Brussell, 12.9.2018

COM(2018) 631 final

2018/0330(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta
u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI, ir-Regolament Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill




FMT:ItalicKontribut tal-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa tal-Mexxejja
FMT:Italicf’Salzburg fid-19-20 ta’ Settembru 2018


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Ir-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta stabbilit wara l-kriżi tal-migrazzjoni tal-2015 f’ħin rekord daħal fis-seħħ fis-6 ta’ Ottubru 2016 1 . Madankollu, għad hemm aktar xi jsir biex jiġi żgurat, bħala parti minn approċċ komprensiv dwar il-migrazzjoni, il-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tal-UE u biex jiżdied b’mod sinifikanti r-ritorn effettiv tal-migranti irregolari. Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kif teżisti llum ġabet titjib f’dan ir-rigward. Madankollu, huwa importanti ħafna li din twieġeb bis-sħiħ għal-livell ta’ ambizzjoni u ħtiġijiet tal-Unjoni Ewropea biex tipproteġi b’mod effettiv il-fruntieri esterni u biex tilqa’ l-isfidi tal-futur fil-qasam tal-migrazzjoni. Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li tkun eżempju tanġibbli tas-solidarjetà Ewropea disponibbli għal skjerament operazzjonali fejn meħtieġ u ssaħħaħ il-protezzjoni tal-fruntieri esterni komuni tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni diġà stipulat il-viżjoni tagħha 2 għal Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta msaħħa u operazzjonali għal kollox sabiex tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini fir-rigward tas-sigurtà u s-sikurezza għall-Unjoni. Għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss tal-2021-2027, il-Kummissjoni pproponiet li toħloq korp permanenti ta’ 10 000 gwardja tal-fruntiera u li kważi tittrippla l-finanzjament għall-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri għal EUR 34,9 biljun, meta mqabbel ma’ kważi EUR 13-il biljun fil-perjodu attwali, sabiex twieġeb b’mod immirat għal sfidi akbar tal-migrazzjoni, tal-mobbiltà u tas-sigurtà. Dan se jippermetti ġestjoni aħjar tal-fruntieri tal-UE mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u politika ta’ migrazzjoni aktar effettiva.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni pproponiet li tipprovdi appoġġ finanzjarju għal tagħmir u taħriġ tal-komponent nazzjonali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fl-Istati Membri bil-għan li tippermettilhom li jżidu l-kapaċità operazzjonali tagħhom, it-tisħiħ tal-għodod eżistenti u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni mifruxa mal-UE kollha għall-fruntieri, il-ġestjoni tal-migrazzjoni u s-sigurtà. F’dan ir-rigward, fit-12 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni pproponiet il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Fond għas-Sigurtà Interna li jammontaw għal total ta’ EUR 20,9 biljun.

Fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill Ewropew ikkonferma l-ħtieġa għal kontroll aktar effettiv tal-fruntieri esterni tal-UE billi jkompli jissaħħaħ ir-rwol ta’ appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluża l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, permezz ta’ aktar riżorsi u mandat imsaħħaħ. Il-prinċipji ewlenin miftiehma fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ġew appoġġati wkoll ulterjorment mill-Istati Membri f’fora differenti 3 , b’enfasi fuq il-ħtieġa għat-tisħiħ tal-għodod tas-solidarjetà Ewropea, inkluż l-iżgurar ta’ ġestjoni effettiva tal-fruntieri esterni bi Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta aktar b’saħħitha u t-twaqqif ta’ politika ta’ ritorn Ewropea aktar effettiva u koerenti fuq il-bażi ta’ aktar solidarjetà u fiduċja reċiproka.

Barra minn hekk, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar ir-rapport annwali dwar il-funzjonament taż-żona Schengen insistiet fuq il-ħtieġa ta’ introduzzjoni rapida tal-istrateġija tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri (IBM, Integrated Border Management) żviluppata b’mod sħiħ, kif miftiehem bejn l-istituzzjonijiet, l-istrateġija teknika u operazzjonali mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-istrateġiji nazzjonali sussegwenti tal-Istati Membri. Il-Parlament Ewropew esprima wkoll it-tħassib tiegħu dwar l-inkonsistenzi fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-IBM fl-Istati Membri u enfasizza li l-eżekuzzjoni sħiħa tal-Istrateġija tal-IBM fl-Istati Membri kollha hija vitali għall-funzjonament adegwat taż-żona Schengen.

Bi tweġiba għal dawn is-sejħiet u aktar reċentement għal dik tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni qed tippreżenta għadd ta’ bidliet għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, b’mod partikolari billi tipprovdi lill-Aġenzija bil-fergħa operazzjonali tagħha stess: korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta ta’ 10 000 persunal operazzjonali b’setgħat eżekuttivi għall-attivitajiet kollha tiegħu biex jappoġġa b’mod effettiv lill-Istati Membri fuq il-post. Il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta mhux biss se jikkostitwixxi bidla kwantitattiva iżda se jipprovdi għal bidla kwalitattiva billi jiggarantixxi soluzzjoni faċilment disponibbli u affidabbli. Huwa se jiżgura li l-UE kollettivament ikollha l-kapaċitajiet meħtieġa biex tipproteġi l-fruntieri esterni tal-UE, biex tevita movimenti sekondarji u biex timplimenta b’mod effettiv ir-ritorn ta’ migranti irregolari.

Bit-tisħiħ sinifikanti wkoll tat-tagħmir tekniku għad-dispożizzjoni tiegħu, bl-akkwist ta’ setgħat eżekuttivi mill-persunal statutorju tiegħu u bit-tisħiħ ulterjuri tal-kapaċità ta’ azzjoni tiegħu f’pajjiżi terzi, il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta se jkun bidla radikali f’termini ta’ kwalità u effettività fuq kif l-UE tħares b’mod kollettiv il-fruntieri komuni tagħha u tiġġestixxi l-flussi migratorji. Bit-twaqqif ta’ standards ġodda u bit-tqegħid ta’ kultura Ewropea fil-gwardji tal-fruntieri, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta se ssir ukoll mudell ta’ kif jenħtieġ li tiġi implimentata l-ġestjoni tal-fruntieri tal-UE.

Konsegwentement, il-funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u, aktar importanti minn hekk, il-mod kif huma stabbiliti l-prijoritajiet strateġiċi għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri, jeħtieġ li jiġi adattat. Il-proposta għalhekk għandha l-għan li tirristruttura t-tmexxija politika tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri billi tistabbilixxi ċiklu ta’ politika ta’ strateġiji integrati Ewropej u nazzjonali tal-ġestjoni tal-fruntieri. Il-koordinazzjoni tal-proċessi tal-ippjanar tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri se tittejjeb biex jiġu ppreparati aħjar l-operazzjonijiet tal-fruntieri, tiġi definita r-reazzjoni għal livelli ta’ impatt ogħla u b’mod partikolari l-possibbiltà ta’ intervent tal-korp permanenti u kapaċitajiet oħra tal-Aġenzija b’appoġġ għall-Istati Membri. Hija se ttejjeb ukoll it-tħejjija tal-kapaċitajiet tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta billi tikkoordina t-taħriġ u l-edukazzjoni, l-akkwist ta’ tagħmir fi żmien qasir u fit-tul, inkluż ir-riċerka u l-iżvilupp.

Il-proposta se ttejjeb ukoll il-kapaċità li jkun hemm skambju ta’ informazzjoni u tappoġġa lill-Istati Membri fil-qasam tar-ritorni. Barra minn hekk, qed tiġi ppreżentata flimkien ma’ rieżami tad-Direttiva dwar ir-Ritorn li għandha l-għan li tassisti lill-Istati Membri biex iżidu l-effiċjenza tar-ritorni u li tinkiseb politika ta’ ritorn aktar effettiva u koerenti. Ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn tipproponi proċeduri aktar ċari u effettivi għall-ħruġ ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn u għall-ipproċessar tal-appelli, sabiex jiġu żgurati l-koerenza u s-sinerġiji bejn il-proċeduri tal-ażil u tar-ritorn, kif ukoll użu aktar effettiv tad-detenzjoni biex jiġi ffaċilitat ir-ritorn. F’dan il-kuntest, il-bidliet proposti għar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jkomplu jespandu l-ambitu tal-assistenza operazzjonali li għandha tiġi pprovduta mill-Aġenzija lill-Istati Membri.

Dawn il-bidliet jirrinfurzaw u jsaħħu wkoll il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Aġenzija tal-UE għall-Ażil fl-iskjerament ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, b’mod partikolari f’hotspots u f’ċentri kkontrollati. Il-Kummissjoni tindirizza l-ħtieġa li jiġu żgurati sinerġiji bejn il-proċeduri tal-ażil u dawk tar-ritorn permezz ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll żieda fl-effiċjenza tal-politika komuni ta’ ritorn bħala komponent ewlieni tal-ġestjoni tal-migrazzjoni sostenibbli.

Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi hija element ewlieni ieħor tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Din il-proposta ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-pajjiżi terzi bl-għan li tippromwovi l-istandards Ewropej tal-ġestjoni tal-fruntieri u tar-ritorn, li tiskambja l-informazzjoni u l-analiżi tar-riskju, li tiffaċilita l-implimentazzjoni tar-ritorni bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tagħhom u li tappoġġa lill-pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-migrazzjoni. Dan jinkludi l-iskjerament tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta meta dan l-appoġġ ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni u għall-ġestjoni effettiva tal-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni.

Jenħtieġ li Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kompletament operazzjonalitissimplifika u tuża wkoll l-għodod operazzjonali eżistenti kollha. Il-Kummissjoni tipproponi li tinkludi s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) fil-proposta tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, biex ittejjeb il-funzjonament tal-EUROSUR u twessa’ l-ambitu tagħha biex tkopri l-biċċa l-kbira tal-komponenti tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri. Dan ifisser identifikazzjoni u antiċipazzjoni aħjar ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi fil-fruntieri esterni tal-UE u f’pajjiżi terzi u rispons aħjar għalihom.

L-elementi msemmija hawn fuq se jsaħħu l-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri peress li se jippermettu lill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta taġixxi bħala pulizija tal-fruntieri ġenwina biex tiżgura l-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE, biex il-flussi migratorji jiġu ġestiti b’mod effettiv u biex jingħata kontribut biex jiġi garantit livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni - kundizzjoni ewlenija biex tiġi ppreservata ż-żona Schengen.

Raġunijiet għat-titjib tal-funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

Ir-Riżerva ta’ Reazzjoni Rapida mandatorja ta’ 1 500 gwardja tal-fruntieri kienet waħda mill-elementi ġodda tar-Regolament tal-2016. Minkejja li twaqqfet b’suċċess, ir-Riżerva tista’ biss tiġi attivata għal interventi rapidi fil-fruntiera, tip speċifiku ħafna ta’ intervent li jindirizza sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Għal appoġġ operazzjonali lill-Istati Membri l-aktar esposti f’operazzjonijiet konġunti regolari – li huma l-aktar tip komuni – l-Aġenzija għadha tiddependi kompletament fuq l-akkomunament volontarju tar-riżorsi umani u tekniċi tal-Istati Membri.

Matul il-kriżi tal-migrazzjoni, il-ħtiġijiet operazzjonali tal-Aġenzija biex tappoġġa lill-Istati Membri l-aktar esposti ġew multiplikati b’erbgħa: minn operazzjonijiet li kienu jeħtieġu l-iskjerament ta’ 52 359 persuna/jum fl-2014 għal 189 705 persuna/jum fl-2017. Anki jekk l-intensità tal-pressjoni fil-fruntieri esterni naqset meta mqabbla mal-2015, bi tnaqqis sinifikanti fil-wasliet irregolari permezz tar-rotot tal-Mediterran Ċentrali u tal-Lvant, l-impenn operazzjonali miżjud tal-Aġenzija jkompli jikkontribwixxi b’mod konsiderevoli għal dawn ir-riżultati pożittivi.

Madankollu, il-ħtiġijiet operazzjonali għar-riżorsi umani u tekniċi stabbiliti mill-Aġenzija ta’ spiss mhumiex issodisfati biżżejjed mill-impenji volontarji tal-Istati Membri.

Huwa meħtieġ livell għoli kontinwu ta’ parteċipazzjoni biex tiġi żgurata protezzjoni xierqa u fit-tul tal-fruntieri esterni. Minħabba l-iżviluppi ġeopolitiċi f’xi reġjuni strateġiċi tad-dinja kif ukoll ix-xejriet demografiċi globali, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta se tkun mistennija li tgħin aktar u aktar Stati Membri tal-UE fl-indirizzar tal-pressjoni migratorja, inkluż permezz ta’ appoġġ għal ritorni effettivi u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

Filwaqt li l-Istati Membri fil-biċċa l-kbira tagħhom antiċipaw din it-tendenza u pprovdew lill-Aġenzija bi gwardji tal-fruntiera u esperti addizzjonali, sfortunatament, il-parti l-kbira tal-operazzjonijiet konġunti tal-Aġenzija fil-perjodu 2015-2018 kienu affettwati serjament minn nuqqasijiet persistenti, li ħafna drabi rendew l-appoġġ tal-Aġenzija parzjalment ineffettiv, kif spjegat ripetutament il-Kummissjoni 4 . L-eżerċizzju annwali ta’ impenji tal-2018 bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Istati Membri wassal biex ġew koperti biss 49 % tal-gwardji tal-fruntiera u 45 % tat-tagħmir meta mqabbla mal-ħtiġijiet tal-Aġenzija għall-attivitajiet fil-fruntieri tal-art. Għal operazzjonijiet fil-fruntieri tal-baħar, filwaqt li 96 % tal-gwardji tal-fruntiera kienu koperti, kienu koperti biss 60 % tal-assi tekniċi 5 . Din id-dgħufija permanenti tal-mekkaniżmu tal-akkomunament attwali qed taffettwa l-kapaċità tal-UE biex iżżomm il-fruntieri esterni tagħna sikuri, u jeħtieġ li tiġi rimedjata kif rikonoxxut f’bosta okkażjonijiet mill-Kunsill ĠAI 6 .

Barra minn hekk, skont il-mekkaniżmu attwali ta’ akkomunament, l-Istati Membri għandhom it-tendenza li jimpenjaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom biss għal postijiet konkreti u perjodi konkreti, u jagħtu lill-Aġenzija flessibbiltà limitata biex tiskjera mill-ġdid malajr esperti u/jew assi tekniċi f’żoni operazzjonali oħra kif meħtieġ. L-Aġenzija qed tiffaċċja wkoll nuqqas ta’ impenji għal xi xhur intensivi, u impenji żejda għax-xhur tal-istaġun anqas intensiv. Dan kollu huwa problematiku għax l-Aġenzija ma tistax tirrialloka l-persunal operazzjonali skont il-ħtiġijiet identifikati.

L-Aġenzija tipprova tikkumpensa għall-kontribuzzjonijiet insuffiċjenti mill-Istati Membri u għan-nuqqas ta’ flessibbiltà fir-rilokazzjoni billi tiżviluppa u tuża l-kapaċitajiet tagħha stess, b’mod partikolari billi tiġbor u tibgħat “Membri tat-Tim issekondati (sTMs, seconded Team Members)” bħala l-kontribuzzjoni proprja tagħha għall-attivitajiet operazzjonali. Madankollu, din l-iskema volontarja u kumplimentari rriżultat li hija fil-biċċa l-kbira insuffiċjenti biex tippermetti lill-Aġenzija tibbenefika mill-vantaġġi ewlenin tagħha, jiġifieri l-prevedibbiltà fit-tul tal-ingaġġ u l-flessibbiltà għall-iskjerament mill-ġdid. Filwaqt li l-sTMs jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija għal sena waħda jew aktar, il-biċċa l-kbira minnhom huma ssekondati biss għall-perjodu minimu ta’ tliet xhur meħtieġ mir-Regolament.

It-tagħlimiet meħuda mill-operazzjonijiet tal-Aġenzija juru li hemm ħtieġa ċara li jkun hemm persunal permanenti u mħarreġ b’mod sħiħ tal-Aġenzija li jista’ jiġi skjerat fi kwalunkwe ħin u kullimkien. Jikkonfermaw ukoll li hemm inugwaljanza fl-iskjeramenti mill-Istati Membri, nuqqas ta’ taħriġ komuni, ta’ ħiliet lingwistiċi suffiċjenti, u ta’ kultura operazzjonali komuni li flimkien ixekklu l-kooperazzjoni fil-prattika. Persunal imħarreġ b’mod sħiħ u li jkollu l-istess kultura professjonali jġib miegħu valur miżjud reali.

Fl-aħħar nett, bl-istess mod, fir-rigward tad-differenzi persistenti fil-ġbir tar-riżorsi umani, l-Aġenzija regolarment tiffaċċja nuqqasijiet sinifikanti fil-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għat-tagħmir tekniku. Filwaqt li jidher li huwa diffiċli li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ akkomunament obbligatorju mibni fuq il-parteċipazzjoni ugwali tal-Istati Membri kollha, l-unika soluzzjoni vijabbli hija l-iżvilupp ulterjuri tal-kapaċitajiet tekniċi tal-Aġenzija stess permezz tal-akkwist ta’ assi neċessarji b’kunsiderazzjoni tal-pakkett ambizzjuż previst għal dak il-għan fil-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Dan il-proċess se joħloq domanda addizzjonali għal persunal operazzjonali biex jaġixxi bħala membri tal-ekwipaġġ biex iżommu u joperaw dawn l-assi tekniċi kollha u jenħtieġ li din il-ħtieġa tkun riflessa fis-soluzzjoni fit-tul.

Ir-rwol tal-Unjoni fl-appoġġ tal-Istati Membri fil-qasam tar-ritorni kien jeħtieġ li jissaħħaħ bħala element ewlieni biex jgħin biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni migratorja ffaċċjata mill-Istati Membri tal-UE. Kif jidher mir-rati ta’ ritorn fl-UE f’dawn l-aħħar snin, għad fadal sfidi fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tar-ritorni. Għall-2017, l-istatistika tal-Eurostat turi tnaqqis fir-rata ta’ ritorn fl-UE minn 45,8 % fl-2016 għal 36,6 % biss. Flimkien mar-riformulazzjoni proposta tad-Direttiva dwar ir-Ritorn, li tipproponi proċeduri aktar ċari u effettivi għall-ħruġ ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn u għall-ipproċessar tal-appelli, kif ukoll użu aktar effettiv tad-detenzjoni biex jiġu ffaċilitati r-ritorni, din il-proposta hija maħsuba biex issaħħaħ il-qafas ġenerali ta’ politika ta’ ritorn fis-seħħ.

Fid-dawl taż-żieda ulterjuri fl-iskala tal-appoġġ li l-Aġenzija tipprovdi lill-Istati Membri u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ġodda fil-qasam tar-ritorn, anki f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pajjiżi terzi, huwa evidenti li jkun hemm bżonn li jkun disponibbli aktar persunal operazzjonali biex jappoġġa l-isforzi tal-Aġenzija f’dan ir-rigward, b’mod partikolari minħabba l-baġit sinifikanti previst li jkopri l-attivitajiet ta’ ritorn mill-Aġenzija. Jenħtieġ li dan il-mandat estiż għar-ritorn ikun akkumpanjat minn kapaċitajiet u riżorsi umani adegwati, filwaqt li jitqies ukoll l-għadd dejjem jikber ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn li ġew appoġġati operazzjonalment mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta: Ġew organizzati jew ġew ikkoordinati mill-Aġenzija 192 operazzjoni fl-2018 sat-3 ta’ Awwissu, meta mqabbla ma’ 90 għall-istess perjodu fl-2016 u 194 fl-2017 7 .

L-esperjenzi tal-aħħar sentejn urew aktar minn qatt qabel l-importanza li jittieħdu azzjonijiet f’pajjiżi terzi, inkluż il-forniment ta’ appoġġ operazzjonali u tekniku. Il-Kummissjoni kienet qed tinnegozja f’isem l-Unjoni ftehimiet dwar l-istatus tal-Unjoni ma’ ċerti pajjiżi ġirien sabiex l-Aġenzija tkun tista’ twettaq skjeramenti operazzjonali f’dawk il-pajjiżi. In-negozjati ġew konklużi jew waslu biex jiġu konklużi mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, u fil-futur dawn il-ftehimiet jistgħu jespandu lil hinn mill-pajjiżi ġirien u mingħajr il-limitazzjonijiet territorjali sakemm dan l-appoġġ lil pajjiżi terzi se jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE. Se jkun meħtieġ ħafna aktar persunal operazzjonali mill-korp permanenti għal skjeramenti operazzjonali bħal dawn u biex jiġu appoġġjati dawn l-attivitajiet fuq il-post f’pajjiżi terzi inkluż dwar ir-ritorn.

Objettivi tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

L-elementi kollha msemmija hawn fuq juru l-ħtieġa vitali għal soluzzjoni permanenti u affidabbli biex jiġi żgurat li l-Aġenzija jkollha l-kapaċitajiet meħtieġa biex tipproteġi l-fruntieri esterni tal-UE u tappoġġa b’mod effettiv ir-ritorni.

Ir-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta adottat fl-2016 jistabbilixxi l-prinċipji tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropej u jiddefinixxi l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta iżda jindirizza prinċipalment ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Ir-Regolament EUROSUR adottat fl-2013 stabbilixxa qafas għall-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija iżda dan il-qafas bħalissa huwa limitat għas-sorveljanza tal-fruntieri tal-baħar u tal-art. Meta tgħaqqad iż-żewġ Regolamenti, il-proposta tgħaqqad flimkien il-kompiti tal-Aġenzija u r-rwol li għandhom l-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.

Huwa għalhekk li l-Kummissjoni tipproponi li jitwaqqaf il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b’10 000 membru tal-persunal operazzjonali sal-2020 biex l-Aġenzija tkun ipprovduta bil-fergħa operazzjonali effettiva u effiċjenti tagħha stess. Din il-proposta hija mfassla biex tirrimedja n-nuqqasijiet identifikati attwali, biex tirrispondi għall-ħtiġijiet attwali u tiżgura l-prontezza strateġika tal-UE biex tirreaġixxi għall-isfidi fil-futur. B’mod partikolari, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-korp permanenti jilħaq sal-2020 il-kapaċità sħiħa tiegħu ta’ 10 000 membru tal-persunal operazzjonali, biex l-Aġenzija tkun tista’ tirrispondi għas-sitwazzjoni attwali. F’dan il-kuntest, l-azzjonijiet preparatorji, inkluż it-tħejjija loġistika u amministrattiva kollha għar-reklutaġġi u s-sekondar, jenħtieġ li jsiru hekk kif jintlaħaq ftehim politiku dwar il-proposta.

Il-ħolqien tal-korp permanenti jeħtieġ li jkun integrat f’Bord Ewropew u Gwardja Kostali li jiffunzjonaw tajjeb, fejn l-Istati Membri, l-Unjoni u l-aġenziji tal-UE, b’mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, ikunu kkoordinati tajjeb u jaħdmu lejn objettivi ta’ politika komuni u kondiviżi. Din il-koordinazzjoni se tiżgura l-kapaċità li jiġu kondiviżi l-informazzjoni u l-analiżi, li tiġi kkoordinata l-abilità ta’ reazzjoni u l-kapaċità li jiġu antiċipati sitwazzjonijiet ta’ kriżi fil-fruntieri esterni fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil u biex flimkien jiġu żviluppati l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni meħtieġa.

Id-daqs ta’ dan il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-biċċa l-kbira jibni fuq l-indikazzjonijiet attwali għall-parteċipazzjoni skont il-mekkaniżmi ta’ akkomunament eżistenti li, madankollu, bl-eċċezzjoni tar-Riżerva ta’ Reazzjoni Rapida, huma ta’ natura volontarja. Skont id-deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali, in-numru kumplessiv ta’ gwardji tal-fruntiera għall-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija huwa ta’ 5 000. Madankollu, in-numru attwali tal-membri tat-Tim tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta rreġistrati fis-sistema OPERA tal-Aġenzija huwa ta’ aktar minn 7 000. Dawn il-kapaċitajiet huma kkumplimentati minn 1 500 gwardja tal-fruntiera maħtura mir-Riżerva ta’ Reazzjoni Rapida. Barra minn hekk, fil-qasam tar-ritorn, bħalissa l-Aġenzija għandha tliet riżervi għad-dispożizzjoni tagħha li, skont id-deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali, jenħtieġ li jkunu magħmula rispettivament minn 600 skorta tar-ritorn, 50 speċjalista tar-ritorn u 40 kontrollur tar-ritorn furzat. F’dan il-kuntest, id-daqs propost ta’ korp ta' 10 000 huwa maħsub biex jippermetti lill-Aġenzija mhux biss timla’ l-lakuni attwali, iżda wkoll tagħti spinta lill-appoġġ tagħha lill-Istati Membri l-aktar esposti f’oqsma operazzjonali kritiċi u biex tkopri aktar żoni fl-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi filwaqt li tikseb żieda sinifikanti fir-ritorni.

Il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jkun magħmul minn tliet kategoriji ta’ persunal operazzjonali: 1) membri tal-persunal impjegati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Kategorija 1), 2) persunal issekondat b’mod obbligatorju lill-Aġenzija mill-Istati Membri għal żmien twil (Kategorija 2) u 3) persunal ipprovdut b’mod obbligatorju mill-Istati Membri għal użu immedjat (Kategorija 3).

Il-karatteristika essenzjali ta’ dan l-approċċ ġdid hija l-inklużjoni tal-persunal statutorju tal-Aġenzija bħala membru tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li jkollu s-setgħat kollha meħtieġa biex iwettaq kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri u ta’ ritorn, inklużi l-kompiti li jeħtieġu setgħat eżekuttivi. L-Artikolu 77(2)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula li l-Unjoni għandha tadotta kull miżura meħtieġa għall-istabbiliment gradwali ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni. Dan jipprovdi l-bażi ġuridika biex jiġu kkonferiti setgħat tal-infurzar tal-liġi lill-aġenti li jaġixxu f’isem l-Unjoni meta jkunu qed iwettqu l-kompiti relatati mal-introduzzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni. Madankollu, dawn is-setgħat u l-kompiti jenħtieġ li jkunu definiti b’mod ċar biex jaqblu mal-għan tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni. Għalhekk, il-lista ta’ dawn il-kompiti hija parti mill-proposta. Il-persunal tal-Aġenzija fil-Kategorija 1 se jkun tip ġdid ta’ persunal tal-UE fl-Aġenzija li lilhom jingħataw setgħat eżekuttivi, inkluż l-użu tal-forza, meta jaġixxu bħala membri ta’ tim skjerat mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-Kummissjoni tikkunsidra dan l-arranġament bħala element ewlieni tal-proposta riveduta tagħha li se jkollu impatt sinifikanti fit-tisħiħ tal-mandat tal-Aġenzija sabiex din tiggarantixxi kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

It-tieni element ewlieni tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta huwa n-natura obbligatorja tal-kontribuzzjonijiet fuq terminu qasir u twil tal-Istati Membri lill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, li hija l-unika soluzzjoni li tiggarantixxi d-disponibbiltà tal-kontribuzzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-Aġenzija fl-ispirtu ta’ solidarjetà u responsabbiltà għall-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen. Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Istati Membri ġew stabbiliti abbażi tal-gwida għat-tqassim miftiehma matul in-negozjati fl-2016 għar-Riżerva ta’ Reazzjoni Rapida u stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1624.

Din il-kontribuzzjoni obbligatorja tista’ tkun sfida reali għall-Istati Membri f’każijiet fejn il-kapaċitajiet nazzjonali tagħhom jiġġebbdu żżejjed minħabba d-dmirijiet nazzjonali. Huwa għalhekk li l-proposta tipprovdi għal sistema ta’ appoġġ finanzjarju biex tappoġġa u tiżgura l-iżvilupp fit-tul tar-riżorsi umani billi tippermetti lill-Istati Membri li jimpjegaw u jħarrġu persunal addizzjonali biex jipprovdu l-flessibbiltà meħtieġa biex jikkonformaw mal-akkomunament obbligatorju stabbilit skont il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera filwaqt li jżommu kapaċitajiet nazzjonali suffiċjenti proprji.

Il-kompożizzjoni modulari tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bi tliet kategoriji ta’ persunal operazzjonali se tipprovdi l-flessibbiltà biex l-ingaġġ tal-Aġenzija jiġi aġġustat skont il-ħtiġijiet operazzjonali. Filwaqt li l-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija (Kategorija 1) se jkun dejjem l-element kostitwenti prinċipali għall-iskjeramenti tal-korp permanenti, l-ingaġġ tal-persunal operazzjonali fil-Kategorija 2 u speċjalment fil-Kategorija 3 jista’ jiġi adattat fil-mekkaniżmi eżistenti.

Fl-aħħar nett, il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-persunal operazzjonali tiegħu jipprovdu soluzzjoni integrata li tindirizza l-ispettru kollu tal-iskjeramenti tal-Aġenzija: timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri, timijiet tar-ritorn kif ukoll timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni b’kompożizzjonijiet imħallta. Din hija r-raġuni għaliex il-proposta qed tintegra l-mekkaniżmi ta’ akkomunament eżistenti kollha: il-mekkaniżmu ta’ impenji annwali attwali għal attivitajiet fil-fruntieri esterni, ir-Riżerva ta’ Reazzjoni Rapida obbligatorja għall-interventi rapidi fil-fruntiera, żewġ gruppi ta’ speċjalisti tar-ritorn u skorti tar-ritorn. Bħala eċċezzjoni, minħabba l-ispeċifiċità tal-kompiti u l-għarfien espert tagħha u l-ħtieġa għal indipendenza waqt it-twettiq ta’ funzjonijiet ta’ monitoraġġ, ir-riżerva ta’ kontrolluri tar-ritorn furzat għandha tibqa’ arranġament separat.

Il-proposta għandha l-għan li tistruttura t-tmexxija politika tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropea billi tistabbilixxi ċiklu ta’ politika ta’ strateġiji Ewropej u nazzjonali tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri.

Il-proposta se ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ twissija bikrija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex tiżdied ir-reattività tar-rispons meta tiġi kkonfrontata bi kriżi iżda anki biex jiġu indirizzati aħjar sitwazzjonijiet fejn il-funzjonament taż-żona Schengen jista’ jkun f’riskju.

L-antiċipazzjoni se tkun element ewlieni ta’ dawn il-proċessi. Il-proposta għandha l-għan li ttejjeb il-koordinazzjoni tal-proċessi tal-ippjanar tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri biex tipprepara aħjar l-operazzjonijiet tal-fruntieri, tiddefinixxi r-reazzjoni għal livelli ta’ impatt ogħla u b’mod partikolari l-possibbiltà ta’ intervent tal-korp permanenti u kapaċitajiet oħra tal-Aġenzija b’appoġġ għall-Istati Membri. Hija se ttejjeb ukoll it-tħejjija tal-kapaċitajiet tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta billi tikkoordina t-taħriġ u l-edukazzjoni, l-akkwist ta’ tagħmir fuq terminu qasir u fit-tul, inkluż ir-riċerka u l-iżvilupp.

Il-proposta se ttejjeb ukoll il-kapaċità li jkun hemm skambju ta’ informazzjoni u tappoġġa lill-Istati Membri fil-qasam tar-ritorni. Sabiex tassisti aħjar lill-Istati Membri, b’din il-proposta l-kompiti tal-Aġenzija qed jitwessgħu biex jinkludu għajnuna teknika u operazzjonali fl-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ ritorn, inkluż it-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn u attivitajiet oħra ta’ qabel ir-ritorn, kif ukoll assistenza fl-iżvilupp u t-tħaddim ta’ sistemi ta’ ġestjoni tar-ritorn u sistemi ta’ skambju tal-informazzjoni. 

Il-proposta se tiċċara r-rwol rispettiv tal-Istati Membri u tal-Aġenzija fil-funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluża l-kooperazzjoni ma’ partijiet terzi u ma’ pajjiżi terzi. Fil-qasam tar-ritorn, l-Aġenzija se tkun tista’ tipprovdi assistenza għal attivitajiet ta’ ritorn ta’ pajjiżi terzi, inkluż permezz tal-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn imħallta bil-parteċipazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew aktar. B’mod partikolari, il-funzjonament tal-EUROSUR se jittejjeb ulterjorment, billi tiżdied il-kwalità tad-data skambjata, is-sigurtà u r-reattività tas-sistemi. Sabiex jiġu appoġġati aħjar il-komponenti differenti tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-ambitu tal-EUROSUR se jevolvi minn sorveljanza tal-fruntieri għal kontroll fuq il-fruntieri inkluż ir-rappurtar fuq il-movimenti sekondarji u l-fruntieri tal-ajru. L-EUROSUR se tintuża għal operazzjonijiet fuq il-fruntieri u għal ippjanar integrat. L-EUROSUR se ttejjeb ukoll il-kooperazzjoni operazzjonali u l-iskambju tal-informazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ partijiet terzi.

Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet eżistenti ta’ politika fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta tikkumplimenta l-proposti tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 2018 biex jiġu stabbiliti l-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss bil-għan li jissaħħaħ il-finanzjament għall-komponenti nazzjonali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta . Dawn il-proposti kollha tal-Kummissjoni għandhom l-għan li jiżguraw b’mod konġunt sistema għal kollox integrata ta’ ġestjoni tal-fruntieri tal-UE implimentata minn Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b’saħħitha u kompletament operazzjonali, magħmula mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-Istati Membri għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorni.

Sabiex il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jkun jista’ jiġi skjerat b’mod effettiv mill-1 ta’ Jannar tal-2020, jenħtieġ li jittieħdu ċerti deċiżjonijiet u miżuri ta’ implimentazzjoni malajr kemm jista’ jkun. B’mod partikolari, b’deroga mill-iskadenza normali stipulata fir-Regolament, jenħtieġ li d-deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali dwar il-profili tal-korpi permanenti tal-Aġenzija tiġi adottata fi żmien sitt ġimgħat mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament u n-nomini tal-persunal operazzjonali għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta mill-Istati Membri fi żmien 12-il ġimgħa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

Fl-istess waqt, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-appoġġ għall-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija, l-iskjeramenti kollha sal-31 ta’ Diċmebru 2019 jenħtieġ li jiġu ppjananti u implimentati, fosthom ir-Riżerva ta’ Reazzjoni Rapida, f’konformità mal-Artikoli 20, 30 u 31 tar-Regolament (UE) 2016/1624 u skont in-negozjati bilaterali annwali li saru fl-2018. Dawn id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jitħassru biss b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020.

Din il-proposta tibni fuq il-kaxxa tal-għodda u l-politika tal-ġestjoni tal-fruntieri eżistenti, b’mod partikolari l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 2016/1624. Matul l-aħħar sentejn, l-operazzjonalizzazzjoni tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta pprovdiet l-ewwel ċikli ta’ valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u t-twaqqif tar-riżervi ta’ reazzjoni rapida biex jirrispondu għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Permezz tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b’10 000 membru tal-persunal operazzjonali, il-kapaċitajiet tal-Aġenzija, u għalhekk tal-Unjoni, se jkomplu jiġu estiżi biex jirreaġixxu b’mod effettiv għat-theddid u l-isfidi attwali jew futuri fil-fruntieri esterni billi jsaħħu, jivvalutaw u jikkoordinaw b’mod proattiv l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-fruntieri esterni u ma’ pajjiżi terzi kif ukoll biex iżidu r-ritorni.

Permezz tal-integrazzjoni tas-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) fl-istrument leġiżlattiv li jistabbilixxi l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, il-proposta trawwem ukoll spirtu ta’ kooperazzjoni, skambju ta’ informazzjoni u koordinazzjoni tal-isforzi bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll fost l-awtoritajiet nazzjonali u l-Aġenziji tal-Unjoni, b’impenji konkreti u vinkolanti. Dan jibni wkoll fuq ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 8 li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni fil-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata mill-Frontex.

Il-proposta tiċċara r-relazzjoni bejn il-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Aġenzija u l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 9 bil-għan li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn dawn iż-żewġ mekkaniżmi li huma essenzjali għall-kontroll tal-kwalità Ewropew dwar il-funzjonament taż-żona ta’ Schengen.

Din il-proposta tibni fuq dawk id-dispożizzjonijiet tal-politika eżistenti, tiżviluppahom iktar u tiġborhom flimkien fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, u b’hekk tistabbilixxi sistema ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni fil-livell tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 77(2)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta hija konsistenti mal-linji ta’ politika komprensiva għal medda twila ta’ żmien dwar ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni kif stipulati mill-Kummissjoni fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li żviluppat il-linji gwida politiċi tal-President Juncker f’sett ta’ inizjattivi koerenti u li jsaħħu lil xulxin ibbażati fuq erba’ pilastri. Dawn il-pilastri jikkonsistu mit-tnaqqis fl-inċentiv għal migrazzjoni irregolari, fruntieri esterni sikuri u s-salvataġġ tal-ħajjiet, politika dwar l-ażil b'saħħitha u politika ġdida dwar il-migrazzjoni legali. Din il-proposta tkompli timplimenta l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b’mod aktar speċifiku fir-rigward tal-għan tas-sigurtà tal-fruntieri esterni hekk kif il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta se timplimenta l-Ġestjoni Integrata tal-Fruntiera Ewropea. Barra minn hekk, hija twieġeb għat-talba tal-Kunsill Ewropew għat-tisħiħ ulterjuri tar-rwol ta’ appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż fil-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, permezz ta’ aktar riżorsi u mandat imsaħħaħ, bil-ħsieb li jiġi żgurat il-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tal-UE u li jiġi intensifikat b’mod sinifikanti r-ritorn effettiv tal-migranti irregolari.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Din il-proposta leġiżlattiva hija bbażata fuq l-Artikolu 77(2)(b) u (d) u l-Artikolu 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

L-Artikolu 77(1)(b) u (d) jistipula li l-Unjoni għandha tiżviluppa politika maħsuba biex twettaq verifiki fuq persuni u monitoraġġ effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri esterni, u l-introduzzjoni gradwali ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni. Għal dan il-għan, skont l-Artikolu 77(2)(b) u (d), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw miżuri li jikkonċernaw il-kontrolli li għalihom persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni jkunu soġġetti, u kull miżura meħtieġa għall-istabbiliment gradwali ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni .

L-Artikolu 79(2)(c) jawtorizza lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw miżuri fil-qasam tal-immigrazzjoni irregolari u r-residenza mhux awtorizzata, inkluża t-tneħħija u r-ripatrijazzjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni.

Sussidjarjetà

L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tiġi żgurata Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri tal-fruntieri esterni tal-UE, bil-għan li l-migrazzjoni tiġi ġestita b’mod effettiv u li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fiha. F’żona mingħajr fruntieri interni, il-migrazzjoni irregolari mill-fruntieri esterni ta’ Stat Membru wieħed taffettwa lill-Istati Membri l-oħra kollha fiż-żona Schengen. Żona mingħajr fruntieri interni tkun sostenibbli biss jekk il-fruntieri esterni jkunu siguri u protetti b’mod effettiv.

