġi ffinanzjata fil-limiti stabbiliti fil-proposta għall-QFP tat-2 ta’ Mejju 2018.
5.ELEMENTI OĦRA
•Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Din il-proposta li temenda l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil tqis in-negozjati interistituzzjonali u l-ftehim proviżorju milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-28 ta’ Ġunju 2017. Fuq il-bażi ta’ dan il-ftehim proviżorju, l-Aġenzija se tkun kapaċi żżid l-assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri, b’mod partikolari dawk soġġetti għal pressjoni sproporzjonata, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ pula ta’ riżerva għall-ażil ta’ 500 espert mill-Istati Membri biex ikun jista’ jsir skjerament rapidu. Bħala parti mill-assistenza operazzjonali u teknika li tista’ tiġi pprovduta mill-Aġenzija, din se tiffaċilita l-eżami tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u tassisti lill-Istati Membri bil-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali. Se jkun ukoll possibbli għall-Aġenzija li tintervjeni fi Stat Membru fuq il-bażi ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill fejn ikun hemm pressjoni sproporzjonata li tpoġġi piżijiet eċċezzjonalment tqal u urġenti fuq is-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza ta’ Stat Membru u fejn ma tittieħed l-ebda azzjoni jew fejn l-azzjoni li tittieħed tkun insuffiċjenti jew fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni wara eżerċizzju ta’ monitoraġġ. L-Aġenzija se ttejjeb il-funzjonament tas-SEKA permezz tal-kompitu tagħha ta’ monitoraġġ regolari ta’ kif l-Istati Membri japplikaw l-aspetti operazzjonali u tekniċi tas-SEKA biex tipprevjeni jew tidentifika nuqqasijiet possibbli u tipprovdi l-appoġġ rilevanti.
Din il-proposta emendata tikkonsisti f’emendi mmirati li permezz tagħhom il-Kummissjoni tipproponi li tissostitwixxi żewġ artikoli tal-proposta oriġinali tagħha, jiġifieri l-Artikolu 16 dwar l-assistenza operazzjonali u teknika u l-Artikolu 21 dwar it-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Hija tipproponi wkoll l-introduzzjoni ta’ artikolu ġdid, jiġifieri l-Artikolu 16a dwar assistenza msaħħa fil-proċedura ta’ protezzjoni internazzjonali u fil-proċedura ta’ Dublin. Barra minn hekk, qed jiġu proposti bidliet fl-Artikolu 47 rigward il-ħatra tal-Viċi Direttur Eżekuttiv.
Fir-rigward tal-Artikolu 16 dwar l-assistenza operazzjonali u teknika li l-Aġenzija tista’ tipprovdi lill-Istati Membri, fil-proposta emendatorja tagħha l-Kummissjoni qed tinkludi t-test tal-ftehim proviżorju milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. B’dan il-mod, il-proposta emendata tistabbilixxi s-sitwazzjonijiet u l-kundizzjonijiet kollha li skonthom tista’ tingħata assistenza operazzjonali u teknika mill-Aġenzija, jiġifieri b'talba tal-Istat Membru kkonċernat, b'inizjattiva tal-Aġenzija bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat jew fuq il-bażi ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill. Din il-proposta emendata tispjega wkoll il-kompiti li l-Aġenzija tista’ twettaq meta tipprovdi assistenza operazzjonali u teknika billi twettaq dawk il-kompiti li kienu ġew definiti mill-ftehim proviżorju fl-Artikoli 16 u 21 ta’ dan il-ftehim. Barra minn hekk, il-kompiti fl-Artikolu 16 qed jiġu adattati aktar biex jindirizzaw l-introduzzjoni tal-Artikolu 16a dwar l-assistenza msaħħa fil-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali u fil-proċedura ta’ Dublin kif ukoll mal-bidliet fl-Artikolu 21 dwar it-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni.
L-Artikolu 16a il-ġdid huwa l-punt fokali ta’ din il-proposta emendata u jipprevedi l-possibbiltà li Stat Membru, b'talba tiegħu, jibbenefika minn żieda fl-appoġġ tal-Aġenzija, inkluż l-involviment tagħha fil-proċedura sħiħa tal-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali jew f’partijiet minnha, fl-istadju amministrattiv u fil-proċedura applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta’ Dublin]. B’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jipproċessaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali malajr u fil-ħin ħalli s-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza tagħhom jaħdmu b’mod effiċjenti u ordnat. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija tkun tista’, b'talba tal-awtorità nazzjonali kompetenti, tipprepara deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u tipprovdi dawn id-deċiżjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li mbagħad jieħdu d-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet individwali u jkollhom ir-responsabbiltà sħiħa għall-ipproċessar ta’ din it-talba. L-Aġenzija tkun tista’ tappoġġa wkoll lill-Istati Membri biex jittrattaw l-appelli tagħhom fil-każijiet tal-ażil billi, fost l-oħrajn, twettaq riċerka legali, tipproduċi rapporti u analiżi u tipprovdi appoġġ legali ieħor b'talba tal-qrati jew tribunali b’rispett sħiħ tal-indipendenza u tal-imparzjalità ġudizzjarja.
Fir-rigward tal-bidliet fl-Artikolu 21 dwar it-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-Kummissjoni qed tipproponi artikolu ġdid biex tissostitwixxi dak fil-proposta oriġinali tagħha biex tiġi żgurata l-koerenza mal-proposta tagħha għal Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li qed jiġi ppreżentat ma’ din il-proposta emendata. Il-Kummissjoni qed tipproponi li twessa’ l-ambitu li fih jiġi skattat l-użu tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni — l-iskjerament tagħhom huwa soġġett għal talba mill-Istat Membru iżda ma għadux limitat għal ċirkostanzi ta’ sfidi migratorji sproporzjonati. Bil-proposta emendata, il-Kummissjoni hija inkarigata mill-koordinazzjoni fil-post, kif diġà rifless fil-ftehim proviżorju bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, kif ukoll mill-koordinazzjoni tat-talbiet mill-Istati Membri u mill-valutazzjoni tal-ħtiġijiet. Dan jiżgura koerenza bejn l-azzjonijiet differenti mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni kif ukoll l-ekonomija tar-riżorsi tal-Aġenziji u tal-Istati Membri.
Fir-rigward tal-Artikolu 47, il-Kummissjoni qed tipproponi li r-responsabbiltà għal proposta tal-lista ta’ kandidati għal Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Bord tal-Ġestjoni tal-Aġenzija jenħtieġ li tkun tal-Kummissjoni u mhux tad-Direttur Eżekuttiv. Din il-bidla, li ġġib lura dak li kien propost fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, qed tiddaħħal biex tipprovdi konsistenza mal-proċedura għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv u b’hekk tallinja aħjar il-qafas ta’ governanza tal-Aġenzija mal-prinċipji tal-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fl-12 ta’ Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni. Dan huwa konsistenti wkoll mal-approċċ li qed jittieħed mill-Kummissjoni fil-proposta għal Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.