Peress li l-kontroll tal-fruntieri esterni tal-Unjoni huwa interess komuni u kondiviż li għandu jitwettaq skont standards għoljin u uniformi tal-Unjoni, l-objettivi ta’ din il-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Proporzjonalità

Il-proposta hija maħsuba biex twieġeb għall-isfidi u għar-realtajiet politiċi ġodda li qiegħda taffaċċja l-Unjoni, kemm fir-rigward tal-ġestjoni tal-migrazzjoni kif ukoll fir-rigward tas-sigurtà interna. Hija ssaħħaħ sett ta' għodod ta’ kapaċitajiet disponibbli għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, b’mod partikolari billi tistabbilixxi l-korp permanenti għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b’10 000 membru ta’ persunal operazzjonali biex tittratta b’mod komprensiv l-isfidi tal-ġestjoni tal-fruntieri tal-UE u tar-ritorni. Hija tiżgura li r-regoli dwar il-ġestjoni integrata tal-fruntieri jkunu implimentati b’mod sħiħ u korrett mill-Istati Membri skont ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali wieħed koerenti, li tittieħed azzjoni xierqa biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ kriżi u biex ikun hemm rispons effettiv fi stadju bikri fil-fruntieri esterni jekk tinqala’ sitwazzjoni bħal din u li jkun biss meta s-sitwazzjoni ssir aktar kritika li tittieħed azzjoni urġenti fil-livell tal-Unjoni għal intervent dirett fuq il-post. Fid-dawl tal-objettivi tiegħu u skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

Għażla tal-istrument

Kif spjegat fil-Kapitolu 1, il-ħolqien tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-istabbiliment tal-miżuri ta’ akkumpanjament meħtieġa jikkostitwixxu elementi essenzjali ġodda li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Minħabba l-importanza ta’ dawn il-bidliet, jeħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1624 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jiġi emendat. Hija wkoll opportunità biex tiġi integrata aħjar l-EUROSUR emendata fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta billi jiġu inklużi l-elementi emendati tar-Regolament (UE) Nru 1052/2013 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) fir-Regolament il-ġdid kif konkluż fl-evalwazzjoni tar-Regolament EUROSUR.

Tabilħaqq, regolament biss jista’ jipprovdi l-livell meħtieġ ta’ uniformità biex tiġi żgurata l-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni u biex jiġi żgurat ir-rwol effettiv tal-Aġenzija fir-ritorni. Barra minn hekk, b’kunsiderazzjoni għall-fatt li l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-EUROSUR ġew stabbiliti permezz ta’ Regolament, l-istess strument legali huwa wkoll xieraq għal din il-proposta li temenda u tgħaqqad iż-żewġ Regolamenti.

Drittijiet fundamentali

Din il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-attivitajiet kollha tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, fir-rigward kemm tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll tal-awtoritajiet tal-Istati Membri kompetenti għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn għandhom jitwettqu b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali kif imnaqqxa fil-Karta, inkluż id-dritt għall-ażil (l-Artikolu 18 tal-Karta), il-protezzjoni minn refoulement (l-Artikolu 19 tal-Karta), id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7 tal-Karta), id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8 tal-Karta) u d-dritt għal rimedju effettiv (l-Artikolu 47 tal-Karta). Il-proposta tqis b’mod sħiħ id-drittijiet tat-tfal u l-bżonnijiet speċjali tal-persuni li jinsabu f’sitwazzjoni vulnerabbli.

B’hekk, il-proposta hija f’konformità mal-Artikoli 2 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-kontribuzzjoni tal-UE għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta diġà tifforma parti mill-baġit tal-Unjoni kif ibbażat fuq id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament li jistabbilixxi l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Barra minn hekk, ġew identifikati xi riżorsi addizzjonali għall-Aġenzija fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Legali li takkumpanja l-proposti tal-Kummissjoni għall-ETIAS u l-pakkett tal-Interoperabilità.

Biex jitwaqqaf il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u jinxtara t-tagħmir tal-Aġenzija stess, kif ukoll biex jiġu indirizzati b’mod adegwat kompiti oħrajn ġodda jew aġġornati previsti f’din il-proposta, ammont ta’ EUR 577,5 miljun jeħtieġ li jiżdied mal-kontribuzzjoni eżistenti tal-UE għall-2019 u l-2020 taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali, li jista’ jkun jeħtieġ l-użu ta’ strumenti speċjali previsti fir-Regolament QFP. Għall-perjodu 2021-2027, se tkun meħtieġa kontribuzzjoni totali tal-UE ta’ EUR 11 270 miljun biex tkopri l-kompiti u l-funzjonijiet aġġornati tal-Aġenzija, marbuta l-aktar mal-implimentazzjoni tal-korp permanenti Ewropew tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-akkwist tat-tagħmir tal-Aġenzija stess. Dawn l-ammonti se jiġu kkomplementati mill-kontribuzzjoni korrispondenti tal-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen.

Il-kontribuzzjoni tal-UE mitluba għall-perjodu 2021-2027 tista’ tiġi ffinanzjata fil-limiti stabbiliti fil-proposta għall-QFP tat-2 ta’ Mejju 2018.

Fir-rigward tar-riżorsi umani, l-Aġenzija kienet mistennija tilħaq 1 000 membru tal-persunal sal-2020. Sabiex jiġi stabbilit il-korp Ewropew tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija se tiġi allokata b’pożizzjonijiet addizzjonali: se tibda b’750 pożizzjoni fl-2019 u tilħaq it-3 000 pożizzjoni sal-2025. Dawn il-pożizzjonijiet addizzjonali se jinqasmu b’mod ugwali bejn l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali. Il-karigi l-ġodda se jintużaw l-aktar biex jiġu rreklutati u jitħarrġu membri tal-persunal operazzjonali taħt il-Kategorija 1 tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Madankollu, din il-kategorija se tinkludi wkoll il-membri tal-persunal previsti għat-twaqqif u t-tħaddim tal-Unità ċentrali tal-ETIAS.

Barra minn hekk, fiċ-ċifra msemmija hawn fuq ta’ 3 000 kariga, l-Aġenzija tista’ tuża sa 4 % tad-daqs totali tal-korp permanenti biex tirrekluta membri tal-persunal biex jappoġġaw l-istabbiliment tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (ir-reklutaġġ, il-ġestjoni ta’ kuljum, l-ippjanar operazzjonali eċċ.), il-persunal tal-antenni operazzjonali, l-akkwist tat-tagħmir tal-Aġenzija, kompiti ġodda oħra relatati mal-funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluża l-EUROSUR, il-mandat imsaħħaħ għar-ritorni u t-teħid tal-kontroll ta’ FADO.

Minbarra l-baġit tal-Aġenzija, fil-Fondi fil-qasam tal-migrazzjoni u tal-ġestjoni tal-fruntieri, se jkun hemm appoġġ għall-implimentazzjoni tal-estensjoni tal-EUROSUR min-naħa tal-Istati Membri, permezz tar-riżorsi eżistenti mill-Fond għas-Sigurtà Interna - Fruntieri u Viża fl-2020 (EUR 52,5 miljun) u l-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (EUR 647,5 miljun) futur fil-perjodu 2021-2027, fejn 10 % minn dawn ir-riżorsi jiġu allokati lill-EUROSUR. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu implimentati f’ġestjoni kondiviża jew diretta.

Ir-Regolament Finanzjarju ta’ Qafas rivedut għall-aġenziji deċentralizzati, inklużi r-regoli rinforzati dwar il-governanza ta’ dawn l-aġenziji fil-qasam tal-frodi, l-irregolaritajiet, ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess u l-kontroll intern se jissupplimenta r-regoli li jinsabu f’din il-proposta.

4.Proċess preparatorju u konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati

Fl-2017, il-Kummissjoni indirizzat ħames rapporti ta’ progress lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fejn tat rekord tal-progress li sar dwar l-operazzjonalizzazzjoni tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u analizzat in-nuqqasijiet li sabet. Dawn ir-rapporti ta’ spiss kienu segwiti minn diskussjonijiet fil-Kunsill u preżentazzjonijiet fil-kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew.

Fil-Komunikazzjoni ta’ Frar tagħha 10 , il-Kummissjoni stabbiliet prijoritajiet u diversi għażliet għall-qafas finanzjarju pluriennali futur tal-Unjoni bi Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b’saħħitha u kompletament operazzjonali fil-qalba ta’ sistema Ewropea għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri kompletament integrata. Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’ Mejju 2018 11 li takkumpanja l-proposta għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, il-Kummissjoni tenniet l-impenn tagħha li taħdem għal dan l-objettiv u pproponiet li jinħoloq korp permanenti ta’ madwar 10 000 gwardja tal-fruntiera.

Fil-5 ta’ Lulju, il-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija organizza sessjoni ta' ħidma informali biex jiġi diskuss il-qafas legali futur tal-Aġenzija u ġie ppreżentat għall-attenzjoni tal-Kummissjoni rekord bil-miktub tal-laqgħa flimkien ma’ pożizzjonijiet separati ta’ tmien Stati Membri. Barra minn hekk, il-mandat il-ġdid tal-Aġenzija ġie diskuss fid-9 ta’ Lulju fil-laqgħa tal-Kumitat Strateġiku dwar l-Immigrazzjoni, il-Fruntieri u l-Ażil, fejn ir-rappreżentanti tal-Istati Membri esprimew il-fehmiet preliminari tagħhom dwar l-ideat li jinsabu fil-proposta tal-QFP. Fir-rigward tal-EUROSUR , f’konformità mal-Artikolu 22(3) tar-Regolament Nru 1052/2013, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ġenerali tal-EUROSUR. Ir-rapport minn din l-evalwazzjoni huwa anness mal-proposta. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni kkonkluda li l-qafas tal-EUROSUR laħaq l-għanijiet tiegħu iżda li l-funzjonament tal-EUROSUR jista’ jittejjeb billi din tevolvi minn sistema ta’ informazzjoni teknika għal qafas ta’ governanza għall-iskambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni. Saru konsultazzjonijiet ta’ segwitu mal-Grupp ta’ Esperti dwar il-EUROSUR, li ġie stabbilit u amministrat mill-Aġenzija biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-EUROSUR, u ma’ grupp ta’ esperti apposta dwar il-EUROSUR, stabbilit mill-Kummissjoni biex tiddiskuti u ssegwi l-proċess ta’ evalwazzjoni u tiddiskuti emendi possibbli għar-Regolament eżistenti. Fis-6 u fis-7 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni waqqfet sessjoni ta’ ħidma apposta biex jiġu diskussi l-aspetti teknoloġiċi u industrijali tal-EUROSUR mar-rappreżentanti tal-industrija, mar-riċerkaturi u mal-esperti governattivi mill-Istati Membri, u l-istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-UE. Sabiex tivvaluta l-kostijiet/benefiċċji tad-diversi bidliet previsti mill-proposta, il-Kummissjoni kkummissjonat studju biex jiġu vvalutati l-impatti ta’ diversi għażliet relatati ma’ żviluppi possibbli tas-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur)

B’kunsiderazzjoni għas-sejħa tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta’ Ġunju 2018 għal tisħiħ ulterjuri tar-rwol ta’ appoġġ tal-Aġenzija permezz ta’ mandat imsaħħaħ, u l-ħtieġa li din is-sejħa tiġi indirizzata fi żmien xieraq, ġie deċiż li ma ssirx Valutazzjoni tal-Impatt.

5.Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta (l-Artikolu 8) tintroduċi ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri bħala mod kif tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Iċ-ċiklu pluriennali se jistabbilixxi proċess interoperabbli, unifikat u kontinwu biex jipprovdi linji gwida strateġiċi lill-atturi rilevanti kollha fil-livell tal-Unjoni u fl-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorni biex tiġi implimentata l-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri b’mod koerenti, integrat u metodoloġiku. Iċ-ċiklu se jibda bi tmexxija politika għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropea, ipprovduta fil-forma ta’ att delegat tal-Kummissjoni, li mbagħad jiġi implimentat permezz tal-istrateġija teknika u operazzjonali mħejjija mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u permezz tal-istrateġiji nazzjonali mħejjija mill-Istati Membri. Evalwazzjoni li tivvaluta l-implimentazzjoni ta’ dawn it-tliet stadji se titlesta fil-perspettiva tat-tħejjija taċ-ċiklu li jmiss.

L-elementi ewlenin tal-proposta biex jitwaqqaf il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, flimkien ma’ titjib ta’ kapaċitajiet ewlenin oħrajn (ara b’mod partikolari l-Artikolu 5(2), 55 sa 60, 63 u 64) .

L-elementi essenzjali relatati mal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta huma spjegati fil-Kapitolu 1 hawn fuq, speċjalment fir-rigward tal-kompożizzjoni, id-daqs, l-ambitu tal-attivitajiet, in-natura obbligatorja u l-applikazzjoni tas-setgħat eżekuttivi.

Sabiex tiġi akkomodata n-natura komposta tal-korp permanenti, il-proposta tintroduċi l-kunċett ta’ persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala gwardji tal-fruntiera, skorti tar-ritorn, speċjalisti tar-ritorn u persunal rilevanti ieħor. Dawn se jkunu utilizzabbli fil-qafas ta’ tliet tipi ta’ timijiet: il-ġestjoni tal-fruntieri, l-appoġġ għar-ritorn u l-ġestjoni tal-migrazzjoni.

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Istati Membri għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta huma definiti skont l-Annessi IV u V. It-tqassim ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet individwali huwa bbażat fuq il-gwida għat-tqassim maqbula għar-Riżerva ta’ Reazzjoni Rapida kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta attwali.

Il-Funzjonament tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-kompożizzjoni tiegħu għandu jkun soġġett għal rieżami ta’ nofs it-terminu mwettaq mill-Kummissjoni. Abbażi tar-rieżami ta’ nofs it-terminu, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li temenda l-annessi rilevanti.

Sabiex tiġi żgurata kultura professjonali komuni, jenħtieġ li jiġi pprovdut taħriġ speċifiku u uniformi lit-timijiet skjerati mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.

Fil-perspettiva tal-iskjerament ta’ timijiet mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju ta’ pajjiżi terzi, l-Aġenzija jenħtieġ li tiżviluppa l-kapaċitajiet għall-istrutturi ta’ kmand u kontroll tagħhom stess.

Sabiex jingħelbu d-differenzi persistenti fl-akkomunament volontarju ta’ tagħmir tekniku mill-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward ta’ assi fuq skala kbira, l-Aġenzija jenħtieġ li jkollha t-tagħmir tagħha stess biex jintuża f’operazzjonijiet konġunti jew f’interventi rapidi fil-fruntiera jew f’attivitajiet operazzjonali oħra. Filwaqt li legalment l-Aġenzija ilha sa mill-2011 tista’ takkwista jew tikri t-tagħmir tekniku tagħha, din il-possibbiltà kienet ostakolata b’mod sinifikanti bin-nuqqas ta’ riżorsi baġitarji. Bl-adozzjoni tar-Regolament tal-2016, l-Aġenzija ġiet ipprovduta b’baġit iddedikat ta’ EUR 40 miljun biex takkwista tagħmir żgħir u ta’ daqs medju u l-Aġenzija għamlet progress fl-użu ta’ dawn l-opportunitajiet. Bħala konsegwenza naturali ta’ dawn l-iżviluppi kif ukoll biex jintlaħaq il-livell ta’ ambizzjoni li jirfed l-istabbiliment tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, il-Kummissjoni allokat pakkett sinifikanti fil-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 biex tippermetti lill-Aġenzija takkwista, iżżomm u topera l-assi tal-ajru, tal-baħar u tal-art meħtieġa li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet operazzjonali.

Filwaqt li l-akkwiżizzjoni tal-assi neċessarji tista’ tkun proċess twil, speċjalment għal assi kbar, fl-aħħar mill-aħħar jenħtieġ li t-tagħmir proprju tal-Aġenzija jsir is-sinsla tal-iskjeramenti operazzjonali b’kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Istati Membri li jingħataw f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni. It-tagħmir tal-Aġenzija jenħtieġ li fil-biċċa l-kbira jitħaddem mill-ekwipaġġ tekniku li jifforma parti mill-korp permamenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tar-riżorsi finanzjarji proposti għat-tagħmir tal-Aġenzija stess, il-proċess għandu jkun ibbażat fuq strateġija pluriennali deċiża kmieni kemm jista’ jkun mill-bord maniġerjali u li tkun akkumpanjata minn pjan ta’ azzjoni.

Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-Aġenzija fl-Istati Membri li qed jospitaw l-attivitajiet operazzjonali tagħha fil-fruntieri esterni u dawk relatati mar-ritorni, l-Aġenzija se jkollha l-possibbiltà li tistabbilixxi uffiċċji antenna li jkunu jinsabu f’dawk l-Istati Membri għall-perjodu li matulu l-attivitajiet operazzjonali tagħha jkunu għadhom għaddejjin. Ir-rwol ta’ dawn l-uffiċċji antenna se jkun li jservu bħala interfaċċa bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri ospitanti, biex jiżguraw koordinazzjoni, komunikazzjoni u appoġġ loġistiku u biex jiggarantixxu t-tħaddim bla xkiel tal-proċessi kollha relatati ma’ dawk l-attivitajiet operazzjonali. Dawn se jitwaqqfu f’postijiet li jinsabu viċin ħafna taż-żoni fejn iseħħu l-attivitajiet operazzjonali.

Il-proposta (l-Artikoli 9 u 67) tistabbilixxi qafas għall-ippjanar integrat tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Dan l-ippjanar se jintegra l-proċessi varji ta’ ppjanar tal-Gwardji tal-Fruntieri u tal-Awtoritajiet tar-ritorn tal-Istati Membri u tal-Aġenzija fi żmien qasir, medju u fit-tul. L-ippjanar integrat se jsegwi ċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri.

Il-proposta tistabbilixxi metodoloġija standard għall-ippjanar għax-xenarji stabbiliti mill-Aġenzija. Dawn ix-xenarji bbażati fuq l-analiżi tar-riskju se jqisu l-kuntest ġeopolitiku u se jiġu approvati mill-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija.

Il-proposta tintroduċi l-ippjanar għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-ippjanar għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet stabbilit b’din il-proposta huwa mekkaniżmu li jimmira li jiffaċċja u jikkonverġi l-pjanijiet fit-tul tal-Istati Membri u tal-Aġenzija bil-għan li jiġu identifikati l-opportunitajiet fl-oqsma tat-taħriġ u l-edukazzjoni, u l-istandardizzazzjoni teknika u operazzjonali; akkwist konġunt ta’ tagħmir, u Riċerka u Żvilupp. L-Aġenzija se takkwista kapaċitajiet ġodda biex tappoġġa l-ħtiġijiet individwali tal-Istati Membri; se jkollha wkoll rwol ewlieni fil-koordinazzjoni tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kollha.

Il-proċessi tal-ippjanar tal-kapaċitajiet se jirriżultaw fi pjan direzzjonali tal-kapaċitajiet għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, li se jkun approvat mill-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija u anness mal-istrateġija teknika u operazzjonali tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri. Dan il-pjan direzzjonali tal-kapaċitajiet se jagħti orjentazzjonijiet strateġiċi għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-pjan direzzjonali tal-kapaċitajiet se jwassal għall-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ akkwist u pjanijiet direzzjonali għat-teknoloġija. Dawn il-pjanijiet ta’ akkwist se jgħinu lill-Istati Membri u lill-Aġenzija għall-akkwist u l-kiri ta’ tagħmir tekniku 12 u l-pjanijiet direzzjonali tat-teknoloġija se jappoġġaw lill-Aġenzija fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka 13 u se jitqiesu għall-ipprogrammar tal-istrumenti tal-UE li jappoġġaw kemm l-attivitajiet operazzjonali kif ukoll dawk ta’ riċerka fil-qasam tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u r-Ritorn.

Il-proposta ssaħħaħ ir-rekwiżiti eżistenti għall-ippjanar ta’ kontinġenza fil-livell tal-Istati Membri bħala parti mill-proċess ġenerali tal-ippjanar integrat. L-ippjanar ta’ kontinġenza għandu jindirizza l-miżuri u r-riżorsi kollha meħtieġa biex jippermetti t-tisħiħ possibbli tal-kapaċitajiet inkluż il-loġistika u l-appoġġ meta jkun hemm livelli ta’ impatt ogħla fil-fruntieri esterni inklużi l-kapaċitajiet ta’ appoġġ għat-tnedija ta’ kapaċitajiet addizzjonali kkoordinati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Dawn il-pjanijiet jenħtieġ li jkomplu jkunu soġġetti għall-mekkaniżmu ta’ kontroll tal-kwalità bħala parti mill-mekkaniżmu ta’ valutazzjoni tal-Vulnerabbiltà.

Fuq żmien qasir, l-ippjanar operazzjonali se jkun koordinat bejn l-Istati Membri u mal-Aġenzija fil-qafas tal-EUROSUR skont il-proċessi ta’ ppjanar ta’ operazzjonijiet konġunti fil-fruntiera stabbiliti mill-Aġenzija 14 .

Il-proposta (l-Artikolu 18 u dawk segwenti) tinkorpora l-EUROSUR fir-Regolament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala element neċessarju tal-funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.

L-EUROSUR tevolvi f’qafas ta’ governanza għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-Aġenzija li tibni fuq is-sistemi varji ta’ informazzjoni użati mill-Istati Membri u l-Aġenzija u li tkabbar u tespandi r-rwol u l-kompetenzi taċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni.

Il-proposta tissimplifika l-elementi eżistenti tar-Regolament EUROSUR attwali u ttejjeb ir-reattività tal-EUROSUR. Uħud mill-partijiet tekniċi tar-Regolament EUROSUR attwali se jiġu mċaqilqa f’atti ta’ implimentazzjoni biex tiġi pprovduta aktar ċarezza fl-implimentazzjoni teknika, biex ikunu possibbli aktar flessibbiltà u aġġornamenti operazzjonali possibbli, filwaqt li jiġi żgurat il-karattru vinkolanti tagħhom.

Il-proposta twessa’ l-ambitu attwali tal-EUROSUR mis-sorveljanza tal-fruntieri tal-art u tal-baħar għall-kontroll fuq il-fruntieri (billi żżid il-kontrolli fil-punti tal-qsim tal-fruntiera u s-sorveljanza tal-fruntieri tal-ajru li attwalment kienu qed jiġu rrappurtati fuq bażi volontarja mill-Istati Membri) sabiex tipprovdi għarfien eżawrjenti tas-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni u tespandi l-firxa tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni. L-Aġenzija se tiżviluppa tipi ġodda ta’ kooperazzjoni bejn l-aġenziji mal-awtoritajiet tas-settur tal-avjazzjoni biex tindividwa u tirreaġixxi b’mod aħjar għat-theddidiet il-ġodda kkawżati mill-inġenji tal-ajru u mid-droni.

Il-proposta ssaħħaħ l-għarfien tas-sitwazzjoni, l-analiżi tar-riskju, il-prevenzjoni u r-rispons tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fl-aspetti li ġejjin: 

Sabiex issaħħaħ il-funzjoni tal-analiżi tar-riskju tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, se jsir l-allinjament tad-diversi għejun ta’ informazzjoni u tal-metodoloġiji, tat-taqsimiet tal-fruntieri u tal-livelli tal-impatt tal-EUROSUR u dawk li jintużaw mill-Aġenzija u mill-Istati Membri permezz tal-metodoloġija integrata komuni għall-analiżi tar-riskju (CIRAM, common integrated risk assessment methodology) min-Netwerk ta’ Analiżi tar-Riskju tal-Frontex (FRAN, Frontex Risk Assessment Network) u tal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà (Artikolu 31).

Filwaqt li tibni fuq l-EUROSUR, il-proposta ttejjeb l-għarfien tas-sitwazzjoni tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Artikolu 29). Hija tgħaqqad l-istampa ta’ intelligence prefruntiera komuni, li tiġbor informazzjoni dwar iż-żona prefruntiera, mal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea, li fir-Regolament attwali tikkorrispondi għal informazzjoni miġbura fiż-żona Schengen. Issa l-movimenti sekondarji huma parti mill-istampi tas-sitwazzjoni għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni migratorja fil-fruntieri esterni tal-UE kemm fil-livell strateġiku kif ukoll f’dak tattiku. Issa l-Istati Membri u l-Aġenzija se jibbenefikaw minn din l-informazzjoni, kif ukoll iżidu magħha, direttament fl-EUROSUR permezz taċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni.

Il-mekkaniżmu tas-servizzi ta’ fużjoni tal-EUROSUR ġie stabbilit formalment (Artikolu 29) biex jissostitwixxi l-“applikazzjoni komuni ta’ għodod ta’ sorveljanza” msemmija fir-Regolament EUROSUR attwali. Permezz tas-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR, l-Aġenzija tipprovdi liċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni u lilha nnifisha bl-informazzjoni rilevanti dwar il-fruntieri esterni. Is-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR għadhom jingħataw permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Aġenziji u partijiet terzi. L-Aġenzija se tkompli tuża s-servizzi satellitari għall-osservazzjoni tad-dinja taħt il-programm spazjali Copernicus biex tissorvelja ż-żona prefruntiera iżda se tiżviluppa servizzi ta’ fużjoni tal-EUROSUR ġodda ma’ aġenziji oħra tal-UE u ma’ sħab internazzjonali biex tqabbel l-ambitu l-ġdid tal-EUROSUR. Pereżempju, tali kooperazzjoni bejn l-aġenziji jenħtieġ li tiġi stabbilita fil-qasam tas-sorveljanza tal-fruntiera tal-ajru bejn l-Aġenzija, il-maniġer tan-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (EUROCONTROL) u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA, European Aviation Safety Agency).

Il-proposta (Artikolu 30) tintroduċi r-rekwiżit ta’ analiżi strateġika tar-riskju għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri li se titħejja mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta kull sentejn biex tippreżenta perspettivi u analiżi fit-tul għas-snin li ġejjin. Din l-analiżi tkun isservi ta’ punt tat-tluq biex il-Kummissjoni tniedi ċ-ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. L-analiżi strateġika tar-riskju se tikkontribwixxi għal xenarji ta’ livell għoli li fuqhom se jiddependi l-ippjanar integrat.

Meta jitqies li l-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u l-mekkaniżmi ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 huma żewġ mekkaniżmi kumplimentari għall-garanzija tal-kontroll tal-kwalità Ewropew dwar il-funzjonament xieraq taż-żona Schengen, jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti ċari għal skambju regolari ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-massimizzazzjoni tas-sinerġiji bejn dawn il-mekkaniżmi (Artikolu 34).

Sabiex ċerti sitwazzjonijiet ta’ kriżi fil-livell ta’ taqsima tal-fruntiera, fejn is-sitwazjoni tkun tali li l-funzjonament taż-żona Schengen jitpoġġa f’riskju, jiġu indirizzati aħjar, qiegħed jiżdied ir-raba’ livell “kritiku” fl-EUROSUR. Il-livell ta’ impatt “kritiku” se jiskatta awtomatikament rispons mill-korp permanenti tal-gwardja tal-Aġenzija tal-UE għall-gwardja tal-fruntiera u tal-kosta (Artikoli 35, 36 u 42).

Fir-rigward tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi dispożizzjonijiet ġodda (fl-Artikolu 41) biex tiżgura l-koerenza mal-proposta emendata għal Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil li qiegħda titressaq flimkien ma’ din il-proposta. Il-Kummissjoni tipproponi li twessa’ l-ambitu għall-iskattar tal-użu tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni – l-użu tagħhom isir fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat iżda ma għadux limitat għal ċirkostanzi ta’ sfidi migratorji sproporzjonati. Il-Kummissjoni se tkun responsabbli mill-koordinazzjoni fuq il-post, kif diġà hu rifless fir-Regolament attwali, kif ukoll mill-koordinazzjoni tat-talbiet mill-Istati Membri u mill-valutazzjoni tal-ħtiġijiet. Dan jiżgura l-koerenza bejn l-azzjonijiet differenti mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni kif ukoll sinerġiji ta’ riżorsi tal-Aġenziji u tal-Istati Membri.

Il-proposta tibni fuq id-dispożizzjonijiet attwali (Artikolu 42) u tikkonsolida r-rwol tad-Direttur Eżekuttiv li jipproponi lill-Istat Membru kkonċernat l-attivitajiet operazzjonali konkreti tal-Aġenzija meta dan ikun iġġustifikat mir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, l-analiżi tar-riskju jew meta taqsima waħda mill-fruntiera jew aktar jiġu attribwiti impatt kritiku. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni għal tali azzjonijiet proposti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi notifikata bil-għan li tivvaluta u tiddeċiedi jekk tkunx meħtieġa azzjoni ulterjuri f’konformità mal-Artikolu 43 li jindirizza s-sitwazzjoni fil-fruntiera esterna tal-UE li tkun teħtieġ azzjoni urġenti.

Il-proposta ttejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fi ħdan il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (ara b’mod ġenerali l-Artikolu 12):

L-att ta’ implimentazzjoni se jispeċifika ulterjorment it-tip ta’ informazzjoni li tkun trid tingħata, fil-qafas tal-EUROSUR iżda wkoll l-entitajiet responsabbli mill-ġbir, l-ipproċessar, l-arkivjar u t-trażmissjoni ta’ informazzjoni speċifika, id-dewmien massimu għar-rappurtar, is-sigurtà tad-data u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data (ara pereż. l-Artikolu 25).

L-Aġenzija se twettaq monitoraġġ f’ħin reali kemm tal-istatus tekniku tan-netwerks u s-sistemi kif ukoll tal-kwalità tal-informazzjoni li tiġi rappurtata mill-Istati Membri u jaqsmuha mal-utenti bħala element essenzjali tal-affidabbiltà tal-qafas tal-EUROSUR (Artikolu 24).

In-Netwerk ta’ Komunikazzjoni ġie żviluppat fil-qafas tar-Regolament EUROSUR attwali u jista’ jiskambja Informazzjoni Klassifikata tal-UE bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija. Issa n-Netwerk ta’ Komunikazzjoni qiegħed jintuża (Artikoli 14 u 15) għall-iskambji kollha ta’ informazzjoni bejn il-komponenti differenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-livell ta’ klassifikazzjoni tagħha ittella’ minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED għal CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL biex jissaħħu s-sigurtà tal-informazzjoni u l-fiduċja fost l-atturi.

L-Aġenzija se tiżviluppa standards tekniċi biex ittejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni filwqat li l-assigurazzjoni tal-informazzjoni se tissaħħaħ permezz taċ-Ċentru nazzjonali ta’ Koordinazzjoni (Artikolu 16).

Il-proposta ttejjeb ir-rispons tal-UE fil-qasam tar-ritorni fir-rigward tal-aspetti li ġejjin (ara l-Artikolu 49 u wara).  

Il-proposta tespandi aktar il-mandat tal-Aġenzija li tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri fil-proċeduri ta’ ritorn, bla ħsara għar-responsabbiltà ta’ dan tal-aħħar li jieħu deċiżjonijiet ta’ ritorn, fosthom għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn, l-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz u attivitajiet oħra relatati ma’ qabel ir-ritorn u relatati mar-ritorn tal-Istati Membri.

Biex tassisti aktar lill-Istati Membri, l-Aġenzija hija responsabbli wkoll:

li tiżviluppa mudell ta’ referenza għal sistema ta’ ġestjoni ta’ każijiet ta’ ritorn li jippreskrivi l-istruttura tas-sistema nazzjonali ta’ ġestjoni ta’ ritorn;

li tappoġġa l-iżvilupp tas-sistemi nazzjonali tagħhom jew li dawn jiġu allinjati mal-mudell;

li tistabbilixxi sistema ċentrali u infrastruttura ta’ komunikazzjoni mas-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni ta’ ritorn u s-sistema ċentrali għall-ipproċessar tal-informazzjoni u d-data kollha meħtieġa, kif ukoll bejniethom, biex l-Aġenzija tagħti assistenza teknika u operazzjonali f’konformità mar-Regolament.

Kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi terzi: l-għoti ta’ assistenza fl-attivitajiet ta’ ritorn ta’ pajjiżi terzi u fil-pajjiżi nfushom, fosthom billi tibgħat il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta f’pajjiżi terzi, kif ukoll permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi dwar ir-ritorn, inkluż fir-rigward tal-forniment ta’ dokument tal-ivvjaġġar.

It-tisħiħ tal-mandat tal-Aġenzija biex tipproċessa data personali b’rabta mal-attivitajiet fil-qasam tar-ritorn, kif ukoll mal-iskambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-attivitajiet ta’ ritorn.

Il-proposta ttejjeb id-dimensjoni esterna tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (ara l-Artikoli 72 sa 79):

Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta se tingħata l-possibbiltà li taġixxi f’pajjiżi terzi u mhux biss f’pajjiżi terzi ġirien, fosthom fil-qasam tar-ritorn kif speċifikat aktar ’il fuq.

Il-proposta tiddeskrivi l-kundizzjonijiet li hija marbuta bihom l-Aġenzija meta toffri assistenza teknika u operazzjonali lil pajjiżi terzi. L-operazzjonijiet tal-Aġenzija jistgħu jsiru fi kwalunke fruntiera tal-pajjiż terz ikkonċernat, fejn xieraq, bi ftehim mal-Istat(i) Membru/i bi fruntiera maż-żona ta’ operazzjonijiet.

Il-proposta ttejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi fil-qafas tal-EUROSUR permezz taċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni filwaqt li tirrispetta r-relazzjonijiet storiċi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi. Il-kundizzjonijiet tal-iskambju ta’ data mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, u s-servizzi ta’ fużjoni tal-EUROSUR li jistgħu jingħatawlhom, se jiġu inklużi fid-dispożizzjonijiet.

F’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-ħolqien ta’ netwerk Ewropew ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (tfassil mill-ġdid), qiegħed jiġi rikonoxxut ir-rwol tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni. Minbarra n-netwerk Ewropew tal-uffiċjal għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, ir-rabtiet bejn iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni u l-Aġenzija qegħdin jiġu stabbiliti formalment.

Ir-rwol tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi qiegħed jiġi ċċarat: il-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri u lill-Aġenzija fil-qasam tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi billi tħejji mudell ta’ dispożizzjonijiet u tivverifika jekk id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet u l-arranġamenti ta’ ħidma bilaterali u multilaterali jkunux konformi mar-Regolament.

Fl-aħħar nett, il-proposta tal-Kummissjoni tibni fuq il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Marzu 2017 u tipproponi li tintegra s-sistema dwar Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO, False and Authentic Documents Online) fil-qafas tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. FADO hija sistema Ewropea ddiżinjata għall-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri dwar dokumenti ġenwini u foloz, u bħalissa hija ġestita mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Tali sistema ta’ immaġni tal-Unjoni komuni u kondiviża hija għodda utli ferm fil-ġlieda kontra l-frodi tad-dokumenti, billi tissimplifika l-kxif ta’ dokumenti foloz. L-integrazzjoni tal-FADO fil-qafas tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta tippermetti lill-Aġenzija tieħu s-sistema f’idejha u tamministraha. L-integrazzjoni tal-FADO se tikseb ir-riżultati li ġejjin (Artikolu 80):

Sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fil-verifika tal-awtentiċità tad-dokumenti fil-fruntiera, il-proposta tafda s-sistema ta’ Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO) f’idejn l-Aġenzija li tista’ tadattaha għar-rekwiżiti attwali u futuri. L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 1998, 98/700/ĠAI se tiġi revokata fl-intier tagħha u tiġi ssostitwita minn bażi ġuridika fir-Regolament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, biex b’hekk l-Aġenzija titpoġġa f’pożizzjoni li tieħu s-sistema attwali f’idejha. Id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni se jiġu stipulati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dan jiżgura l-involviment ta’ esperti mill-Istati Membri (permezz tal-kumitat tal-Artikolu 6) u jippermetti wkoll l-adattament tas-sistema għall-ħtiġijiet tal-futur.

L-istruttura b’diversi saffi tas-sistemi FADO jenħtieġ li tinżamm billi hi meħtieġa biex tagħti livelli differenti ta’ informazzjoni dwar dokumenti lil partijiet ikkonċernati differenti, fosthom lill-pubbliku ġenerali. Fir-rigward tal-perjodu tranżitorju, jenħtieġ li jiġi żgurat li s-sistema FADO attwali tibqa’ topera sakemm tibda tiffunzjona s-sistema l-ġdida u d-data eżistenti tiġi trasferita lejn is-sistema l-ġdida bi ftehim mal-Istati Membri fir-rwol tagħhom bħala sidien id-data.

Fl-aħħar nett, il-proposta tindirizza wkoll diversi aspetti tal-kwistjonijiet tal-governanza u tal-amministrazzjoni tal-Aġenzija:

meta jitqies il-ħolqien tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll l-espansjoni ġenerali tal-mandat tal-Aġenzija, b’mod partikolari fil-qasam tar-ritorni, li jinħatru tliet viċi diretturi eżekuttivi minflok wieħed kif previst fir-Regolament attwali (Artikolu 105). Jentieġ li dawn it-tliet viċi diretturi eżekuttivi jiġu assenjati qasam ta’ responsabbiltà speċifiku.

Minħabba fl-importanza fundamentali tal-Aġenzija bħala parti mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta responsabbli mill-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni, u r-rwol tal-Kummissjoni fir-rigward taċ-ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri (ara l-Artikolu 8), ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni fil-qafas tal-governanza tal-Aġenzija jenħtieġ li jinġieb konformi mal-prinċipji tal-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottat fit-12 ta’ Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni (pereż. fir-rigward tal-ħatra tal-viċi diretturi eżekuttivi, Artikolu 105).

Il-proposta tistabbilixxi Kumitat li jassisti lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ għadd ta’ atti ta’ implimentazzjoni previsti mir-Regolament. Madankollu, f’dak li għandu x’jaqsam mal-FADO, jenħtieġ li jintuża l-Kumitat tal-Artikolu 6 eżistenti (Artikolu 117).

Il-proposta ttenni d-dispożizzjonijiet tar-Regolament attwali fir-rigward tal-Irlanda u tar-Renju Unit.

Il-Kummissjoni tqis li t-tibdil imsemmi hawn fuq huwa essenzjali biex jiġi garantit li l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta tiġi mgħammra tajjeb, u tkun effiċjenti u operazzjonali bis-sħiħ sabiex tiżgura appoġġ effettiv lill-Istati Membri għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

2018/0330 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta
u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI, ir-Regolament Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill





Kontribut tal-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa tal-Mexxejja
f’Salzburg fid-19-20 ta’ Settembru 2018

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 77(2)(b) u (d) u l-Artikolu 79(2)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 15 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 16 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-għan tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni huwa li tiżviluppa u timplimenta ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, li hija konsegwenza meħtieġa għall-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni u komponent fundamentali tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri hi l-qofol biex titjieb il-ġestjoni tal-migrazzjoni. L-għan hu li l-qsim tal-fruntieri esterni jiġi ġestit b’mod effiċjenti u li jiġu indirizzati l-isfidi migratorji u t-theddidiet futuri potenzjali f’dawk il-fruntieri, u b’hekk jingħata kontribut biex tiġi indirizzata l-kriminalità serja b’dimensjoni transfruntiera u jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni. Fl-istess ħin, jeħtieġ li tittieħed azzjoni b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u b’mod li jiġi ssalvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fi ħdan l-Unjoni.

(2)L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 17 . Minn meta ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha fl-1 ta’ Mejju 2005, din irnexxielha tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-aspetti operazzjonali tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz ta’ operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera, fl-analiżi tar-riskju, fl-iskambju ta’ informazzjoni, fir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u fir-ritorn ta’ persuni rimpatrijati.

(3)L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea nbidlilha isimha għal Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-“Aġenzija”) u l-kompiti tagħha ġew estiżi b’kontinwità sħiħa tal-attivitajiet u l-proċeduri tagħha. Jenħtieġ li r-rwol ewlieni tal-Aġenzija jkun li tistabbilixxi strateġija teknika u operazzjonali bħala parti miċ-ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali għall-implimentazzjoni ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-livell tal-Unjoni, biex tissorvelja l-funzjonament effettiv tal-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni, biex twettaq analiżi tar-riskju u valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà, biex tipprovdi aktar assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri permezz ta’ operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera, biex tiżgura l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri f’każ ta’ sitwazzjoni li tkun teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni, biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali fl-appoġġ ta’ operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ ta’ persuni li jkunu jinsabu f’diffikultajiet fuq il-baħar, u biex torganizza, tikkoordina u twettaq operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn u tipprovdi assistenza operazzjonali għal attivitajiet ta’ ritorn f’pajjiżi terzi.