Jekk il-koleġiżlaturi jaqblu u jinkorporaw il-bidliet proposti mill-Kummissjoni f’din il-proposta emendata, se jkun hemm bżonn li tiġi żgurata l-koerenza mal-artikoli l-oħra tal-proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ażil li jikkonċernaw il-proċedura biex tingħata assistenza operazzjonali u teknika, il-pjan operazzjonali u l-iskjerament ta’ timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil u d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data, kif ukoll ma’ strumenti relatati oħra, b’mod partikolari l-proposti dwar ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil u r-Regolament ta’ Dublin u l-artikoli u l-premessi se jkollhom bżonn jiġu nnumerati mill-ġdid.
2016/0131 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010
Kontribuzzjoni mill-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa tal-Mexxejja f’
Salzburg fid-19 u fl-20 ta’ Settembru 2018
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(1) u (2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)
Il-premessi li ġejjin qed jiżdiedu wara l-premessa (20):
“(1)F'Ġunju 2018, il-Kunsill Ewropew ikkonferma mill-ġdid l-importanza li wieħed ikun jista’ joqgħod fuq approċċ komprensiv għall-migrazzjoni u li jqis li l-migrazzjoni hija sfida mhux biss għal Stat Membru wieħed iżda għall-Ewropa kollha kemm hi. F’dan ir-rigward, huwa enfasizza l-importanza li l-Unjoni tipprovdi appoġġ sħiħ biex tiġi żgurata ġestjoni ordnata tal-flussi migratorji, notevolment permezz tal-ipproċessar rapidu biex jiġi żgurat aċċess għall-protezzjoni ta’ dawk fil-bżonn, b’ritorn rapidu għal dawk li mhumiex, inkluż permezz taċ-ċentri kontrollati. Għalhekk, l-Unjoni jenħtieġ li tkun kapaċi tipprovdi lill-Istati Membri konċernati b’appoġġ finanzjarju u operazzjonali sħiħ permezz tal-Aġenziji rilevanti tal-Unjoni, inkluża tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil.
(2)F’dan ir-rigward, b'talba ta’ Stat Membru, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Aġenzija li tipprovdi assistenza operazzjonali u teknika aktar imsaħħa billi twettaq il-proċedura sħiħa għall-protezzjoni internazzjonali jew partijiet minnha fl-istadju amministrattiv u tassisti bil-proċedura applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta’ Dublin], mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jieħdu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet individwali.
(3)L-involviment tal-Aġenzija fil-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali u fil-proċedura applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta’ Dublin] jiżgura li l-Istati Membri jirċievu l-appoġġ kollu meħtieġ biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali malajr u fil-waqt u dan jippermetti l-funzjonament effiċjenti u ordnat tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza. Għal din ir-raġuni, l-Aġenzija jenħtieġ ukoll li tkun tista’ tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-istadju amministrattiv tal-proċedura billi tħejji deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. Dawn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jqisu l-abbozzi tad-deċiżjonijiet imħejjija mill-Aġenzija mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tagħhom li jieħdu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet individwali.
(4)L-Aġenzija u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib sabiex jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi migratorji, b’mod partikolari fil-fruntieri esterni karatterizzati minn influssi migratorji mħallta li ta’ spiss ikunu kbar. B’mod partikolari, iż-żewġ Aġenziji jenħtieġ li jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom u jappoġġaw lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali u l-proċedura ta’ ritorn fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali jkunu ġew irrifjutati jew li jkunu preżenti fl-Istati Membri illegalment. L-Aġenzija u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ ukoll li jikkooperaw mill-qrib f’attivitajiet operazzjonali komuni oħra bħall-analiżi tar-riskju, il-ġbir tad-data statistika, it-taħriġ u l-appoġġ lill-Istati Membri dwar l-ippjanar ta’ kontinġenza.
(5)L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jserrħu fuq tisħiħ operazzjonali u tekniku akbar minn timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni b’mod partikolari fiż-żoni hotspot jew fiċ-ċentri kkontrollati. It-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jenħtieġ li jkunu magħmula minn timijiet ta’ esperti mill-Istati Membri skjerati mill-Aġenzija, mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mill-Europol jew minn aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, kif ukoll esperti mill-persunal tal-Aġenzija u tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-koordinazzjoni meħtieġa fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u tal-operazzjonijiet fil-post l-aktar minħabba l-involviment ta’ diversi aġenziji tal-Unjoni u possibbilment partijiet konċernati oħra.
(6)F’dan ir-rigward, l-Aġenzija jenħtieġ li tkun kapaċi tuża l-infrastruttura adegwata u t-tagħmir tekniku meħtieġ għat-timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil u biex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluża l-ġudikatura.
(7)Fiż-żoni hotspot jew fiċ-ċentri kkontrollati, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, li jenħtieġ li jaġixxu skont il-mandati u s-setgħat rispettivi tagħhom, u taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni.
(8)F’dawn il-każijiet, l-aġenziji tal-Unjoni jenħtieġ li b'talba tal-Istat Membru u taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, jaġixxu b’appoġġ tal-Istat Membru ospitanti biex japplikaw proċeduri rapidi għall-protezzjoni internazzjonali u / jew għar-ritorn. Jenħtieġ li jkun possibbli li wieħed jiddistingwi malajr bejn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u dawk li ma għandhomx bżonn ta’ din il-protezzjoni, biex jitwettqu kontrolli ta’ sigurtà u biex titwettaq il-proċedura kollha tal-protezzjoni internazzjonali u / jew tar-ritorn jew parti minnha.
(9)Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jitolbu l-għajnuna tal-Aġenzija mhux biss biex isaħħu l-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom iżda wkoll biex tassisti lill-qrati u lit-tribunali li jittrattaw każijiet tal-ażil, mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u b’rispett sħiħ għall-organizzazzjoni tal-ġudikatura f’kull Stat Membru. Għal dan il-għan, meta tiddefinixxi l-profili tal-esperti, l-Aġenzija jenħtieġ li tipprevedi profili għal esperti li jkunu indipendenti mill-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali u li jkunu jistgħu jgħinu lill-qrati jew lit-tribunali b'talba tagħhom biex iwettqu, fost l-oħrajn, riċerka legali, analiżi u appoġġ legali ieħor.
(2) Il-premessi li ġejjin qed jiżdiedu wara l-premessa (42):
“(1)“Objettiv ieħor ta’ dan ir-Regolament huwa li jiżgura li l-Istati Membri, b'talba tagħhom u skont il-ħtiġijiet tagħhom, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn aktar appoġġ tal-Aġenzija inkluż l-involviment tagħha fil-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali u fil-proċedura applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta’ Dublin] biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali malajr u fil-ħin biex jippermettu l-funzjonament effiċjenti u ordnat tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza u jsaħħu l-elementi ta’ kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.