(4)Il-Kummissjoni ilha tieħu inizjattivi li jsaħħu l-protezzjoni tal-frtuntieri esterni tal-Unjoni sa mill-bidu tal-kriżi migratorja fl-2015. F’Diċembru tal-2015 tressqet proposta għal titjib sinifikanti tal-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni li ġiet negozjata fi żmien rekord matul l-2016. Ir-Regolament dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta daħal fis-seħħ fis-6 ta’ Ottubru tal-2016.

(5)Madankollu, il-qafas tal-Unjoni fil-qasam tal-kontroll tal-fruntieri esterni, tar-ritorn u tal-ażil għad irid jittejjeb aktar. Għal dan il-għan, u biex l-isforzi operazzjonali attwali u previsti fil-ġejjieni jintrifdu aħjar, jenħtieġ li ssir riforma tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta billi l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tingħata mandat aktar b’saħħtu u, b’mod partikolari, billi tingħata l-kapaċitajiet meħtieġa fis-sura ta’ korp permanenti tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ta’ 10 000 persuna f’persunal operazzjonali b’setgħat eżekuttivi biex tkun tista’ tgħin lill-Istati Membri b’mod effettiv fl-isforzi tagħhom għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni, fil-ġlieda kontra l-movimenti sekondarji u biex ir-ritorn ta’ migranti irregolari jissaħħaħ b’mod sinifikanti.

(6)Fil-konklużjonijiet tat-28 ta’ Ġunju 2018 il-Kunsill Ewropew appella għat-tisħiħ ulterjuri tar-rwol ta’ appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż f’kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, permezz ta’ aktar riżorsi u mandat imsaħħaħ, bil-għan li jiġi żgurat kontroll effettiv tal-fruntieri esterni u għat-tisħiħ tar-ritorn effettiv tal-migranti irregolari.

(7)Huwa meħtieġ li l-qsim tal-fruntieri esterni jiġi mmonitorjat b’mod effiċjenti, li jiġu indirizzati sfidi migratorji u theddidiet futuri potenzjali fil-fruntieri esterni, li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni, li jiġi salvagwardjat il-funzjonament taż-żona Schengen u l-prinċipju ġenerali tas-solidarjetà jiġi rrispettat. Jenħtieġ li dan ikun akkumpanjat minn ġestjoni proattiva tal-migrazzjoni, inkluż il-miżuri meħtieġa f’pajjiżi terzi. Fid-dawl ta’ dak li ntqal, huwa meħtieġ li l-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tissaħħaħ u li l-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jiġi estiż aktar. Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun magħmula prinċipalment minn korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li jkun jikkonsisti minn 10 000 ruħ bħala persunal operazzjonali.

(8)Sabiex it-titjib kwalittattiv ulterjuri tal-mandat jiġi rifless, partikolarment billi l-Aġenzija tingħata l-fergħa operazzjonali tagħha, jiġifieri l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li jikkonsisti minn 10 000 ruħ bħala persunal operazzjonali, jenħtieġ li minn issa ’l quddiem l-Aġenzija li kienet magħrufa bħala Frontex tibda tiġi magħrufa bħala l-“Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCG, European Border and Coast Guard )”. Din il-bidla jenħtieġ li tiġi riflessa f’kull ċirkostanza, fosthom fil-viżwalizzazzjoni tal-isem fil-materjal ta’ komunikazzjoni esterna.

(9)Meta tkun qed tiġi implimentata l-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, jenħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza ma’ objettivi oħra ta’ politika, inkluż it-tħaddim xieraq tat-trasport transfruntier.

(10)Il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri jenħtieġ li tiġi implimentata bħala responsabbiltà kondiviża tal-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu operazzjonijiet ta’ sorveljanza tal-fruntieri marittimi u kwalunkwe kompitu ieħor ta’ kontroll tal-fruntieri, u dawk responsabbli mir-ritorni. Filwaqt li r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni tagħhom tibqa’ tal-Istati Membri, fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri kollha u huma responsabbli mill-ħruġ ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn, jenħtieġ li l-Aġenzija tappoġġa l-applikazzjoni tal-miżuri tal-Unjoni li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u mar-ritorni billi ssaħħaħ, tivvaluta u tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jimplimentaw dawk il-miżuri.

(11)Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri u tiżdied l-effiċjenza tal-politika komuni ta’ ritorn, jenħtieġ li tiġi stabbilita Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Jenħtieġ li din tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani u t-tagħmir li teħtieġ. Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li tkun magħmula mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inklużi l-gwardji tal-kosta sal-punt li dawn iwettqu kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri, kif ukoll l-awtoritajiet responsabbli mir-ritorni. Bħala tali hija se tiddependi fuq l-użu komuni ta’ informazzjoni, kapaċitajiet u sistemi fil-livell nazzjonali u r-rispons tal-Aġenzija fil-livell tal-Unjoni.

(12)Ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri ma tbiddilx il-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam doganali, b’mod partikolari rigward il-kontrolli, il-ġestjoni tar-riskju u l-iskambju ta’ informazzjoni.

(13)L-iżvilupp tal-politika u tal-liġi dwar il-kontroll tal-fruntieri esterni u r-ritorn, inkluż l-iżvilupp ta’ strateġija ta’ ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, tibqa’ responsabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni mill-qrib bejn l-Aġenzija u dawk l-istituzzjonijiet jenħtieġ li tiġi garantita.

(14)L-implimentazzjoni effettiva tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li żgurata permezz ta’ ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali għall-Ġesjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Iċ-ċiklu pluriennali jenħtieġ li jistabbilixxi proċess integrat, unifikat u kontinwu li jipprovdi linji gwida strateġiċi lill-atturi rilevanti kollha fil-livell tal-Unjoni u fl-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tar-ritorni sabiex dawk l-atturi jimplimentaw il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri b’mod koordinat. Dan għandu wkoll jindirizza l-interazzjonijiet rilevanti kollha tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta mal-Kummissjoni, ma' istituzzjonijiet u ma' korpi oħrajn kif ukoll il-kooperazzjoni ma’ sħab rilevanti oħrajn, fosthom pajjiżi terzi u partijiet terzi skont kif xieraq.

(15)Il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri tirrekjedi ppjanar integrat bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija għal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-fruntieri u r-ritorn, għat-tħejjija ta’ risponsi għal impatti akbar fil-fruntieri esterni, għall-ippjanar ta’ kontinġenza u għall-koordinazzjoni fit-tul tal-iżvilupp ta’ kapaċitajiet kemm f’termini ta’ reklutaġġ u taħriġ iżda wkoll għall-akkwiżizzjoni u l-iżvilupp ta’ tagħmir.

(16)L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma taffettwax id-diviżjoni tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri jew l-obbligi tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ Marittimi, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali u l-Protokoll tagħha kontra t-Traffikar tal-Immigranti bl-Art, bil-Baħar u bl-Ajru, il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u strumenti internazzjonali rilevanti oħra.

(17)L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma taffettwax lir-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 .

(18)Jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ħarsien tal-liġi u tal-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna.

(19)Jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tad-difiża.

(20)Jenħtieġ li l-kompiti u l-kompetenza estiżi tal-Aġenzija jkunu bbilanċjati b’salvagwardji msaħħa tad-drittijiet fundamentali u aktar responsabbiltà.

(21)L-Aġenzija tiddependi fuq il-kooperazzjoni tal-Istati Membri biex tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv. F’dan ir-rigward, huwa importanti għall-Aġenzija u l-Istati Membri li jaġixxu in bona fede u li jiskambjaw informazzjoni preċiża fil-ħin. Jenħtieġ li l-ebda Stat Membru ma jkun obbligat li jagħti tagħrif li l-iżvelar tiegħu jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu.

(22)Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri, fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri l-oħra, jagħtu d-data rilevanti neċessarja għall-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija, inkluż għat-tħejjija ta’ għarfien tas-sitwazzjoni, l-analiżi tar-riskju, il-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u l-ippjanar integrat. Bl-istess mod, jenħtieġ li jiżguraw li d-data tkun preċiża, aġġornata u miksuba u mdaħħla legalment.

(23)Is-sistema Ewropea ta’ sorveljanza tal-fruntieri (EUROSUR) hija neċessarja għall-funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta sabiex tikkontestwalizza l-iskambu ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u mal-Aġenzija. L-EUROSUR qed tipprovdi l-infrastruttura u l-għodod meħtieġa lil dawk l-awtoritajiet u lill-Aġenzija biex itejbu l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-kapaċità ta’ reazzjoni tagħhom fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri għall-fini tal-kxif, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera u jikkontribwixxu għas-salvataġġ u għall-iżgurar tal-protezzjoni u tal-ħajjiet tal-migranti.

(24)Jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni biex itejbu l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni għas-sorveljanza tal-fruntieri u biex jagħmlu kontrolli bejniethom u mal-Aġenzija. Għall-funzjonament tajjeb tal-EUROSUR huwa essenzjali li l-awtoritajiet nazzjonali kollha b’responsabbiltà għal sorveljanza tal-fruntiera esterna skont il-liġi nazzjonali jikkooperaw permezz taċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni.

(25)Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jtellifx lill-Istati Membri milli jagħmlu ċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni tagħhom responsabbli wkoll mill-koordinazzjoni tal-iskambju tal-informazzjoni u mill-kooperazzjoni fir-rigward ta’ komponenti oħrajn tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri bħar-ritorn.

(26)Il-kwalità tal-informazzjoni skambjata bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija hija prerekwiżit għall-funzjonament tajjeb tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri. Filwaqt li tkompli tibni fuq is-suċċess tal-EUROSUR, jenħtieġ li dik il-kwalità tiġi żgurata permezz tal-istandardizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn in-netwerks u s-sistemi, l-assigurazzjoni tal-informazzjoni u l-kontroll tal-kwalità tad-data u tal-informazzjoni li jiġu trażmessi.

(27)Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi l-assistenza meħtieġa għall-iżvilupp u l-operazzjoni tal-EUROSUR inkluża l-interoperabbiltà tas-sistemi, b’mod partikolari permezz tat-twaqqif, iż-żamma u l-koordinazzjoni tal-qafas tal-EUROSUR.

(28)Jenħtieġ li l-EUROSUR tipprovdi stampa sħiħa tas-sitwazzjoni fil-fruntieri iżda wkoll fiż-żona Schengen u fiż-żona prefruntiera. Din jenħtieġ li tkopri s-sorveljanza fil-fruntieri tal-art, tal-baħar u tal-ajru iżda kontrolli fil-punti tal-qsim tal-fruntiera wkoll.

(29)Jenħtieġ li s-sorveljanza tal-fruntiera tal-ajru tkun element tal-ġestjoni tal-fruntiera ladarba kemm titjiriet kummerċjali u privati kif ukoll sistemi ta’ inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod qegħdin jintużaw għal attivitajiet illegali relatati mal-immigrazzjoni u l-kriminalità transfruntiera.

(30)Jenħtieġ li s-servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR mogħtija mill-Aġenzija jkunu bbażati fuq l-applikazzjoni komuni tal-għodod ta’ sorveljanza u l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-livell tal-Unjoni, inkluż l-għoti tas-servizzi ta’ sigurtà ta’ Copernicus. Jenħtieġ li dawn jipprovdu lill-Istati Membri u lill-aġenzija b’servizzi ta’ informazzjoni ta’ valur miżjud relatati mal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri. Is-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR jenħtieġ li jiġu estiżi biex jappoġġaw kontrolli fil-Punt ta’ Qsim tal-Fruntiera, fis-Sorveljanza fil-Fruntieri tal-Ajru u għall-monitoraġġ tal-flussi migratorji.

(31)Il-prassi tal-ivvjaġġar f’dgħajjes żgħar mhux tajbin għat-tbaħħir wassal għal żieda kbira fin-numru ta’ migranti li jegħrqu fil-fruntieri esterni marittimi fin-Nofsinhar tal-Istati Membri. L-EUROSUR jenħtiġilha ttejjeb b’mod konsiderevoli l-kapaċità operazzjonali u teknika tal-Aġenzija u tal-Istati Membri li jidentifikaw tali dgħajjes żgħar u li jtejbu l-kapaċità ta’ reazzjoni tal-Istati Membri, b'hekk tikkntribwixxi għal tnaqqis fl-imwiet ta’ migranti.

(32)Dan ir-Regolament jirrikonoxxi li r-rotot migratorji jintużaw ukoll minn persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali.

(33)Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprepara analiżi tar-riskju ġenerali u mfassla apposta bbażata fuq mudell ta’ analiżi ta’ riskju komuni u integrat, li għandha titwettaq mill-Aġenzija nnifisha u mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Aġenzija, abbażi wkoll tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, tipprovdi informazzjoni adegwata li tkopri l-aspetti kollha rilevanti għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, speċjalment il-kontroll tal-fruntieri, ir-ritorn, il-movimenti irregolari sekondarji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni, il-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera inkluż il-faċilitazzjoni tal-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri, it-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu u t-theddid ta’ natura ibrida kif ukoll is-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi rilevanti, sabiex ikun hemm lok għal miżuri xierqa li għandhom jittieħdu jew biex jindirizzaw it-theddid u r-riskji identifikati sabiex tittejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni.

(34)Minħabba l-attivitajiet tagħha fil-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-Aġenzija tikkontribwixxi għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta’ reati serji b’dimensjoni transfruntiera, bħalma huma l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, meta huwa xieraq li taġixxi u meta tkun kisbet informazzjoni rilevanti permezz tal-attivitajiet tagħha. Jenħtieġ li hija tikkoordina l-attivitajiet tagħha mal-Europol bħala l-aġenzija responsabbli biex tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot lil żewġ Stati Membri jew aktar. Reati transfruntiera jinvolvu neċessarjament dimensjoni transfruntiera. Tali dimensjoni transfruntiera hija kkaratterizzata minn reati marbuta direttament ma’ qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri esterni, inkluż it-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta’ dħul ta’ migranti. Minkejja dan, l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE 19 jippermetti lill-Istati Membri li ma jimponux sanzjonijiet fejn l-għan tal-imġiba hu li tipprovdi assistenza umanitarja lil migranti.

(35)Fi spirtu ta’ responsabbiltà kondiviża, ir-rwol tal-Aġenzija jenħtieġ li jkun il-monitoraġġ regolari tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni. L-Aġenzija jenħtiġilha tiżgura monitoraġġ sew u effettiv mhux biss permezz ta’ għarfien tas-sitwazzjoni u analiżi tar-riskju, iżda anki permezz tal-preżenza ta’ esperti mill-persunal tagħha stess fl-Istati Membri. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista’ tibgħat uffiċjali ta’ kollegament fi Stati Membri għal perjodu ta’ żmien li matulu l-uffiċjal ta’ kollegament jirrapporta lid-direttur eżekuttiv. Jenħtieġ li r-rapport tal-uffiċjali ta’ kollegament jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà.

(36)Jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, ibbażata fuq kriterji oġġettivi, biex tivvaluta l-kapaċità u l-livell ta’ tħejjija tal-Istati Membri li jiffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni tagħhom u li jikkontribwixxu għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u għall-ġabra ta’ tagħmir tekniku. Il-valutazzjoni tat-tagħmir jenħtieġ li tinkludi valutazzjoni tat-tagħmir, tal-infrastruttura, tal-persunal, tal-baġit u tar-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri kif ukoll il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom sabiex jiġu indirizzati kriżijiet possibbli fil-fruntieri esterni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas identifikat f’din il-valutazzjoni. Jenħtieġ li d-direttur eżekuttiv jidentifika l-miżuri li għandhom jittieħdu u jirrakkomandahom lill-Istat Membru kkonċernat. Id-direttur eżekuttiv jenħtieġlu wkoll jistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih għandhom jittieħdu dawn il-miżuri u jwettaq monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni f’waqtha. Fejn il-miżuri meħtieġa ma jittiħdux sal-limitu ta’ żmien stabbilit, il-kwistjoni jenħtieġ li tiġi riferuta lill-bord maniġerjali għal deċiżjoni ulterjuri.

(37)Jekk l-Aġenzija ma tingħatax l-informazzjoni neċessarja b’mod preċiż u fil-ħin biex twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, jenħtieġ li hija tkun tista’ tieħu inkunsiderazzjoni dan il-fatt meta twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, sakemm ma jiġux ipprovduti raġunijiet ġustifikati kif xieraq biex id-data tinżamm milli tingħata.

(38)Il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 20 huma żewġ mekkaniżmi kumplementari li jiggarantixxu l-kontroll tal-kwalità Ewropew tal-funzjonament xieraq taż-żona ta’ Schengen u jiżguraw it-tħejjija kostanti fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali li jingħata rispons għal kwalunkwe sfida fil-fruntieri esterni. Is-sinerġiji bejn dawn iż-żewġ mekkaniżmi jenħtieġ li jiġu mmassimmizati bil-għan li tinkiseb stampa mtejba tas-sitwazzjoni dwar il-funzjonament taż-żona Schengen, filwaqt li tiġi evitata, sa fejn ikun possibbli, id-duplikazzjoni tal-isforzi min-naħa tal-Istati Membri, u jiġi żgurat użu aktar koordinat tal-istrumenti finanzjarji rilevanti tal-Unjoni li jappoġġjaw il-ġestjoni tal-fruntieri esterni. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi stabbilit skambju ta’ informazzjoni regolari bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni dwar ir-riżultati taż-żewġ mekkaniżmi.

(39)Billi l-Istati Membri jistabbilixxu taqsimiet tal-fruntiera li l-Aġenzija tattribwilhom livelli ta’ impatt, u l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tal-Istati Membriu tal-Aġenzija jenħtieġ li jkunu marbuta ma’ dawn il-livelli ta’ impatt, jenħtieġ li jiġi stabbilit ir-raba’ livell ta’ impatt li jkun jikkorrispondi għal sitwazzjoni fejn iż-żona Schengen tkun f’riskju u fejn l-Aġenzija ikun jenħtiġilha tintervjeni.

(40)L-Aġenzija jenħtiġilha torganizza l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa għall-Istati Membri sabiex issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jimplimentaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni u li jiffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni li jirriżultaw mill-immigrazzjoni illegali jew kriminalità transfruntiera. Jenħtieġ li tali assistenza tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti biex jibdew investigazzjonijiet kriminali. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Aġenzija, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, torganizza u tikkoordina operazzjonijiet konġunti għal Stat Membru wieħed jew aktar u tiskjera korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll tipprovdi t-tagħmir tekniku meħtieġ.

(41)F’każijiet fejn ikun hemm sfida speċifika u sproporzjonata fil-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-Aġenzija, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, torganizza u tikkoordina interventi rapidi fil-fruntiera u tiskjera kemm timijiet mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll tagħmir tekniku, inkluż mir-Riżerva ta’ Tagħmir tar-Reazzjoni Rapida. Interventi rapidi fil-fruntiera jenħtieġ li jipprovdu rinforz għal perjodu limitat ta’ żmien f’sitwazzjonijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni immedjata u fejn tali intervent jipprovdi rispons effettiv. Sabiex tiġi żgurata l-operazzjoni effettiva ta’ tali interventi, jenħtieġ li l-Istati Membri joffru d-disponibbiltà ta’ persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex jifformaw timijiet rilevanti u jipprovdu t-tagħmir tekniku meħtieġ. Jenħtieġ li l-Aġenzija u l-Istat Membru kkonċernat jiftiehmu dwar pjan operazzjonali.

(42)Meta Stat Membru jiffaċċja sfidi migratorji speċifiċi u sproporzjonati f’żoni partikolari tal-fruntieri esterni kkaratterizzati mill-wasla ta’ flussi migratorji kbar u mħallta, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jserrħu fuq rinforzi tekniċi u operazzjonali. Dawn ir-rinforzi jenħtieġ li jiġu pprovduti fiż-żoni hotspot minn timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Jenħtieġ li t-timijiet ikunu magħmula minn persunal operazzjonali li jiġi skjerat mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u esperti mill-Istati Membri skjerati mill-EASO, l-Europol u aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fil-koordinazzjoni bejn l-aġenziji differenti fuq il-post.

(43)Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li kwalunkwe awtorità li x’aktarx tirċievi applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali bħall-pulizija, il-gwardji tal-fruntiera, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u l-persunal tal-faċilitajiet ta’ detenzjoni, ikollha l-informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ ukoll li dawn jiżguraw li l-persunal ta’ dawn l-awtoritajiet jirċievi l-livell meħtieġ ta’ taħriġ li jkun xieraq għall-kompiti u r-responsabbiltajiet tiegħu u struzzjonijiet biex jinformaw lill-applikanti fejn u kif l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jiġu ppreżentati.

(44)F’Ġunju tal-2018, il-Kunsill Ewropew ikkonferma mill-ġdid l-importanza ta’ approċċ komprensiv għall-migrazzjoni u kkunsidra li l-migrazzjoni mhijiex sfida għal Stat Membru wieħed, iżda għall-Ewropa kollha kemm hi. F’dan ir-rigward, enfasizza l-importanza li l-Unjoni tipprovdi appoġġ sħiħ biex tiżgura ġestjoni ordnata tal-flussi migratorji. Dak l-appoġġ huwa possibbli permezz tal-ħolqien ta’ ċentri kkontrollati fejn iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jiżbarkaw fl-Unjoni jkunu jistgħu jiġu proċessati malajr biex jiġi żgurat aċċess għall-protezzjoni lil dawk li huma bżonnha, u r-ritorn rapidu ta’ dawk li mhumiex. Filwaqt li ċ-ċentri kkontrollati se jiġu stabbiliti fuq bażi volontarja, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Unjoni tipprovdi sostenn finanzjarju u operazzjonali sħiħ lill-Istati Membri permezz tal-Aġenziji tal-Unjoni fosthom l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

(45)L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] jenħtiġilhom jikkooperaw mill-qrib biex jindirizzaw l-isfidi migratorji b’mod effettiv, partikolarment l-isfidi fil-fruntieri esterni li huma kkaratterizzati mill-wasla ta’ flussi migratorji kbar u mħallta. B’mod partikolari, jenħtieġ li ż-żewġ Aġenziji jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom u jappoġġaw lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-proċedura ta’ protezzjoni internazzjonali u l-proċedura ta’ ritorn fir-rigward taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali ma tintlaqax. Jenħtieġ ukoll li l-Aġenzija u [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] jikkooperaw f’attivitajiet operazzjonali komuni oħrajn bħal fl-analiżi tar-riskju, il-ġbir ta’ data statistika, it-taħriġ u l-appoġġ lill-Istati Membri dwar ippjanar ta’ kontinġenza.

(46)L-Istati Membri jenħtiġilhom ikunu f’pożizzjoni li jiddependu fuq aktar rinforzi operazzjonali u tekniċi mit-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’żoni hotspot jew ċentri kkontrollati partikolari. Jenħtieġ li t-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jkunu magħmula minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija u esperti ssekondanti mill-Istati Membri, u esperti tal-persunal jew esperti mill-Istati Membri skjerati mill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], mill-Europol u mill-aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-koordinazzjoni neċessarja fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u fl-operazzjonijiet fuq il-post fid-dawl tal-involviment ta’ diversi aġenziji tal-Unjoni.

(47)F’żoni hotspot, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni li jenħtieġ li jaġixxu f’konformità mal-mandati u s-setgħat rispettivi tagħhom u taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, jenħtieġ li tiżgura li l-attivitajiet fiż-żoni hotspot ikunu konformi mal-liġi rilevanti tal-Unjoni.

(48)F’ċentri kkontrollati jenħtieġ li l-aġenziji tal-Unjoni, fuq talba tal-Istat Membru li jospita tali ċentri u taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, jaġixxu ta’ appoġġ għall-Istat Membru ospitanti fl-applikazzjoni ta’ proċeduri rapidi għall-protezzjoni internazzjonali u/jew ir-ritorn. F’tali ċentri, jenħtieġ li jkun possibbli li ssir distinzjoni rapida bejn ċittadini ta’ pajjiż terz fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali u dawk li ma jkunux bżonn tali protezzjoni, li jitwettqu kontrolli ta’ sigurtà u li titwettaq il-proċedura kollha għal protezzjoni internazzjonali u/jew ritorn, jew parti minnha.

(49)Jenħtieġ li d-Direttur eżekuttiv tal-Aġenzija jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat biex jinbdew u jitwettqu operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntieri meta dawn ikunu ġġustifikati mir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, tal-analiżi tar-riskju jew fejn taqsima waħda jew aktar tal-fruntiera jiġu attribwiti impatt kritiku.

(50)Fejn il-kontroll tal-fruntieri esterni jsir ineffettiv sa tali punt li jirriskja li jpoġġi fil-periklu l-funzjonament taż-żona Schengen, jew minħabba li Stat Membru ma jiħux il-miżuri meħtieġa f’konformità ma’ valutazzjoni tal-vulnerabbiltà jew minħabba li Stat Membru li jkun qed jiffaċċja sfidi sproporzjonati u speċifiċi fil-fruntieri esterni, ma jkunx talab appoġġ suffiċjenti mill-Aġenzija jew ma jkunx qed jimplimenta tali appoġġ, jenħtieġ li jingħata rispons unifikat, rapidu u effettiv fil-livell tal-Unjoni. Għall-fini tal-mitigazzjoni ta’ dawn ir-riskji, u sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tidentifika l-miżuri li jkunu jridu jiġu implimentati mill-Aġenzija u titlob lill-Istat Membru kkonċernat jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri. Jenħtieġ imbagħad li l-Aġenzija tiddetermina l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri indikati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-Aġenzija jenħtieġ li tfassal pjan operazzjonali flimkien mal-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-pjan operazzjonali permezz tal-implimentazzjoni, fost l-oħrajn, tal-obbligi previsti fl-Artikoli 44, 83 u 84. Jekk Stat Membru ma jikkonformax fi żmien 30 jum ma’ dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni u ma jikkooperax mal-Aġenzija fl-implementazzjoni tal-miżuri li jinsabu f’dik id-deċiżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tagħti lok għall-proċedura speċifika prevista fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 biex jiġu ffaċċati ċirkostanzi eċċezzjonali li jqiegħdu l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni f’riskju.

(51)Il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jkun korp permanenti magħmul minn 10 000 ruħ f’persunal operazzjonali li jkunu gwardji tal-fruntiera, skorta għar-ritorn, speċjalisti tar-ritorn u persunal ieħor rilevanti. Il-korp permanenti jenħtieġ li jkun magħmul minn tliet kategoriji ta’ persunal operazzjonali, jiġifieri membri tal-persunal statutorju impjegati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, persunal issekondat għal perjodi twal u persunal ipprovdut mill-Istati Membri għal skjeramenti qosra. Il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jiġi skjerat fil-qafas tat-timijiet tal-ġestjoni tal-fruntiera, timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u timijiet tar-ritorn.

(52)Il-persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta skjerat bħala membri tat-timijiet jenħtieġ li jkollhom is-setgħat neċessarji kollha sabiex iwettqu kompiti ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ta’ ritorn, fosthom il-kompiti li jkunu jirrekjedu setgħat eżekuttivi definiti fil-liġijiet nazzjonali rilevanti jew, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, f’konformità mal-Anness V.

(53)L-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw il-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta f’konformità mal-Anness III għal issekondar fit-tul u mal-Anness IV għal skjeramenti għal perjodi qosra. Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Istati Membri ġew stabbiliti abbażi tal-iskema ta’ kontribuzzjoni miftiehma matul in-negozjati fl-2016 għar-Riżerva ta’ Reazzjoni Rapida u stipulati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1624. Din il-gwida għat-tqassim ġiet adattata proporzjonalment għad-daqs tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Dawn il-kontribuzzjonijiet ġew stabbiliti wkoll b’mod proporzjonali għall pajjiżi assoċjati ma’ Schengen.

(54)Il-funzjonament tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-kompożizzjoni tagħha jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rieżami ta’ nofs it-terminu mwettaq mill-Kummissjoni.

(55)L-iżvilupp fit-tul tar-riżorsi umani biex jiġu żgurati l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jiġi appoġġat minn sistema ta’ appoġġ finanzjarju. Għal dan il-għan, huwa xieraq li l-Aġenzija tawtorizza l-użu ta’ għotjiet lill-Istati Membri mingħajr sejħa għal proposti taħt “il-finanzjament mhux marbut ma’ kosti” f’konformità mal-Artikolu 125 (1) (a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jimpjegaw u jħarrġu persunal addizzjonali li jagħtihom il-flessibbiltà neċessarja li jkkonformaw mal-kontribuzzjoni obbligatorja għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Jenħtieġ li s-sistema ta’ finanzjament dedikata tilħaq l-aħjar bilanċ bejn ir-riskju ta’ irregolaritajiet u l-frodi u l-kosti ta’ kontroll. Ir-Regolament jistipula l-kundizzjonijiet essenzjali li jwasslu għall-appoġġ finanzjarju, jiġifieri r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-għadd xieraq ta’ gwardi tal-fruntiera jew speċjalisti oħra li jikkorrispondu għall-għadd ta’ uffiċjali ssekondati mal-Aġenzija fit-tul jew l-iskjerament effettiv ta’ uffiċjali matul l-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija għal tal-anqas erba’ xhur. Meta jitqies in-nuqqas ta’ data rilevanti u paragunabbli dwar il-kosti attwali fl-Istati Membri, l-iżvilupp ta’ skema ta’ finanzjament abbażi tal-kost ikun kumpless wisq u ma jindirizzax il-ħtieġa għal skema ta’ finanzjament sempliċi, rapida, effiċjenti u effettiva. Għal dan il-għan, huwa xieraq li l-Aġenzija tiġi awtorizzata li tagħmel għotjiet lill-Istati Membri mingħajr sejħa għal proposti fis-sura ta’ “finanzjament mhux marbut ma’ kosti” li jkun soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 125 (1) (a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Bl-iskop li jiġi stabbilit ammont għal tali finanzjament lil Stati Membri differenti, ikun xieraq li bħala ammont ta’ referenza jintuża s-salarju annwali ta’ aġent kuntrattwali tal-Grupp ta’ Funzjonijiet III grad 8 skala 1 tal-Istituzzjonijiet Ewropej modulati b’koeffiċjent korrettiv għal kull Stat Membru skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u fl-ispirtu ta’ trattament indaqs. Fl-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ finanzjarju l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta’ kofinanzjament u l-ebda finanzjament doppju.

(56)Fid-dawl tal-iskjerament tal-korp permamenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju ta’ pajjiżi terzi, l-Aġenzija jenħtieġ li tiżviluppa l-kapaċitajiet għall-istrutturi ta’ kmand u kontroll tagħha stess.

(57)Sabiex il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jkun jista’ jiġi skjerat b’mod effettiv mill-1 ta’ Jannar tal-2020, jenħtieġ li jittieħdu ċerti deċiżjonijiet u miżuri ta’ implimentazzjoni malajr kemm jista’ jkun. B’mod partikolari, b’deroga mill-iskadenza normali stipulata fir-Regolament, id-deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali kif imsemmi fl-Artikolu 55 (4) dwar il-profili tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li tiġi adottata fi żmien sitt ġimgħat mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Din id-deċiżjoni jenħtieġ li tiġi segwita mill-ħatriet mill-Istati Membri previsti fl-Artikolu 56 (4) u l-Artikolu 57 (1) fi żmien 12-il ġimgħa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

(58)Barra minn hekk, b’deroga mill-iskadenza normali stipulata fir-Regolament, id-deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali dwar l-għadd minimu ta’ oġġetti ta’ tagħmir tekniku biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-Aġenzija fl-2020 kif imsemmi fl-Artikolu 64(4) jenħtieġ li tiġi adottata fi żmien sitt ġimgħat mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

(59)Fl-istess waqt, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-appoġġ għall-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija, l-iskjeramenti kollha sal-31 ta’ Diċmebru 2019 jenħtieġ li jiġu ppjananti u implimentati, fosthom ir-Riżerva ta’ Reazzjoni Rapida, f’konformità mal-Artikoli 20, 30 u 31 tar-Regolament (UE) 2016/1624 u skont in-negozjati bilaterali annwali li saru fl-2018. Għal dan il-għan, jenħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jitħassru biss b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020.

(60)Il-forza tax-xogħol tal-Aġenzija se tikkonsisti minn persunal li jwettaq kompiti għall-Aġenzija, jew fil-Kwartieri Ġenerali, jew bħala parti mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jista’ jinkludi persunal statutorju kif ukoll persunal issekondat fit-tul jew ipprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali għal skjeramenti qosra. Il-persunal statutorju tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta se jiġi skjerat primarjament bħala membri tat-timijiet; se tkun biss parti limitata u definita b’mod ċar minn dan il-persunal li se tkun tista’ tiġi rreklutata biex twettaq funzjonijiet ta’ appoġġ għall-ħolqien tal-korp permanenti, prinċipalment fil-kwartieri ġenerali.

(61)Biex jingħelbu n-nuqqasijiet persistenti fl-ippuljar volontarju tat-tagħmir tekniku mill-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward ta’ assi fuq skala kbira, jenħtieġ li l-Aġenzija jkollha t-tagħmir neċessarju tagħha li jkun jista’ jiġi skjerat f’operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntieri jew fi kwalunkwe attività operazzjonali oħra. Filwaqt li legalment l-Aġenzija ilha sa mill-2011 tista’ takkwista jew tikri t-tagħmir tekniku tagħha, din il-possibbiltà kienet ostakolata b’mod sinifikanti bin-nuqqas ta’ riżorsi baġitarji.

(62)Konsegwentement, sabiex jintlaħaq il-livell ta’ ambizzjoni fil-bażi tal-ħolqien tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, il-Kummissjoni allokat pakkett sinifikanti taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 sabiex l-Aġenzija tkun tista’ takkwista, iżżomm u topera l-assi tal-ajru, tal-baħar u tal-art li jikkorrispondu mal-ħtiġijiet operazzjonali tagħha. Filwaqt li l-akkwiżizzjoni tal-assi neċessarji tista’ tkun proċess twil, speċjalment għal assi kbar, fl-aħħar mill-aħħar jenħtieġ li t-tagħmir proprju tal-Aġenzija jsir is-sinsla tal-iskjerament operazzjonali b’kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Istati Membri li jingħataw f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni. Fil-biċċa l-kbira tiegħu t-tagħmir tal-Aġenzija jrid jiġi operat minn ekwipaġġ tekniku tal-Aġenzija li jkun parti mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tar-riżorsi finanzjarji proposti, jenħtieġ li l-proċess ikun imsejjes fuq strateġija pluriennali li tiġi deċiża mill-bord maniġerjali kmieni kemm jista’ jkun.

(63)Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-Istati Membri, jenħtieġ li jisfruttaw bl-aħjar mod possibbli l-kapaċitajiet eżistenti f’termini ta’ riżorsi umani kif ukoll ta’ tagħmir tekninu, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll nazzjonali.

(64)L-iżvilupp fit-tul ta’ kapaċitajiet ġodda fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li tiġi koordinata bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija f’konformità maċ-ċiklu ta’ politika strateġiku pluriennali, b’kunsiderazzjoni li ċerti proċessi jistgħu jieħdu fit-tul. Dan jinkludi r-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ gwardji tal-fruntiera ġodda (li matul il-karriera tagħhom jistgħu jservu kemm fl-Istati Membri kif ukoll bħala parti mill-korp permanenti), l-akkwiżizzjoni, il-manutenzjoni u d-disponiment ta’ tagħmir (li fir-rigward tiegħu jenħtieġ li jkun hemm opportunitajiet għal interoperabbiltà u ekonomiji ta’ skala) iżda wkoll l-iżvilupp ta’ tagħmir ġdid u teknoloġiji relatati fosthom permezz tar-riċerka.

(65)Il-pjan direzzjonali tal-kapaċitajiet jenħtieġ li jlaqqa’ l-pjan ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri u l-ippjanar pluriennali tar-riżorsi tal-Aġenzija sabiex l-investiment ta’ terminu twil jissaħħaħ biex il-Fruntieri esterni jitħarsu bl-aħjar mod.

(66)B’kunsiderazzjoni tal-mandat imsaħħaħ tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, il-ħolqien tal-korp permanenti tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-preżenza msaħħa tiegħu fuq il-post fil-fruntieri esterni u l-impenn akbar tiegħu fil-qasam tar-ritorni, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Aġenzija tistabbilixxi uffiċċji antenna f’postijiet viċin l-attivitajiet operazzjonali sinifikanti tagħha għal matul dawn l-attivitajiet, li jaġixxu bħala interfaċċa bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti u biex jieħdu ħsieb il-koordinazzjoni, il-loġistika u l-kompiti ta’ appoġġ kif ukoll għall-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti.

(67)Ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li ma jissodisfawx, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet tad-dħul, tas-soġġorn jew tar-residenza fl-Istati Membri, f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 , huwa komponent essenzjali mill-isforzi komprensivi għall-indirizzar tal-immigrazzjoni illegali u jirrappreżenta kwistjoni importanti ta’ interess pubbliku sostanzjali.

(68)Jenħtieġ li l-Aġenzija żżid l-assistenza tagħha lill-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, soġġett għall-politika ta’ ritorn tal-Unjoni u f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE. B’mod partikolari, jenħtieġ li din tikkoordina u torganizza operazzjonijiet ta’ ritorn minn Stat Membru wieħed jew aktar u torganizza u twettaq interventi ta’ ritorn sabiex issaħħaħ is-sistemi ta’ ritorn ta’ Stati Membri li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali biex jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jirritornaw ċittadini minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva.

(69)Jenħtieġ li l-Aġenzija, fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri li joħorġu deċiżjonijiet ta’ ritorn, tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri fil-proċess ta’ ritorn, inkluż it-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn, l-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz u attivitajiet oħra ta’ qabel ir-ritorn jew relatati mar-ritorn tal-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Aġenzija tassisti lill-Istati Membri fil-kisba ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar għar-ritorn, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi rilevanti.

(70)L-assistenza lill-Istati Membri fit-twettiq ta’ proċeduri ta’ ritorn jenħtieġ li tinkludi l-għoti ta’ informazzjoni prattika dwar pajjiżi terzi ta’ ritorn rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bħall-għoti ta’ dettalji ta’ kuntatt u informazzjoni loġistika oħra meħtieġa għall-ġestjoni tajba ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn. L-assistenza jenħtieġ ukoll li tinkludi t-twaqqif, l-operazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ċentrali għall-ipproċessar tal-informazzjoni kollha u d-data neċessarja għall-Aġenzija biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali skont ir-Regolament, ikkomunikati awtomatikament mis-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni tar-ritorn tal-Istati Membri.

(71)Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi wkoll assistenza teknika u operazzjonali għal attivitajiet ta’ ritorn ta’ pajjiżi terzi, partikolarment meta tali assistenza tkun iġġustifikata mill-prijoritajiet tal-politika dwar il-migrazzjoni irregolari tal-Unjoni.

(72)L-eżistenza potenzjali ta’ ftehim bejn Stat Membru u stat terz ma tistax teħles lill-Aġenzija jew l-Istati Membri mill-obbligi tagħhom li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni jew internazzjonali, b’mod partikolari l-ħarsien tal-prinċipju tan-non-refoulement.

(73)L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkooperaw f’livell operazzjonali ma’ Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inklużi operazzjonijiet militari għal fini ta’ infurzar tal-liġi, sa fejn din il-kooperazzjoni tkun kompatibbli mal-azzjonijiet tal-Aġenzija.

(74)L-Aġenzija jenħtieġ li ttejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji l-oħra tal-Unjoni, bħall-EUROPOL, l-EASO, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jew il-Maniġer tan-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru sabiex isir l-aħjar użu possibbli mill-informazzjoni, il-kapaċitajiet u s-sistemi li huma diġà disponibbli fil-livell Ewropew, bħall-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-dinja Copernicus.