(2)Billi dan l-objettiv ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu dawn l-għanijiet”.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
(3) L-Artikolu 16 jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 16
Assistenza operazzjonali u teknika mill-Aġenzija
1. L-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri f’konformità ma’ dan il-Kapitolu:
(a) b'talba tal-Istat Membru kkonċernat lill-Aġenzija rigward l-implimentazzjoni tal-obbligi tiegħu skont is-SEKA;
(b) b'talba tal-Istat Membru kkonċernat lill-Aġenzija skont l-Artikolu 16a;
(c) b'talba tal-Istat Membru konċernat lill-Aġenzija meta s-sistemi tiegħu tal-ażil jew tal-akkoljenza jkunu suġġetti għal pressjoni sproporzjonata;
(d) b'talba tal-Istat Membru kkonċernat lill-Aġenzija skont l-Artikolu 21;
(e) bl-inizjattiva tal-Aġenzija meta s-sistemi tal-ażil jew tal-akkoljenza ta’ Stat Membru jkunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata, u bi ftehim mal-Istat Membru kkonċernat;
(f) meta l-Aġenzija tipprovdi assistenza operazzjonali u teknika skont l-Artikolu 22.
2. L-Aġenzija għandha torganizza u tikkoordina, għal perjodu limitat ta’ żmien, l-assistenza operazzjonali u teknika xierqa li tista’ tinvolvi waħda jew aktar mill-miżuri operazzjonali u tekniċi li ġejjin b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali:
(a) (a) tidentifika u tirreġistra ċittadini ta’ pajjiżi terzi, tieħu d-data bijometrika tagħhom u tinfurmawhom dwar dawn il-proċeduri, kif xieraq, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ Aġenziji oħrajn tal-Unjoni;
(b) tassisti u twettaq ir-reġistrazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali;
(c)tipprovdi informazzjoni inizjali lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jagħmlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u tirreferihom għand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;
(d) tiffaċilita tassisti bl-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu qegħdin jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew tipprovdilhom assistenza oħra meħtieġa fil-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari billi:
(i)
tassisti fl-intervista tal-ammissibbiltà u fl-intervista sostantiva jew twettaqhom, kif applikabbli, kif ukoll fl-intervista biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli;
(ii)
tirreġistra l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fis-sistema awtomatizzata msemmija fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta’ Dublin];
(c)
tipprovdi assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;
(iii)
tassisti fl-għoti ta’ informazzjoni lill-applikanti dwar il-proċedura tal-protezzjoni internazzjonali u fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza kif xieraq;
(iv)
tassisti fl-għoti ta’ informazzjoni dwar l-allokazzjoni u tipprovdi l-għajnuna meħtieġa lill-applikanti li jistgħu jkunu suġġetti għall-allokazzjoni;
(e)
tiffaċilita l-inizjattivi konġunti tal-Istati Membri ta’ kooperazzjoni teknika fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;
(f)
tagħti pariri, u tikkoordina tassisti jew tikkoordina l-istabbiliment jew il-forniment ta’ faċilitajiet ta’ akkoljenza mill-Istati Membri, b’mod partikolari akkomodazzjoni ta’ emerġenza, trasport u assistenza medika;
(g)
tassisti fil-kompiti u l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta’ Dublin], inkluż billi twettaq jew tikkoordina l-allokazzjoni jew it-trasferiment ta’ applikanti jew benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni;
(h)
tassisti fil-proċeduri applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta’ Dublin];
(i)
tipprovdi servizzi ta’ interpretazzjoni;
(j)
tassisti lill-Istati Membri jiżguraw li hemm fis-seħħ id-drittijiet kollha tat-tfal meħtieġa kif ukoll is-salvagwardji għall-protezzjoni tat-tfal, b’mod partikolari fejn jidħlu minorenni mhux akkumpanjati;
(k)
tassisti lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta’ applikanti li jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali jew applikanti bi bżonnijiet ta’ akkoljenza speċjali, jew persuni oħra f’sitwazzjoni vulnerabbli, inklużi minorenni, kif ukoll billi tirreferi lil dawn il-persuni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal assistenza xierqa fuq il-bażi ta’ miżuri nazzjonali, u fl-iżgurar li s-salvagwardji kollha meħtieġa għal dawn l-applikanti jkunu fis-seħħ;
(l)
tassisti jew tappoġġa l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti biex jagħtu segwitu lill-proċedura tal-protezzjoni internazzjonali bi proċeduri ta’ ritorn possibbli f’każ ta’ deċiżjoni finali negattiva.
(m)
tipprepara deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-awtorità nazzjonali kompetenti li tieħu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet individwali;
(n)
tassisti biex jiġu trattati l-appelli billi, fost oħrajn, twettaq riċerka legali, analiżi legali u appoġġ legali ieħor;
(o)
tiffurma parti minn timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’żoni hotspot msemmija fir-Regolament 2016/1624 fl-Artikolu 21, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ Aġenziji oħra rilevanti tal-Unjoni;
(p)
tiskjera timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil;
(q)
tagħti pariri fejn xieraq u tiskjera l-infrastruttura adegwata u t-tagħmir tekniku meħtieġ għat-timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil u biex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluża l-ġudikatura.
3.
L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja l-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafu 1 2 mill-baġit tagħha skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.
4.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jevalwa r-riżultat ta’ miżuri operazzjonali u tekniċi u għandu jittrażmetti rapporti ta’ evalwazzjoni dettaljati skont l-iskema ta’ rapportar u evalwazzjoni prevista fil-pjan operazzjonali lill-Bord tat-Tmexxija fi żmien 60 jum mit-tmiem il-provvediment ta’ dawn il-miżuri, flimkien mal-kummenti tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali. L-Aġenzija għandha tagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta’ dawn ir-riżultati li għandu jkun inkluż fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 65.”
(4) Jiddaħħal l-Artikolu 16 a ġdid li ġej:
“Artikolu 16 a
Assistenza msaħħa fil-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali u għall-proċedura ta’ Dublin
1. Stat Membru jista’ jitlob lill-Aġenzija biex tipprovdih b’assistenza msaħħa biex tassistih fl-implimentazzjoni tal-politika tiegħu dwar l-ażil inklużi l-obbligi tiegħu skont is-SEKA. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tiskjera timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-asil, inkluż mill-pula ta’ riżerva għall-ażil kif xieraq, biex:
(a)twettaq l-proċedura sħiħa tal-protezzjoni internazzjonali fl-istadju amministrattiv, jew partijiet minnha, skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil], mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jieħdu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet individwali u / jew;
(b)tassisti fl-implimentazzjoni b’ħeffa tal-proċeduri applikabbli, jew twettaqhom, skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta’ Dublin], u / jew;
(c)tassisti fl-ipproċessar tal-appelli fejn jidħlu l-proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b).
2.Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-esperti mit-timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil għandhom, kif xieraq:
(a)jipprovdu informazzjoni lill-applikanti dwar il-proċedura tal-protezzjoni internazzjonali u fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-akkoljenza, kif applikabbli ;
(b)jirreġistraw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali;
(c)jieħu d-data bijometrika u jittrażmettuha skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac];
(d)jassistu lill-applikanti biex jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali;
(e)jidentifikaw u jivvalutaw kwalunkwe ħtieġa għal garanziji proċedurali speċjali jew kwalunkwe bżonn speċjali ta’ akkoljenza;
(f)iwettqu l-intervista tal-ammissibilità u l-intervista sostantiva, kif applikabbli;
(g)jivvalutaw l-evidenza relatata mal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali;
(h)jippreparaw deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u jipprovdu dawk id-deċiżjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li jkunu responsabbli biex jieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet individwali skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi previsti fir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil];
(i)jassistu jew jappoġġaw il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti biex jagħtu segwitu lill-proċedura tal-protezzjoni internazzjonali bi proċeduri ta’ ritorn possibbli f’każ ta’ deċiżjoni finali negattiva.
3.Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-esperti mit-timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil għandhom, kif xieraq:
(a)jirreġistraw l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fis-sistema awtomatizzata msemmija fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta’ Dublin];
(b)jassistu fil-proċeduri applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta’ Dublin];
(c)iwettqu l-intervista biex jiddeterminaw l-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali;
(d)ifittxu u jsibu l-familji mal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali;
(e)jiddeterminaw liema applikanti huma eliġibbli għal allokazzjoni jew trasferiment;
(f)jassistu, iwettqu jew jikkoordinaw l-allokazzjoni jew it-trasferiment ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jew ta’ benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali;
(g)jassistu jew iwettqu l-proċedura għad-determinazzjoni ta’ liema Stat Membru huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali;
(h)jassistu jew iwettqu l-proċeduri tat-teħid tar-responsabbiltà u n-notifiki ta’ teħid lura skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament ta’ Dublin].
4. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-esperti mit-timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil għandhom, kif xieraq, jgħinu lill-qrati jew lit-tribunali b'talba tagħhom u b’rispett sħiħ lejn l-indipendenza u l-imparzjalità ġudizzjarja bl-ipproċessar tal-appelli billi, fost oħrajn, iwettqu riċerka legali, analiżi legali u appoġġ legali ieħor.
5.L-Aġenzija għandha tiżgura l-provvista tat-traduzzjoni tad-dokumenti rilevanti kif ukoll tal-interpretazzjoni neċessarja.”
(5) L-Artikolu 21 jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 21
Timijiet ta’ Appoġġ għall-Ġestjoni tal-Migrazzjoni
1.Meta Stat Membru jitlob tisħiħ tekniku u operazzjonali permezz ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru XXX/XXX jew fejn huma skjerati t-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’żoni hotspot kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija f’timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni mal-Kummissjoni u ma’ aġenziji oħra rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri. 2.
2.Id-Direttur Eżekuttiv għandu, kif xieraq, jiftaħ il-proċedura għall-mobilizzazzjoni ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ażil, jew esperti mir-iżerva ta’ intervent għall-ażil skont l-Artikoli 17 u 18. It-tisħiħ operazzjonali u tekniku pprovdut mit-timijiet tal-appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil fil-qafas ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jistgħu jinkludu:
(a) l-iskrinjar taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, u fejn mitluba mill-Istati Membri, il-marki tas-swaba’ tagħhom;
(b) ir-reġistbrazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u, fejn mitlub mill-Istati Membri, l-eżami ta’ tali applikazzjonijiet;
(c) l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-proċeduri tal-ażil, inkluż ir-rilokazzjoni u assistenza speċifika lill-applikanti jew lill-applikanti potenzjali li jistgħu jkunu soġġetti għal rilokazzjoni.
1.It-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jistgħu jiġu skjerati b'talba ta’ Stat Membru, jew b'inizjattiva tal-Aġenzija u bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat, biex jipprovdu rinforz tekniku u operazzjonali lil dak l-Istat Membru.
2.It-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom ikunu magħmula minn timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil, persunal operazzjonali mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll minn esperti mill-Europol jew minn aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni.
3.L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreżenta talba għall-għajnuna mit-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ dak l-Istat Membru, tittrażmetti t-talba lill-Aġenzija, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Europol u lil aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, kif xieraq u għandha tiżgura l-koordinazzjoni ġenerali ta’ din il-valutazzjoni.
4.L-aġenziji rilevanti tal-Unjoni għandhom, taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, jivvalutaw it-talba ta’ Stat Membru għal rinforz u l-ħtiġijiet sabiex jiddefinixxu l-miżuri meħtieġa, inkluż l-iskjerament ta’ tagħmir tekniku, li għandu jintlaħaq ftehim dwaru mal-Istat Membru kkonċernat.
5.Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti u mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, tistabbilixxi t-termini ta’ kooperazzjoni għall-iskjerament tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni kif ukoll għall-iskjerament ta’ tagħmir tekniku, u tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ dawn it-timijiet.
6. It-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil skjerati mill-Aġenzija fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jistgħu jwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 16(2) u 16a.
7.It-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom, fejn meħtieġ, jinkludu persunal b’għarfien espert fil-protezzjoni tat-tfal, fit-traffikar tal-bnedmin, fid-drittijiet fundamentali, fl-ugwaljanza bejn is-sessi u fil-protezzjoni kontra l-vjolenza fuq il-bażi tal-ġeneru.”
(6) L-Artikolu 47 jinbidel b'dan li ġej:
Artikolu 47
Viċi Direttur Eżekuttiv
1. Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv fil-ġestjoni tal-Aġenzija u fit-twettiq tal-kompiti tiegħu jew tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 46(5). Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jieħu postu jew postha.
2. Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija, fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura ta' selezzjoni miftuħa u trasparenti. Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar fuq il-bażi tal-mertu u tal-ħiliet ta' amministrazzjoni u ta’ ġestjoni xierqa, inkluż esperjenza professjonali relevanti fil-qasam tal-migrazzjoni u tal-ażil. Il-Kummissjoni tad-Direttur Eżekuttiv għandha tipproponi tal-anqas tliet kandidati għall-pożizzjoni tal-Viċi Direttur Eżekuttiv. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jkollu s-setgħa li jestendi l-mandat jew li jneħħi l-Viċi Direttur Eżekuttiv mill-kariga li jaġixxi fuq il-proposta tad-Direttur Eżekuttiv tal-Kummissjoni. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45 (1), (4), (5), (7), (8) u (9)għandhom japplikaw għall-Viċi Direttur Eżekuttiv.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA
1.1.Titolu tal-proposta
1.2.Qasam ta’ politika konċernat fl-istruttura ABM / ABB
1.3.Natura tal-proposta
1.4.Objettivi
1.5.Ir-raġunijiet għall-proposta
1.6.Durata u impatt finanzjarju
1.7.Modi ta' ġestjoni ppjanati
2.MIŻURI TAL-ĠESTJONI
2.1.Ir-regoli tal-monitoraġġ u tar-rappurtar
2.2.Is-sistema tal-ġestjoni u tal-kontroll
2.3.Miżuri biex ikunu evitati l-frodi u l-irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA
3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-ispiża tal-baġit affettwati
3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn terzi persuni
3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA
1.1.Titolu tal-proposta
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li tħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010
1.2.Qasam ta’ politika konċernat fl-istruttura ABM / ABB
Qasam ta' politika: Ażil u Migrazzjoni (Titolu 18)
Attività: Ażil
1.3.Natura tal-proposta
◻ Il-proposta tirrigwarda azzjoni ġdida
◻ Il-proposta tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota / azzjoni preparatorja
☑ Il-proposta tirrigwarda estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ Il-proposta tirrigwarda azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.Objettiv
1.4.1.L-objettiv strateġiku pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta
L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssaħħaħ ir-rwol tal-EASO u jiġi żviluppat f’aġenzija kompluta li tipprovdi appoġġ operazzjonali kumprenżiv, li tiffaċilita l-implimentazzjoni u ttejjeb il-funzjonament tas-sistema tas-SEKA.