(75)Il-kooperazzjoni attiva ma’ pajjiżi terzi hija element ewlieni fil-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Din jenħtieġ li sservi biex tippromwovi l-ġestjoni tal-fruntieri u l-istandards ta’ ritorn, għall-iskambju ta’ informazzjoni u tal-analiżi tar-riskju, għall-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni tar-ritorni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza tagħhom u għall-appoġġ ta’ pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-migrazzjoni, inkluż l-iskjerament tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta meta tali appoġġ ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni u l-ġestjoni effettiva tal-politika dwar il-migrazzjoni tal-Unjoni.

(76)Jenħtieġ li l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi ssir fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u konformi mal-prinċipju u l-objettivi tal-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni se tiżgura l-konsistenza bejn il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri u politiki oħrajn tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun assistita mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni u s-servizzi tiegħu. Jenħtieġ li tali kooperazzjoni tapplika b’mod partikolari għall-attivitajiet tal-Aġenzija li jseħħu fit-territorju ta’ pajjiżi terzi jew li jinvolvu uffiċjali ta’ pajjiżi terzi f’oqsma bħall-analiżi tar-riskju, l-ippjanar u t-twettiq ta’ operazzjonijiet, it-taħriġ, l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni.

(77)Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni li tinsab fl-EUROSUR tkun kemm jista’ jkun kompluta u aġġornata, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mas-sitwazzjoni f’pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Aġenzija tikoopera mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, jew fil-qafas ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi inklużi netwerks reġjonali jew permezz ta’ arranġament ta’ ħidma stabbilit bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, id-delegazzjonijiet u l-uffiċċji tal-Unjoni jipprovdu l-informazzjoni kollha li tista' tkun rilevanti għall-EUROSUR.

(78)Dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, minħabba li skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni strutturati sew u permanenti ma' dawn il-pajjiżi, fosthom pajjiżi terzi ġirien iżda mhux biss, huma fatturi ewlenin biex jinkisbu l-objettivi tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Huwa essenzjali li kwalunkwe skambju ta' informazzjoni u kwalunkwe kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jsiru f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali.

(79)Sabiex jiġu stabbiliti stampa tas-sitwazzjoni u analiżi tar-riskju komprensivi li jkopru ż-żona prefruntiera, jenħtieġ li l-Aġenzija u ċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jiġbru l-informazzjoni u jikkoordinaw mal-Uffiċjali għall-Komunikazzjoni dwar l-Immigrazzjoni stazzjonati f’pajjiżi terzi mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Aġenzija jew minn aġenziji oħra tal-Unjoni.

(80)Is-sistema Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO) ġiet stabbilita permezz tal-Azzjoni Konġunta 98/700/ĠAI fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u tagħti aċċess lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom informazzjoni dwar kwalunkwe metodi ġodda ta’ falsifikazzjoni li jkunu ġew identifikati, u dwar id-dokumenti awtentiċi ġodda li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni.

(81)Fil-Konklużjonijiet tiegħu tas-27 ta’ Marzu 2017, il-Kunsill qal li l-ġestjoni tas-sistema FADO kienet antikwata u li hija meħtieġa bidla fil-bażi ġuridika tagħha biex tkompli tissodisfa r-rekwiżiti tal-politiki tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni. Il-Kunsill innota wkoll li jistgħu jiġu sfruttati sinerġiji f'dan ir-rigward bl-użu tal-għarfien espert tal-Aġenzija fil-qasam tal-frodi tad-dokumenti u x-xogħol li l-Aġenzija diġà kienet qed tagħmel fil-qasam. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Aġenzija tieħu f’idejha l-amministrazzjoni kif ukoll il-ġestjoni operazzjonali u teknika tas-sistema FADO minn idejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(82)Jenħtieġ li s-sistema FADO żżomm l-istruttura ta’ bosta livelli li għandha biex tipprovdi livelli differenti ta’ informazzjoni dwar id-dokumenti lil partijiet ikkonċernati differenti, fosthom il-pubbliku.

(83)Tul il-perjodu tranżizzjonali, jenħtieġ li jiġi żgurat li s-sistema FADO tibqa’ taħdem kollha kemm hi sa ma t-trasferiment jitwettaq effettivament u d-data eżistenti tiġi trasferita għas-sistema l-ġdida. Jenħtieġ imbagħad li s-sjieda tad-data eżistenti tiġi ttrasferita lill-Aġenzija.

(84)Jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri fil-qafas ta’ dan ir-Regolament jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 , fejn applikabbli.

(85)Fil-kuntest tar-ritorn, spiss jiġri li ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma jkollhomx dokumenti ta’ identifikazzjoni u ma jikkooperawx biex tiġi stabbilita l-identità tagħhom billi ma jagħtux informazzjoni jew jagħtu data personali skorretta. Minħabba l-ħtieġa partikolari tal-politika li l-proċeduri tar-ritorn isiru b’ħeffa, huwa neċessarju għall-Aġenzija li tkun tista’ tirrestrinġi ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-data sabiex tipprevjeni li l-abbuż ta’ tali drittijiet jimpedixxi l-implimentazzjoni xierqa tal-proċeduri ta’ ritorn u l-infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn mill-Istati Membri jew jipprevjeni lill-Aġenzija milli twettaq il-kompiti tagħha effiċjentement. B’mod partikolari, l-eżerċizzju tad-dritt għar-restrizzjoni tal-ipproċessar jista’ jittardja u jostakola t-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ ritorn b’mod sinifikanti. Barra minn hekk, f’xi każi d-dritt ta' aċċess mis-suġġet tad-data jista’ jipperikola operazzjoni ta’ ritorn billi jżid ir-riskju ta’ ħarba jekk is-suġġet tad-data jsir jaf li l-Aġenzija qed tipproċessa d-data tiegħu fil-kuntest ta’ operazzjoni ta' ritorn. Id-dritt ta' rettifika, min-naħa tiegħu, jista’ jżid ir-riskju li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz inkwistjoni jqarraq bl-awtoritajiet billi jagħti data skorretta.

(86)Sabiex twettaq tajjeb il-kompiti tagħha fil-qasam tar-ritorn, inkluż billi tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tajba tal-proċeduri tar-ritorn u l-infurzar b’suċċess ta’ deċiżjoni ta' ritorn, kif ukoll biex tiffaċilita l-operazzjonijiet ta’ ritorn, jista’ jkun li l-Aġenzija jkun jeħtiġilha tittrasferixxi data personali lejn pajjiżi terzi. Il-pajjiżi terzi tar-ritorn mhumiex ta’ spiss soġġetti għal deċiżjonijiet ta’ adegwatezza adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679, jew skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680, u bosta drabi ma jkunux ikkonkludew jew ma jkunx beħsiebhom jikkonkludu ftehim ta’ riammissjoni mal-Unjoni jew jipprevedu salvagwardji xierqa b’xi mod ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-[Regolament (UE) 45/2001] jew skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 37 tad-Direttiva (UE) 2016/680. Madankollu, minkejja l-isforzi estensivi tal-Unjoni biex tikkoopera mal-pajjiżi ewlenin ta’ oriġini ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment soġġetti għal obbligu ta’ ritorn, mhuwiex dejjem possibbli li jiġi żgurat li pajjiżi terzi bħal dawn sistematikament jissodisfaw l-obbligu stabbilit mid-dritt internazzjonali biex jieħdu lura ċ-ċittadini tagħhom stess. Il-ftehimiet ta’ riammissjoni, li ġew konklużi jew li qed jiġu nnegozjati mill-Unjoni jew mill-Istati Membri u li jipprevedu salvagwardj xierqa għad-data personali, ikopru għadd limitat ta’ pajjiżi terzi bħal dawn. Fis-sitwazzjoni fejn ftehimiet ta’ din ix-xorta jkunu għadhom ma jeżistux, id-data personali jenħtieġ li tiġi ttrasferita mill-Aġenzija għall-finijiet tal-faċilitazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ ritorn tal-Unjoni, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 49(1)(d) tar-[Regolament (UE) 45/2001].

(87)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikoli 2 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), b'mod partikolari r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja, il-projbizzjoni tat-tortura u trattament jew kastig inuman jew degradanti, il-projbizzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti, id-dritt għall-ażil, u l-protezzjoni kontra t-tneħħija u t-tkeċċija, in-non-refoulement, in-nondiskriminazzjoni u d-drittijiet tat-tfal.

(88)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu tal-ilmenti għall-Aġenzija b'kooperazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, biex jissalvagwardja l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. Dan jenħtieġ li jkun mekkaniżmu amministrattiv li permezz tiegħu l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jkun responsabbli biex jimmaniġġja l-ilmenti rċevuti mill-Aġenzija skont il-dritt għal amministrazzjoni tajba. Jenħtieġ li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jeżamina l-ammissibbiltà ta' lment, jirreġistra l-ilmenti ammissibbli, jibgħat l-ilmenti rreġistrati kollha lid-direttur eżekuttiv, jibgħat l-ilmenti li jikkonċernaw lil membri tat-timijiet lill-Istat Membru ta' oriġini, u jirreġistra s-segwitu mill-Aġenzija jew dak l-Istat Membru. Il-mekkaniżmu jenħtieġ li jkun effettiv, u jiżgura li l-ilmenti jkunu segwiti kif xieraq. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu tal-ilmenti jkun mingħajr preġudizzju għall-aċċess għal rimedji amministrattivi u ġudizzjarji u li ma jkunx rekwiżit biex isir rikors għal tali rimedji. L-investigazzjonijiet kriminali jenħtieġ li jitwettqu mill-Istati Membri. Sabiex ikun hemm iktar trasparenza u responsabbiltà, jenħtieġ li l-Aġenzija tirraporta dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti fir-rapport annwali tagħha. B’mod partikolari, jenħtieġ li tkopri l-għadd ta' lmenti li tkun laqgħet, it-tipi ta' ksur tad-drittijiet fundamentali involuti, l-operazzjonijiet ikkonċernati u, fejn possibbli, il-miżuri ta' segwitu meħuda mill-Aġenzija u mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha rigward ir-rispett għad-drittijiet fundamentali b’rabta mal-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

(89)Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun indipendenti fir-rigward ta' kwistjonijiet tekniċi u operazzjonali u li jkollha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ u xieraq li tkun korp tal-Unjoni b'personalità ġuridika u li teżerċita s-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lilha b'dan ir-Regolament.

(90)Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu rappreżentati fi ħdan bord maniġerjali sabiex jeżerċitaw sorveljanza fuq l-Aġenzija. Fejn ikun possibbli, jenħtieħ li l-bord maniġerjali jkun magħmul mill-kapijiet operazzjonali tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-gwardji tal-fruntiera jew mir-rappreżentanti tagħhom. Jenħtieġ li l-partijiet rappreżentati fil-bord maniġerjali jagħmlu sforz biex jillimitaw il-bdil tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-bord maniġerjali. Jenħtieġ li l-bord maniġerjali jkun fdat bis-setgħat meħtieġa biex jistabbilixxi l-baġit tal-aġenzija, biex jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta regoli finanzjarji xerqa, jistabbilixxi proċeduri ta’ ħidma trasparenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-Aġenzija u jaħtar lid-direttur eżekuttiv u tliet deputati diretturi eżekuttivi, li kull wieħed minnhom jista’ jiġi assenjat responsabbiltajiet f’qasam partikolari ta’ kompetenzi tal-Aġenzija, bħall-immaniġjar tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, is-sorveljanza tal-kompiti tal-Aġenzija rigward ir-ritorn jew il-ġestjoni tal-involviment fis-sistemi tal-IT fuq skala kbira. Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun irregolata u operata billi jitqiesu l-prinċipji tal-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta' Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.

(91)Biex tkun garantita l-awtonomija tal-Aġenzija, jenħtieġ li tingħata baġit awtonomu bi dħul li fil-biċċa l-kbira tiegħu jiġi minn kontribuzzjoni mill-Unjoni. Jenħtieġ li l-proċedura baġitarja tal-Unjoni tkun applikabbli sa fejn għandhom x'jaqsmu l-kontribuzzjoni tal-Unjoni u kwalunkwe sussidju ieħor debitabbli lill-baġit tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-awditjar tal-kontijiet isir mill-Qorti tal-Awdituri.

(92)Huwa mistenni li l-Aġenzija taffaċċja sfidi fis-snin li ġejjin biex tkun tista’ tissodisfa l-ħtieġa għar-reklutaġġ u ż-żamma ta’ persunal kwalifikat mill-usa’ bażi ġeografika possibbli.

(93)Fid-dawl tal-mandat tal-Aġenzija u l-mobbiltà sinifikanti tal-membri tal-persunal tagħha minn naħa waħda u, sabiex jiġu evitati differenzi fit-trattament tal-persunal tal-Aġenzija min-naħa l-oħra, billi l-post tal-impjieg tal-persunal fil-prinċipju għandu jkun Varsavja, jenħtieġ li l-bord maniġerjali, għal perjodu ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jingħata l-possibbiltà li jagħti pagament “differenzjali” ta’ kull xahar lill-membri tal-persunal tal-Aġenzija, b’kont dovut meħud tar-remunerazzjoni ġenerali rċevuta minn membri tal-persunal individwali, inkluż ir-rimborż tal-ispejjeż tal-missjonijiet. Il-modalitajiet biex isir tali ħlas jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, li jenħtieġ li tiżgura li dawn ikunu proporzjonali għall-importanza tal-għanijiet mixtieqa u li ma jwasslux għal trattament mhux ugwali fost il-persunal tal-istituzzjonijiet, tal-aġenziji u ta’ korpi oħra tal-UE. Jenħtieġ li dawn il-modalitajiet jiġu rieżaminati sal-2024 biex tiġi vvalutata l-kontribuzzjoni tal-pagamenti għall-objettivi mixtieqa.

(94)Jenħtieġ li r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 japplika mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija, li jenħtieġ li taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) 25 .

(95)F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(96)Jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 japplika għall-Aġenzija. L-Aġenzija jenħtieġ li tkun kemm jista’ jkun trasparenti dwar l-attivitajiet tagħha, mingħajr ma tipperikola l-ksib tal-objettiv tal-operazzjonijiet tagħha. Jenħtieġ li hija tippubblika l-informazzjoni dwar l-attivitajiet kollha tagħha. Bl-istess mod, jenħtieġ li tiżgura wkoll li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr informazzjoni rigward il-ħidma tagħha.

(97)Jenħtieġ li l-Aġenzija tirrapporta wkoll dwar l-attivitajiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bl-iktar mod sħiħ possibbli.

(98)Kwalunkwe proċessar ta' data personali mill-Aġenzija fi ħdan il-qafas ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(99)Peress li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri meta jaġixxu b'mod mhux koordinat iżda jista' pjuttost, minħabba n-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni, l-isfidi sostanzjali ta' migrazzjoni fil-fruntieri esterni, il-ħtieġa li jiġi mmonitorjat b'mod effiċjenti l-qsim ta' dawk il-fruntieri, u biex jingħata kontribut lil-livell għoli ta' sigurtà interna fi ħdan l-Unjoni, jinksieb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(100)Il-fruntieri esterni msemmija f'dan ir-Regolament huma dawk li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament (UE) 2016/399, li jinkludu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri ta' Schengen skont il-Protokoll 19 dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(101)Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri permezz ta’ ċiklu ta' politika strateġika pluriennali, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istipular tal-prijoritajiet ta’ politika u l-provvediment ta’ linji gwida strateġiċi għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex jiġi żgurat is-sehem indaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom għandhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(102)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-manwal prattiku għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-EUROSUR, id-dettalji tas-saffi ta’ informazzjoni tal-istampi tas-sitwazzjoni u r-regoli għall-istabbiliment ta’ stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi, il-miżuri biex jiġu mmitigati r-riskji fil-fruntieri esterni li għandhom jiġu implimentati mill-Aġenzija u li jeħtieġu lill-Istati Membri biex jikkooperaw mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni, ir-regoli għall-ħlas tal-appoġġ finanzjarju għall-iżvilupp tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet applikabbli għall-appoġġ finanzjarju, il-manwal prattiku dwar il-kooperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri ta’ FADO. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 .

(103)Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u żvilupp tal-acquis ta' Schengen 28 , li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE 29 . L-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea 30 jipprevedi regoli dwar il-parteċipazzjoni minn dawk il-pajjiżi fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u persunal.

(104)Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen 31 li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE 32 .

(105)Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 33 li jaqgħu fl-ambitu msemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE 34 .

(106)L-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea 35 jipprevedi regoli dwar il-parteċipazzjoni minn dawk il-pajjiżi fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u persunal.

(107)Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessi mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Billi dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament, jekk tkunx se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(108)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jipparteċipax, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE 36 ; għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(109)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda ma tiħux sehem fih, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE 37 ; l-Irlanda għalhekk mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(110)Jenħtieġ li l-Aġenzija tiffaċilita l-organizzazzjoni ta' attivitajiet speċifiċi li fihom l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-għarfien espert u l-faċilitajiet li l-Irlanda u r-Renju Unit jistgħu jkunu lesti li joffru, fuq termini li jiġu deċiżi mill-bord maniġerjali skont il-każ partikolari. Għal dan il-għan, rappreżentanti mill-Irlanda jistgħu jiġu mistiedna jattendu għal-laqgħat kollha tal-bord maniġerjali sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod sħiħ fit-tħejjija ta' tali attivitajiet speċifiċi. Ir-rappreżentanti tar-Renju Unit jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-bord maniġerjali sa [id-data tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea].

(111)Minkejja li r-Renju Unit ma jiħux sehem f’dan ir-Regolament, dan [ingħata] il-possibbiltà li jikkoopera mal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fid-dawl tal-pożizzjoni tiegħu bħal Stat Membru tal-Unjoni. Fid-dawl tan-notifika tar-Renju Unit tax-xewqa tiegħu li jirtira mill-Unjoni, jenħtieġ li jkunu applikabbli arranġamenti speċjali għall-kooperazzjoni operazzjonali mar-Renju Unit abbażi ta’ dan ir-Regolament, dment li r-Renju Unit ikun Stat Membru jew dment li ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit ibbażat fuq l-Artikolu 50 tat-Trattat jidħol fis-seħħ, sakemm ir-Renju Unit ikun assimilat ma’ Stat Membru abbażi ta’ tali ftehim.

(112)Teżisti kontroversja bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit dwar id-demarkazzjoni tal-fruntieri ta’ Ġibiltà.

(113)Is-sospensjoni tal-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament għall-fruntieri ta' Ġibiltà ma timplika l-ebda bidla fil-pożizzjonijiet rispettivi tal-Istati kkonċernati.

(114)[Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni dwar ...]

(115)Dan ir-Regolament għandu l-għan li jemenda u jespandi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624 u r-Regolament (KE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jadatta l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI għall-qafas istituzzjonali stabbilit bit-TFUE. Peress li l-emendi li għandhom isiru huma sostanzjali fl-għadd u n-natura, dawn l-atti jenħtieġ li, f’ġieħ iċ-ċarezza, jiġu sostitwiti u mħassrin,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I
Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex tiżgura Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri fil-fruntieri esterni bil-ħsieb li jiġi ġestit il-qsim ta’ dawk il-fruntieri esterni b’mod effiċjenti, kif ukoll biex iżżid l-effiċjenza tal-politika komuni tar-ritorn bħala element ewlieni tal-ġestjoni tal-migrazzjoni sostenibbli.

Ir-Regolament jindirizza sfidi migratorji, inkluż ir-ritorn, u theddid futur potenzjali f'dawn il-fruntieri, biex b’hekk jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata l-kriminalità serja b’dimensjoni transfruntiera, biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġi salvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fiha.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“fruntieri esterni” tfisser il-fruntieri esterni kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399, li għalih japplika t-Titolu II ta' dak ir-Regolament;

(2)“punt ta’ qsim tal-fruntiera” tfisser punt ta' qsim tal-fruntiera kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(3)“kontroll fuq il-fruntiera” jfisser kontroll fuq il-fruntiera kif definit fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(4)“sorveljanza fuq il-fruntiera” tfisser sorveljanza fuq il-fruntiera kif definit fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(5)“titjira esterna” tfisser kwalunkwe titjira ta’ inġenju tal-ajru b’ekwipaġġ jew mingħajru u l-passiġġieri u/jew it-tagħbija tiegħu lejn jew mit-territorji tal-Istati Membri, li mhijiex titjira interna kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(6)“sorveljanza tal-fruntieri tal-ajru” tfisser is-sorveljanza ta’ titjiriet esterni;

(7)“għarfien tas-sitwazzjoni” tfisser il-kapaċità li jiġu mmonitorjati, maqbudin, identifikati, traċċati u mifhuma l-attivitajiet transfruntiera illegali sabiex jinstabu raġunijiet fondati għal miżuri ta’ reazzjoni abbażi ta’ kombinazzjoni ta’ informazzjoni ġdida ma’ għarfien eżistenti, u biex ikun jista’ jitnaqqas it-telfien ta’ ħajjiet ta’ migranti ma’, matul jew qrib il-fruntieri esterni;

(8)“kapaċità ta' reazzjoni” tfisser il-kapaċità li jitwettqu azzjonijiet maħsuba sabiex jikkumbattu l-attivitajiet illegali transfruntiera ma’, matul jew qrib il-fruntieri esterni, inklużi l-mezzi u l-iskedi taż-żmien biex issir reazzjoni adegwata;

(9)“EUROSUR” tfisser il-qafas għall-iskambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija;

(10)“stampa tas-sitwazzjoni” tfisser aggregazzjoni ta’ data ġeoreferenzjata qrib il-ħin reali u informazzjoni rċevuta minn awtoritajiet, sensuri u pjattaformi differenti u sorsi oħrajn, li tiġi trażmessa permezz ta’ kanali ta’ komunikazzjoni u informazzjoni u li tista’ tiġi pproċessata u murija u kondiviża selettivament ma’ awtoritajiet rilevanti oħrajn sabiex jinkiseb għarfien tas-sitwazzjoni u tiġi appoġġjata l-kapaċità ta’ reazzjoni ma’, matul jew qrib il-fruntieri esterni u fiż-żona prefruntiera;

(11)“taqsima tal-fruntiera esterna” tfisser il-fruntiera esterna sħiħa jew parti minnha ta’ Stat Membru, kif definit mid-dritt nazzjonali jew kif determinat miċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni jew awtorità nazzjonali responsabbli oħra;

(12) “reat transfruntier” tfisser kwalunkwe delitt b’dimensjoni transfruntiera li jsir jew li jkun hemm attentat li jsir, ma’, matul, jew qrib il-fruntieri esterni;

(13)“żona prefruntiera” tfisser iż-żona ġeografika lil hinn mill-fruntieri esterni;

(14)“inċident” tfisser sitwazzjoni marbuta ma' immigrazzjoni illegali, kriminalità transfruntiera jew riskju għall-ħajjiet ta' migranti ma’, matul jew qrib il-fruntieri esterni;

(15)“persunal statutorju” tfisser persunal impjegat mill-Aġenzija f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolamenti tal-Persunal”) u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni (Conditions of Employment of Other Servants — “CEOS”) stipulati fir-Regolament tal-Kunsill Nru 259/68;

(16)“persunal operazzjonali” tfisser il-gwardji tal-fruntiera, l-akkumpanjaturi tar-ritorn, l-ispeċjalisti tar-ritorn u persunal rilevanti ieħor li jikkostitwixxi il-“korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta”. F’konformità mat-tliet kategoriji definiti skont l-Artikolu 55(1), il-persunal operazzjonali jew jiġi impjegat mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala persunal statutorju (kategorija 1), jew jiġi ssekondat lill-Aġenzija mill-Istati Membri (kategorija 2) jew ikun ipprovdut għal stazzjonament fil-qosor mill-Istati Membri (kategorija 3). Il-persunal operazzjonali għandu jaġixxi bħala membru ta' timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri, timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jew timijiet tar-ritorn li għandhom setgħat eżekuttivi. Il-persunal operazzjonali jinkludi wkoll il-persunal statutorju responsabbli għall-funzjonament tal-unità ċentrali tal-ETIAS;

(17)“timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri” tfisser timijiet iffurmati mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li għandhom jiġu stazzjonati tul operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni u fl-interventi rapidi fil-fruntieri fl-Istati Membri u pajjiżi terzi;

(18)“membru tat-timijiet” tfisser membru tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta stazzjonat permezz ta’ timijiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri, timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u timijiet tar-ritorn;

(19)“tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni” tfisser tim ta’ esperti li jipprovdu rinforzi tekniċi u operazzjonali lill-Istati Membri, inkluż f’żoni hotspot jew ċentri kkontrollati, magħmul minn persunal operazzjonali mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, esperti stazzjonati mill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], mill-Europol, jew minn aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni kif ukoll minn Stati Membri;

(20)“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru li operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntieri, operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta’ ritorn isiru fih, jiġu varati minnu jew li minnu jiġi skjerat tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni;

(21)“Stat Membru ta' oriġini” tfisser l-Istat Membru li minnu l-membru tal-persunal jiġi skjerat jew stazzjonat fil-persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta;

(22)“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li jipparteċipa f'operazzjoni konġunta, f'intervent rapidu fil-fruntieri, f'operazzjoni ta' ritorn, f'intervent ta' ritorn jew fi skjerar ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, billi jipprovdi tagħmir tekniku jew persunal operazzjonali ieħor tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll Stat Membru li jieħu sehem f’operazzjonijiet ta’ ritorn jew interventi ta’ ritorn billi jipprovdi tagħmir tekniku jew persunal, iżda li ma jkunx Stat Membru ospitanti;

(23)“żona hotspot” tfisser żona li fiha l-Istat Membru ospitanti, il-Kummissjoni, l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri parteċipanti jikkooperaw, bil-għan li tiġi ġestita sfida migratorja sproporzjonata eżistenti jew potenzjali kkaratterizzata minn żieda sinifikanti fl-għadd ta' migranti li jaslu fil-fruntieri esterni;

(24)“ċentru kkontrollat” tfisser ċentru, stabbilit fuq talba tal-Istat Membru, li fih l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti f’appoġġ tal-Istat Membru ospitanti u mal-Istati Membri parteċipanti, jiddistingwu bejn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u dawk li ma jeħtiġux tali protezzjoni, kif ukoll jagħmlu kontrolli ta’ sigurtà u li fih japplikaw proċeduri rapidi għall-protezzjoni internazzjonali u/jew ir-ritorn;

(25)“ritorn” tfisser ritorn kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(26)“deċiżjoni ta' ritorn” tfisser deċiżjoni ta' ritorn kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(27)“persuna rimpatrijata” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz f'soġġorn illegali li jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta' ritorn jew l-ekwivalenti tagħha f’pajjiż terz;

(28)“operazzjoni ta' ritorn” tfisser operazzjoni organizzata jew koordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u li tinvolvi rinforz tekniku u operazzjonali pprovdut lil Stat Membru jew iktar jew lil pajjiż terz, li biha persuni rimpatrijati minn Stat Membru jew aktar jew minn pajjiż terz jiġu ritornati, jew fuq bażi furzata jew volontarja, irrispettivament mill-mezz ta’ trasport;

(29)“intervent ta' ritorn” tfisser attività tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li tipprovdi lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi b’assistenza teknika u operazzjonali msaħħa li tikkonsisti fl-iskjerar ta’ timijiet tar-ritorn u l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn;

(30)“timijiet tar-ritorn” tfisser timijiet iffurmati mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li għandhom jiġu skjerati tul operazzjonijiet ta’ ritorn, interventi ta’ ritorn fi Stati Membri u pajjiżi terzi jew attivitajiet operazzjonali marbutin mal-implimentazzjoni ta’ kompiti relatati mar-ritorn;

(31)“uffiċjal għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni” tfisser uffiċjal għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 38 .

Artikolu 3
Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri

Il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri għandha tikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

(a)il-kontroll fuq il-fruntieri, inklużi miżuri biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri u, fejn xieraq, miżuri relatati mal-prevenzjoni u l-qbid tal-kriminalità transfruntiera, bħall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, u miżuri relatati mar-riferiment ta' persuni li jkollhom bżonn, jew li jixtiequ japplikaw għal, protezzjoni internazzjonali;

(b)operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ għal persuni f’diffikultà fil-baħar varati u mwettqa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 656/2014 u mad-dritt internazzjonali, li jsiru f’sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu tul operazzjonijiet ta’ sorveljanza fuq il-fruntiera fil-baħar;

(c)analiżi tar-riskji għas-sigurtà interna u analiżi tat-theddid li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament jew is-sigurtà tal-fruntieri esterni;

(d)l-iskambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija;

(e)il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fost l-awtoritajiet nazzjonali f’kull Stat Membru li jkunu responsabbli għall-kontroll fuq il-fruntiera jew għal kompiti oħra mwettqa mal-fruntiera, kif ukoll bejn l-awtoritajiet responsabbli għar-ritorn f’kull Stat Membru, inkluż l-iskambju regolari ta’ informazzjoni permezz ta’ għodod għall-iskambju tal-informazzjoni eżistenti;

(f)il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni fl-oqsma koperti b’dan ir-Regolament, inkluż permezz tal-iskambju regolari ta’ informazzjoni;

(g)il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma koperti b’dan ir-Regolament;

(h)miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-żona Schengen li huma relatati mal-kontroll fuq il-fruntieri u mfassla biex jindirizzaw l-immigrazzjoni illegali u biex jiġġieldu r-reati transfruntiera aħjar;

(i)ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu s-suġġett ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġin minn Stat Membru;

(j)l-użu tal-aħħar teknoloġija, inklużi sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira;

(k)mekkaniżmu ta' kontroll tal-kwalità, b'mod partikolari l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen, il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u l-possibbiltà ta' mekkaniżmi nazzjonali, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri;

(l)mekkaniżmi ta’ solidarjetà, b’mod partikolari strumenti ta’ finanzjament tal-Unjoni u miżuri oħrajn ta’ sostenn operazzjonali.

Artikolu 4
Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (“l-Aġenzija”) u l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inklużi l-gwardji tal-kosta sa fejn dawn iwettqu l-kompiti ta' kontroll fuq il-fruntieri, kif ukoll l-awtoritajiet responsabbli għar-ritorn, għandhom jikkostitwixxu l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.

Artikolu 5
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

(1)L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li oriġinarjament ġiet stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004, għandha tkun regolata minn dan ir-Regolament.

(2)L-aġenzija għandha tinkludi l-10 000 membru tal-persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kif imsemmi fl-Artikolu 55.

(3)Biex ikun żgurat li jkun hemm ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri koerenti, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tagħmel iktar effettiva l-applikazzjoni ta’ miżuri eżistenti u futuri tal-Unjoni marbutin mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn, b’mod partikolari l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/399.

(4)L-Aġenzija se tikkontribwixxi għall-applikazzjoni kontinwa u uniformi tad-dritt tal-Unjoni, inkluż l-acquis tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali, fil-fruntieri esterni kollha. Il-kontribuzzjoni tagħha għandha tinkludi l-iskambju ta' prattiki tajbin.

Artikolu 6
Responsabbiltà

L-Aġenzija għandha tkun responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill, f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 7
Responsabbiltà kondiviża

(1)Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha timplimenta l-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri bħala responsabbiltà kondiviża tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inklużi l-gwardji tal-kosta sa fejn dawn jagħmlu operazzjonijiet ta’ sorveljanza fuq il-fruntieri tal-baħar u kull kompitu ieħor tal-kontroll fuq il-fruntieri. L-Istati Membri għandhom iżommu r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tat-taqsimiet tagħhom tal-fruntieri esterna.

(2)L-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali fl-implimentazzjoni tal-miżuri marbutin mal-infurzar tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn. L-Istati Membri għandhom iżommu r-responsabbiltà li joħorġu d-deċiżjonijiet ta’ ritorn u l-miżuri marbutin mad-detenzjoni tal-persuni rimpatrijati f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE.

(3)L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tagħhom u l-infurzar tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn, fl-interess tagħhom stess u fl-interess komuni tal-Istati Membri kollha, f'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni u skont iċ-ċiklu ta' politika strateġiku pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fl-Artikolu 8, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija.

(4)L-Aġenzija għandha tappoġġa l-applikazzjoni ta' miżuri tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u l-infurzar tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn billi ssaħħaħ, tivvaluta u tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri, kif ukoll billi tipprovdi assistenza diretta teknika u operazzjonali fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri u fi kwistjonijiet ta’ ritorn.

(5)L-Istati Membri jistgħu jkomplu l-kooperazzjoni fil-livell operazzjonali ma’ Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi, fejn tali kooperazzjoni tkun kompatibbli mal-kompiti tal-Aġenzija. L-Istati Membri għandhom joqogħdu lura minn kwalunkwe attività li tista’ tipperikola l-funzjonament tal-Aġenzija jew il-kisba tal-objettivi tagħhom. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija dwar dik il-kooperazzjoni operazzjonali ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u fil-qasam tar-ritorn. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-bord maniġerjali dwar dawk il-kwistjonijiet fuq bażi regolari u mill-anqas darba fis-sena.

Artikolu 8
Ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri

(1)Il-Kummissjoni u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiżguraw l-effettività tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri permezz ta’ ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri.

(2)Il-politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri għandha tiddefinixxi kif l-isfidi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn għandhom jiġu indirizzati b’mod koerenti, integrat u sistematiku.

(3)Iċ-ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri għandu jkun jikkonsisti minn erba’ stadji kif stipulat fil-paragrafi minn 4 sa 7.

(4)Abbażi tal-analiżi tar-riskju strateġika għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fl-Artikolu 30(2), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 118 li jiżviluppaw politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Dan l-att delegat għandu jiddefinixxi prijoritajiet politiċi u jipprovdu l-linji gwida strateġiċi għall-erba’ snin sussegwenti b’rabta mal-komponenti stipulati fl-Artikolu 3.

(5)Sabiex jiġi implimentat l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4, l-Aġenzija għandha, permezz ta’ deċiżjoni tal-bord maniġerjali, abbażi ta’ proposta tad-direttur eżekuttiv, tistabbilixxi strateġija teknika u operazzjonali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. L-Aġenzija għandha tieħu kont, fejn ikun ġustifikat, tas-sitwazzjoni speċifika tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Din l-istrateġija għandha timxi mal-Artikolu 3 u mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4. Hija għandha tippromwovi u tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri fl-Istati Membri kollha.

(6)Sabiex jimplimentaw l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali kollha responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn. Dawn l-istrateġiji nazzjonali għandhom jimxu mal-Artikolu 3, mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4 u l-istrateġija teknika u operazzjonali msemmija fil-paragrafu 5.

(7)Tnejn u erbgħin xahar wara l-adozzjoni tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija, għandha tagħmel evalwazzjoni bir-reqqa tal-implimentazzjoni tagħha. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni se jitqiesu huwa u jitħejja ċ-ċiklu li jkun imiss.

(8)Fejn is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni jew fil-qasam tar-ritorn tkun teħtieġ bidla tal-prijoritajiet ta’ politika, il-Kummissjoni għandha temenda l-politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4. Barra minn hekk, l-istrateġiji msemmija fil-paragrafi 5 u 6 għandhom jiġu adattati fejn meħtieġ.

Artikolu 9
Ippjanar integrat

(1)Abbażi taċ-ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fl-Artikolu 8, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tistabbilixxi pjan integrat għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn.

(2)L-ippjanar integrat għandu jinklużi l-ippjanar operazzjonali, l-ippjanar ta' kontinġenza u l-ippjanar tal-iżvilupp ta’ kapaċità u għandu jkun stabbilit f’konformità mal-Artikolu 67.

(3)Kull pjan tal-ippjanar integrat għandu jkun fih ix-xenarju skont liem ikun qed jiġi żviluppat. Ix-xenarji għandhom jiġu derivati mill-analiżi tar-riskju u għandhom jirriflettu l-evoluzzjoni possibbli fil-fruntieri esterni u fil-qasam mal-migrazzjoni illegali u l-isfidi identifikati fiċ-ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri.

(4)Il-bord maniġerjali tal-Aġenzija għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena biex jiddiskuti u japprova l-pjan direzzjonali tal-kapaċità tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta skont l-Artikolu 67 (6). Ladarba l-pjan direzzjonali tal-kapaċità jiġi approvat mill-bord maniġerjali, għandu jiġi anness mal-istrateġija teknika u operazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(5). 