Biex tirrifletti dan l-iżvilupp, il-proposta se tibdel l-isem tal-EASO għal Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil.
1.4.2.Objettivi speċifiċi u l-attivitijiet tal-ABM / ABB konċernati
Objettiv speċifiku Nru 1: Tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u biex jitjieb il-funzjonament tas-SEKA
- Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tas-SEKA
- Appoġġ (attivitajiet) għall-implimentazzjoni tas-SEKA
- Appoġġ (attivitajiet) għall-kooperazzjoni prattika mal-SM
- Informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini u l-analiżi komuni
- Promozzjoni tad-dritt tal-Unjoni u l-istandards operazzjonali dwar l-ażil
Objettiv speċifiku Nru 2: Għoti ta' aktar għajnuna operazzjonali u teknika lill-Istati Membri
- Titjib tal-kooperazzjoni prattika u l-iskambju tal-informazzjoni
- Attivitajiet ta' appoġġ operazzjonali
- Kooperazzjoni mas-sħab u mal-partijiet konċeranti
- Standards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki dwar l-ażil
- Komunikazzjoni, skambju ta’ informazzjoni
Attività ABM / ABB ikkonċernata
→QFP 2014-2020
Attività 18 03: Ażil u Migrazzjoni
→QFP 2021-2027
Attività 10: Migrazzjoni
1.4.3.Riżultati u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta fuq il-benefiċjarji / il-gruppi fil-mira.
L-għan huwa li tbiddel l-EASO f’Aġenzija sħiħa li tkun kapaċi:
- tipprovdi l-għajnuna operazzjonali u teknika neċessarja lill-Istati Membri;
- iżżid il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri;
- tappoġġa distribuzzjoni ġusta u sostenibbli tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;
- timmonitorja u tivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA kif ukoll tal-kapaċitajiet tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri; kif ukoll
- tippermetti l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni.
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta.
- Numru ta’ nuqqasijiet misjuba waqt il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ SEKA / sena
- Numru ta' appoġġ (attivitajiet) għall-implimentazzjoni tas-SEKA / sena
- Numru ta' appoġġ (attivitajiet) għall-kooperazzjoni prattika tal-SM / sena
- Numru ta’ pajjiżi ta’ oriġini li għalihom ġew imfassla rapporti COI u li ssir analiżi komuni / sena
- Numru ta' standards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki dwar l-ażil / sena
- Numru ta’ kooperazzjoni prattika, u netwerks żviluppati / sena
- Numru ta’ arranġamenti għal skambju ta’ informazzjoni / sena
- Numru ta' attivitajiet ta' appoġġ operazzjonali / sena
- Numru ta’ arranġamenti u attivitajiet mas-sħab u l-partijiet interessati / sena
- Numru ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni / sena
1.5.Ir-raġunijiet għall-proposta
1.5.1.Rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati fuq żmien qasir jew twil
Din il-proposta tibni fuq il-mandat attwali tal-EASO u tespandih sabiex tittrasforma l-EASO f'Aġenzija kompluta mgħammra bl-għodod meħtieġa sabiex: (1) ittejjeb il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-ażil; (2) tippromwovi l-liġi tal-Unjoni u l-istandards operazzjonali biex tiżgura grad għoli ta' applikazzjoni uniformi tal-qafas legali dwar l-ażil; (3) tiżgura konverġenza akbar fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni; (4) timmonitorja u tivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA; (5) issaħħaħ l-assistenza teknika u operazzjonali għall-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza, inkluż appoġġ imsaħħaħ fil-qasam tal-proċedura tal-protezzjoni internazzjonali biex jiġi żgurat proċess malajr u fil-waqt li jippermetti l-funzjonament effiċjenti u ordnat tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza u biex jassisti lill-Istati Membri fil-proċedura ta’ Dublin; (6) il-forniment ta’ attivitajiet komprensivi b’appoġġ għall-Istat Membru ospitanti biex jiġi żgurat proċessar rapidu billi titwettaq il-proċedura amministrattiva kollha kemm hi jew parti minnha, inkluż fiċ-ċentri kontrollati u biex tiġi megħjuna l-ġudikatura fil-proċessar tal-appelli.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE
L-objettivi ta’ din il-proposta huma li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u biex jitjieb il-funzjonament tas-SEKA, li tissaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil, biex tippromwovi d-dritt tal-Unjoni u standards operazzjonali biex jiġi żgurat livell għoli ta’ uniformità fir-rigward ta’ proċeduri tal-ażil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni, biex tiġi mmonitorjata l-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards fir-rigward tal-ażil u li jingħata aktar appoġġ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza, b’mod partikolari għall-Istati Membri soġġetti għal pressjonijiet sproporzjonati fuq is-sistemi tagħhom tal-ażil u l-akkoljenza.
Billi huwa ta’ interess komuni li tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-qafas legali dwar l-ażil, permezz ta’ azzjoni miftiehma fost l-Istati Membri bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ażil, b’mod partikolari sabiex jiġu konsolidati l-istabbilità u l-ordni fil-funzjonament tas-SEKA, l-objettivi ta’ din il-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat
Minn meta assuma r-responsabbiltajiet tiegħu fl-2011, l-EASO, appoġġa kontinwament lill-Istati Membri biex japplikaw ir-regoli attwali u biex itejbu l-funzjonament tal-istrumenti eżistenti. L-Aġenzija kisbet esperjenza u kredibbiltà għall-ħidma tagħha fir-rigward tal-kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri u fl-għoti ta’ appoġġ lilhom biex jimplimentaw l-obbligi tagħhom skont is-SEKA. Il-kompiti mwettqa mill-EASO evolvew gradwalment sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet dejjem akbar tal-Istati Membri u tas-SEKA b’mod ġenerali. L-Istati Membri jiddependu dejjem aktar fuq l-appoġġ operazzjonali u tekniku tal-Aġenzija. L-Aġenzija żiedet b'mod sinifikanti l-għarfien u l-esperjenza fil-qasam tal-ażil u wasal iż-żmien li din tinbidel f’ċentru ta’ għarfien espert u mhux waħda li għadha wisq tiddependi fuq l-informazzjoni u l-għarfien espert ipprovdut mill-Istati Membri.
Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-Aġenzija hija waħda mill-għodod li jistgħu jintużaw b'mod effettiv biex jiġu indirizzati b’mod effettiv id-dgħufijiet strutturali tas-SEKA li komplew jiżdiedu bil-wasla fuq skala kbira u mhux kontrollata ta’ migranti u persuni li jfittxu l-ażil fl-Unjoni Ewropea b’mod partikolari matul l-aħħar snin. Ma jkunx plawżibbli li tiġi riformata s-SEKA mingħajr ma l-Aġenzija tingħata mandat li jikkorrispondi għat-talbiet li r-riforma se ġġib magħha. Huwa essenzjali li l-Aġenzija tingħata l-mezzi meħtieġa biex tassisti lill-Istati Membri f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, iżda huwa aktar meħtieġ li jinbena qafas legali, operazzjonali u prattiku sod sabiex l-Aġenzija tkun tista’ ssaħħaħ u tikkumplementa s-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri.