KAPITOLU II
Funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

Taqsima 1
Kompiti tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Artikolu 10
Kompiti tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

(1)L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin bil-ħsieb li tikkontribwixxi għal livell effiċjenti, għoli u uniformi ta' kontroll fuq il-fruntieri u r-ritorn:

1.timmonitorja l-flussi migratorji u twettaq analiżi tar-riskju fir-rigward tal-aspetti kollha tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri;

2.timmonitorja l-ħtiġijiet operazzjonali tal-Istati Membri relatati mal-implimentazzjoni tar-ritorni, inkluż billi tiġbor id-data operazzjonali;

3.twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, inkluża l-valutazzjoni tal-kapaċità u ta' kemm huma ppreparati l-Istati Membri biex jiffaċċjaw theddid u sfidi fil-fruntieri esterni tagħhom;

4.timmonitorja l-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz ta' uffiċjali għall-komunikazzjoni tal-Aġenzija fl-Istati Membri;

5.tappoġġa l-iżvilupp u t-tħaddim tal-qafas tal-EUROSUR;

6.tassisti lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni billi tikkoordina u torganizza operazzjonijiet konġunti, filwaqt li tikkunsidra li ċerti sitwazzjonijiet jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta' salvataġġ fuq il-baħar f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali;

7.tassisti lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni, billi tvara interventi rapidi fil-fruntieri esterni ta' dawk l-Istati Membri li jaffaċċjaw sfidi speċifiċi u sproporzjonati, filwaqt li tikkunsidra li ċerti sitwazzjonijiet jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta' salvataġġ fuq il-baħar f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali;

8.tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi, skont ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 u d-dritt internazzjonali, b'appoġġ ta' operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ għal persuni li jinsabu f'diffikultà fuq il-baħar li jistgħu jseħħu matul operazzjonijiet ta' sorveljanza tal-fruntieri fil-baħar;

9.tiskjera l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-qafas tat-timijiet tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u timijiet tar-ritorni matul operazzjonijiet konġunti u f’interventi rapidi fil-fruntieri, operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn;

10.tistabbilixxi ġabra kondiviża ta’ tagħmir tekniku, inkluża riżerva ta’ tagħmir ta’ reazzjoni rapida, li għandha tintuża f’operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntieri u fil-qasam tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, kif ukoll f’operazzjonijiet ta’ ritorn u f’interventi ta’ ritorn;

11.tiżviluppa u ġġestixxi l-kapaċitajiet umani u tekniċi tagħha biex tikkontribwixxi għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-ġabra ta’ tagħmir tekniku, inkluż ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal tagħha li jkunu qed jaġixxu bħala membri ta’ tim;

12.fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’żoni hotspot jew f’ċentri kkontrollati;

13.tistazzjona persunal operazzjonali u tagħmir tekniku biex jassistu fl-iskrinjar, il-ġbir ta' informazzjoni, l-identifikazzjoni u t-teħid tal-marki tas-swaba';

14.tistabbilixxi proċedura għar-riferiment u biex tingħata l-informazzjoni inizjali lil persuni li jkunu jeħtieġu l-protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha, b’kooperazzjoni mal-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

15.tagħti assistenza f’kull stadju tal-proċess tar-ritorn u fil-koordinazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn, kif ukoll ta’ interventi ta’ ritorn;

16.tassisti lill-Istati Membri f’ċirkostanzi li jkunu jeħtieġu assistenza teknika u operazzjonali miżjuda biex jimplimentaw l-obbligu li jirritornaw migranti irregolari, inkluż il-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn;

17.tistabbilixxi grupp ta’ kontrolluri tar-ritorn furzat;

18.tiskjera timijiet tar-ritorn tul interventi ta’ ritorn;

19.fil-qafas tal-mandati rispettivi tal-aġenziji kkonċernati, tikkoopera mal-Europol u l-Eurojust u tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri f’ċirkostanzi li jkunu jeħtieġu assistenza teknika u operazzjonali miżjuda fil-fruntieri esterni fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera u t-terroriżmu;

20.tikkoopera mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil b’mod partikolari biex tiffaċilita miżuri fejn ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali tkun ġiet miċħuda permezz ta’ deċiżjoni finali, ikunu soġġetti għar-ritorn;

21.tikkoopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, fil-mandati rispettivi tagħhom, biex jappoġġaw lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet ta’ gwardji tal-kosta stipulati fl-Artikolu 70, billi tipprovdi servizzi, informazzjoni, tagħmir, u taħriġ, kif ukoll billi tikkoordina operazzjonijiet bi skopijiet multipli;

22.tikkoopera ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma koperti mir-regolament, inkluż permezz tal-istazzjonament operazzjonali possibbli ta’ timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri u timijiet tar-ritorn fil-pajjiżi terzi;

23.tappoġġa pajjiżi terzi fil-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ ritorn lejn pajjiżi terzi oħrajn, inkluż il-kondiviżjoni ta’ data personali għal finijiet ta’ ritorn;

24.tassisti lill-Istati Membri u lil pajjiżi terzi fil-kuntest ta’ kooperazzjoni teknika u operazzjonali bejniethom fil-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament;

25.tassisti lill-Istati Membri u lil pajjiżi terzi fit-taħriġ ta’ gwardji tal-fruntiera nazzjonali, persunal rilevanti ieħor u esperti dwar ir-ritorn, inkluż l-istabbiliment ta’ standards tat-taħriġ komuni;

26.tipparteċipa fl-iżvilupp u l-ġestjoni ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni rilevanti għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni, inkluż l-użu ta' teknoloġija ta' sorveljanza avvanzata, u tiżviluppa proġetti pilota dwar kwistjonijiet koperti b'dan ir-Regolament;

27.tappoġġa l-iżvilupp ta’ standards tekniċi tat-tagħmir fil-qasam tal-kontroll fuq il-fruntiera u r-ritorn, inkluż għall-interkonnessjoni tas-sistemi u n-netwerks;

28.tistabbilixxi u tmantni n-netwerk ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14;

29.tiżviluppa u topera, f’konformità mar-[Regolament (KE) Nru 45/2001], sistemi ta' informazzjoni li jippermettu skambji rapidi u affidabbli ta' informazzjoni dwar riskji emerġenti fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni, l-immigrazzjoni illegali u r-ritorn, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ma’ korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni kif ukoll man-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE;

30.tipprovdi, kif ikun xieraq, l-assistenza meħtieġa għall-iżvilupp ta’ ambjent komuni għall-qsim tal-informazzjoni, inkluża l-interoperabbiltà tas-sistemi;

31.iġġestixxi u topera s-sistema ta’ Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online msemmija fl-Artikolu 80;

32.tissodisfa l-kompiti u l-obbligi fdati lill-Aġenzija msemmijin fir-[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)] u tiżgura li titwaqqaf u taħdem Unità Ċentrali tal-ETIAS f’konformità mal-Artikolu 7 tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)].

(2)L-Aġenzija għandha tikkomunika fuq inizjattiva tagħha stess dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-mandat tagħha. Hija għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni preċiża u dettaljata dwar l-attivitajiet tagħha.

L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni ma għandhomx ikunu ta’ detriment għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari billi jikxfu informazzjoni operazzjonali li jekk issir pubblika tkun tipperikola l-kisba tal-objettiv tal-operazzjonijiet. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom isiru mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 91 u f’konformità mal-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u tixrid adottati mill-bord maniġerjali u f’kooperazzjoni mill-qrib, fejn xieraq, ma’ aġenziji oħrajn.

Taqsima 2
Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni

Artikolu 11
Dmir ta' kooperazzjoni in bona fede

L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta' kontroll tal-fruntieri, għandhom ikunu soġġetti għal obbligu ta' kooperazzjoni in bona fede, u obbligu li jiskambjaw l-informazzjoni.

Artikolu 12
Obbligu tal-iskambju tal-informazzjoni

1.Sabiex iwettqu l-kompiti konferiti lilhom minn dan ir-Regolament, b'mod partikolari biex l-Aġenzija timmonitorja l-flussi migratorji lejn u fl-Unjoni, biex twettaq analiżi tar-riskju u biex twettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, kif ukoll biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali fil-qasam tar-ritorn, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta' kontroll tal-fruntieri għandhom, f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-dritt tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti ieħor fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni, jaqsmu fil-ħin u b'mod preċiż l-informazzjoni kollha meħtieġa.

2.L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħha mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.

3.L-Aġenzija u l-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] għandhom jiskambjaw l-informazzjoni għall-analiżi tar-riskju, għall-ġbir tad-data statistika, għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni f’pajjiżi terzi, u għat-taħriġ u l-appoġġ lill-Istati Membri għall-ippjanar ta' kontinġenza. Għal dawn l-għanijiet, għandhom jiġu żviluppati l-għodod u l-istrutturi meħtieġa bejn l-Aġenziji.

4.L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħha mal-Irlanda u r-Renju Unit meta tali informazzjoni tkun relatata mal-attivitajiet li jipparteċipaw fihom f'konformità mal-Artikolu 71 u l-Artikolu 98(5).

Artikolu 13
Punt ta' kuntatt nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jaħtru punt ta' kuntatt nazzjonali għall-komunikazzjoni mal-Aġenzija dwar il-kwistjonijiet kollha li jkollhom x'jaqsmu mal-attivitajiet tal-Aġenzija. Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali għandu jkun jista’ jintlaħaq f’kull ħin u għandu jiżgura t-tixrid f’waqtu tal-informazzjoni kollha mill-Aġenzija lill-awtoritajiet rilevanti kollha fl-Istat Membru kkonċernat, partikolarment lill-membri tal-bord maniġerjali u ċ-Ċentru Nazzjonali ta' Koordinazzjoni.

Artikolu 14
Netwerk ta' komunikazzjoni

1.L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm netwerk ta’ komunikazzjoni sabiex tipprovdi għodod ta’ komunikazzjoni u għodod analitiċi u tippermetti l-iskambju tal-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u l-informazzjoni klassifikata b'manjiera sigura u kważi fil-ħin reali ma’, u bejn, iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni. In-netwerk għandu jopera erbgħa u għoxrin siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa u għandu jippermetti:

(a)l-iskambju ta’ informazzjoni bilaterali u multilaterali kważi fil-ħin reali;

(b)konferenzi bl-awdjo u bil-video;

(c)it-trattament, il-ħżin, it-trażmissjoni u l-ipproċessar b’mod sigur ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata;

(d)it-trattament, il-ħżin, it-trażmissjoni u l-ipproċessar b’mod sigur tal-informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell ta’ CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew livelli ta’ klassifikazzjoni nazzjonali ekwivalenti, filwaqt li jiżgura li l-informazzjoni klassifikata tiġi ttrattata, maħżuna, trażmessa u pproċessata f'parti separata u debitament akkreditata tan-netwerk ta’ komunikazzjoni.

2.L-Aġenzija għandha tagħti appoġġ tekniku u tiżgura li n-netwerk ta’ komunikazzjoni tkun disponibbli permanentement u li tista’ tappoġġa s-sistema ta’ komunikazzjoni u informazzjoni ġestita mill-Aġenzija.

Artikolu 15
Sistema ta' skambju ta' informazzjoni u applikazzjonijiet ġestiti mill-Aġenzija

1.L-Aġenzija tista’ tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħha mal-Kummissjoni u l-Istati Membri u, fejn xieraq, partijiet terzi u pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 69 u l-Artikolu 71.

2.L-Aġenzija għandha tiżviluppa, tiskjera u topera sistema ta' informazzjoni kapaċi li tiskambja informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata ma’ dawk l-atturi, u li tiskambja d-data personali msemmija fl-Artikolu 80 u l-Artikolu 87 sa 91 f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 39 , mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2015/443 40 u r-[Regolament (KE) Nru 45/2001].

3.L-Aġenzija għandha tiskjera s-sistemi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fin-Netwerk ta’ Komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 kif xieraq.

4.B’rabta mar-ritorn, l-Aġenzija għandha tiżviluppa u topera sistema ċentrali tal-ġestjoni tar-ritorn biex tipproċessa l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Aġenzija biex tagħti assistenza operazzjonali f’konformità mal-Artikolu 49 ikkomunikata awtomatikament mis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, inkluża data dwar ir-ritorn operazzjonali.

Artikolu 16
Standards tekniċi għall-iskambju tal-informazzjoni

L-Aġenzija għandha tiżviluppa standards tekniċi:

(a)biex in-netwerk ta’ komunikazzjoni jkun interkonness man-netwerks nazzjonali użati għall-istabbiliment ta’ stampi tas-sitwazzjoni nazzjonali u ta’ sistemi ta’ informazzjoni rilevanti oħra għall-fini ta’ dan ir-Regolament;

(b)biex tiżviluppa u jingħaqdu sistemi ta’ skambju tal-informazzjoni rilevanti u applikazzjonijiet tas-softwer tal-Aġenzija u tal-Istati Membri għall-fini ta’ dan ir-Regolament;

(c)biex jixxandru l-istampi tas-sitwazzjoni u, meta adegwat, l-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi, u biex tiġi żgurata komunikazzjoni bejn l-unitajiet rilevanti u ċ-ċentri tal-awtoritajiet nazzjonali, u bit-timijiet mibgħuta mill-Aġenzija bl-użu ta’ diversi mezzi ta’ komunikazzjoni bħall-komunikazzjoni bis-satellita u bin-netwerks tar-radju;

(d)biex tirrapporta l-pożizzjoni tar-riżorsi proprji li jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-iżvilupp teknoloġiku tas-sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita stabbilita bil-programm Galileo skont ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 .

Artikolu 17
Assigurazzjoni tal-informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw permezz taċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni tagħhom li l-awtoritajiet nazzjonali, l-aġenziji u korpi oħra li jużaw in-netwerk ta’ komunikazzjoni u s-sistemi għall-iskambju ta’ informazzjoni tal-Aġenzija:

(a)ikollhom aċċess xieraq għas-sistemi u għan-netwerks rilevanti;

(b)jimplimentaw it-tagħrif tekniku msemmi fl-Artikolu 16;

(c)japplikaw regoli u standards ta’ sigurtà ekwivalenti bħal dawk applikati mill-Aġenzija biex tiġi ttrattata l-informazzjoni klassifikata;

(d)jiskambjaw, jipproċessaw u jaħżnu informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u klassifikata f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/443/UE.

Taqsima 3
EUROSUR

Artikolu 18
EUROSUR

Dan ir-Regolament jistabbilixxi lill-EUROSUR bħala qafas integrat għall-iskambju tal-informazzjoni u għall-kooperazzjoni fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta sabiex jitjieb l-għarfien tas-sitwazzjoni u sabiex tiżdied il-kapaċità ta’ reazzjoni għall-ġestjoni tal-fruntieri tal-Unjoni għall-fini tad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera u sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni u s-salvataġġ ta’ ħajjet il-migranti.

Artikolu 19
Kamp ta’ applikazzjoni tal-EUROSUR

(1)L-EUROSUR għandha tapplika għall-kontrolli tal-fruntieri f’punti ta’ qsim tal-fruntiera awtorizzati, u għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni fuq l-art, fil-baħar u fl-ajru, inklużi l-monitoraġġ, id-detezzjoni, l-identifikazzjoni, it-traċċar, il-prevenzjoni u l-interċettazzjoni tal-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri għall-fini tad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera, u sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni u s-salvataġġ ta’ ħajjet il-migranti.

(2)L-EUROSUR ma għandha tapplika għall-ebda miżura legali jew amministrattiva meħuda ġaladarba l-awtoritajiet responsabbli ta’ Stat Membru jkunu interċettaw attivitajiet kriminali transfruntiera jew qsim mhux awtorizzat minn persuni.

Artikolu 20
Komponenti tal-EUROSUR

(1)Għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-kooperazzjoni fil-qasam ta’ kontroll fuq il-fruntieri, l-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jużaw il-qafas tal-EUROSUR, li jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

(a)iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni;

(b)l-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali;

(c)l-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea inklużi taqsimiet mill-fruntieri esterni bil-livelli tal-impatt korrispondenti;

(d)l-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi;

(e)is-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR kif imsemmija fl-Artikolu 29;

(f)l-ippjanar integrat f’konformità mal-Artikolu 9 u l-Artikolu 67.

(2)Iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandhom jipprovdu lill-Aġenzija permezz tan-netwerk ta’ komunikazzjoni u tas-sistemi rilevanti b’informazzjoni, mill-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali tagħhom u adegwatament minn stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi, li hija meħtieġa għall-istabbiliment u ż-żamma tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea.

(3)L-Aġenzija għandha tagħti liċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni, permezz tan-netwerk ta’ komunikazzjoni, aċċess mingħajr limitu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa, għal stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi u għal stampi tas-sitwazzjoni Ewropea.

Artikolu 21
Ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni

(1)Kull Stat Membru għandu jaħtar, jopera u jżomm ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni, li għandu jikkoordina, u jiskambja informazzjoni fost l-awtoritajiet kollha responsabbli mill-kontroll tal-fruntiera esterna fuq livell nazzjonali, kif ukoll fost iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni l-oħrajn u l-Aġenzija. Kull Stat Membru għandu jinnotifika l-istabbiliment taċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, li għandha tinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Aġenzija dwar dan.

(2)Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 u fi ħdan il-qafas tal-EUROSUR, iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jkun il-punt ta’ kuntatt waħdieni għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-kooperazzjoni ma’ ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni oħrajn u mal-Aġenzija.

(3)Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu:

(a)jiżgura l-iskambju f’waqtu ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni f’waqtha bejn l-awtoritajiet nazzjonali kollha responsabbli mill-kontroll fil-fruntieri esterni, kif ukoll ma’ ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni oħrajn u mal-Aġenzija;

(b)jiżgura l-iskambju f’waqtu ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet ta’ tfittxija u salvataġġ, tal-infurzar tal-liġi, tal-ażil u tal-immigrazzjoni, u jġestixxi t-tixrid tal-informazzjoni rilevanti fil-livell nazzjonali;

(c)jikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva u effiċjenti tar-riżorsi u l-persunal;

(d)jistabbilixxi u jżomm l-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 26;

(e)jagħti appoġġ u jikkoordina l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kontroll tal-fruntiera nazzjonali;

(f)jikkoordina s-sistema ta’ kontroll tal-fruntiera nazzjonali, skont il-liġi nazzjonali;

(g)jikkontribwixxi biex regolarment ikejjel l-effetti tal-attivitajiet ta’ kontroll tal-fruntiera nazzjonali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament;

(h)jikkoordina miżuri operazzjonali ma’ Stati Membri oħrajn u ma’ pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Aġenzija u tal-Istati Membri l-oħra;

(i)jiskambja informazzjoni rilevanti mal-uffiċjal nazzjonali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni f’ħidmietu, bil-ħsieb li jikkontribwixxi għall-Istampa tas-Sitwazzjoni Ewropea u biex jappoġġa l-operazzjonijiet ta’ kontroll fil-fruntiera;

(j)jikkoordina l-aċċess u s-sigurtà tal-utent għal sistemi ta’ informazzjoni nazzjonali u tal-Aġenzija.

(4)Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jopera għal erbgħa u għoxrin siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.

Artikolu 22
Allokazzjoni ta’ kompiti lil awtoritajiet oħrajn fl-Istati Membri

(1)L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw lil awtoritajiet reġjonali, lokali, funzjonali jew lil awtoritajiet oħra li jkunu f’pożizzjoni li jieħdu deċiżjonijiet operazzjonali, filwaqt li jiżguraw l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-kapaċità ta’ reazzjoni fiż-żoni rispettivi ta’ kompetenza tagħhom, inklużi l-kompiti u l-kompetenzi msemmija fil-punti (c), (e) u (f) tal-Artikolu 21(3).

(2)Id-deċiżjoni tal-Istati Membri li jallokaw il-kompiti skont il-paragrafu 1 ma għandhiex taffettwa liċ-ċentru ta’ koordinazzjoni nazzjonali fil-kapaċità tiegħu li jikkoopera u jiskambja informazzjoni ma’ ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni oħrajn u mal-Aġenzija.

(3)F’każijiet predefiniti, kif determinati fil-livell nazzjonali, iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni jista’ jawtorizza lil awtorità msemmija fil-paragrafu 1 biex tikkomunika u tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali jew iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz bil-kundizzjoni li tali awtorità tinforma liċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni tiegħu stess regolarment dwar tali komunikazzjoni u skambju tal-informazzjoni.

Artikolu 23
Manwal tal-EUROSUR

(1)Il-Kummissjoni, assistita minn Kumitat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 117(2) għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija u ma’ kwalunkwe korp, uffiċċju jew aġenzija rilevanti oħra tal-Unjoni tadotta u tagħmel disponibbli manwal prattiku għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-EUROSUR (il-“Manwal”). Il-Manwal għandu jipprovdi linji gwida tekniċi u operazzjonali, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki, inkluż dwar il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terżi. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-Manwal fil-forma ta’ rakkomandazzjoni.

(2)Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-Aġenzija, li tikklassifika partijiet mill-Manwal bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED f’konformità mar-regoli mniżżla fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kummissjoni.

Artikolu 24
Monitoraġġ tal-EUROSUR

(1)L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri jkunu stabbiliti għall-monitoraġġ tal-funzjonament tekniku u operazzjonali tal-EUROSUR meta mqabbel mal-objettivi li jinkisbu għarfien tas-sitwazzjoni u kapaċità ta’ reazzjoni adegwati fil-fruntieri esterni.

(2)L-Aġenzija għandha timmonitorja b’mod kostanti l-kwalità tas-servizz offrut min-netwerk ta’ komunikazzjoni u l-kwalità tad-data kondiviża fil-istampa tas-sitwazzjoni tal-EUROSUR.

(3)L-Aġenzija għandha tittrażmetti l-informazzjoni dwar il-kontroll tal-kwalità lill-utenti rilevanti bħala parti mis-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR. Tali informazzjoni għandha tkun klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED


Taqsima 4
Għarfien tas-sitwazzjoni

Artikolu 25
Stampi tas-sitwazzjoni

(1)L-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali, l-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea u l-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi għandhom jinħolqu permezz tal-ġbir, l-evalwazzjoni, ir-relazzjoni, l-analiżi, l-interpretazzjoni, il-ġenerazzjoni, il-viżwalizzazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni.

L-istampi tas-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu mill-livelli li ġejjin:

(a)livell ta’ każijiet li jinkludi l-każijiet kollha relatati ma’ qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri, il-kriminalità transfruntiera, u d-detezzjoni ta’ movimenti sekondarji mhux awtorizzati;

(b)livell ta’ operazzjonijiet li jkun fih informazzjoni dwar operazzjonijiet inkluż il-pjan ta’ skjerament, iż-żona tal-operazzjoni, l-iskedi ta’ pattulji u l-kodiċi ta’ komunikazzjoni kif ukoll il-pożizzjoni, il-ħin, l-istatus u t-tip ta’ riżorsi li jipparteċipaw kif previst fil-pjan operazzjonali;

(c)livell ta’ analiżi li jkun fih informazzjoni analizzata li hija rilevanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u, b’mod partikolari biex jiġu attribwiti l-livelli tal-impatt għal taqsimiet mill-fruntieri esterni, inkluż immaġni u data ġeografika, żviluppi u indikaturi ewlenin, rapporti analitiċi, u informazzjoni rilevanti oħra ta’ appoġġ.

(2)L-istampi tas-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippermettu li jiġu identifikati u traċċati l-każijiet, l-operazzjonijiet u l-analiżi korrispondenti marbuta ma’ sitwazzjonijiet fejn ħajjet il-bniedem tkun f’riskju.

(3)Il-livell ta’ każijiet, ta’ operazzjonijiet u ta’ analiżi tal-istampi tas-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu strutturati bl-istess mod.

(4)Id-dettalji tal-livelli ta’ informazzjoni tal-istampi tas-sitwazzjoni u r-regoli għall-istabbiliment ta’ stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi għandhom jiġu stipulati f’att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 117(3).

L-att ta’ implimentazzjoni għandu jispeċifika t-tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi pprovduta, l-entitajiet responsabbli għall-ġbir, l-ipproċessar, l-arkivjar u t-trażmissjoni ta’ informazzjoni speċifika, id-dewmien massimu għar-rappurtar, ir-regoli dwar is-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data u l-mekkaniżmi tal-kontroll tal-kwalità relatati.

Artikolu 26
Stampa tas-sitwazzjoni nazzjonali

(1)Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jistabbilixxi u jżomm stampa tas-sitwazzjoni nazzjonali, sabiex jipprovdi lill-awtoritajiet kollha li huma responsabbli mill-kontroll tal-fruntieri b’informazzjoni effikaċi, preċiża u f’waqtha.

(2)L-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali għandha tkun magħmula minn informazzjoni miġbura mis-sorsi li ġejjin:

(a)is-sistema nazzjonali ta’ sorveljanza tal-fruntieri skont il-liġi nazzjonali;

(b)sensuri stazzjonarji u mobbli operati mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sorveljanza tal-fruntiera esterna;

(c)pattulji għas-sorveljanza tal-fruntieri u missjonijiet oħra ta’ monitoraġġ;

(d)ċentri ta’ koordinazzjoni lokali, reġjonali u oħrajn;

(e)awtoritajiet nazzjonali u sistemi rilevanti oħra, inklużi uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, ċentri operazzjonali u punti ta’ kuntatt;

(f)kontrolli fil-fruntiera;

(g)l-Aġenzija;

(h)ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni fi Stati Membri oħrajn;

(i)awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, abbażi ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali u netwerks reġjonali kif imsemmi fl-Artikolu 75;

(j)sistemi ta’ rappurtaġġ tal-bastimenti f’konformità mal-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom;

(k)organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali oħrajn rilevanti;

(l)sorsi oħrajn.

(3)Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jattribwixxi livell tal-impatt indikattiv wieħed, li jvarja minn wieħed “baxx” u “medju” sa “għoli” u "kritiku", għal kull inċident imdaħħal fil-livell tal-każijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali. L-inċidenti kollha għandhom ikunu kondiviżi mal-Aġenzija.

(4)Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni jista’ jiddeċiedi, fuq talba tal-awtorità nazzjonali responsabbli, li jirrestrinġi l-aċċess għal informazzjoni relatata ma’ assi militari abbażi tal-ħtieġa ta’ għarfien.

(5)Iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni tal-Istati Membri ġirien għandhom jaqsmu ma’ xulxin, direttament u kważi f’ħin reali, l-istampa tas-sitwazzjoni ta’ taqsimiet tal-fruntieri esterni ġirien, inkluż il-pożizzjonijiet, l-istatus u t-tip ta’ riżorsi proprji li qed joperaw fit-taqsimiet tal-fruntieri esterni ġirien.

Artikolu 27
Stampa tas-sitwazzjoni Ewropea

(1)L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm stampa tas-sitwazzjoni Ewropea sabiex liċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni u lill-Kummissjoni tipprovdilhom informazzjoni u analiżi effettivi, preċiżi u f’waqthom filwaqt li jitkoprew il-fruntieri esterni, iż-żona prefruntiera u l-movimenti sekondarji mhux awtorizzati.

(2)L-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea għandha tkun magħmula minn informazzjoni miġbura mis-sorsi li ġejjin:

(a)iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni, u l-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali, sa fejn meħtieġ minn dan l-Artikolu u l-informazzjoni u r-rapporti li jaslu minn uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni;

(b)l-Aġenzija, l-informazzjoni u r-rapporti pprovduti mill-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni tagħha skont l-Artikoli 32 u 77;

(c)delegazzjonijiet tal-Unjoni u missjonijiet u operazzjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni;

(d)korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 69;

(e)awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, abbażi ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali u netwerks reġjonali kif imsemmi fl-Artikolu 73, u arranġamenti ta’ ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 74(1);

(f)sorsi oħrajn.

(3)Il-livell ta’ każijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea għandu jinkludi informazzjoni relatata ma’:

(a)inċidenti u każijiet oħra li jinsabu fil-livell ta’ każijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali;

(b)inċidenti u każijiet oħra li jkunu jinsabu fl-istampa ta’ intelligence prefruntiera komuni;

(c)inċidenti fil-qasam operazzjonali ta’ operazzjoni konġunta jew ta’ intervent rapidu kkoordinat mill-Aġenzija, jew f’hotspot jew f’ċentru kkontrollat.

(4)Il-livell ta’ operazzjonijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea għandu jkun fih informazzjoni dwar l-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi kkoordinati mill-Aġenzija, u dwar hotspots u ċentri kkontrollati, inkluż l-istqarrija tal-missjoni, il-pożizzjoni, l-istatus, it-tul taż-żmien, l-informazzjoni dwar l-Istati Membri u l-atturi l-oħra involuti, ir-rapporti tas-sitwazzjoni ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa, id-data statistika u l-pakketti ta’ informazzjoni għall-midja;

(5)L-informazzjoni dwar ir-riżorsi proprji fil-livell ta’ operazzjonijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea għandha tiġi kklassifikata bħala RESTREINT UE/EU RESTRICTED skont il-każ.

(6)Fl-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea, l-Aġenzija għandha tqis il-livell tal-impatt li jkun ġie assenjat għal inċident speċifiku fl-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali miċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni u għal kull inċident fiż-żona prefruntiera, l-Aġenzija għandha tassenja livell ta’ impatt indikattiv wieħed u għandha tinforma liċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni.

Artikolu 28
Stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi

(1)L-Aġenzija u l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu u jżommu stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi sabiex jappoġġaw attivitajiet operazzjonali speċifiċi fil-fruntieri esterni jew biex jaqsmu informazzjoni ma’ partijiet terzi msemmija fl-Artikolu 69 jew ma’ pajjiżi terzi kif previst fl-Artikolu 76, jew mat-tnejn li huma.

(2)L-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi għandhom ikunu magħmula minn subsett ta’ informazzjoni tal-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali u Ewropea.

(3)Il-modalitajiet għall-istabbiliment u l-qsim tal-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi għandhom jiġu deskritti fil-pjan operazzjonali għall-attivitajiet operazzjonali kkonċernati u fil-ftehim bilaterali jew multilaterali meta l-istampa tas-sitwazzjoni speċifika tiġi stabbilita fil-qafas ta’ kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi.

Artikolu 29
Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR

(1)L-Aġenzija għandha tikkoordina s-Servizzi ta’ Fużjoni tal-Eurosur sabiex tforni liċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni, lill-Kummissjoni u lilha nnifisha b’informazzjoni dwar il-fruntieri esterni u dwar iż-żona prefruntiera fuq bażi regolari, affidabbli u kosteffettiva.

(2)L-Aġenzija, fuq talba tagħha, għandha tipprovdi liċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni b’informazzjoni dwar il-fruntieri esterni tal-Istat Membru li jkun għamel it-talba u dwar iż-żona prefruntiera li tista’ tittieħed minn:

(a)monitoraġġ selettiv ta’ portijiet u kosti ta’ pajjiż terz magħżula li jkunu ġew identifikati permezz tal-analiżi tar-riskju u informazzjoni bħala punti ta’ imbarkazzjoni jew ta’ tranżitu għal bastimenti jew mezzi oħra li jintużaw għal immigrazzjoni illegali jew il-kriminalità transfruntiera;

(b)traċċar ta’ bastimenti jew mezzi oħra fl-ibħra miftuħa li jkunu ssuspettati jew li jkunu ġew identifikati bħala li jkunu qed jintużaw għall-immigrazzjoni illegali jew kriminalità transfruntiera;

(c)monitoraġġ ta’ żoni magħżula fil-qasam marittimu sabiex jiġu skoperti, identifikati u traċċati bastimenti u mezzi oħra li jkunu qed jintużaw jew li jkunu ssuspettati li jkunu qed jintużaw għall-immigrazzjoni illegali jew għall-kriminalità transfruntiera;

(d)valutazzjoni ambjentali ta’ żoni magħżula fil-qasam marittimu u fil-fruntieri esterni fuq l-art u tal-ajru sabiex jitjiebu kemm jista’ jkun l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ pattulji;

(e)monitoraġġ selettiv ta’ żoni prefruntiera magħżula fil-fruntieri esterni, li jkunu ġew identifikati permezz tal-analiżi tar-riskju u informazzjoni bħala żoni ta’ tluq jew ta’ tranżitu potenzjali għall-immigrazzjoni illegali jew il-kriminalità transfruntiera;

(f)il-monitoraġġ tal-flussi migratorji lejn u fl-Unjoni;

(g)il-monitoraġġ tal-midja, l-intelligence minn sorsi miftuħa u l-analiżi ta’ attivitajiet tal-internet f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 għall-prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali jew tal-kriminalità transfruntiera;

(h)analiżi ta’ sistemi ta’ informazzjoni fuq skala kbira bil-għan li jiġu skoperti rotot u metodi li jinbidlu użati għall-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera.

(3)L-Aġenzija tista’ tirrifjuta talba minn ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għal raġunijiet tekniċi, finanzjarji jew operazzjonali. L-Aġenzija għandha tinnotifika fi żmien debitu liċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni bir-raġunijiet għal tali rifjut.

(4)L-Aġenzija tista’ tagħmel użu mill-għodod ta’ sorveljanza msemmija fil-paragrafu 2 fuq l-inizjattiva tagħha stess, biex tiġbor informazzjoni li tkun rilevanti għall-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea.


Taqsima 5
ANALIŻI TAR-RISKJU

Artikolu 30
Analiżi tar-riskju

1.L-Aġenzija għandha timmonitorja l-flussi migratorji lejn u fi ħdan l-Unjoni, xejriet u sfidi oħra possibbli fil-fruntieri esterni tal-Unjoni u li għandhom x’jaqsmu mar-ritorn. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha, permezz ta’ deċiżjoni tal-bord maniġerjali bbażata fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, tistabbilixxi mudell ta’ analiżi tar-riskju komuni u integrat, li għandu jiġi applikat mill-Aġenzija u mill-Istati Membri. Il-mudell integrat komuni għall-analiżi tar-riskju għandu jiġi aġġornat abbażi tal-eżitu tal-evalwazzjoni taċ-ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fl-Artikolu 8(7). L-Aġenzija għandha wkoll twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà skont l-Artikolu 33.

2.L-Aġenzija għandha tħejji analiżi tar-riskju ġenerali li għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 91, u analiżi tar-riskju mfassla apposta għal attivitajiet operazzjonali. Kull sentejn, l-Aġenzija għandha tħejji u tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni analiżi tar-riskju strateġika għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri li għandha titqies fit-tħejjija taċ-ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri.

3.L-analiżi tar-riskju msemmija fil-paragrafu 2 imħejjija mill-Aġenzija għandha tkopri l-aspetti kollha rilevanti għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri bil-ħsieb li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta’ twissija minn qabel.

4.L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-sitwazzjoni, ix-xejriet u t-theddid possibbli fil-fruntieri esterni u fil-qasam tar-ritorn. L-Istati Membri għandhom regolarment, jew fuq talba tal-Aġenzija, jipprovdulha l-informazzjoni kollha rilevanti bħal data statistika u operazzjonali miġbura b’rabta mal-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen kif ukoll informazzjoni mil-livell tal-analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali kif previst fl-Artikolu 26.

5.Ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju għandhom jiġu ppreżentati, fil-ħin u b’mod preċiż, lill-bord maniġerjali.

6.L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju meta jippjanaw l-operazzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom fil-fruntieri esterni u l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tar-ritorn.

7.L-Aġenzija għandha tinkorpora r-riżultati ta’ mudell ta’ analiżi ta’ riskju komuni u integrat fl-iżvilupp ta’ kurrikuli bażiċi komuni tagħha għat-taħriġ tal-gwardji tal-fruntieri u tal-persunal involut f’kompiti relatati mar-ritorn.


Taqsima 6
Prevenzjoni u rispons

Artikolu 31
Determinazzjoni tat-taqsimiet tal-fruntieri esterni

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jaqsam il-fruntieri esterni tiegħu tal-art u tal-baħar, u jekk relevanti l-fruntieri tal-ajru, f’taqsimiet tal-fruntiera u għandu jinnotifikahom lill-Aġenzija.

Kull bidla fit-taqsimiet tal-fruntiera minn Stat Membru għandha tiġi kkoordinata mal-Aġenzija sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-analiżi tar-riskji mill-Aġenzija.

Artikolu 32
Uffiċjali ta’ kollegament tal-Aġenzija fl-Istati Membri

1.L-Aġenzija għandha tiżgura monitoraġġ regolari tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tar-ritorn tal-Istati Membri kollha permezz ta’ uffiċjali ta’ kollegament tal-Aġenzija fl-Istati Membri.

L-Aġenzija tista’ tiddeċiedi li uffiċjal ta’ kollegament ikopri sa erba’ Stati Membri li qegħdin ġeografikament qrib xulxin.

2.Id-direttur eżekuttiv għandu jaħtar esperti mill-persunal statutorju tal-Aġenzija biex jintbagħtu bħala uffiċjali ta’ kollegament. Id-direttur eżekuttiv għandu, skont analiżi tar-riskju u f’konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati jagħmel proposta fuq in-natura u t-termini tal-iskjerament, l-Istat Membru jew reġjun li fih jista’ jintbagħat l-uffiċjal ta’ kollegament u l-kompiti possibbli mhux koperti mill-paragrafu 3. Il-proposta mid-direttur eżekuttiv għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-bord maniġerjali. Id-direttur eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat bil-ħatra u jistabbilixxi, flimkien mal-Istat Membru, il-post tal-iskjerament.

3.L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jaġixxu f’isem l-Aġenzija u r-rwol tagħhom għandu jkun li jrawmu kooperazzjoni u djalogu bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli mill-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri. L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom, b’mod partikolari:

(a)jaġixxu bħala kollegament bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri;

(b)jappoġġaw il-ġbir ta’ informazzjoni meħtieġ mill-Aġenzija għall-monitoraġġ tal-immigrazzjoni illegali u l-analiżi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 30;

(c)jappoġġaw il-ġbir tal-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 33 u kif meħtieġ mill-Aġenzija sabiex titwettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà;

(d)jimmonitorjaw il-miżuri meħuda mill-Istat Membru f’taqsimiet tal-fruntiera li jkunu ġew attribwiti livell ta’ impatt għoli jew kritiku skont l-Artikolu 35;

(e)jagħtu kontribut fil-promozzjoni tal-applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tar-ritorn, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali;

(f)fejn possibbli jassistu lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom dwar il-ġestjoni tal-fruntieri;

(g)jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn l-Istat Membru u l-Aġenzija, jaqsmu informazzjoni rilevanti mill-Aġenzija mal-Istat Membru, inkluża informazzjoni dwar operazzjonijiet li jkunu għaddejjin;

(h)regolarment jagħtu rendikont lid-direttur eżekuttiv dwar is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni u l-kapaċità tal-Istat Membru konċernat li jittratta b’mod effettiv is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni; jagħtu rendikont ukoll dwar operazzjonijiet ta’ ritorn li jitwettqu lejn pajjiżi terzi rilevanti;

(i)jimmonitorjaw il-miżuri meħuda mill-Istat Membru fir-rigward ta’ sitwazzjoni li tkun teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 43;

(j)jimonitorjaw il-miżuri meħuda mill-Istat Membru fir-rigward tar-ritorn u jappoġġaw il-ġbir tal-informazzjoni li huwa meħtieġ mill-Aġenzija biex twettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 49.

4.Jekk ir-rapporti tal-uffiċjal ta’ kollegament imsemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 3 iqajmu tħassib dwar wieħed jew aktar mill-aspetti rilevanti għall-Istat Membru kkonċernat, dan tal-aħħar jiġi infurmat bla dewmien mid-direttur eżekuttiv.

5.Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-uffiċjal ta’ kollegament għandu, f’konformità mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni dwar is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data:

(a)jirċievi informazzjoni miċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni u mill-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 26;

(b)iżomm kuntatti regolari mal-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli mill-ġestjoni tal-fruntieri u tar-ritorn, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri, filwaqt li jżomm informat punt ta’ kuntatt maħtur mill-Istat Membru kkonċernat.

6.Ir-rapport tal-uffiċjal ta’ kollegament għandu jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà hekk kif imsemmi fl-Artikolu 33. Ir-rapport għandu jiġi trażmess lill-Istat Membru kkonċernat.

7.Fit-twettiq ta’ dmirijiethom, l-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jieħdu biss struzzjonijiet mill-Aġenzija.

Artikolu 33
Valutazzjoni tal-vulnerabbiltà

1.L-Aġenzija għandha, permezz ta’ deċiżjoni tal-bord maniġerjali, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, tistabbilixxi metodoloġija komuni ta’ valutazzjoni tal-vulnerabbiltà. Din il-metodoloġija għandha tinkludi kriterji oġġettivi li bihom l-Aġenzija għandha twettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, il-frekwenza tat-tali valuazzjonijiet, kif valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà konsekuttivi għandhom jitwettqu u l-modalitajiet għal sistema effettiva biex l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tinżamm taħt monitoraġġ.

2.L-Aġenzija għandha timmonitorja u tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir tekniku, sistemi, kapaċitajiet, riżorsi, infrastruttura, persunal ikkwalifikat u mħarreġ b’mod adegwat tal-Istati Membri meħtieġa għall-kontroll fuq il-fruntieri kif definit fl-Artikolu 3(1)(a). F’dan il-kuntest, l-Aġenzija għandha tivvaluta l-pjanijiet għall-iżvilupp tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 67(4) fir-rigward tal-fattibilità u tal-implimentazzjoni tagħhom. Bħala ppjanar għall-futur hija għandha tagħmel hekk bħala miżura preventiva fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju mħejjija skont l-Artikolu 30(2). L-Aġenzija għandha twettaq dan il-monitoraġġ u l-valutazzjoni mill-anqas darba fis-sena, ħlief jekk id-direttur eżekuttiv, fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet tar-riskju jew valutazzjoni tal-vulnerabbiltà preċedenti, jiddeċiedi mod ieħor.

3.Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 9 u 67, l-Istati Membri għandhom fuq talba tal-Aġenzija jipprovdu informazzjoni rigward it-tagħmir tekniku, il-persunal u sa fejn huwa possibbli r-riżorsi finanzjarji disponibbli fil-livell nazzjonali biex iwettqu l-kontroll tal-fruntieri. L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu informazzjoni dwar il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom dwar il-ġestjoni tal-fruntieri fuq talba tal-Aġenzija.

4.L-għan tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà huwa li l-Aġenzija tivvaluta l-kapaċità u l-prontezza tal-Istati Membri biex jiffaċċjaw l-isfidi li ġejjin, inklużi t-theddid u l-isfidi attwali u futuri fil-fruntieri esterni; li tidentifika, speċjalment għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw sfidi speċifiċi u sproporzjonati, il-konsegwenzi immedjati possibbli fil-fruntieri esterni u l-konsegwenzi ta’ wara għall-funzjonament taż-żona Schengen; u biex tiġi vvalutata l-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u għall-Ġabra ta’ Tagħmir Tekniku, inkluża l-Ġabra ta’ Tagħmir għal Reazzjoni Rapida. Din il-valutazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen.