1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Din il-proposta hija konsistenti mal-linji ta’ politika komprensiva għal medda twila ta’ żmien dwar ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni kif stipulati mill-Kummissjoni fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li żviluppat il-linji gwida politiċi tal-President Juncker f’sett ta’ inizjattivi koerenti u li jsaħħu lil xulxin ibbażati fuq erba’ pilastri. Dawn il-pilastri għandhom l-għan li jnaqqsu l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari, li jagħmlu fruntieri esterni siguri u li jsalvaw il-ħajjiet, b'politika b’saħħitha dwar l-ażil u politika ġdida dwar il-migrazzjoni legali. Din il-proposta tkompli timplimenta l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-objettiv tat-tisħiħ tal-politika tal-ażil tal-Unjoni peress li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil se tiżgura implimentazzjoni sħiħa u koerenti tas-SEKA. Din il-proposta ta’ emenda tikkumplimenta l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni u hija koerenti mal-għan li tinbena politika interna, li tkun ibbażata fuq bilanċ bejn is-solidarjetà u r-responsabbiltà fid-dawl tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2018. L-appoġġ imsaħħaħ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil huwa element essenzjali ta’ solidarjetà. Din il-proposta ssaħħaħ ukoll l-elementi ta’ kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kost biex tirrifletti l-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, b’mod partikolari fir-rigward tal-iskjerament ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni.
1.6.Durata u impatt finanzjarju
◻ Proposta ta’ durata limitata
–◻
Proposta fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–◻
Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS
☑ Proposta ta’ durata illimitata
–Implimentazzjoni b'perjodu għat-tnedija minn SSSS sa SSSS,
–u wara tħaddim fuq skala sħiħa.
1.7.Il-metodu previst tal-ġestjoni
◻ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri
☑ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu fdati lil:
–◻ pajjiżi terzi jew lil korpi li jaħtru huma;
–◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
–☑ il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ korpi tal-liġi pubblika;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
2.MIŻURI TAL-ĠESTJONI
2.1.Ir-regoli tal-monitoraġġ u tar-rappurtar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għandha d-dmir li tirrapporta dwar l-attivitajiet tagħha. L-Aġenzija għandha tfassal rapport ta’ attività annwali dwar is-sitwazzjoni tal-ażil, fejn hija trid tevalwa r-riżultati tal-attivitajiet imwettqa minnha matul is-sena. Ir-rapport għandu jinkludi analiżi komparattiva tal-attivitajiet tal-Aġenzija sabiex l-Aġenzija tkun tista’ ttejjeb il-kwalità, il-konsistenza u l-effettività tas-SEKA. Dan ir-rapport ta’ attività annwali għandu jiġi trażmess mill-Aġenzija lill-Bord tat-Tmexxija, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Il-Kummissjoni trid tikkummissjona evalwazzjoni fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u mbagħad kull ħames snin wara dan, sabiex tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-Aġenzija u l-prattiċi ta’ ħidma tagħha. Din il-valutazzjoni trid tkopri l-impatt tal-Aġenzija fuq il-kooperazzjoni prattika dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil u fuq is-SEKA. Il-Kummissjoni trid tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni jkunu disponibbli għall-pubbliku.
2.2.Is-sistema tal-ġestjoni u tal-kontroll
2.2.1.Riskji identifikati
- Estensjoni tal-kompetenzi eżistenti tal-Aġenzija hija meħtieġa biex tiżgura l-implimentazzjoni tas-SEKA u dik tas-sistema riformata ta’ Dublin. Rinfurzar tal-persunal u r-riżorsi tal-Aġenzija huwa meħtieġ biex jiġi żgurat it-twettiq tal-missjoni tagħha. Mingħajr dawn il-bidliet, is-SEKA tkun f’riskju.
- Flussi migratorji kbar u bla kontroll li jkomplu jpoġġu s-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza taħt pressjoni u b’hekk idewmu t-tranżizzjoni minn modalità ta’ emerġenza għal ġestjoni ordinata tas-sistemi tal-migrazzjoni u tal-ażil.
- Reklutaġġ tal-persunal: ir-ritmu tar-reklutaġġ tal-persunal jista' joħloq riskju peress li l-kapaċità attwali tal-Aġenzija għadha mnaqqsa, ir-reklutaġġ huwa relattivament bil-mod u l-volum ta’ kompiti ġodda dejjem jikber. Id-DĠ HOME qed jipprova jimmitiga dan l-aspett billi jipprovdi appoġġ kontinwu u monitoraġġ.
- Dewmien fl-adozzjoni tal-bażi legali relatata mas-sistema ta’ Dublin emendata u żviluppi tal-IT relatati li għandhom jiġu mħaddma u amministrati mill-Aġenzija jistgħu jimpedixxu t-twettiq ta’ kompiti ġodda tal-Aġenzija f’dan ir-rigward.
- Kontinwazzjoni ta' dipendenza qawwija fuq l-għarfien tal-Istati Membri u dewmien għall-Aġenzija sabiex tiżviluppa l-bażi ta’ għarfien tagħha u biex issir ċentru espert reali indipendenti.
Wara d-dgħufijiet sinifikanti identifikati mill-ECA u mill-IAS rigward il-Ġestjoni u l-Kontroll tal-EASO, li wassal għal riżervi fir-Rapport ta’ Attività Annwali tal-2017, id-DĠ HOME ħejja pjan ta’ azzjoni ta’ mitigazzjoni, Koordinazzjoni tat-tisħiħ, arranġamenti ta’ ħidma bejn id-DĠ prinċipali u l-Aġenzija, kif ukoll attivitajiet ta’ monitoraġġ mill-qrib, li għandhom jirrimedjaw is-sitwazzjoni u jevitaw riskji rikorrenti.
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qed timmonitorja mill-qrib il-funzjonament tal-Aġenzija, inkluża l-implimentazzjoni tal-baġit, permezz tal-preżenza attiva tagħha fil-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija u fil-laqgħat tal-Grupp Preparatorju tal-Bord ta’ Tmexxija. Barra minn hekk, sabiex titrawwem ulterjorment il-funzjoni tal-monitoraġġ tal-Bord tat-Tmexxija, sa minn Frar 2018, fuq il-bażi ta’ Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija li tapplika miżuri interim fir-rigward tad-Direttur Eżekuttiv, il-Kummissjoni qed tirċievi u teżamina rapporti regolari ta’ monitoraġġ (kull ġimagħtejn) li jiffokaw fuq l-akkwist pubbliku u r-reklutaġġ.
2.2.2.Metodu/i ta’ kontroll previst(i)
Il-kontijiet tal-Aġenzija se jiġu ppreżentatigħall-approvazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri u soġġetti għall-proċedura ta’ kwittanza. Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni se jwettaq awditjar f’kooperazzjoni mal-awditur intern tal-Aġenzija.
Minbarra l-kontrolli indipendenti mwettqa mill-Qorti tal-Awdituri u s-Servizz tal-Awditjar Intern, l-implimentazzjoni tal-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Aġenzija bbażat fuq il-prinċipji se tippermetti l-kontroll tar-riskji identifikati. B’mod partikolari, il-komponent ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għandu jżid is-sensibilizzazzjoni fost il-persunal li jittratta mal-aġenziji deċentralizzati, filwaqt li l-komponent tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ se jippermetti li jsir rapport fuq il-bażi ta’ indikaturi sodi ta’ monitoraġġ sabiex jiġu skoperti dgħufijiet minn qabel.
2.3.Miżuri biex ikunu evitati l-frodi u l-irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.
- L-Aġenzija: Id-Direttur Eżekuttiv se jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija. Kull sena d-Direttur Eżekuttiv jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Bord tat-Tmexxija u lill-Qorti tal-Awdituri bil-kontijiet dettaljati tad-dħul u l-infiq kollu mis-sena finanzjarja preċedenti. Barra minn hekk, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni se jipprovdi opinjoni dwar l-eżitu tal-awditu ta’ segwitu dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li jirriżultaw mill-awditu tal-2016 tal-IAS dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit u l-ippjanar tal-akkwist. L-eżitu tal-awditu għandu jipprovdi lit-tmexxija tal-Aġenzija b’ċertezza dwar ir-robustezza tal-kontrolli fis-seħħ u jipprovdi gwida b’kull titjib ulterjuri li jista’ jkun meħtieġ.
L-Aġenzija se tadotta r-Regolament Finanzjarju tagħha skont ir-Regolament ta' Delega Nru 1271/2013, wara li jkun ġie approvat mill-Kummissjoni u mill-Qorti tal-Awdituri. L-Aġenzija se ddaħħal fis-seħħ sistema ta’ awditjar intern simili għal dik li introduċiet il-Kummissjoni fil-qafas tar-ristrutturar tagħha stess. L-Aġenzija se tistabbilixxi l-istess Qafas ta’ Kontroll Intern bħal dak tal-Kummissjoni, li jipprovdi qafas solidu għad-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi, filwaqt li l-Istrateġija Kontra l-Frodi tad-DĠ Home se tinkludi l-oqsma ta’ riskju identifikati fl-Aġenzija.
- Kooperazzjoni mal-OLAF: il-persunal soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Kummissjoni se jikkoopera mal-OLAF fil-ġlieda kontra l-frodi.
- Il-Qorti tal-Awdituri: il-Qorti tal-Awdituri se teżamina l-kontijiet skont l-Artikolu 248 tat-Trattat u tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA
3.1.3.1 Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-ispiża tal-baġit affettwati
·Il-linji baġitarji eżistenti
Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
[Intestatura 3]
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
3
|
18.03.02 Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (EASO)
|
Diff./Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
IVA*
|
LE
|
* l-EASO jirċievi kontribuzzjonijiet minn Pajjiżi Assoċjati f’Schengen
·Linji baġitarji ġodda mitluba għall-QFP 2021-2027
·Ma hemmx bżonn li tintalab linja baġitarja ġdida fil-QPF 2014-2020 iżda l-linja baġitarja 18 03 02 għandha tingħata isem ġdid xieraq
Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
[Intestatura 4 Ġestjoni tal-Migrazzjoni u tal-Fruntiera]
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
4
|
10.YY.YY L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil
|
Diff./Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
IVA*
|
LE
|
3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa
Żieda ta’ EUR 55 miljun mill-2019 sal-2027 meta mqabbel mal-verżjoni tal-LFS li takkumpanja l-Proposta tal-Kummissjoni COM (2016) 271 final tal-4.5.2016.
L-għan taż-żieda huwa li tirdoppja l-fondi disponibbli għan-nefqa relatata mal-appoġġ operazzjonali (il-linja tal-baġit 33 fil-baġit tal-Aġenzija) għall-attivitajiet li ġejjin:
(1) Tisħiħ tal-assistenza teknika u operazzjonali għall-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza, inkluż appoġġ imsaħħaħ fil-qasam tal-proċedura tal-protezzjoni internazzjonali biex jiġi żgurat proċessar malajr u fil-waqt li jippermetti l-funzjonament effiċjenti u ordnat tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza u biex jassisti lill-Istati Membri fil-proċedura ta’ Dublin.
2) Attivitajiet imsaħħa b’appoġġ għall-Istat Membru ospitanti biex jiġi żgurat proċessar rapidu billi titwettaq il-proċedura amministrattiva kollha kemm hi jew parti minnha, inkluż fiċ-ċentri kontrollati u biex tiġi megħjuna l-ġudikatura fil-proċessar tal-appelli.
Madwar 500 000 każ (dawk li jfittxu l-ażil) fis-sena huma stmati għad-deċennju li jmiss għall-pajjiżi kollha tal-UE (bħalissa, wara tmien xhur 382 000 każ ta’ persuni li qed ifittxu l-ażil waslu fl-UE fl-2018). Għall-Greċja u l-Italja, huma mistennija madwar 120 000 każ fis-sena, li minnhom 60 000 fil-Greċja u 60 000 fl-Italja. Fil-Greċja hemm medja ta’ 15 000-il każ fil-gżejjer li jridu jiġu pproċessati. L-EASO bħalissa qed jittratta biss parti mill-każijiet f’dawn il-gżejjer u għadu ma jipprovdix appoġġ simili fuq il-kontinent kif mitlub mill-Greċja. B’mod aktar ġenerali, bħalissa, l-impatt tal-EASO fl-għajnuna tiegħu lill-Istati Membri fit-trattament tal-każijiet kollha huwa limitat. L-għan tar-regolament emendat huwa li jestendi l-kapaċità u l-oqsma tal-EASO biex jassisti aktar lill-Istati Membri, partikolarment lill-Istati Membri tal-ewwel żbark (jiġifieri l-GR u l-IT), fosthom permezz tal-kunċett ta’ ċentri kkontrollati, kif mitlub mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewroew tat-28 ta’ Ġunju.