5.Fil-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, l-Aġenzija għandha tqis il-kapaċità tal-Istati Membri li jitwettqu l-kompiti kollha tal-ġestjoni tal-fruntieri, inkluża l-kapaċità tagħhom li jittrattaw il-wasla potenzjali ta’ għadd kbir ta’ persuni fuq it-territorju tagħhom.

6.Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandhom jiġu ppreżentati lill-Istati Membri kkonċernati. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jikkummenta dwar din il-valutazzjoni.

7.Meta meħtieġ, id-direttur eżekuttiv għandu, f’konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, jagħmel rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru kkonċernat u l-limitu ta’ żmien sa meta dawn il-miżuri għandhom jiġu implimentati. Id-direttur eżekuttiv għandu jistieden lill-Istati Membri konċernati biex jieħdu l-miżuri meħtieġa abbażi ta’ pjan ta’ azzjoni żviluppat mill-Istat Membru f’konsultazzjoni mad-direttur eżekuttiv.

8.Id-direttur eżekuttiv għandu jirrakkomanda miżuri lill-Istati Membri abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija, il-kummenti tal-Istat Membru kkonċernat u r-riżultati tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen.

Jenħtieġ li l-miżuri jkollhom l-għan li jeliminaw il-vulnerabbiltajiet identifikati fil-valutazzjoni sabiex l-Istati Membri jżidu l-preparazzjoni tagħhom biex jiffaċċjaw l-isfidi li ġejjin billi jsaħħu jew itejbu l-kapaċitajiet, it-tagħmir tekniku, is-sistemi, ir-riżorsi u l-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom.

9.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet permezz ta’ rapporti regolari ppreżentati mill-Istati Membri bbażati fuq il-pjanijiet ta’ azzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

F’każ ta’ riskju ta’ dewmien fl-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjoni minn Stat Membru fiż-żmien stipulat, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma immedjatament lill-membru tal-Bord Maniġerjali mill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni, u jistaqsi lill-awtoritajiet rilevanti ta’ dan l-Istat Membru dwar ir-raġunijiet għad-dewmien, u joffri appoġġ mill-Aġenzija biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-miżura.

10.Meta Stat Membru ma jimplimentax il-miżuri meħtieġa tar-rakkomandazzjoni sal-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, id-direttur eżekuttiv għandu jirreferi l-kwistjoni lill-bord maniġerjali u jinnotifika lill-Kummissjoni. Il-bord maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni fuq proposta tad-direttur eżekuttiv li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru kkonċernat u l-limitu ta’ żmien li fih għandhom jiġu implimentati dawn il-miżuri. Id-deċiżjoni tal-bord maniġerjali għandha tkun vinkolanti fuq l-Istat Membru. Jekk l-Istat Membru ma jimplimentax il-miżuri sal-limitu ta’ żmien previst f’din id-deċiżjoni, il-bord maniġerjali għandu jinnotifika lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u skont l-Artikolu 43 tista’ tittieħed azzjoni ulterjuri.

11.F’konformità mal-Artikolu 91 ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandhom jintbagħtu fuq bażi regolari, u mill-inqas darba f’sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 34
Sinerġiji bejn il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen

1.Is-sinerġiji bejn il-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 għandhom jiġu massimizzati sabiex tiġi stabbilita stampa tas-sitwazzjoni mtejba dwar il-funzjonament taż-żona Schengen, sabiex tiġi evitata, sa fejn possibbli, id-duplikazzjoni tal-isforzi min-naħa tal-Istati Membri, u sabiex jiġi żgurat użu ikkoordinat aħjar tal-istrumenti finanzjarji rilevanti tal-Unjoni li jappoġġaw il-ġestjoni tal-fruntieri esterni.

2.Għall-fini msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa biex jaqsmu ma’ xulxin b’mod regolari, sigur u f’waqtu, l-informazzjoni kollha relatata mar-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri. Il-mekkaniżmu ta’ skambju għandu jkopri r-rapporti tal-valutazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà u taż-żjarat ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen, rakkomandazzjonijiet sussegwenti, pjanijiet ta’ azzjoni u kull aġġornament dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni pprovduti mill-Istati Membri.

3.L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikopru r-riżultati tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen fil-qasam tar-ritorn sabiex jiġi żgurat li l-Aġenzija tkun konxja min-nuqqasijiet identifikati sabiex tkun tista’ tipproponi miżuri xierqa biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri kkonċernati f’dan ir-rigward.

Artikolu 35
Attribuzzjoni tal-livelli tal-impatt għal taqsimiet tal-fruntiera esterna

1.Fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju u tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà tal-Aġenzija u fi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, l-Aġenzija għandha tattribwixxi l-livelli tal-impatt li ġejjin, jekk rilevanti, għal kull waħda mit-taqsimiet tal-fruntiera esterna fuq l-art, fil-baħar u fl-ajru jekk rilevanti, tal-Istati Membri, jew tbiddel dawn il-livelli:

(a)livell tal-impatt baxx fejn l-inċidenti relatati mal-immigrazzjoni illegali jew mal-kriminalità transfruntiera li jseħħu fit-taqsima tal-fruntiera rilevanti jkollhom impatt insinifikanti fuq is-sigurtà tal-fruntiera;

(b)livell tal-impatt medju fejn l-inċidenti relatati mal-immigrazzjoni illegali jew il-kriminalità tranfruntiera li jseħħu fitaqsima tal-fruntiera rilevanti jkollhom impatt moderat fuq is-sigurtà tal-fruntiera;

(c)livell tal-impatt għoli fejn l-inċidenti relatati mal-immigrazzjoni illegali jew il-kriminalità transfruntiera li sseħħ fit-taqsima tal-fruntiera rilevanti jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sigurtà tal-fruntiera;

(d)livell tal-impatt kritiku fejn l-inċidenti relatati mal-immigrazzjoni illegali jew il-kriminalità transfruntiera li jseħħu fit-taqsima tal-fruntiera rilevanti jkollhom impatt deċisiv fuq is-sigurtà tal-fruntiera sal-punt li jipperikolaw il-funzjonament taż-Żona Schengen;

2.Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jwettaq kostantement valutazzjoni biex jara jkunx hemm ħtieġa li jinbidel il-livell tal-impatt ta’ kwalunkwe taqsima tal-fruntiera billi tittieħed inkonsiderazzjoni l-informazzjoni li tinsab fl-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali u l-Aġenzija tiġi mgħarrfa skont il-każ.

3.L-Aġenzija għandha tivviżwalizza l-livelli tal-impatt attribwiti lill-fruntieri esterni fl-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea.

Artikolu 36
Reazzjoni li tikkorrispondi għal-livelli tal-impatt

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet ta’ kontroll tal-fruntieri li jitwettqu fit-taqsimiet tal-fruntieri esterni jkunu jikkorrispondu mal-livelli tal-impatt attribwiti bil-mod segwenti:

(a)meta jiġi attribwit livell tal-impatt baxx lil taqsima tal-fruntiera esterna, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntiera esterna għandhom jorganizzaw kontroll regolari fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju u jiżguraw li jkunu qed jinżammu biżżejjed persunal u riżorsi fiż-żona tal-fruntiera lesti għat-traċċar, l-identifikazzjoni u l-interċettazzjoni;

(b)meta jiġi attribwit livell tal-impatt medju lil taqsima tal-fruntiera esterna, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntiera esterna għandhom, flimkien mal-miżuri meħuda taħt punt (a), jiżguraw li qed jittieħdu miżuri adatti ta’ kontroll f’dik it-taqsima tal-fruntiera. Meta jittieħdu tali miżuri ta’ kontroll, iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jiġi notifikat skont il-każ. Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jikkoordina kull appoġġ mogħti f’konformità mal-Artikolu 21(3);

(c)meta jiġi attribwit livell tal-impatt għoli lil taqsima tal-fruntiera esterna, l-Istat Membru kkonċernat għandu, flimkien mal-miżuri meħuda taħt punt (b), jiżgura, permezz taċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni, li l-awtoritajiet nazzjonali li joperaw f’dik it-taqsima tal-fruntiera jingħataw l-appoġġ meħtieġ u li jittieħdu miżuri ta’ kontroll imsaħħa. Dan l-Istat Membru jista’ jitlob appoġġ mill-Aġenzija soġġett għall-kundizzjonijiet għat-tnedija ta’ operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntieri, kif stabbiliti fl-Artikolu 37.

(d)meta jiġi attribwit livell ta’ impatt kritiku għal taqsima tal-fruntiera esterna, l-Aġenzija għandha tinnotifikah lill-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat u l-Aġenzija għandhom, apparti l-miżuri meħuda skont il-punt (c), jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni maħruġa mid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija skont l-Artikolu 42.

2.Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jinforma regolarment lill-Aġenzija dwar il-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali skont il-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1.

3.Meta jiġi attribwit livell tal-impatt medju, għoli jew kritiku lil taqsima tal-fruntiera esterna li tkun tinsab maġenb it-taqsima tal-fruntiera ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz li miegħu hemm ftehimiet jew netwerks reġjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 73 u fl-Artikolu 74, iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jikkuntattja liċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni tal-Istat Membru jew lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ġar u flimkien mal-Aġenzija għandu jipprova jikkoordina l-miżuri transfruntiera meħtieġa.

4.L-Aġenzija għandha tevalwa, flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, l-attribuzzjoni tal-livelli tal-impatt u l-miżuri korrispondenti meħuda fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. Din l-evalwazzjoni għandha tikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà mill-Aġenzija skont l-Artikolu 33.


Taqsima 7
Azzjoni mill-Aġenzija fil-fruntieri esterni

Artikolu 37
Azzjonijiet mill-Aġenzija fil-fruntieri esterni

1.Stat Membru jista’ jitlob l-assistenza tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-obbligi tiegħu fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni. L-Aġenzija għandha twettaq ukoll miżuri f’konformità mal-Artikolu 42 u mal-Artikolu 43.

2.L-Aġenzija għandha torganizza l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa għall-Istat Membru ospitanti u tista’, filwaqt li taġixxi skont il-liġi tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali rilevanti, inkluż il-prinċipju tan-non-refoulement, tieħu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a)tikkoordina operazzjonijiet konġunti għal Stat Membru wieħed jew aktar u tistazzjona l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u tuża t-tagħmir tekniku;

(b)torganizza interventi rapidi fil-fruntieri u tistazzjona l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u tuża t-tagħmir tekniku;

(c)tikkoordina l-attivitajiet għal Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inklużi operazzjonijiet konġunti ma’ pajjiżi terzi;

(d)tiskjera l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, fost l-oħrajn f’żoni hotspot jew f’ċentri kkontrollati, inkluż jekk ikun meħtieġ biex tingħata assistenza teknika u operazzjonali f’attivitajiet ta’ ritorn;

(e)fil-qafas tal-operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu u f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 656/2014 u d-dritt internazzjonali, tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi, biex jiġu appoġġati operazzjonijiet ta’ tfittix u salvataġġ għal persuni li jinsabu f’diffikultà fuq il-baħar, li jistgħu jseħħu waqt operazzjonijiet ta’ sorveljanza fuq il-baħar;

(f)tagħti trattament prijoritarju lis-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR.

3.L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 mill-baġit tagħha skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

4.Jekk l-Aġenzija jkollha bżonn ta’ aktar finanzi minħabba sitwazzjoni fil-fruntieri esterni, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 38
Bidu ta’ operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntieri esterni

1.Stat Membru jista’ jitlob li l-Aġenzija tniedi operazzjonijiet konġunti biex jiffaċċja l-isfidi li jkunu ġejjin, inkluż l-immigrazzjoni irregolari, it-theddid fil-preżent jew fil-futur fil-fruntieri esterni tiegħu jew il-kriminalità transfruntiera, jew biex hija tipprovdi aktar assistenza teknika u operazzjonali meta dan jimplimenta l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-kontroll fil-fruntieri esterni.

2.Fuq talba ta’ Stat Membru li jkun qiegħed jiffaċċja sitwazzjoni ta’ sfidi speċifiċi u sproporzjonati, speċjalment il-wasla f’punti tal-fruntieri esterni ta’ għadd kbir ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jippruvaw jidħlu fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru mingħajr awtorizzazzjoni, l-Aġenzija tista’ tuża intervent rapidu fil-fruntieri għal perjodu limitat ta’ żmien fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru ospitanti.

3.Id-direttur eżekuttiv għandu jevalwa, japprova u jikkoordina proposti għal operazzjonijiet konġunti li jsiru minn Stati Membri. Operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera għandhom ikunu preċeduti minn analiżi tar-riskju bir-reqqa, affidabbli u aġġornata, biex b’hekk l-Aġenzija tkun tista’ tistabbilixxi ordni ta’ prijorità għall-operazzjonijiet konġunti proposti u għall-interventi rapidi fil-fruntieri, filwaqt li jittieħed inkonsiderazzjoni l-impatt fuq it-taqsimiet tal-fruntiera esterni skont l-Artikolu 35 u d-disponibbiltà tar-riżorsi.

4.L-objettivi ta’ operazzjoni konġunta jew ta’ intervent rapidu fil-fruntieri jistgħu jintlaħqu bħala parti minn operazzjoni b’diversi skopijiet. Dawn l-operazzjonijiet jistgħu jinvolvu funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta u l-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera, inkluża l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali jew it-traffikar tal-bnedmin, u l-ġestjoni tal-migrazzjoni inklużi l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, il-ġbir ta’ informazzjoni u r-ritorn.

Artikolu 39
Pjan operazzjonali għall-operazzjonijiet konġunti

1.Bi tħejjija għal operazzjoni konġunta, id-direttur eżekuttiv, b’kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti, għandu jfassal lista ta’ tagħmir tekniku u tal-persunal meħtieġ filwaqt li jqis ir-riżorsi disponibbli tal-Istat Membru ospitanti. Abbażi ta’ dawn l-elementi, l-Aġenzija għandha tiddefinixxi pakkett ta’ tisħiħ tekniku u operazzjonali kif ukoll l-attivitajiet ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet li għandhom jiġu inklużi fil-pjan operazzjonali.

2.Id-direttur eżekuttiv għandu jfassal pjan operazzjonali għall-operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni. Id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri parteċipanti, għandhom jaqblu dwar il-pjan operazzjonali li jispjega l-aspetti organizzattivi u proċedurali tal-operazzjoni konġunta.

3.Il-pjan operazzjonali għandu jorbot lill-Aġenzija, l-Istat Membru ospitanti u l-Istati Membri parteċipanti. Għandu jkopri l-aspetti kollha li jitqiesu meħtieġa għat-twettiq tal-operazzjoni konġunta, inklużi dawn li ġejjin:

(a)deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, bil-modus operandi u l-objettivi tal-iskjerament, inkluż l-għan operazzjonali;

(b)it-tul tal-operazzjoni konġunta prevedibbli;

(c)iż-żona ġeografika fejn se sseħħ l-operazzjoni konġunta;

(d)deskrizzjoni tal-kompiti, tar-responsabbiltajiet, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, u tal-istruzzjonijiet speċjali għat-timijiet, inkluż dwar il-konsultazzjoni permessa ta’ bażijiet ta’ data u l-armi tas-servizz, il-munizzjon u t-tagħmir permessi fl-Istat Membru ospitanti;

(e)il-konfigurazzjoni tat-timijiet, kif ukoll l-istazzjonar ta’ persunal relevanti ieħor;

(f)    dispożizzjonijiet ta’ kmand u kontroll, inklużi l-ismijiet u l-gradi tal-gwardji tal-fruntieri tal-Istat Membru ospitanti responsabbli mill-kooperazzjoni mal-membri tat-timijiet u l-Aġenzija, b’mod partikolari l-ismijiet u l-gradi ta’ dawk il-gwardji tal-fruntieri li għandhom il-kmand waqt il-perjodu tal-istazzjonar, u post il-membri tat-timijiet fil-katina tal-kmand;

(g)it-tagħmir tekniku li se jintuża matul l-operazzjoni konġunta, inkluż ir-rekwiżiti speċifiċi bħal pereżempju l-kundizzjonijiet għall-użu, l-ekwipaġġ meħtieġ, it-trasport u loġistika oħra, u dispożizzjonijiet finanzjarji;

(h)dispożizzjonijiet dettaljati dwar ir-rapportar ta’ inċidenti mmedjati mill-Aġenzija lill-bord maniġerjali u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti;

(i)skema ta’ rapportar u evalwazzjoni li jkollha punti ta’ riferiment għar-rapport ta’ evalwazzjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u d-data finali għas-sottomissjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni finali;

(j)dwar operazzjonijiet fuq il-baħar, informazzjoni speċifika dwar l-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni u l-leġislazzjoni rilevanti fiż-żona ġeografika fejn issir l-operazzjoni konġunta, inklużi referenzi għal-liġi nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni fir-rigward tal-interċettazzjoni, is-salvataġġ fuq il-baħar u l-iżbark. F’dan ir-rigward il-pjan operazzjonali għandu jiġi stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 656/2014;

(k)it-termini ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, korpi, uffiċċji u aġenziji, oħra tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(l)proċeduri li bihom persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, vittmi tat-traffikar ta’ bnedmin, minorenni mhux akkumpanjati u persuni f’sitwazzjoni vulnerabbli jiġu ggwidati lejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal assistenza xierqa;

(m)il-proċeduri li jistabbilixxu mekkaniżmu biex jirċievu u jittrażmettu lill-Aġenzija lment kontra kull persuna li tipparteċipa f’operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntieri, inkluż gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor tal-Istat Membru ospitanti u l-membri tat-timijiet b’allegat ksur tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tagħhom f’operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntieri;

(n)arranġamenti loġistiċi inkluż l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent taż-żoni li fiha hija prevista li sseħħ l-operazzjoni konġunta.

4.Għal kwalunkwe emenda jew adattament għall-pjan operazzjonali għandu jkun hemm ftehim bejn id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri parteċipanti. L-Aġenzija għandha tibgħat minnufih kopja tal-pjan operazzjonali emendat jew adattat lill-Istati Membri parteċipanti.

Artikolu 40
Proċedura għat-tnedija ta’ intervent rapidu fil-fruntieri

1.Talba minn Stat Membru biex jitnieda intervent rapidu fil-fruntieri għandha tinkludi deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, il-miri possibbli u l-ħtiġijiet previsti. Jekk ikun meħtieġ, id-direttur eżekuttiv jista’ jibgħat immedjatament esperti mill-Aġenzija biex jivvalutaw is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni tal-Istat Membru kkonċernat.

2.Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma minnufih lill-bord maniġerjali dwar talba ta’ Stat Membru biex jitnieda intervent rapidu fil-fruntieri.

3.Meta jiddeċiedi dwar it-talba ta’ Stat Membru, id-direttur eżekuttiv għandu jikkunsidra r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Aġenzija u l-livell ta’ analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea kif ukoll ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà msemmija fl-Artikolu 33, u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti pprovduta mill-Istat Membru kkonċernat jew minn Stat Membru ieħor.

4.Id-direttur eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar it-talba għat-tnedija ta’ intervent rapidu fil-fruntieri fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba. Id-direttur eżekuttiv għandu fl-istess ħin javża lill-Istat Membru kkonċernat u lill-bord maniġerjali bil-miktub dwar id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tagħti r-raġunijiet ewlenin li tkun ġiet ibbażata fuqhom. Huwa għandu jivvaluta minnufih il-possibbiltajiet ta’ riallokazzjoni ta’ membri tat-tim disponibbli fil-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, b’mod partikolari l-persunal statutorju tal-Aġenzija, preżenti f’żona ta’ operazzjonijiet oħra.

5.Jekk id-direttur eżekuttiv jiddeċiedi li jniedi intervent rapidu fil-fruntieri, huwa jew hija għandu jistazzjona / għandha tistazzjona t-timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri disponibbli mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, u juża / tuża l-ġabra ta’ tagħmir tekniku f’konformità mal-Artikolu 64, u fejn meħtieġ, huwa jew hija għandu jiddeċiedi / għandha tiddeċiedi dwar it-tisħiħ immedjat minn wieħed mit-timijiet, jew aktar, tal-ġestjoni tal-fruntieri, skont l-Artikolu 58.

6.Id-direttur eżekuttiv flimkien mal-Istat Membru ospitanti għandu jfassal immedjatament pjan operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 39(3) u, f'kull każ, sa mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol mid-data tad-deċiżjoni.

7.Hekk kif jintlaħaq ftehim dwar il-pjan operazzjonali u jingħata lill-Istati Membri, id-direttur eżekuttiv għandu jordna biex minnufih jiġi skjerat il-persunal operazzjonali disponibbli permezz ta’ tqassim mill-ġdid minn żoni ta’ operazzjonijiet oħra jew minn dmirijiet oħra.

8.B’mod parallel mal-iskjerament imsemmi fil-paragrafu 7, u fejn meħtieġ biex jiġi żgurat it-tisħiħ immedjat tat-timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri li tqassmu mill-ġdid minn żoni jew minn dmirijiet oħra, id-direttur eżekuttiv għandu jitlob mingħand kull Stat Membru l-għadd u l-profili tal-persunal addizzjonali li jkunu se jiġu skjerati addizzjonalment minn fuq il-listi nazzjonali tagħhom għal skjerament ta’ terminu qasir kif imsemmi fl-Artikolu 58. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, bil-miktub lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali u għandha tindika d-data li fiha jrid iseħħ l-iskjerament. Kopja tal-pjan operazzjonali għandha tiġi pprovduta wkoll lilhom.

9.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għadd u l-profili tal-persunal operazzjonali jkunu immedjatament disponibbli għall-Aġenzija biex jiġi ggarantit skjerament komplut f’konformità mal-Artikolu 58(5) u (7).

10.L-iskjerament tal-ewwel timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri li jitqassmu minn żoni u minn dmirijiet oħra għandu jsir sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara d-data li fiha l-pjan operazzjonali jiġi miftiehem bejn id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti. L-istazzjonar addizzjonali ta’ timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri għandu jsir, fejn meħtieġ, fi żmien sebat ijiem tax-xogħol mill-istazzjonar tal-ewwel timijiet.

11.Meta jkun se jseħħ intervent rapidu fil-fruntieri, id-direttur eżekuttiv għandu, f’konsultazzjoni mal-bord maniġerjali, jikkunsidra immedjatament il-prijoritajiet fir-rigward tal-operazzjonijiet konġunti tal-Aġenzija li jkunu għaddejjin u li jkunu previsti fil-fruntieri esterni l-oħra, sabiex tiġi prevista r-riallokazzjoni possibbli tar-riżorsi lejn iż-żoni tal-fruntieri esterni fejn l-aktar hemm bżonn li jissaħħaħ l-iskjerament.

Artikolu 41
Timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni

1.Jistgħu jiġu skjerati timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tal-Aġenzija u bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat, biex jipprovdu tisħiħ tekniku u operazzjonali lil dan l-Istat Membru, b’mod partikolari f’żoni hotspot u f’ċentri kkontrollati.

L-Istat Membru msemmi fl-ewwel paragrafu għandu jippreżenta talba lill-Kummissjoni għal tisħiħ mit-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u għal valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ dan l-Istat Membru, tittrażmetti t-talba lill-Aġenzija, lill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], lill-Europol jew lil aġenziji oħra tal-Unjoni rilevanti, skont il-każ.

2.L-aġenziji tal-Unjoni rilevanti għandhom jivvalutaw it-talba ta’ Stat Membru għat-tisħiħ u għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu biex jiddefinixxu, taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, il-miżuri meħtieġa, inkluż l-użu ta’ tagħmir tekniku, li għandhom jiġu miftiehma mal-Istat Membru kkonċernat.

3.Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti u l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti, tistabbilixxi t-termini ta’ kooperazzjoni għall-iskjerament tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni kif ukoll l-użu ta’ tagħmir tekniku, u għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ dawn it-timijiet.

4.It-tisħiħ tekniku u operazzjonali pprovdut mit-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, filwaqt li jiġu rrispettati bi sħiħ id-drittijiet fundamentali, jista’ jinkludi:

(a)assistenza fl-iskrinjar ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jaslu fil-fruntieri esterni, inkluż l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, u l-ġbir ta’ informazzjoni ta’ dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u, fejn mitlub mill-Istat Membru, il-marki tas-swaba ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-kontrolli tas-sigurtà u l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-iskop ta’ dawn il-proċeduri;

(b)informazzjoni inizjali lill-persuni li jixtiequ japplikaw għal protezzjoni internazzjonali u r-riferiment tagħhom lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-esperti stazzjonati mill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil];

(c)assistenza teknika u operazzjonali fil-proċess ta’ ritorn, inkluż fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn, l-akkwist ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, it-tħejjija u l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn, inkluż fir-rigward tar-ritorni volontarji;

(d)it-tagħmir tekniku meħtieġ.

5.L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] biex tiffaċilita l-miżuri għal riferiment ta’ proċedura għall-protezzjoni internazzjonali u, għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali tkun ġiet miċħuda, permezz ta’ deċiżjoni finali għall-proċedura ta’ ritorn.

6.It-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom jinkludu, fejn meħtieġ, esperti fil-protezzjoni tat-tfal, fit-traffikar tal-bnedmin, fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u fil-persekuzzjoni bbażata fuq is-sess.

Artikolu 42
Azzjonijiet proposti fil-fruntieri esterni

1.Id-Direttur eżekuttiv għandu, abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà jew meta impatt kritiku jiġi attribwit lil taqsima waħda jew aktar tal-fruntieri esterni, u filwaqt li jqis l-elementi rilevanti fil-pjanijiet ta’ kontinġenza tal-Istat Membru, l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija u l-livell ta’ analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea, jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat biex jibda u jwettaq operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera jew kull azzjoni rilevanti oħra mill-Aġenzija, kif definit fl-Artikolu 37.

2.L-Istat Membru konċernat għandu jirrispondi għar-rakkomandazzjoni tad-direttur eżekuttiv fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. F’każ ta’ tweġiba negattiva dwar l-azzjonijiet proposti, l-Istat Membru għandu jipprovdi wkoll il-ġustifikazzjonijiet li fuqhom hija bbażata din it-tweġiba. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar l-azzjonijiet proposti u jiġġustifika tweġiba negattiva, sabiex jiġi vvalutat jekk hijiex meħtieġa azzjoni urġenti f’konformità mal-Artikolu 43.

Artikolu 43
Sitwazzjoni fil-fruntieri esterni li teħtieġ azzjoni urġenti

1.Fejn il-kontroll tal-fruntieri esterni sar ineffettiv sal-punt li jista’ jipperikola l-funzjonament taż-żona Schengen minħabba li:

(a)Stat Membru ma jiħux il-miżuri meħtieġa skont deċiżjoni tal-bord maniġerjali msemmi fl-Artikolu 33(10); jew

(b)Stat Membru li qed jiffaċċja sfidi speċifiċi u sproporzjonati fuq il-fruntieri esterni ma jkunx talab għal biżżejjed appoġġ mill-Aġenzija skont l-Artikolu 38, l-Artikolu 40, l-Artikolu 41, l-Artikolu 42, jew mhuwiex jieħu l-passi meħtieġa biex jimplimenta l-azzjonijiet f’dawn l-Artikoli,

il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Aġenzija, tista’ tadotta mingħajr dewmien deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 117(3), u tidentifika l-miżuri biex jittaffew dawk ir-riskji li għandhom jiġu implimentati mill-Aġenzija u li jesiġu li l-Istat Membru kkonċernat jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri.

Għal raġunijiet imperattivi u debitament ġustifikati ta’ urġenza relatata mal-funzjonament taż-żona Schengen, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li japplikaw immedjatament skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 117(4).

2.Jekk tinqala’ sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati mingħajr dewmien u għandhom jiġu infurmati wkoll dwar il-miżuri u d-deċiżjonijiet sussegwenti kollha meħuda b’reazzjoni.

3.Biex jitnaqqas ir-riskju li tiġi pperikolata ż-żona Schengen, id-deċiżjoni tal-Kumissjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandha tipprevedi waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin li għandhom jittieħdu mill-Aġenzija:

(a)torganizza u tikkoordina interventi rapidi fil-fruntieri u tiskjera l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta;

(b)tiskjera lill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta; fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestoni tal-migrazzjoni f’żoni hotspot;

(c)tikkoordina l-attivitajiet għal Stat Membru wieħed jew aktar u għal pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inklużi operazzjonijiet konġunti ma’ pajjiżi terzi;

(d)tuża tagħmir tekniku;

(e)torganizza interventi ta’ ritorn.

4.Id-direttur eżekuttiv għandu, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1,

(a)jiddetermina l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri identifikati f’din id-deċiżjoni, inkluż it-tagħmir tekniku u l-għadd u l-profili tal-persunal operazzjonali meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-deċiżjoni;

(b)jippreżenta l-abbozz tal-pjan operazzjonali lill-Istati Membri kkonċernati.

5.Id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru konċernat għandhom jfasslu l-pjan operazzjonali fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tas-sottomissjoni tiegħu.

6.L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-istabbiliment tal-pjan operazzjonali, tibgħat lill-persunal operazzjonali mill-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta msemmija fl-Artikolu 55 għat-twettiq prattiku tal-miżuri identifikati fid-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Timijiet addizzjonali għandhom jintbagħtu kif meħtieġ fit-tieni stadju u fi kwalunkwe każ fi żmien sebat ijiem ta' xogħol mill-iskjerament tal-ewwel timijiet fiż-żona ta' operazzjonijiet.

7.L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mill-istabbiliment tal-pjan operazzjonali, tuża t-tagħmir meħtieġ għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri identifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Għandu jintuża tagħmir tekniku addizzjonali kif meħtieġ fit-tieni stadju f’konformità mal-Artikolu 64.

8.L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan dan għandu immedjatament jikkoopera mal-Aġenzija u jieħu l-azzjoni meħtieġa, b’mod partikolari bl-implimentazzjoni tal-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 44, 83 u 84, biex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni u l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri stabbiliti f'din id-deċiżjoni u fil-pjan operazzjonali miftiehem mad-direttur eżekuttiv.

9.F’konformità mal-Artikolu 58, u fejn rilevanti l-Artikolu 40, l-Istati Membri għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni l-persunal operazzjonali stabbilit mid-direttur eżekuttiv f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jikkonformax mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 30 jum u ma jikkooperax mal-Aġenzija kif previst f’konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tiskatta l-proċedura prevista fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/399.

Artikolu 44
Struzzjonijiet għat-timijiet

1.Waqt l-iskjerament tat-timijiet ta’ mmaniġġar tal-fruntiera, it-timijiet ta’ ritorn u t-timijiet ta’ appoġġ għal immaniġġar ta’ migrazzjoni, l-Istat Membru ospitanti għandu jagħti struzzjonijiet lit-timijiet f'konformità mal-pjan operazzjonali.

2.L-Aġenzija, permezz tal-uffiċjal tal-koordinazzjoni tagħha, tista’ tikkomunika l-opinjonijiet tagħha lill-Istat Membru ospitanti dwar l-istruzzjonijiet mogħtija lit-timijiet. F'dak il-każ, l-Istat Membru ospitanti għandu jikkunsidra dawn il-fehmiet u jsegwihom sa fejn ikun possibbli.

3.F'każijiet fejn l-istruzzjonijiet maħruġa lit-timijiet ma jkunux konformi mal-pjan operazzonali, l-uffiċjal tal-koordinazzjoni għandu immedjatament jirrapporta għand id-direttur eżekuttiv, li jista', jekk ikun xieraq, jieħu azzjoni f’konformità mal-Artikolu 47(3).

4.Il-membri tat-timijiet għandhom, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, iħarsu b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali, fosthom l-aċċess għall-proċeduri tal-ażil, u d-dinjità umana. Kwalunkwe miżura meħuda fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom għandha tkun proporzjonata mal-objettivi li dawn il-miżuri jippruvaw jiksbu. Waqt it-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, ma għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq bażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

5.Il-membri tat-timijiet li mhumiex persunal statutorju tal-Aġenzija, għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinari tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom. L-Istat Membru ta' oriġini għandu jipprevedi miżuri dixxiplinari jew oħrajn adatti f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet fundamentali jew obbligi ta' protezzjoni internazzjonali matul operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fuq il-fruntiera.

Artikolu 45
Uffiċjal ta' Koordinazzjoni

1.L-Aġenzija għandha tiżgura l-implimentazzjoni operazzjonali tal-aspetti organizzazzjonali kollha tal-operazzjonijiet konġunti, tal-proġetti pilota jew interventi rapidi fil-fruntiera, inkluż il-preżenza ta' membri statutorji tal-persunal tal-Aġenzija.

2.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 60, id-direttur eżekuttiv għandu jaħtar esperti mill-persunal statutorju tal-Aġenzija biex jintbagħat bħala uffiċjal ta' koordinazzjoni għal kull operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fuq il-fruntiera. Id-direttur eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Istat Membru ospitanti bil-ħatra.

3.L-uffiċjal ta' koordinazzjoni għandu jaġixxi f'isem l-Aġenzija fl-aspetti kollha tal-iskjerament tat-timijiet. Ir-rwol tal-uffiċjali ta' koordinazzjoni għandu jkun li jrawwem il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri ospitanti u parteċipanti. B'mod partikolari, l-uffiċjal ta' koordinazzjoni għandu:

(a)jaġixxi bħala interfaċċa bejn l-Aġenzija, l-Istat Membru ospitanti u l-membri tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, billi jipprovdi assistenza, f'isem l-Aġenzija, fuq il-kwistjonijiet kollha marbuta mal-kundizzjonijiet tal-iskjerament tagħhom lit-timijiet;

(b)jissorvelja l-implimentazzjoni korretta tal-pjan operazzjonali, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u jirrapporta lill-Aġenzija dwar dan;

(c)jaġixxi f'isem l-Aġenzija fl-aspetti kollha tal-iskjerament tat-timijiet u jirrapporta lill-Aġenzija dwar dawk l-aspetti kollha;

(d)jirrapporta lid-direttur eżekuttiv fejn l-istruzzjonijiet maħruġa lit-timijiet tiegħu mill-Istati Membri ospitanti mhumiex f'konformità mal-pjan operazzjonali u, fejn xieraq, jissuġġerixxi lid-direttur eżekuttiv biex jikkunsidra jieħu deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 47.

4.Fil-kuntest ta' operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera, id-direttur eżekuttiv jista' jawtorizza lill-uffiċjal ta' koordinazzjoni li jassisti ħalli jsolvi kwalunkwe nuqqas ta' qbil dwar it-twettiq tal-pjan operazzjonali u l-iskjerament tat-timijiet.

Artikolu 46
Spejjeż

1.L-Aġenzija għandha tkopri bis-sħiħ l-ispejjeż li ġejjin imġarrba mill-Istati Membri meta jagħmlu disponibbli l-persunal operazzjonali tagħhom għall-finijiet tal-iskjerament tagħhom fuq żmien qasir bħala membri tat-timijiet tal-korpi permanenti tal-Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta Ewropej:

(a)l-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-Istat Membru ta' oriġini lejn l-Istat Membru ospitanti u mill-Istat Membru ospitanti lejn l-Istat Membru ta' oriġini u fi ħdan l-Istat Membru ospitanti għar-raġunijiet ta’ skjerament;

(b)spejjeż marbuta ma' tilqim;

(c)spejjeż marbuta ma' ħtiġijiet ta' assigurazzjoni speċjali;

(d)spejjeż marbuta mal-kura tas-saħħa;

(e)gratifiki għas-sussistenza ta' kuljum, inklużi spejjeż ta' akkomodazzjoni;

(f)spejjeż marbuta mat-tagħmir tekniku tal-Aġenzija.

2.Wara approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni, il-bord maniġerjali se jistabbilixxi regoli dettaljati, u jaġġornahom kif meħtieġ, fir-rigward tal-pagament tal-ispejjeż imġarrba minn persunal skjerat għal żmien qasir f’konformità mal-Artikolu 58. Ir-regoli dettaljati se jkunu bbażati sa fejn possibbli fuq opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati. Fejn rilevanti, il-Bord Maniġerjali għandu jimmira li jiżgura koerenza mar-regoli applikabbli għar-rimborż ta’ spejjeż ta’ missjoni ta’ membri tal-persunal statutorji.

Artikolu 47
Sospensjoni jew terminazzjoni tal-attivitajiet

1.Id-direttur eżekuttiv għandu jtemm l-attivitajiet tal-Aġenzija jekk il-kundizzjonijiet biex jitwettqu dawk l-attivitajiet ma jibqgħux issodisfati. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-Istat Membru kkonċernat qabel tali terminazzjoni.

2.L-Istati Membri li jipparteċipaw f'operazzjoni konġunta, f'intervent rapidu fuq il-fruntiera jew fl-iskjerament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jistgħu jitolbu lid-direttur eżekuttiv itemm dik l-operazzjoni konġunta, jew intervent rapidu fuq il-fruntiera jew l-iskjerament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni.

3.Id-direttur eżekuttiv jista', wara li jinforma lill-Istati Membri kkonċernati, jirtira l-finanzjament ta' attività jew jissospendih jew ittemmu jekk il-pjan operazzjonali ma jiġix rispettat mill-Istat Membru ospitanti.

4.Id-direttur eżekuttiv, wara li jikkonsulta l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u jinforma lill-Istat Membru kkonċernat, għandu jirtira l-finanzjament ta' operazzjoni konġunta, jew ta' intervent rapidu fil-fruntiera, proġett pilota, l-iskjerament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, operazzjoni ta' ritorn, intervent ta' ritorn jew arranġament ta' ħidma jew jissospendi jew itemm, kompletament jew parzjalment tali attivitajiet, jekk huwa jqis li hemm ksur ta' drittijiet fundamentali jew tal-obbligi ta' protezzjoni internazzjonali li huma ta' natura gravi jew li x'aktarx jippersistu. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-bord maniġerjali b'tali deċiżjoni.

5.F'każ li d-direttur eżekuttiv jiddeċiedi li jissospendi jew itemm skjerament mill-Aġenzija ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, huwa għandu jinforma lill-aġenziji rilevanti l-oħra attivi f' dik iż-żona hotspot kew ċentru kkontrollat ta' dik id-deċiżjoni.

Artikolu 48
Evalwazzjoni ta' attivitajiet

Id-direttur eżekuttiv għandu jevalwa r-riżultati tal-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi fil-fruntiera, il-proġetti pilota, l-iskjermenti ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-kooperazzjoni operazzjonali ma' pajjiżi terzi. Huwa għandu jibgħat ir-rapporti dettaljati tal-evalwazzjoni fi żmien 60 jum wara t-tmiem ta' dawk l-attivitajiet lill-bord maniġerjali flimkien mal-osservazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. Id-direttur eżekuttiv għandu jagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta' dawk ir-riżultati bl-iskop li tittejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effettività tal-attivitajiet futuri, u għandu jinkludi dik l-analiżi fir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija.

Taqsima 8
Azzjoni mill-Aġenzija fil-qasam taRitorni

Artikolu 49
Ritorn

1.L-Aġenzija għandha, fir-rigward tar-ritorn, u skont ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji ġenerali mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll għad-dritt internazzjonali, inkluża l-protezzjoni tar-refuġjati u d-drittijiet tat-tfal, b'mod partikolari:

(a)tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lil Stati Membri fir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz, inkluża t-tħejjija għal deċiżjonijiet ta’ ritorn, l-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz u attivitajiet oħrajn relatati ma’ ritorn minn qabel u ma’ ritorn tal-Istati Membri, fosthom it-tluq volontarju, sabiex tinħoloq sistema integrata ta' ġestjoni tar-ritorn bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra;

(b)tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lil Stati Membri li jesperjenzaw sfidi fir-rigward tar-ritorn jew pressjoni migratorja, inkluż bl-iskjerament ta’ timijiet ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni;

(c)tiżviluppa mudell ta’ referenza għal sistema ta’ ġestjoni ta’ kazijiet ta’ ritorn li jippreskrivu l-istruttura tas-sistemi ta’ ġestjoni ta’ ritorn nazzjonali, kif ukoll jipprovdu assistenza teknika u operazzjonali lil Stati Membri fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ ġestjoni ta’ ritorn nazzjonali allinjati mal-mudell;

(d)tiżviluppa u topera sistema ċentrali u infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn sistemi ta’ ġestjoni ta’ ritorn nazzjonali tal-Istati Membri u s-sistema ċentrali, kif ukoll tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lil Stati Membri biex jikkolegaw ruħhom mal-istruttura ta’ komunikazzjoni;

(e)tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta' pajjiż terz u l-akkwiżizzjoni ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni konsulari mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni relatata mal-fatt li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali; torganizza u tikkoordina operazzjonijiet ta' ritorn u tipprovdi appoġġ bit-tluq volontarju, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri;

(f)torganizza, tippromwovi u tikkoordina attivitajiet li jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni u l-identifikazzjoni u l-qsim tal-aħjar prattika fi kwistjonijiet ta' ritorn bejn l-Istati Membri;

(g)tiffinanzja jew tikkofinanzja l-operazzjonijiet, l-interventi u l-azzjonijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu mill-baġit tagħha, f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

2.L-assistenza teknika u operazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi attivitajiet biex tgħin lill-Istati Membri jwettqu proċeduri ta' ritorn mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti billi jipprovdu, b'mod partikolari:

(a)servizzi ta' interpretazzjoni;

(b)informazzjoni prattika, analiżi u rakkomandazzjonijiet dwar pajjiżi terzi ta' ritorn rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, f'kooperazzjoni, fejn xieraq, ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni inkluż l-EASO;

(c)pariri fuq u asisstenza operazzonali fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta’ proċeduri ta’ ritorn f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE, inkluż fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn, fl-identifikazzjoni u fl-akkwiżizzjoni ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar;

(d)pariri u assistenza, f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE u d-dritt internazzjonali, dwar il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà ta' persuni rimpatrijati għal skopijiet ta' ritorn u jevitaw li dawn il-persuni milli jaħarbu;

(e)tagħmir, kapaċitajiet u għarfien espert għall-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn u għall-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta' pajjiż terz.

3.L-Aġenzija għandha l-għan li tibni sinerġiji u torbot netwerks u programmi ffinanzjati mill-Unjoni fil-qasam tar-ritorn, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati, fosthom in-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni.

4.L-Aġenzija tista’ b’eċċezzjoni tirċievi għotjiet minn fondi tal-Unjoni dedikati għal attivitajiet ta’ ritorn f’konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tiżgura li fil-ftehimiet tagħha ta' għotja mal-Istati Membri kull appoġġ finanzjarju jingħata bil-kundizzjoni li jkun hemm rispett sħiħ tal-Karta.

Artikolu 50
Sistemi ta’ skambju ta’ informazzjoni u ġestjoni ta’ ritorn

L-Aġenzija se tiżviluppa, tiskjera u topera sistemi ta’ informazzjoni u applikazzjonijiet ta’ softwer li jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata u sensittiva mhux klassifikata għall-għan ta’ ritorn fi ħdan il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u għall-għan ta’ skambju ta’ data personali kif hemm referenza fl-Artikoli 87-89 f’konformità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 u r-[Regolament (KE) Nru 45/2001].

B’mod partikolari, l-Aġenzija se tistabbilixxi, topera u żżomm sistema ċentrali għall-ipproċessar tal-informazzjoni u d-data kollha, komunikata b’mod awtomatiku mis-sistemi ta’ ġestjoni ta’ ritorn nazzjonali tal-Istati Membri, meħtieġa għall-Aġenzija biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali f’konformità mal-Artikolu 49.

Artikolu 51
Sistemi ta’ skambju ta’ informazzjoni u ġestjoni ta’ ritorn

1.Mingħajr ma toqgħod tidħol fil-mertu tad-deċiżjonijiet ta' ritorn, l-Aġenzija għandha tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali meħtieġa u tiżgura l-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta' ritorn, inkluż permezz tal-kiri ta' inġenji tal-ajru għall-fini ta’ tali operazzjonijiet jew l-organizzazzjoni ta’ ritorni fuq titjiriet skedati. L-Aġenzija tista’, fuq inizjattiva proprja, tikkoordina jew torganizza operazzjonijiet ta’ ritorn.

2.L-Istati Membri għandhom fuq bażi ta' kull xahar jipprovdu d-data operazzjonali fuq ritorn meħtieġa għall-valutazzjoni ta’ ħtiġijiet ta’ ritorn mill-Aġenzija u jinformaw lill-Aġenzija dwar l-ippjanar indikattiv tan-numru ta' dawk li jirritornaw u tal-pajjiżi terzi ta' ritorn, it-tnejn fir-rigward tal-operazzjonijiet nazzjonali rilevanti ta' ritorn, u dwar il-ħtiġijiet tagħhom għal assistenza jew koordinazzjoni mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tfassal u żżomm pjan operazzjonali kontinwu sabiex tipprovdi lill-Istati Membri bl-assistenza u bir-rinforz operazzjonali meħtieġ, inkluż permezz ta' tagħmir tekniku. L-Aġenzija, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta' Stat Membru, tista' tinkludi fil-pjan operazzjonali kontinwu d-dati u d-destinazzjonijiet tal-operazzjonijiet ta' ritorn li tqis li huma meħtieġa, fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet. Il-bord maniġerjali għandu jiddeċiedi, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, fuq il-modus operandi tal-pjan operazzjonali li jkun għaddej.

3.L-Aġenzija tista' tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali meħtieġa u, jew fuq talba tal-Istati Membri parteċipanti jew abbażi tal-proposta tagħha proprja, tiżgura l-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn, li għalihom il-mezzi ta' trasport u l-iskorti tar-ritorn furzat huma pprovduti minn pajjiż terz tar-ritorn (“operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir”). L-Istati Membri parteċipanti u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, il-prinċipju ta' non-refoulement, u l-użu proporzjonat ta' mezzi ta' restrizzjoni jkunu garantiti matul l-operazzjoni ta' ritorn kollha. Mill-anqas rappreżentant wieħed ta' Stat Membru u kontrollur wieħed tar-ritorn furzat mir-riżerva stabbilita skont l-Artikolu 52 jew mis-sistema ta' sorveljanza nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti għandhom ikunu preżenti matul l-operazzjoni kollha ta' ritorn sal-wasla fil-pajjiż terz ta' ritorn.

4.Id-direttur eżekuttiv għandu jfassal pjan ta' ritorn mingħajr dewmien għall-operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir. Id-direttur eżekuttiv u kwalunkwe Stat Membru parteċipanti għandu jaqbel dwar il-pjan li jagħti dettalji dwar l-aspetti organizzattivi u proċedurali tal-operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir, filwaqt li jitqiesu l-implikazzjonijiet fuq id-drittijiet fundamentali u r-riskji ta' dawn l-operazzjonijiet. Kwalunkwe emenda jew adattament ta' dan il-pjan għandhom jirrikjedu l-qbil tal-partijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u f'dan il-paragrafu.

5.Il-pjan ta' ritorn tal-operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir għandu jorbot lill-Aġenzija u kwalunkwe Stat Membru parteċipanti. Għandu jkopri l-passi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir.

Kull operazzjoni ta' ritorn għandha tkun monitorjata f’konformità mal-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE. Il-monitoraġġ tal-operazzjonijiet ta' ritorn imġiegħel għandu jitwettaq mill-ispettur tar-ritorn furzat fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti u għandu jkopri l-operazzjoni ta' ritorn kollha mill-fażi ta' qabel it-tluq sat-trasferiment tal-persuni rimpatrijati fil-pajjiż terz ta' ritorn. L-ispettur tar-ritorn imġiegħel għandu jressaq rapport dwar kull operazzjoni tar-ritorn imġiegħel lid-direttur eżekuttiv, lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri kollha involuti f'dik l-operazzjoni. Jekk ikun neċessarju, għandu jiġi żgurat segwitu xieraq mid-direttur eżekuttiv u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rispettivament.

Jekk l-Aġenzija jkollha tħassib dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali matul operazzjoni ta' ritorn, hija għandha tikkomunikahom lill-Istati Membri parteċipanti u lill-Kummissjoni.

6.Id-direttur eżekuttiv se jevalwa r-riżultati tal-operazzjonijiet ta’ ritorn u se jittrażmetti kull sitt xhur rapport ta' evalwazzjoni dettaljat li jkopri l-operazzjonijiet kollha ta' ritorn mwettqa matul is-semestru preċedenti lill-bord maniġerjali, flimkien mal-osservazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. Id-direttur eżekuttiv għandu jagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta' dawk ir-riżultati bl-iskop li tittejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effettività tal-operazzjonijiet ta' ritorn futuri. Id-direttur eżekuttiv għandu jinkludi dik l-analiżi fir-rapport tiegħu ta' attività annwali tal-Aġenzija.

7.L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja operazzjonijiet ta' ritorn mill-baġit tagħha, f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, filwaqt li tagħti prijorità lil dawk imwettqa minn aktar minn Stat Membru, jew minn żoni hotspot jew ċentri kkontrollati.

Artikolu 52
Riżerva ta’ kontrolluri tar-ritorn furzat

1.L-Aġenzija għandha, wara li tikkonsulta mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, toħloq riżerva ta' kontrolluri tar-ritorn furzat minn korpi kompetenti li jwettqu operazzjonijiet ta' ritorn f’konformità mal-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE u li tħarrġu f’konformità mal-Artikolu 62 ta' dan ir-Regolament.

2.Il-bord maniġerjali għandu, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, jiddetermina l-profil u n-numru ta' kontrolluri tar-ritorn furzat li għandu jkun disponibbli għal dik ir-riżerva. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta' kwalunkwe bidla sussegwenti fil-profili u n-numri globali. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-kontribuzzjoni għar-riżerva billi jinnominaw lill-kontrolluri tar-ritorn furzat li jikkorrispondu għall-profil definit. Il-kontrolluri tar-ritorn furzat b'kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għandhom jiġu inklużi fir-riżerva.

3.Il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri tal-kontrolluri tar-ritorn furzat tagħhom għal operazzjonijiet u interventi ta' ritorn speċifiċi għas-sena ta' wara għandu jiġi ppjanat fuq il-bażi ta' negozjati u ftehimiet bilaterali annwali bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. F'konformità ma' dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ispetturi tar-ritorn furzat disponibbli biex jintbagħtu fuq it-talba tal-Aġenzija, sakemm ma jiġux iffaċċjati b'sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa sostanzjalment it-twettiq ta' kompiti nazzjonali. Tali talba għandha ssir mill-anqas 21 jum ta' xogħol qabel l-iskjerament maħsub, jew ħamest ijiem ta' xogħol f'każ ta' intervent ta' ritorn rapidu.

4.L-Aġenzija għandha tagħmel lill-kontrolluri tar-ritorn furzat disponibbli, fuq talba, lill-Istati Membri parteċipanti biex jissorveljaw, f'isimhom, l-implimentazzjoni korretta tal-operazzjoni ta' ritorn u l-interventi ta' ritorn tul id-dewmien tagħhom. Hija għandha tagħmel disponibbli kontrolluri tar-ritorn furzat b'kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għal kull operazzjoni ta' ritorn li tinvolvi t-tfal.

5.Il-kontrolluri tar-ritorn furzat għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinarji tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom matul operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn.

Artikolu 53
Timijiet ta' ritorn

1.L-Aġenzija tista’ tuża timijiet ta' ritorn jew fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, waqt interventi ta' ritorn, fil-qafas ta’ timijiet ta' ġestjoni tal-migrazzjoni jew kif meħtieġ biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali addizzjonali fil-qasam tar-ritorn, inkluż fl-isfidi li huma marbuta ma’ flussi migratorji mħallta kbar jew ta' ċittadini ta’ pajjiżi terzi salvati fuq il-baħar.

2.L-Artikolu 41(2),(3),(4) u (5), u l-Artikoli 44, 45 u 46 għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-timijiet Ewropej tar-ritorn.

Artikolu 54
Interventi ta' ritorn

1.F'ċirkostanzi fejn Stat Membru jkun qed jiffaċċja piż meta jimplimenta l-obbligu ta' ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa minn Stat Membru, l-Aġenzija għandha, jew fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' dak l-Istat Membru, tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa fil-forma ta' intervent ta' ritorn. Tali intervent jista’ jikkonsisti fl-isjkerament ta’ timijiet ta’ ritorn għall-Istati Membri ospitanti għall-provvista ta’ assistenza fl-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ ritorn u fl-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn mill-Istati Membri ospitanti.

2.L-Aġenzija tista’ tniedi wkoll interventi ta' ritorn f’pajjiżi terzi, ibbażati fuq id-direzzjonijiet imfassla fiċ-ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali, fejn tali pajjiżi terzi jirrikjedu assistenza teknika u operazzjonali addizzjonali fir-rigward l-attivitajiet ta’ ritorn tagħha. Tali intervent jista’ jikkonsisti fl-iskjerament ta’ timijiet ta’ ritorn għall-għan ta’ provvista ta’ assistenza teknika u operazzjonali għal attivitajiet ta’ ritorn tal-pajjiż terz.

3.F'ċirkostanzi fejn Stat Membru jkun qed jiffaċċja sfida speċifika u sproporzjonata meta jimplimenta l-obbligi tiegħu li jirritorna ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa, l-Aġenzija għandha, jew fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' dak l-Istat Membru, tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa fil-forma ta' intervent ta' ritorn rapidu. Intervent ta’ ritorn rapidu jista’ jikkonsisti fl-isjkerament rapidu ta’ timijiet ta’ ritorn għall-Istati Membri ospitanti għall-provvista ta’ assistenza fl-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ ritorn u fl-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn mill-Istati Membri ospitanti.

4.Fil-kuntest ta' intervent ta' ritorn, id-direttur eżekuttiv għandu jfassal pjan operazzjonali mingħajr dewmien, bi qbil mal-Istat Membru ospitanti u l-Istati Membri li jipparteċipaw. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 39 għandhom japplikaw.

5.Id-direttur eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar il-pjan operazzjonali kemm jista' jkun malajr u, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata minnufih, bil-miktub, lill-Istati Membri kkonċernati u lill-bord maniġerjali.

6.L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja interventi ta' ritorn mill-baġit tagħha f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.


Taqsima 9
Kapaċitajiet

Artikolu 55
Korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.Korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b'persunal ta’ 10 000 ruħ se jkunu parti mill-Aġenzija. Dan il-korp permanenti se jkun kompost mit-tliet kategoriji li ġejjin ta’ persunal f’konformità mal-iskema ta’ disponibbiltà annwali stabbilita fl-Anness I:

(a)Kategorija 1: membri tal-persunal operazzjonali tal-Aġenzija reklutati f’konformità mal-Artikolu 94(1) u skjerati f’żoni ta’ operazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 56;

(b)Kategorija 2: persunal operazzjonali sekondat minn Stati Membri lill-Aġenzija għal durata fuq żmien twil bħala parti mill-korpi permanenti; f’konformità mal-Artikolu 57;

(c)Kategorija 3: persunal operazzjonali minn Stati Membri pprovdut lill-Aġenzija għal skjerament fuq żmien qasir bħala parti mill-korp permanenti f’konformità mal-Artikolu 58.

2.L-Aġenzija għandha tiskjera membri tal-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala membri tat-timijiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri, timijiet ta’ appoġġ ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni, timijiet ta’ ritorn f’operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntieri jew interventi ta’ ritorn jew kwalunkwe attività operazzjonali rilevanti oħra fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi.

3.F’konformità mal-Artikolu 83, il-membri kollha tal-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom ikunu jistgħu jwettqu kontrolli fuq il-fruntiera jew kompiti ta’ ritorn, inklużi kompiti li jeħtieġu setgħat eżekuttivi definiti fil-liġijiet nazzjonali rilevanti jew, għall-persunal tal-Aġenzija, f’konformità mal-Anness II.

4.Fuq proposta mid-direttur eżekuttiv li jqis l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u ċ-ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali, u filwaqt li jibni fuq l-għadd u l-profili disponibbli għall-Aġenzija permezz tal-persunal statutorju tagħha u s-sekondar li għaddej bħalissa, il-bord maniġerjali għandu jiddeċiedi sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena:

(a)dwar l-għadd għal kull profil speċifiku ta’ persunal operazzjonali taħt kull waħda mit-tliet kategoriji fi ħdan il-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li jifformaw timijiet fis-sena ta’ wara;

(b)dwar l-għadd u l-profili speċifiċi ta’ persunal operazzjonali għal kull Stat Membru li għandu jiġi ssekondat lill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 57 li għandu jiġi nnominat f’konformità mal-Artikolu 58 fis-sena ta’ wara;

(c)ippjanar pluriennali indikattiv tal-profili għas-snin ta’ wara sabiex jiġi ffaċilitat l-ippjanar fit-tul għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u r-reklutaġġ tal-persunal statutorju tal-Aġenzija.

5.Għall-fini tal-Artikolu 74, l-Aġenzija għandha tiżviluppa u tiżgura l-istrutturi ta’ kmand u kontroll għall-iskjeramenti effettivi tal-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju ta’ pajjiżi terzi.

6.L-Aġenzija tista’ tirrekluta sa 4 % tal-għadd totali tal-korpi personali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala persunal b’funzjonijiet ta’ appoġġ għall-istabbiliment tal-Korpi permanenti, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet tagħha u għall-akkwist tat-tagħmir tal-Aġenzija stess.

Artikolu 56
Persunal statutorju tal-Aġenzija fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.L-Aġenzija se tikkontribwixxi għall-membri tal-tal-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta tal-persunal statutorju tagħha (Kategorija 1) li għandhom jiġu skjerati f’żoni ta' operazzjonijiet bħala membri tat-timijiet b’kull kompitu u setgħat, inkluż il-kompitu biex joperaw it-tagħmir tal-Aġenzija stess.

2.F’konformità mal-Artikolu 62(2), wara r-reklutaġġ tagħhom, il-membri l-ġodda tal-persunal għandhom jgħaddu minn taħriġ sħiħ tal-għassa tal-fruntiera jew taħriġ relatat mar-ritorn sħiħ, kif rilevanti, fil-qafas ta’ programmi ta’ taħriġ dedikati mfassla mill-Aġenzija, u, abbażi ta’ ftehimiet ma’ Stati Membri magħżula, implimentati fl-akkademji speċjalizzati tagħhom. Il-kost tat-taħriġ għandu jkun kopert għal kollox mill-Aġenzija.

3.Matul l-impjieg tagħhom, l-Aġenzija għandha tiżgura li l-membri tal-persunal statutorji tagħha jwettqu dmirijiethom bħala membri ta’ tim bi standards għoljin. Mapep ta’ taħriġ adegwati għandhom jitfasslu għal kull membru tal-persunal li jiżguraw il-kwalifika professjonali kostanti tagħhom biex jiġu ssodisfati kompiti ta’ gwardja tal-fruntiera jew kompiti relatati mar-ritorn.

4.Membri oħra tal-persunal impjegati mill-Aġenzija li mhumiex ikkwalifikati biex iwettqu funzjonijiet ta’ kontroll jew ta’ ritorn fuq il-fruntiera għandhom jintbagħtu biss matul operazzjonijiet konġunti għall-koordinazzjoni u għal kompiti relatati oħrajn. Ma għandhomx jiffurmaw parti mit-timijiet.

Artikolu 57
Parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta
permezz ta’ ssekondar fuq terminu qasir

1.L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-korp permanenti tal-persunal operazzjonali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta ssekondat bħala membri tat-tim lill-Aġenzija (Kategorija 2). It-tul ta’ sekondar individwali għandu jiġi determinat f’konformità mal-Artikolu 93(7). Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ appoġġ finanzjarju msemmija fl-Artikolu 61, is-sekondar għandu, bħala regola ġenerali, jibda fil-bidu ta’ sena kalendarja.

2.Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura kontribuzzjonijiet kontinwi tal-persunal operazzjonali bħala membri ta’ tim sekondat f’konformità mal-Anness III.

3.Il-persunal operazzjonali ssekondat lill-Aġenzija għandu jkollu l-istess kompiti u setgħat tal-membri tat-timijiet. L-Istat Membru li jkun issekonda dak il-persunal operazzjonali għandu jitqies bħala l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu. Matul is-sekondar, il-post(ijiet) u t-tul ta’ żmien tal-iskjerament(i) tal-membri tat-tim issekondati għandhom jiġu deċiżi mid-direttur eżekuttiv f’konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali.

4.Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jinnomina għal sekondar il-persunal operazzjonali tiegħu f’konformità mal-għadd u l-profili speċifiċi deċiżi mill-Bord Maniġerjali għas-sena ta’ wara kif imsemmi fl-Artikolu 55(4). L-Aġenzija tista’ tivverifika jekk il-persunal operazzjonali propost mill-Istati Membri jikkorrispondix għall-profili definiti u għandux ikollhom il-ħiliet lingwistiċi meħtieġa. Sal-15 ta’ Settembru, l-Aġenzija għandha taċċetta l-kandidati proposti jew titlob li Stat Membru jipproponi kandidat ieħor għal sekondar f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-profili meħtieġa, ħiliet lingwistiċi insuffiċjenti, kondotta ħażina jew ksur tar-regoli applikabbli waqt skjeramenti preċedenti.

5.Meta, minħabba forza maġġuri, membru tal-persunal operazzjonali individwali ma jkunx jista’ jiġi ssekondat jew ma jkunx jista’ jkompli l-issekondar tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura sostitut b’membru tal-persunal operazzjonali ieħor li jkollu l-profil meħtieġ.

Artikolu 58
Parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta
permezz ta’ skjeramenti fuq terminu qasir

1.Minbarra s-sekondar b’konformità mal-Artikolu 57, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta billi jinnominaw gwardji tal-fruntieri u persunal rilevanti ieħor għal-lista nazzjonali ta’ persunal operazzjonali għal skjeramenti fuq terminu qasir (Kategorija 3) f’konformità mal-kontribuzzjonijiet indikati fl-Anness IV u f’konformità mal-għadd speċifiku ta’ profili deċiżi mill-Bord Maniġerjali għas-sena ta’ wara kif imsemmi fl-Artikolu 55(4). Il-listi nazzjonali tal-persunal operazzjonali nominat għandhom jiġu kkomunikati lill-Aġenzija. Il-pagament tal-kostijiet imġarrba mill-persunal skjerat f’konformità mal-Artikolu għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 46(2).

2.Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura li l-persunal operazzjonali nnominat ikun disponibbli fuq talba tal-Aġenzija f’konformità mal-arranġamenti definiti f’dan l-Artikolu. Kull membru tal-persunal operazzjonali għandu jkun disponibbli għal perjodu massimu ta’ erba' xhur f’sena kalendarja.

3.L-Aġenzija tista’ tivverifika jekk il-persunal operazzjonali nominat għal skjeramenti fuq terminu qasir mill-Istati Membri jikkorrispondix għall-profili definiti u jkollhom il-ħiliet lingwistiċi meħtieġa. L-Aġenzija tista’ titlob li Stat Membru jneħħi membru tal-persunal operazzjonali mil-lista nazzjonali f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-profili meħtieġa, nuqqas ta’ ħiliet lingwistiċi, mġiba ħażina jew ksur tar-regoli applikabbli matul l-iskjeramenti preċedenti.

4.Sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena, l-Aġenzija għandha titlob il-kontribuzzjoni mill-Istati Membri tal-membri tal-persunal operazzjonali individwali tagħhom għal operazzjonijiet konġunti għas-sena ta’ wara. Il-perjodi ta’ skjerament individwali għandhom jiġu deċiżi fin-negozjati u l-ftehimiet bilaterali annwali bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Madankollu, bħala riżultat finali, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-persunal operazzjonali disponibbli għall-użu fi ħdan l-għadd u l-profili speċifikati fit-talba tal-Aġenzija.

5.Meta, minħabba forza maġġuri, membru tal-persunal operazzjonali individwali ma jkunx jista’ jiġi skjerat f’konformità mal-ftehimiet, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura sostitut b’membru tal-persunal operazzjonali mil-lista li jkollha l-profil meħtieġ.

6.F’każ ta’ ħtiġijiet miżjuda għat-tisħiħ ta’ operazzjoni konġunta li tkun għaddejja jew il-ħtieġa li titnieda operazzjoni konġunta ġdida li ma tkunx speċifikata fil-programm ta’ ħidma annwali rispettiv, u r-riżultat korrispondenti ta’ negozjati bilaterali annwali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Istati Membri dwar il-ħtiġijiet addizzjonali billi jindika għadd possibbli ta’ persunal operazzjonali u profili li għandhom jiġu pprovduti minn kull Stat Membru. Ladarba pjan operazzjonali emendat jew, fejn rilevanti, pjan operazzjonali ġdid jiġi miftiehem mid-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti, it-talba formali għall-għadd u l-profili tal-persunal operazzjonali għandha ssir mid-Direttur Eżekuttiv. Il-membri tat-tim rispettiv għandhom jiġu skjerati minn kull Stat Membru fi żmien 20 jum ta’ xogħol minn dik it-talba formali.

7.Fejn l-analiżi tar-riskju jew kwalunkwe valutazzjoni tal-vulnerabbiltà disponibbli juru li Stat Membru qed jiffaċċja sitwazzjoni li taffettwa sostanzjalment it-twettiq ta’ kompiti nazzjonali, il-kontribuzzjoni rispettiva għandha tkun nofs il-kontribuzzjoni tagħha għal dik is-sena stabbilita fl-Anness IV. Jekk Stat Membru jinvoka din is-sitwazzjoni eċċezzjonali, huwa għandu jagħti raġunijiet u informazzjoni komprensivi dwar is-sitwazzjoni lill-Aġenzija bil-miktub, u dan il-kontenut għandu jiġi inkluż fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 65.

8.It-tul ta’ żmien tal-iskjerament għal operazzjoni speċifika għandu jiġi determinat mill-Istat Membru ta’ oriġini iżda fi kwalunkwe każ ma għandux ikun inqas minn 30 jum, ħlief jekk l-operazzjoni tat-twettiq tkun parti minnha, ikollha durata iqsar minn 30 jum.

Artikolu 59
Rieżami ta’ nofs it-terminu tal-funzjonament tal-korp permanenti tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA

1.Sal-31 ta’ Ġunju 2024, b’mod partikolari abbażi tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 65, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ nofs it-terminu dwar il-funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, filwaqt li tivvaluta l-għadd u l-kompożizzjoni globali tagħha. Ir-rieżami għandu jqis l-evoluzzjoni tal-persunal statutorju għall-kontribuzzjonijiet tal-Aġenzija jew kwalunkwe bidla sinifikanti fil-kapaċitajiet tal-Istati Membri individwali li jaffettwaw l-abilitajiet tagħhom li jikkontribwixxu għall-korpi permanenti.

2.Dan ir-rieżami ta’ nofs it-terminu għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti xierqa biex jiġu emendati l-Annessi I, III u IV.

Artikolu 60
Uffiċċji antenna

1.Soġġett għall-qbil tal-Istat Membru ospitanti, l-Aġenzija tista’ tistabbilixxi uffiċċji antenna fuq it-territorju tagħha biex tiffaċilita u ttejjeb il-koordinazzjoni tal-attivitajiet operazzjonali, inkluż fil-qasam tar-ritorni, organizzata mill-Aġenzija f’dak l-Istat Membru jew fir-reġjun prinċipali u biex tiżgura l-ġestjoni effettiva tar-riżorsi umani u tekniċi tal-Aġenzija. L-uffiċċji antenna għandhom ikunu stabbilimenti temporanji għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex l-Aġenzija twettaq attivitajiet operazzjonali sinifikanti f’dak l-Istat Membru speċifiku jew fir-reġjun tal-viċinat ikkonċernat. Dak il-perjodu ta’ żmien jista’ jittawwal, jekk ikun meħtieġ.

2.L-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti fejn huwa stabbilit l-uffiċċju antenna għandu jagħmel ħiltu biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli meħtieġa biex iwettaq il-kompiti assenjati lill-uffiċċju antenna.

3.L-uffiċċji antenna għandhom, fejn applikabbli:

(a)jipprovdu appoġġ operazzjonali u loġistiku u jiżguraw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija fiż-żona ta' operazzjonijiet ikkonċernati;

(b)jipprovdu appoġġ operazzjonali lill-Istat Membru fiż-żoni ta' operazzjonijiet ikkonċernati;

(c)jimmonitorja l-attivitajiet tat-timijiet tal-Aġenzija u jirrapporta regolarment lill-kwartieri ġenerali;

(d)jikkoopera mal-Istat(i) Membru/i ospitanti dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni prattika tal-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija f’dak l-Istat Membru jew Stati Membri, inkluż kwalunkwe kwistjoni addizzjonali li setgħet seħħet matul dawn l-attivitajiet;

(e)jappoġġa lill-uffiċjal koordinatur imsemmi fl-Artikolu 45, fil-kooperazzjoni tiegħu mal-Istati Membri parteċipanti dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kontribuzzjoni tagħhom għall-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija u, jekk ikun meħtieġ, jikkoordina mal-kwartieri ġenerali;

(f)jappoġġa lill-uffiċjal ta’ koordinazzjoni biex, jekk ikun meħtieġ, jiffaċilita l-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni bejn it-Timijiet tal-Aġenzija u l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru ospitanti;

(g)jorganizza appoġġ loġistiku li għandu x’jaqsam mal-użu tal-membri tat-timijiet u tal-użu u l-użu tat-tagħmir tekniku;

(h)jipprovdi kull appoġġ loġistiku ieħor rigward iż-żona ta' operazzjonijiet li huma responsabbli għalihom bil-ħsieb li jiffaċilitaw it-tmexxija bla xkiel tal-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija;

(i)jappoġġa lill-uffiċjal ta’ kollegament tal-Aġenzija biex jidentifika kwalunkwe sfida attwali jew futura għall-ġestjoni tal-fruntieri taż-żona li huma responsabbli għalihom jew għall-implimentazzjoni tal-acquis tar-ritorn u jirrapporta regolarment lill-kwartieri ġenerali;

(j)jiżgura l-ġestjoni effettiva tat-tagħmir tal-Aġenzija stess fl-oqsma koperti mill-attivitajiet tagħha, inkluża r-reġistrazzjoni possibbli tagħhom, il-manutenzjoni fit-tul u kwalunkwe appoġġ loġistiku meħtieġ.

4.Kull uffiċċju antenna għandu jkun amministrat minn rappreżentant tal-Aġenzija maħtur mid-direttur eżekuttiv. Il-Kap tal-uffiċċju antenna li jinħatar għandu jissorvelja l-ħidma globali tal-uffiċċju u għandu jaġixxi bħala l-punt uniku ta’ kuntatt tiegħu mal-kwartieri ġenerali.

5.Il-bord maniġerjali fuq proposta tad-direttur eżekuttiv għandu jiddeċiedi dwar l-istabbiliment, il-kompożizzjoni, id-durata u fejn ikun hemm bżonn estensjoni possibbli tat-tul ta’ uffiċċju antenna b’kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni u l-ftehim tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandu jkun hemm dak l-uffiċċju antenna. Il-bord maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom dritt li jivvutaw.

6.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Bord Maniġerjali fuq bażi ta’ kull tliet xhur dwar l-attivitajiet tal-uffiċċji antenna. L-attivitajiet tal-uffiċċji antenna għandhom ikunu deskritti f’taqsima separata tar-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 98(2), il-punt 10.

Artikolu 61
Appoġġ finanzjarju għall-iżvilupp tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.L-Istati Membri huma intitolati li jirċievu finanzjament fil-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet fuq bażi annwali sabiex jappoġġaw l-iżvilupp ta’ riżorsi umani biex jiżguraw il-kontribuzzjonijiet tagħhom lejn il-korp permanenti tal-Gwardja tal-Fruntiera u Ewropea f’konformità mal-Annessi III u IV, f’konformità mal-Artikolu 125(1)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 li għandu jitħallas wara t-tmiem tas-sena kkonċernata u malli jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’konformità mal-paragrafi 3 u 4. Dak il-finanzjament għandu jkun ibbażat fuq ammont ta’ referenza kif stabbilit fil-paragrafu 2 u għandu jwassal għal:

(a)100 % tal-ammont ta’ referenza multiplikat bin-numru ta’ gwardji tal-fruntiera jew uffiċjali oħra indikati kull sena għas-sekondar b’mod konformi mal-Anness III;

(b)30 % tal-ammont ta’ referenza multiplikat bin-numru ta’ gwardji tal-fruntiera jew uffiċjali oħra skjerati b’mod effettiv f’konformità mal-Artikolu 58 fi ħdan il-limitu stabbilit fl-Anness IV.

2.L-ammont ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ekwivalenti għas-salarju bażiku annwali għal aġent kuntrattwali tal-Grupp ta’ Funzjoni III grad 8 pass 1 definit f’konformità mal-Artikolu 93 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni (CEOS) u soġġett għal koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.

3.Il-pagament annwali tal-amount imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jkun dovut bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jżidu kif xieraq il-persunal tal-gwardji nazzjonali ġenerali rispettivi tagħhom permezz tar-reklutaġġ ta’ gwardji ġodda tal-fruntieri u uffiċjali oħra fil-perjodu kkonċernat. L-informazzjoni rilevanti għall-fini ta’ rappurtar għandha tingħata lill-Aġenzija fin-negozjati bilaterali annwali u vverifikata permezz tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà fis-sena ta’ wara. Il-pagament annwali tal-amount imsemmi fil-paragrafu 1(b) għandu jkun dovut fir-rigward tan-numru ta’ gwardji tal-fruntiera jew uffiċjali oħra stazzjonati effettivament għal mill-inqas erba' xhur f’konformità mal-Artikolu 58 fi ħdan il-limitu stabbilit fl-Anness IV.

4.Il-Kummissjoni se tadotta regoli dettaljati għall-modalitajiet ta’ pagament annwali u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet applikabbli previsti fil-paragrafu 3 permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 117(3).

Artikolu 62
Taħriġ

1.L-Aġenzija għandha, b’kont meħud tal-pjan direzzjonali tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 9(4), fejn disponibbli, u f’kooperazzjoni mal-entitajiet ta’ taħriġ xierqa tal-Istati Membri, u, fejn xieraq, l-EASO u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, tiżviluppa għodod speċifiċi ta’ taħriġ, inkluż taħriġ speċifiku fil-protezzjoni tat-tfal u persuni oħra f’sitwazzjoni vulnerabbli. Għandha tipprovdi lill-gwardji tal-fruntiera, l-ispeċjalisti tar-ritorn u persunal rilevanti ieħor li huma membri tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b’taħriġ avvanzat rilevanti għall-kompiti u s-setgħat tagħhom. Esperti mill-persunal tal-Aġenzija għandhom iwettqu eżerċizzji regolari ma’ dawk il-gwardji tal-fruntieri u membri oħra tat-tim f’konformità mal-iskeda ta’ taħriġ u eżerċizzji avvanzati msemmija fil-programm ta’ ħidma annwali tal-Aġenzija.

2.L-Aġenzija għandha tiżgura li l-membri tal-persunal kollha reklutati biex jaġixxu bħala persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jkunu rċevew taħriġ adegwat fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż dwar id-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u, fejn xieraq, it-tiftix u s-salvataġġ, qabel l-iskjerament inizjali tagħhom f’attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha, abbażi ta’ ftehimiet ma’ Stati Membri magħżula, timplimenta l-programmi ta’ taħriġ meħtieġa fl-akkademji nazzjonali tagħhom. Il-kost tat-taħriġ għandu jkun kopert għal kollox mill-Aġenzija.

3.L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura li l-persunal operazzjonali kollu tal-Istati Membri li jipparteċipaw fit-timijiet mill-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kostajikun irċieva taħriġ fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż dwar id-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u fejn ikun xieraq tiftix u salvataġġ, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f’attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija.

4.L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura t-taħriġ għall-persunal involut f’kompiti relatati mar-ritorn li huma allokati lill-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u r-riżerva msemmija fl-Artikolu 52. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-persunal tagħha u l-persunal kollu li jipparteċipa f’operazzjonijiet ta’ ritorn u f’interventi ta’ ritorn ikunu rċevew taħriġ fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż fuq id-drittijiet fundamentali u l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f’attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija.

5.L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tkompli tiżviluppa kurrikuli bażiċi komuni għat-taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera u tipprovdi taħriġ f’livell Ewropew għall-istrutturi tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istati Membri, inkluż fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, tal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u tal-liġi marittima rilevanti, kif ukoll kurrikulu komuni għat-taħriġ tal-persunal involut f’kompiti relatati mar-ritorn. Il-kurrikuli bażiċi komuni għandhom jimmiraw li jippromwovu l-ogħla standards u l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha tfassal il-kurrikuli bażiċi komuni wara li tikkonsulta mal-forum konsultattiv u l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. L-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikuli bażiċi komuni fit-taħriġ li huma jipprovdu għall-gwardji tal-fruntiera nazzjonali tagħhom u l-persunal involut f’kompiti relatati mar-ritorn.

6.L-Aġenzija għandha toffri wkoll korsijiet ta' taħriġ u seminars oħra dwar suġġetti marbuta mal-kontroll tal-fruntieri esterni u r-ritorn ta' ċittadini minn pajjiżi terzi għall-uffiċjali tas-servizzi nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri u fejn xieraq ta' pajjiżi terzi.

7.L-Aġenzija tista' torganizza attivitajiet ta' taħriġ f'kooperazzjoni ma' Stati Membri u pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom.

8.L-Aġenzija għandha tistabbilixxi programm ta' skambji li jippermetti lill-gwardji tal-fruntiera li jipparteċipaw fit-timijiet kif ukoll lill-persunal li jipparteċipa fit-timijiet ta' intervent ta' ritorn li jakkwistaw għarfien jew kompetenzi speċifiċi minn esperjenzi u prattiki tajbin barra 'l pajjiż permezz ta' ħidma ma' gwardji tal-fruntiera u l-persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn fi Stat Membru li mhux tagħhom.

Artikolu 63
Akkwiżizzjoni jew kiri ta’ tagħmir tekniku

1.L-Aġenzija tista' tixtri, waħedha jew fi sjieda konġunta ma' Stat Membru, jew tikri tagħmir tekniku li għandu jiġi stazzjonat matul operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota, interventi rapidi fil-fruntiera, attivitajiet fil-qasam tar-ritorn, operazzjonijiet ta' ritorn, interventi ta' ritorn, stazzjonamenti ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jew proġetti ta' assistenza teknika f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

2.Abbażi ta’ proposta tad-direttur eżekuttiv wara li jirċievi l-opinjoni pożittiva tal-Kummissjoni, il-bord maniġerjali għandu jistabbilixxi strateġija komprensiva pluriennali dwar kif il-kapaċitajiet tekniċi tal-Aġenzija għandhom jiġu żviluppati filwaqt li jitqies iċ-ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropea, inkluż il-pjan direzzjonali tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 9(4) kif disponibbli u r-riżorsi baġitarji disponibbli għal dan il-għan fil-qafas finanzjarju pluriennali.

L-istrateġija għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta’ implimentazzjoni dettaljat li jispeċifika l-iskeda għall-akkwist jew il-kiri, l-ippjanar tal-akkwist u l-mitigazzjoni tar-riskju. Jekk l-istrateġija u l-pjan ma jsegwux l-opinjoni tal-Kummissjoni, l-aġenzija għandha tibgħat ġustifikazzjoni tad-deċiżjonijiet tagħha lill-Kummissjoni. Wara l-adozzjoni tal-istrateġija, il-pjan ta’ implimentazzjoni għandu jsir parti mill-komponent tal-ipprogrammar pluriennali tad-dokument ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 98(2) il-punt 10.