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali 2014-2020
|
3
|
Sigurtà u Ċittadinanza
|
|
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil
|
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
TOTAL
|
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
Numru tal-intestatura baġitarja
|
Impenji
|
(1)
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
|
|
|
|
|
Numru tal-intestatura baġitarja
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2 a)
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
Numru tal-intestatura baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprazzjonijiet
għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (Proposta inizjali COM(2016)271)
|
Impenji
|
=1+1a +3
|
86,971
|
96,686
|
114,100
|
297,757
|
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3
|
86,971
|
96,686
|
114,100
|
297,757
|
|
Riżorsi addizzjonali relatati mal-proposta attwali
|
Impenji
|
|
|
55,000
|
55,000
|
110,000
|
|
|
Pagamenti
|
|
|
55,000
|
55,000
|
110,000
|
|
TOTAL tal-approprazzjonijiet
għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil
|
|
|
86,971
|
151,686
|
169,100
|
407,757
|
|
|
|
|
86,971
|
151,686
|
169,100
|
407,757
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali 2014-2020
|
5
|
"Nefqa amministrattiva"
|
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
|
|
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
TOTAL
|
|
DĠ: HOME
|
|
• Riżorsi umani
|
0,536
|
0,536
|
0,536
|
1,608
|
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
0,030
|
0,030
|
0,030
|
0,090
|
|
TOTAL DĠ MIGRAZZJONI U AFFARIJIET INTERNI
|
Approprjazzjonijiet
|
0,566
|
0,566
|
0,566
|
1,698
|
|
TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
2014-2020
|
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)
|
0,566
|
0,566
|
0,566
|
1,698
|
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
|
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
2014-2020
|
Impenji
|
87,537
|
152,252
|
169,666
|
409,455
|
|
|
Pagamenti
|
87,537
|
152,252
|
169,666
|
409,455
|
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali 2021-2027
|
4
|
Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri
|
|
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil
|
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-intestatura baġitarja
|
Impenji
|
(1)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-intestatura baġitarja
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2 a)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-intestatura baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprazzjonijiet
għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil
|
Impenji
|
=1+1a +3
|
171,400
|
173,700
|
176,100
|
178,500
|
180,900
|
183,500
|
185,900
|
1250,000
|
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3
|
171,400
|
173,700
|
176,100
|
178,500
|
180,900
|
183,500
|
185,900
|
1250,000
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali 2021-2027
|
7
|
"Amministrazzjoni Pubblika Ewropea"
|
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
|
|
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
|
DĠ: HOME
|
|
• Riżorsi umani
|
0,536
|
0,536
|
0,536
|
0,536
|
0,536
|
0,536
|
0,536
|
3,752
|
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
0,030
|
0,030
|
0,030
|
0,030
|
0,030
|
0,030
|
0,030
|
0,210
|
|
TOTAL DĠ MIGRAZZJONI U AFFARIJIET INTERNI
|
Approprjazzjonijiet
|
0,566
|
0,566
|
0,566
|
0,566
|
0,566
|
0,566
|
0,566
|
3,962
|
|
TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027
|
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)
|
0,566
|
0,566
|
0,566
|
0,566
|
0,566
|
0,566
|
0,566
|
3,962
|
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
|
|
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
171,966
|
174,266
|
176,666
|
179,066
|
181,466
|
184,066
|
186,466
|
1 253,962
|
|
|
Pagamenti
|
171,966
|
174,266
|
176,666
|
179,066
|
181,466
|
184,066
|
186,466
|
1 253,962
|
3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil
–◻
Il-proposta ma teħtieġ l-ebda użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–☑
Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
QFP 2014–2020 *(Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR)
* Din it-tabella turi biss in-nefqa operazzjonali skont it-Titolu 3
QFP 2021-2027*
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR
* Din it-tabella turi biss in-nefqa operazzjonali skont it-Titolu 3
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
–◻
Il-proposta ma teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–☑
Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
L-għadd mitlub ta’ persunal għall-Aġenzija jibqa’ kif mitlub fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2016, jiġifieri żieda gradwali għal 500 FTE fl-2020.
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
|
Riżorsi umani (*)
|
2018
|
2019
|
2020
|
2021-2027
|
TOTAL
|
|
Linja bażi C(2013)519
|
51
|
51
|
51
|
51
|
51
|
|
Emendi
|
40
|
40
|
40
|
40
|
40
|
|
Linja bażi modifikata
|
91
|
91
|
91
|
91
|
91
|
|
Karigi addizzjonali mitluba*
|
59
|
70
|
82
|
0
|
0
|
|
Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment f’għadd ta’ persuni
|
214
|
284
|
366
|
366
|
366
|
|
Li minnhom AD
|
135
|
179
|
231
|
231
|
231
|
|
Li minnhom AST
|
79
|
105
|
135
|
135
|
135
|
|
Persunal estern (FTE)
|
83
|
106
|
134
|
134
|
134
|
|
Li minnhom aġenti b’kuntratt
|
72
|
95
|
123
|
123
|
123
|
|
Li minnhom Esperti Nazzjonali Sekondati (ENS)
|
11
|
11
|
11
|
11
|
11
|
|
TOTAL
|
297
|
390
|
500
|
500
|
500
|
* Din it-tabella turi l-persunal diġà mitlub fil-Proposta tal-Kummissjoni COM (2016) 271 final tal-4.5.2016. Mill-2021 ’il quddiem, mhumiex jintalbu żidiet fil-persunal.
|
Nefqa fuq il-persunal
|
2018
|
2019
|
2020
|
2021-2027 (għal kull sena)
|
|
Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment
(f'għadd ta' persunal)
|
28,676,000
|
38,056,000
|
49,044,000
|
49,044,000
|
|
- Li minnhom AD
|
18,090,000
|
23,986,000
|
30,954,000
|
30,954,000
|
|
- Li minnhom AST
|
10,586,000
|
14,070,000
|
18,090,000
|
18,090,000
|
|
Persunal estern (FTE)
|
5,898,000
|
7,508,000
|
9,468,000
|
9,468,000
|
|
- Li minnhom aġenti bil-kuntratt
|
5,040,000
|
6,650,000
|
8,610,000
|
8,610,000
|
|
- Li minnhom Esperti Nazzjonali Sekondati (ENS)
|
858,000
|
858,000
|
858,000
|
858,000
|
|
Persunal totali
|
34,574,000
|
45,564,000
|
58,512,000
|
58,512,000
|
3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa
–◻
Il-proposta ma teħtieġ l-ebda użu ta’ riżorsi umani.
–☑
Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time
|
|
2018
|
2019
|
2020
|
Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
• Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
|
|
XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
4
|
4
|
4
|
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unitajiet Ekwivalenti għal Full-Time: FTE)
|
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett kumplessiv”)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 yy
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika liema)
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
4
|
4
|
4
|
|
|
|
XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li diġà ngħataw kariga band'oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
Jirrappreżentaw lill-Kummissjoni fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija. Jabbozzaw l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-programm ta’ ħidma annwali u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tiegħu. Jissorveljaw il-preparazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-baġit. Jassistu l-Aġenzija fl-iżvilupp tal-attivitajiet tagħha f’konformità mal-politiki tal-UE, anki billi jipparteċipaw f’laqgħat tal-esperti.
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–☑
Il-proposta hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali iżda tista’ tinvolvi l-użu ta’ strumenti speċjali kif definit fir-Regolament tal-QFP.
–◻
Il-proposta se timplika l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
–◻
Il-proposta teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn terzi persuni
–◻ Il-proposta ma tipprevedi l-ebda kofinanzjament minn terzi persuni
–☑ Il-proposta tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
2018
|
2019
|
2020
|
2021-2027
|
Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
|
Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen
|
pm
|
pm
|
pm
|
pm
|
|
|
|
|
TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
Stima tal-impatt fuq id-dħul
–☑
Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻
fuq ir-riżorsi proprji
–◻
fuq dħul mixxellanju
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
|
Linja tad-dħul baġitarju:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għal dħul "assenjat" mixxellanju, speċifika l-linja/i tan-nefqa baġitarja affettwata/i.
Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.