3.L-Aġenzija tista’ tixtri tagħmir tekniku b’deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv f’konsultazzjoni mal-bord maniġerjali u f’konformità mar-regoli tal-akkwist applikabbli. Kull akkwist jew kiri ta’ tagħmir li jġib miegħu spejjeż sinifikanti lill-Aġenzija għandu jkun preċedut minn analiżi dettaljata tal-ħtiġijiet u talispejjeż u l-benefiċċji. Kwalunkwe tali nefqa għandha tiġi prevista fil-baġit tal-Aġenzija kif adottat mill-bord maniġerjali.

4.Fejn l-Aġenzija takkwista jew tikri tagħmir tekniku importanti bħal inġenji tal-ajru, ħelikopters jew bastimenti, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)fil-każ ta' akkwist mill-Aġenzija jew ta' sjieda konġunta, l-Aġenzija għandha taqbel ma' Stat Membru wieħed li dak l-Istat Membru għandu jipprevedi r-reġistrazzjoni tat-tagħmir f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli ta' dak l-Istat Membru;

(b)fil-każ ta' kiri, it-tagħmir għandu jiġi rreġistrat fi Stat Membru.

5.Abbażi ta’ ftehim mudell imfassal mill-Aġenzija u approvat mill-bord maniġerjali, l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni u l-Aġenzija għandhom jaqblu dwar termini li jiżguraw l-operabbiltà tat-tagħmir. Fil-każ ta’ assi li huma koproprjetà, it-termini għandhom ikopru wkoll il-perjodi ta’ disponibbiltà sħiħa tal-assi għall-Aġenzija u jiddeterminaw l-użu tat-tagħmir, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar skjerament rapidu waqt interventi rapidi fil-fruntiera.

6.Fejn l-Aġenzija ma jkollhiex il-persunal statutorju kkwalifikat meħtieġ, l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni jew il-fornitur tat-tagħmir tekniku għandu jipprovdi l-esperti u l-ekwipaġġ tekniku meħtieġa biex iħaddmu t-tagħmir tekniku b’mod legali u sikur. F’każ bħal dan, tagħmir tekniku li huwa proprjetà tal-Aġenzija biss għandu jsir disponibbli għall-Aġenzija fuq talba tagħha u l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni ma jistax jinvoka s-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 64(8).

Artikolu 64
Riżerva ta’ tagħmir tekniku

1.L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm ċentralizzati r-reġistri ta' tagħmir f'riżerva ta' tagħmir tekniku magħmula minn tagħmir li hu proprjetà tal-Istati Membri jew tal-Aġenzija u t-tagħmir fi sjieda konġunta bejn l-Istat Membru u l-Aġenzija għall-attivitajiet operazzjonali tagħha.

2.It-tagħmir li huwa l-proprjetà tal-Aġenżija biss għandu jkun disponibbli b'mod sħiħ għall-iskjerament fi kwalunkwe ħin kif imsemmi fl-Artikolu 63(5).

3.Tagħmir li jappartjeni b’mod konġunt mill-Aġenzija għal sehem ta’ aktar minn 50 % għandu jkun disponibbli għal skjerament skont ftehim bejn Stat Membru u l-Aġenzija kif imsemmi fl-Artikolu 64(5).

4.L-Aġenzija għandha tiżgura l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà tat-tagħmir elenkat fil-grupp ta' tagħmir tekniku.

5.Għal dan il-għan, hija għandha tiddefinixxi l-istandards tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati minn tagħmir għall-iskjerament tiegħu fl-attivitajiet tal-Aġenzija, fejn ikun meħtieġ. Tagħmir li għandu jinkiseb mill-Aġenzija, kemm jekk waħdu kif ukoll bi sjieda konġunta, u t-tagħmir li jkun proprjetà ta’ Stati Membri li jkun elenkat fir-riżerva ta’ tagħmir tekniku ,għandu jissodisfa dawn l-istandards.

6.Fuq proposta tad-direttur eżekuttiv filwaqt li titqies l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija u r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà, il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi sal-31 ta’ Marzu l-għadd minimu ta’ oġġetti ta’ tagħmir tekniku meħtieġa biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-Aġenzija fis-sena ta’ wara, b’mod partikolari fir-rigward tat-twettiq ta’ operazzjonijiet konġunti, skjeramenti ta’ tim ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, interventi rapidi fil-fruntiera, attivitajiet fil-qasam tar-ritorn, inklużi operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn. It-tagħmir tal-Aġenzija stess għandu jkun inkluż fl-għadd minimu ta’ oġġetti ta’ tagħmir tekniku. L-istess deċiżjoni għandha tistabbilixxi regoli relatati mal-iskjerament ta’ tagħmir tekniku fl-attivitajiet operazzjonali.

Jekk in-numru minimu ta’ elementi ta’ tagħmir tekniku ma jkunx biżżejjed biex jitwettaq il-pjan operazzjonali miftiehem għal dawn l-attivitajiet, l-Aġenzija għandha tirrevedih abbażi tal-ħtiġijiet ġustifikati u ta’ ftehim mal-Istati Membri.

7.Ir-riżrva ta' tagħmir tekniku għandu jkun fih in-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir identifikat bħala meħtieġ mill-Aġenzija għal kull tip ta' tagħmir tekniku. It-tagħmir elenkat fir-riżerva ta' tagħmir tekniku għandu jintbagħat matul operazzjonijiet konġunti, stazzjonamenti ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, proġetti pilota, interventi rapidi fil-fruntiera, operazzjonijiet ta' ritorn jew interventi ta' ritorn.

8.Ir-riżerva ta' tagħmir tekniku għandha tinkludi riżerva ta' tagħmir ta' reazzjoni rapida li jkun fih numru limitat ta' oġġetti ta' tagħmir meħtieġa għall-interventi rapidi possibbli fil-fruntiera. Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għat-tagħmir ta’ reazzjoni rapida għandhom ikunu ppjanati skont in-negozjati bilaterali annwali u l-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 8. Għat-tagħmir fil-lista tal-oġġetti f’din i-rriżerva, l-Istati Membri ma jistgħux jinvokaw is-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 8.

It-tagħmir f’din il-lista għandu jintbagħat lejn id-destinazzjoni għal skjerament kemm jista’ jkun malajr, u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data li fiha jkun ġie miftiehem il-pjan operazzjonali.

L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għal din ir-riżerva b’tagħmir disponibbli għall-Aġenzija kif imsemmi fl-Artikolu 63(1).

9.L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għar-riżerva ta' tagħmir tekniku. Il-kontribuzzjoni mill-Istati Membri għall-grupp u l-użu tat-tagħmir tekniku għal operazzjonijiet speċifiċi għandu jiġi ppjanat abbażi ta' negozjati u ftehimiet bilaterali annwali bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. F'konformità ma' dawk il-ftehimiet u sal-punt li jifforma parti min-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku għal sena partikolari, l-Istati Membri għandhom jagħmlu t-tagħmir tekniku tagħhom disponibbli għall-istazzjonament fuq it-talba tal-Aġenzija, sakemm ma jkunux qed iħabbtu wiċċhom ma' sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa sostanzjalment it-twettiq ta' kompiti nazzjonali. Jekk Stat Membru jinvoka tali sitwazzjoni eċċezzjonali, hu għandu jagħti raġunijiet u informazzjoni komprensiva dwar is-sitwazzjoni lill-Aġenzija, li l-kontenut tagħhom għandu jiġi inkluż fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 13. It-talba tal-Aġenzija għandha ssir mill-anqas 45 jum qabel l-iskjerament maħsub ta' tagħmir tekniku ewlieni u 30 jum qabel l-iskjerament maħsub ta' tagħmir ieħor. Il-kontribuzzjonijiet għar-riżerva ta' tagħmir tekniku għandhom jiġu rieżaminati kull sena.

10.Fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, il-bord maniġerjali għandu jiddeċiedi, kull sena, dwar ir-regoli relatati mat-tagħmir tekniku, inklużi n-numri minimi globali ta' oġġetti meħtieġa skont it-tip ta' tagħmir tekniku u t-termini għall-iskjerament u r-rimborż tal-ispejjeż kif ukoll dwar in-numru limitat ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku għal riżerva ta' tagħmir ta' reazzjoni rapida. Għal raġunijiet baġitarji dik id-deċiżjoni trid tittieħed kull sena mill-bord maniġerjali sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena.

11.F'każ li jseħħ intervent rapidu fil-fruntieri, l-Artikolu 40(11) se japplika kif xieraq.

12.Jekk jinqalgħu ħtiġijiet mhux mistennija ta' tagħmir tekniku għal operazzjoni konġunta jew għal intervent rapidu fil-fruntiera wara li n-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku jkun ġie stabbilit u dawk il-ħtiġijiet ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati mill-grupp ta' tagħmir tekniku jew mill-grupp ta' tagħmir ta' reazzjoni rapida, l-Istati Membri għandhom, fuq bażi ad hoc, jagħmlu t-tagħmir tekniku meħtieġ disponibbli għall-iskjerament lill-Aġenzija fuq talba tagħha.

13.Id-direttur eżekuttiv għandu jirrapporta regolarment dwar il-kompożizzjoni u l-iskjerament ta' tagħmir li jkun parti mir-riżerva ta' tagħmir tekniku lill-bord maniġerjali. Fejn in-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku meħtieġa fil-grupp ma jintlaħaqx, id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-bord maniġerjali mingħajr dewmien. Il-bord maniġerjali għandu jieħu deċiżjoni dwar il-prijoritizzazzjoni tal-iskjerament tat-tagħmir tekniku b'mod urġenti u jieħu l-passi xierqa biex isolvi n-nuqqas. Il-bord maniġerjali għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar in-nuqqas u l-passi li jkunu ħa. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan, u bil-valutazzjoni tagħha stess.

14.L-Istati Membri għandhom jirreġistraw fil-grupp ta' tagħmir tekniku l-mezzi kollha ta' trasport u tagħmir operazzjonali mixtri skont l-Azzjonijiet Speċifiċi tal-Fond għas-Sigurtà Interna f'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43 jew, fejn rilevanti, kwalunkwe finanzjament iddedikat ieħor tal-Unjoni li jkun tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri bil-ħsieb li tiżdied il-kapaċità operazzjonali tal-Aġenzija. Dan it-tagħmir tekniku għandu jifforma parti min-numru minimu ta’ oġġetti ta’ tagħmir tekniku għal sena partikolari.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu dak it-tagħmir tekniku kofinanzjat skont l-Azzjonijiet Speċifiċi tal-Fond għas-Sigurtà Interna jew kwalunkwe finanzjament dedikat ieħor tal-Unjoni li jkun disponibbli għall-iskjerament tal-Aġenzija fuq talba tagħha permezz ta’ negozjati bilaterali annwali. Kull oġġett tat-tagħmir għandu jkun disponibbli għal perjodu minimu ta’ ħames xhur. F'każ ta' operazzjoni msemmija fl-Artikolu 40 jew fl-Artikolu 43 ta' dan ir-Regolament, huma ma jistgħux jinvokaw is-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu.

15.L-Aġenzija għandha tieħu ħsieb ir-reġistri tar-riżerva ta' tagħmir tekniku kif ġej:

(a)klassifikazzjoni skont it-tip ta’ tagħmir u skont it-tip ta’ operazzjoni;

(b)klassifikazzjoni skont is-sjieda (Stat Membru, aġenzija, oħrajn);

(c)għadd globali ta’ oġġetti ta’ tagħmir meħtieġa;

(d)rekwiżiti tal-persunal jekk applikabbli;

(e)informazzjoni oħra, bħad-dettalji ta' reġistrazzjoni, ħtiġijiet ta' trasportazzjoni u manutenzjoni, skemi nazzjonali applikabbli ta' esportazzjoni, struzzjonijiet tekniċi, jew informazzjoni rilevanti oħra għall-użu xieraq tat-tagħmir.

(f)indikazzjoni dwar jekk oġġett ta’ tagħmir kienx iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni.

16.L-Aġenzija għandha tiffinanzja b'100 % l-iskjerament tat-tagħmir tekniku li jifforma parti min-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku pprovdut minn Stat Membru partikolari għal sena partikolari. L-iskjerament tat-tagħmir tekniku li ma jiffurmax parti minn għadd minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku għandu jkun kofinanzjat mill-Aġenzija sa mhux aktar minn 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari tal-Istati Membri li jkunu qegħdin jiskjeraw tali tagħmir tekniku.

Artikolu 65
Rapportar dwar il-kapaċitajiet tal-Aġenzija

1.Fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 52, 56, 57, 58, 63 u 64 u jippreżentah lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea.

2.Ir-rapport għandu jinkludi b’mod partikolari

(a)l-għadd ta’ persunal operazzjonali li kull Stat Membru impenja għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea u tal-Fruntiera u għar-riżerva ta’ kontrolluri tar-ritorn furzat;

(b)l-għadd ta’ persunal operazzjonali impenjat għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea u tal-Fruntiera mill-Aġenzija;

(c)l-għadd ta’ persunal operazzjonali attwalment stazzjonat mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta minn kull Stat Membru għal kull profil fis-sena preċedenti;

(d)l-għadd ta’ oġġetti ta’ tagħmir tekniku li kull Stat Membru u l-Aġenzija jkunu impenjaw għar-riżerva tat-tagħmir tekniku;

(e)l-għadd ta’ oġġetti ta’ tagħmir tekniku skjerati minn kull Stat Membru u mill-Aġenzija fis-sena preċedenti mir-riżerva tat-tagħmir tekniku, b’referenza speċjali għal

(f)l-impenji għar-Riżerva ta’ Tagħmir ta’ Reazzjoni Rapida u l-iskjeramenti minnha;

(g)l-iżvilupp tal-kapaċitajiet umani u tekniċi proprji tal-Aġenzija.

3.Dak ir-rapport għandu jelenka l-Istati Membri li fis-sena preċedenti invokaw is-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 58 u fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 64 u jinkludi r-raġunijiet u l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membri kkonċernat.

4.Biex tiġi żgurata t-trasparenza, kull tliet xhur il-Bord Maniġerjali għandu jiġi infurmat dwar l-elementi indikati fil-paragrafu 2 b’rabta mas-sena attwali.

Artikolu 66
Riċerka u innovazzjoni

1.L-Aġenzija għandha timmonitorja u tikkontribwixxi b'mod proattiv għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni rilevanti għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri inkluż l-użu ta’ teknoloġija ta’ sorveljanza avvanzata, filwaqt li tqis il-pjan direzzjonali tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 9 (4). L-Aġenzija għandha tqassam ir-riżultati ta’ dik ir-riċerka lill-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50. Dawn ir-riżultati tista’ tużahom kif xieraq f’operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera, operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn.

2.Filwaqt li tqis il-pjan direzzjonali tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 9 (4), l-Aġenzija għandha tgħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ temi ta’ riċerka ewlenin. L-Aġenzija għandha tgħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni rilevanti għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni.

3.L-Aġenzija għandha timplimenta l-partijiet tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li huma marbuta mas-sigurtà tal-fruntiera. Għal dak il-għan, u fejn il-Kummissjoni tkun iddelegatilha s-setgħat rilevanti, l-Aġenzija għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:

(a)tiġġestixxi xi stadji tal-implimentazzjoni tal-programm u xi fażijiet tul il-ħajja ta’ proġetti speċifiċi fuq il-bażi tal-programmi ta’ ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni;

(b)tadotta l-istrumenti tal-eżekuzzjoni tal-baġit għad-dħul u l-infiq u twettaq l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tmexxija tal-programm;

(c)tipprovdi appoġġ fl-implimentazzjoni tal-programm.

4.L-Aġenzija tista’ tippjana u timplimenta proġetti pilota dwar kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 67
Stabbiliment tal-pjanijiet

1.Il-pjanijiet li jifformaw parti mill-ippjanar integrali għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn imsemmija fl-Artikolu 9 għandhom jiġu stabbiliti skont il-paragrafi 2, 3 u 4.

2.L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jistabbilixxu pjanijiet operazzjonali għall-ġestjoni tal-frunieri u r-ritorni. Il-pjanijiet operazzjonali tal-Istati Membri marbutin mat-taqsimiet tal-fruntiera b’livelli ta’ impatt għoljin jew kritiċi għandhom jiġu stabbiliti b’kooperazzjoni mal-Istati Membri ġirien u mal-Aġenzija. Għall-attivitajiet tal-Aġenzija, l-ippjanar operazzjonali għas-sena suċċessiva għandu jiġi ddefinit fl-anness tad-dokument ta’ programmar uniku msemmi fl-Artikolu 100 u għal kull attività operazzjonali speċifika permezz tal-pjan operazzjonali msemmi fl-Artikolu 39 u fl-Artikolu 75(3).

3.L-Istati Membri għandhom jadottaw pjan ta’ kontinġenza għall-ġestjoni tal-fruntieri tagħhom u tar-ritorni. B’konformità mal-istrateġija għall-ġestjoni integrata nazzjonali tal-fruntieri, il-pjanijiet ta’ kontinġenza għandhom jiddeskrivu kull miżura neċessarja għar-rinforzar possibbli tal-kapaċitajiet, fosthom il-loġistika u l-appoġġ kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll mill-Aġenzija.

Ix-xenarji korrispondenti u l-parti tal-pjanijiet ta’ kontinġenza li jeħtieġu iżjed appoġġ mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jitħejjew b’mod konġunt minn kull Stat Membru u mill-Aġenzija b’koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri ġirien.

4.L-Istati Membri għandhom jadottaw pjan ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn b’konformità mal-istrateġija għall-ġestjoni integrata nazzjonali tal-fruntieri tagħhom. Il-pjan ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet għandu jiddeskrivi x-xenarju previst u l-evoluzzjoni relatata fuq terminu medju sa terminu twil tal-kapaċitajiet nazzjonali għall-ġestjoni tal-fruntieri u tar-ritorn.

Il-pjan ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet nazzjonali għandu jindirizza b’mod partikolari l-politika dwar ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-gwardji tal-fruntieri u tal-ispeċjalisti tar-ritorn, il-kisba u l-manutenzjoni tat-tagħmir u l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp meħtieġa u l-aspetti finanzjarji korrispondenti.

5.L-Aġenzija għandha tistabbilixxi sinteżi tal-pjanijiet ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet nazzjonali u strateġija pluriennali għall-kisba tat-tagħmir tal-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 63 u fl-ippjanar pluriennali tal-profili għall-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.

L-Aġenzija għandha taqsam din is-sinteżi mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiġu identifikati sinerġiji u opportunitajiet possibbli għall-kooperazzjoni f’diversi oqsma koperti mill-pjanijiet ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet, fosthom l-akkwisti konġunti. Abbażi tas-sinerġiji identifikati, l-Aġenzija tista’ tistieden lill-Istati Membri biex jipparteċipaw f’azzjonijiet ta’ segwitu għall-kooperazzjoni.

6.Il-pjan direzzjonali għall-iżvilupp tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 9(4) għandu jiġi propost mid-Direttur Eżekuttiv abbażi tas-sinteżi tal-pjanijiet ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet nazzjonali filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju u l-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mwettqa skont l-Artikolu 33 u l-pjanijiet pluriennali tal-Aġenzija stess.

7.Il-metodoloġija u l-proċedura biex jiġu stabbiliti x-xenarji msemmija fil-paragrafu 2 u l-pjanijiet imsemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali tal-Aġenzija fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv.


Taqsima 10
Is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS, European Travel Information and Authorisation System)

Artikolu 68
Ħolqien tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS

1.Unità Ċentrali tal-ETIAS hija stabbilita.

2.L-Aġenzija għandha tiżgura l-istabbiliment u l-operat tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 7 tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)].”]

Taqsima 11
Kooperazzjoni

Subtaqsima 1
Kooperazzjoni fl-UE

Artikolu 69
Kooperazzjoni tal-Aġenzija ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji, aġenziji tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali

1.L-Aġenzija għandha tikkoopera ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, fl-oqfsa legali rispettivi tagħhom u tagħmel użu mill-informazzjoni, kapaċitajiet u sistemi eżistenti disponibbli fil-qafas tal-EUROSUR.

F’konformità mal-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tikkoopera b’mod partikolari ma’:

(a)il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;

(b)l-Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (Europol);

(c)l-Aġenzija Ewropea għall-Ażil;

(d)l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali;

(e)il-Eurojust;

(f)iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea;

(g)l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd;

(h)l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja;

(i)l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u l-Maniġer tan-Netwerk stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 677/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM);

(j)iċ-Ċentru għall-Analiżi u l-Operazzjonijiet Marittimi - Narkotiċi (MAOC-N, Maritime Analysis and Operations Centre - Narcotics);

(k)Missjonijiet u operazzjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni.

2.Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha sseħħ fil-qafas ta’ arranġamenti ta’ ħidma konklużi mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Arranġamenti bħal dawn għandhom ikunu ngħataw l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. F’kull każ, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe arranġament bħal dan.

3.Fir-rigward tal-immaniġġjar ta’ informazzjoni klassifikata, dawk l-arranġamenti għandhom jipprevedu li l-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati jkunu jikkonformaw mar-regoli u l-istandards tas-sigurtà ekwivalenti għal dawk applikati mill-Aġenzija. Qabel ma jintemm l-arranġament għandha ssir żjara ta’ valutazzjoni u l-Kummissjoni għandha tkun infurmata bir-riżultat taż-żjara ta’ valutazzjoni.

4.Fit-twettiq tal-attivitajiet skont dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kummissjoni u, fejn rilevanti, mal-Istati Membri u mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Għalkemm lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha wkoll timpenja ruħha f’tali kooperazzjoni f’attivitajiet li jirrelataw mal-qasam doganali inkluża l-ġestjoni tar-riskju, fejn dawn l-attivitajiet jistgħu jappoġġaw lil xulxin. Din il-kooperazzjoni għandha ssir mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi eżistenti tal-Kummissjoni, tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Istati Membri.

5.L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jużaw l-informazzjoni riċevuta mill-Aġenzija biss fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom u sakemm dawn jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inklużi r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data. It-trażmissjoni suċċessiva jew komunikazzjoni oħra ta’ proċessar ta' data personali mill-Aġenzija lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji l-oħra tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal arranġamenti speċifiċi ta’ ħidma dwar l-iskambju ta’ data personali u soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data. Kwalunkwe trasferiment ta’ data personali għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 87 sa 90. Fir-rigward tal-ġestjoni ta’ informazzjoni kklassifikata, dawk l-arranġamenti għandhom jipprovdu li l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju, l-aġenzija tal-Unjoni jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati għandhom jikkonformaw mar-regoli ta’ sigurtà u mal-istandards ekwivalenti għal dawk applikati mill-Aġenzija.

6.Informazzjoni bejn l-Aġenzija u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi skambjata permezz tan-netwerk ta’ komunikazzjoni msemmi fl-Artikolu 14 jew sistemi akkreditati oħra ta’ skambju ta’ informazzjoni oħrajn li jissodisfaw il-kriterji tad-disponibbiltà, tal-kunfidenzjalità u tal-integrità.

Artikolu 70
Kooperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta

1.Mingħajr preġudizzju għall-EUROSUR, f’kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, l-Aġenzija għandha tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u meta jkun xieraq, fil-livell internazzjonali permezz ta':

(a)kondiviżjoni, fużjoni u analiżi tal-informazzjoni disponibbli fis-sistemi tar-rapportar tal-bastimenti u sistemi oħra ta’ informazzjoni ospitati minn dawk l-aġenziji jew aċċessibbli għalihom, b’konformità mal-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom u mingħajr preġudizzju għas-sjieda tad-data mill-Istati Membri;

(b)għoti ta’ servizzi ta’ sorveljanza u ta’ komunikazzjoni bbażati fuq l-aħħar teknoloġija, inklużi l-infrastruttura fl-ispazju u fuq l-art u s-sensuri mmuntati fuq kwalunkwe tip ta’ pjattaforma;

(c)bini tal-kapaċità billi tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet u billi tistabbilixxi l-aħjar prattiki, kif ukoll billi tipprovdi taħriġ u skambju tal-persunal;

(d)tisħiħ tal-iskambju tal-informazzjoni u tal-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta inkluż permezz tal-analiżi tal-isfidi operazzjonali u r-riskji emerġenti fil-qasam marittimu;

(e)kondiviżjoni tal-kapaċitajiet permezz tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet bi skopijiet multipli, u tal-kondiviżjoni ta’ assi u kapaċitajiet oħra, sal-punt li dawn l-attivitajiet ikunu kkoordinati minn dawk l-aġenziji u huma maqbulin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

2.Il-forom preċiżi tal-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta bejn l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandhom jiġu determinati f’arranġament ta’ ħidma, b’konformità mal-mandati rispettivi tagħhom u mar-regoli finanzjarji applikabbli għal dawk l-aġenziji. Tali arranġament għandu jiġi approvat mill-bord maniġerjali tal-Aġenzija u l-bordijiet maniġerjali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.

3.Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli manwal prattiku dwar il-kooperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd. Dan il-manwal prattiku għandu jkun fih linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-iskambju tal-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-manwal fil-forma ta’ rakkomandazzjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 117(3).

Artikolu 71
Kooperazzjoni mal-Irlanda u mar-Renju Unit

1.L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni operazzjonali tal-Istati Membri mal-Irlanda u mar-Renju Unit f’attivitajiet speċifiċi.

2.Għall-għanijiet tal-EUROSUR, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni mal-Irlanda u mar-Renju Unit jistgħu jseħħu abbażi ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn l-Irlanda jew ir-Renju Unit rispettivament u Stat Membru ġar wieħed jew iktar jew permezz ta’ netwerks reġjonali bbażati fuq dawk il-ftehimiet. Iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni tal-Istati Membri għandhom ikunu l-punti ta’ kuntatt għall-iskambju tal-informazzjoni mal-awtoritajiet korrispondenti tal-Irlanda u tar-Renju Unit fil-EUROSUR.

3.Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu limitati għall-iskambju tal-informazzjoni sussegwenti bejn iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni ta’ Stat Membru u l-awtorità korrispondenti tal-Irlanda jew tar-Renju Unit;

(a)informazzjoni li tinsab fl-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru sa fejn din tkun trażmessa lill-Aġenzija għall-għanijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea;

(b)informazzjoni miġbura mill-Irlanda u mir-Renju Unit li tkun rilevanti għall-għanijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea;

(c)informazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 26 (5).

4.L-informazzjoni pprovduta fil-kuntest tal-EUROSUR mill-Aġenzija jew minn Stat Membru li mhuwiex parti għal ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 2 ma għandhiex tiġi kondiviża mal-Irlanda jew mar-Renju Unit mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Aġenzija jew ta’ dak l-Istat Membru. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom ikunu marbutin biċ-ċaħda li jikkondividu dik l-informazzjoni mal-Irlanda u mar-Renju Unit.

5.Kwalunkwe trażmissjoni suċċessiva jew komunikazzjoni oħra ta’ informazzjoni skambjata taħt dan l-Artikolu lil pajjiżi terzi jew lil partijiet terzi għandha tkun ipprojbita.

6.Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kostijiet finanzjarji li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tal-Irlanda u tar-Renju Unit fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-ftehimiet.

7.L-appoġġ li għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija skont il-punti 12, 13 u 15 tal-Artikolu 10 (1) għandu jkopri l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn tal-Istati Membri li fihom tipparteċipa wkoll l-Irlanda jew ir-Renju Unit.

8.L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-fruntieri ta’ Ġibiltà għandha tiġi sospiża sad-data li fiha jintlaħaq ftehim dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri li jikkonċernaw il-qsim tal-fruntieri esterni minn persuni.

Subtaqsima 2
Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

Artikolu 72
Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

1.F’konformità mal-Artikolu 3 (g), l-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw ma’ pajjiżi terzi għall-għanijiet tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri u tal-politika dwar il-migrazzjoni, inkluż ir-ritorni.

2.Abbażi tal-prijoritajiet tal-politika stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 8(4), l-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lil pajjiżi terzi fil-qafas tal-politika għall-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipju ta' non-refoulement.

3.L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni, inkluż in-normi u l-istandards li jiffurmaw parti mill-acquis tal-Unjoni anki meta l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta’ dawk il-pajjiżi.

Artikolu 73
Kooperazzjoni tal-Istati Membri mal-pajjiżi terzi

1.Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jikkooperaw fuq livell operazzjonali u jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw ma’ pajjiż terz wieħed jew diversi pajjiżi terzi. Tali kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni għandhom iseħħu abbażi ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali jew permezz ta’ netwerks reġjonali stabbiliti abbażi ta’ dawk il-ftehimiet.

2.Meta jikkonkludu l-ftehimiet bilaterali jew multilaterali msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fil-qafas tal-EUROSUR f’konformità mal-Artikolu 76.

3.Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet fundamentali u dwar il-protezzjoni internazzjonali, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement. Meta jimplimentaw ftehimiet ta’ dan it-tip, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jqisu b’mod kontinwu s-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż terz, filwaqt li jqisu wkoll l-Artikolu 8.

Artikolu 74
Kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-pajjiżi terzi

1.L-Aġenzija tista’ tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament u sal-punt meħtieġ sabiex jitwettqu l-kompiti tagħha.

2.Meta tagħmel dan, għandha taġixxi fil-qafas tal-politika għall-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta’ non-refoulement, bl-appoġġ ta’ u b’koordinazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u fejn rilevanti, tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK.

3.F’ċirkostanzi li jeħtieġu l-iskjerament f’pajjiż terz ta’ timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri u tar-ritorn mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fejn il-membri tat-tim se jeżerċitaw setgħat eżekuttivi, għandu jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus mill-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat. Dan il-ftehim dwar l-istatus għandu jkopri l-aspetti kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-azzjonijiet. Għandu b’mod partikolari jistipula l-ambitu tal-operazzjoni, ir-responsabbiltà ċivili u kriminali u l-kompiti u s-setgħat tal-membri tat-timijiet. Il-ftehim dwar l-istatus għandu jiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali matul dawn l-operazzjonijiet.

4.Fejn disponibbli, għandha taġixxi wkoll fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma konklużi ma’ dawk l-awtoritajiet f’konformità mad-dritt u l-politika tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 77(6). Dawn l-arranġamenti ta’ ħidma għandhom jispeċifikaw l-ambitu, in-natura u l-għan tal-kooperazzjoni u jkunu relatati mal-ġestjoni tal-koperazzjoni operazzjonali u jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata u kooperazzjoni fil-qafas tal-EUROSUR b’konformità mal-Artikolu 75 (3). Kwalunkwe arranġament ta’ ħidma dwar l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata għandu jiġi konkluż b’konformità mal-Artikolu 77(6). L-Aġenzija għandha tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, inkluż in-normi u l-istandards li jiffurmaw parti mill-acquis tal-Unjoni. 

5.L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali u tal-arranġamenti mhux legalment vinkolanti dwar ir-ritorn konklużi mill-Unjoni ma’ pajjiżi terzi fil-qafas tal-politika għall-azzjoni esterna tal-Unjoni u fir-rigward ta’ kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

6.L-Aġenzija tista’ tibbenefika mill-fondi tal-Unjoni b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw lill-pajjiżi terzi u li huma marbutin magħhom. Tista’ tniedi u tiffinanzja proġetti ta’ assistenza teknika f’pajjiżi terzi fir-rigward ta’ kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament u f’konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

7.L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet imwettqa permezz ta’ dan l-Artikolu.

8.Għandha tinkludi valutazzjoni tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fir-rapporti annwali tagħha.

Artikolu 75
Assistenza teknika u operazzjonali pprovduta mill-Aġenzija lil pajjiżi terzi

1.Kif stipulat fl-Artikolu 72 (3), f’ċirkostanzi li jeħtieġu iktar assistenza teknika u operazzjonali, l-Aġenzija tista’ tikkoordina l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi u tipprovdi appoġġ operazzjonali lil pajjiżi terzi fil-kuntest tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri.

2.L-Aġenzija għandu jkollha l-possibbiltà li twettaq azzjonijiet fil-fruntieri esterni ta’ pajjiż terz, soġġett għall-qbil ta’ dak il-pajjiż terz, inkluż fit-territorju ta’ dak il-pajjiż terz.

3.L-operazzjonijiet għandhom jitwettqu abbażi ta’ pjan operazzjonali maqbul bejn l-Aġenzija u l-pajjiż terz ikkonċernat. Fil-każ ta’ operazzjonijiet imwettqa fil-fruntiera komuni ta’ bejn il-pajjiż terz u Stat Membru wieħed jew aktar, il-pjan operazzjonali għandu jkollu l-qbil tal-Istat Membru jew l-Istati Membri li jmissu mal-fruntiera taż-żona tal-operazzjoni. Il-pjanijiet operazzjonali jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fil-qafas tal-EUROSUR, f’konformità mal-Artikolu 76. Mingħajr preġudizzju għall-iskjerament tal-membri tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta skont l-Artikolu 55 sa 58, il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri f’operazzjonijiet konġunti fit-territorju ta’ pajjiżi terzi għandha tkun fuq bażi volontarja.

4.L-Aġenzija tista’ tipprovdi assistenza għall-attivitajiet tar-ritorn ta’ pajjiżi terzi u tiżgura l-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ ritorn, li matulhom għadd ta’ persuni ripatrijati jkunu jiġu ritornati minn dan il-pajjiż terz lejn pajjiż terz ieħor. Operazzjonijiet ta’ ritorn bħal dawn jistgħu jiġu organizzati bil-parteċipazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew aktar (“operazzjonijiet ta’ ritorn imħallta”) jew bħala operazzjonijiet ta’ ritorn nazzjonali, b’mod partikolari meta dan ikun ġustifikat mill-prijoritajiet tal-politika dwar il-migrazzjoni irregolari tal-Unjoni. L-Istati Membri parteċipanti u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u l-użu proporzjonat ta’ mezzi ta’ restrizzjoni jkunu garantiti matul l-operazzjoni kollha ta’ tneħħija, b’mod partikolari bil-preżenza tal-kontrolluri tar-ritorn furzat u tal-iskorti tar-ritorn furzat ta’ pajjiż terz.

Artikolu 76
Skambju ta’ informazzjoni ma’ Pajjiżi terzi fil-qafas tal-EUROSUR

1.Iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni tal-Istati Membri u, fejn rilevanti, l-Aġenzija, għandhom ikunu l-punti ta’ kuntatt għall-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fil-qafas tal-EUROSUR.

2.Id-dispożizzjonijiet għall-iskambju tal-informazzjoni fil-qafas tal-EUROSUR imsemmi fl-Artikolu 72 (2) għandhom jagħtu dettalji dwar:

(a)l-istampi tas-sitwazzjonijiet speċifiċi kondiviżi ma’ pajjiżi terzi;

(b)id-data li toriġina minn pajjiżi terzi li tista’ tiġi kondiviża fl-Istampa tas-Sitwazzjoni Ewropea u l-proċeduri għall-kondiviżjoni ta’ din id-data;

(c)il-proċeduri u l-kundizzjonijiet li skonthom jistgħu jingħataw is-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR lill-Awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi;

(d)il-modalitajiet tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni ma’ osservaturi ta’ pajjiżi terzi għall-għan tal-EUROSUR.

3.L-informazzjoni pprovduta fil-kuntest tal-EUROSUR mill-Aġenzija jew minn Stat Membru li mhux parti għal ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 73 ma għandhiex tiġi kondiviża ma’ pajjiż terz taħt dak il-ftehim mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Aġenzija jew ta’ dak l-Istat Membru. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom ikunu marbuta bir-rifjut li jikkondividu dik l-informazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat.

Artikolu 77
Rwol tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

1.Il-Kummissjoni għandha tinnegozja l-ftehim dwar l-istatus imsemmi fl-Artikolu 74 (3) f’konformità mal-Artikolu 218(3) tat-TFUE.

2.Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tfassal mudell tad-dispożizzjonijiet għall-ftehimiet bilaterali u multilaterali msemmija fl-Artikolu 71(2) u fl-Artikolu 73 għall-iskambju tal-informazzjoni fil-qafas tal-EUROSUR kif stipulat fl-Artikolu 76 (2).

Wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tfassal mudell tal-arranġamenti ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 74.

3.L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw l-arranġamenti bilaterali u multilaterali eżistenti msemmija fl-Artikolu 73 (1) lill-Kummissjoni, li għandha tivverifika jekk id-dispożizzjonijiet tagħhom jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament.

4.Qabel ma jiġi konkluż ftehim bilaterali jew multilaterali ġdid imsemmi fl-Artikolu 73 (1), l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikawh lill-Kummissjoni, li għandha tivverifika jekk id-dispożizzjonijiet tagħhom jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u tinforma lill-Istati Membri kif meħtieġ.

5.Ladarba jiġi konkluż ftehim ġdid, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifikah lill-Kummissjoni, li għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Aġenzija dwar dan.

6.Qabel ma jiġi konkluż kwalunkwe arranġament ma’ partijiet terzi jew ma’ pajjiżi terzi, l-Aġenzija għandha tinnotifikah lill-Kummissjoni, li għandha tagħti l-approvazzjoni minn qabel tagħha. Ladarba jiġu konklużi arranġamenti ta’ ħidma, l-Istat Aġenzija għandha tinnotifikahom lill-Kummissjoni, li għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Aġenzija dwar dan.

7.L-Aġenzija għandha tinnotifika l-pjanijiet operazzjonali msemmija fl-Artikolu 75 (3) lill-Kummissjoni. Id-deċiżjoni biex jiġu stazzjonati uffiċjali ta’ kollegament f’pajjiżi terzi skont l-Artikolu 78 għandha tkun soġġetta għall-irċevuta tal-opinjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat bis-sħiħ dwar dawk l-attivitajiet mingħajr dewmien.

Artikolu 78
Uffiċjali ta’ kollegament tal-Aġenzija f’pajjiżi terzi

1.L-Aġenzija tista’ tistazzjona esperti mill-persunal statutorju tagħha bħala uffiċjali ta’ kollegament, li għandhom igawdu mill-ogħla protezzjoni possibbli meta jwettqu dmirijiethom f’pajjiżi terzi. Għandhom jiffurmaw parti min-netwerks ta’ kooperazzjoni lokali jew reġjonali tal-uffiċjali ta’ kollegament dwar l-immigrazzjoni u esperti tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inkluż in-netwerk imwaqqaf skont ir-Regolament (KE) Nru 377/2004. Bid-deċiżjoni tal-bord maniġerjali, l-Aġenzija tista’ tistabbilixxi l-profili speċifiċi tal-uffiċjali ta’ kollegament, bħall-uffiċjali ta’ kollegament tar-ritorn, skont il-ħtiġijiet operazzjonali fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat.

2.Fil-qafas tal-politika għall-azzjoni esterna tal-Unjoni, għandha tingħata prijorità għall-istazzjonament ta’ uffiċjali ta’ kollegament lil dawk il-pajjiżi terzi li, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, jikkostitwixxu pajjiż ta’ oriġini jew tranżitu fir-rigward tal-immigrazzjoni illegali. L-Aġenzija tista’ tirċievi uffiċjali ta’ kollegament mibgħuta minn dawk il-pajjiżi terzi fuq bażi reċiproka. Fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, il-bord maniġerjali għandu jadotta lista ta’ prijoritajiet fuq bażi annwali. L-iskjerament tal-uffiċjali ta’ kollegament għandu jiġi approvat mill-bord maniġerjali, skont l-opinjoni tal-Kummissjoni.

3.Filwaqt li jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, il-kompiti tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-Aġenzija għandhom jinkludu l-istabbiliment u ż-żamma ta’ kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi fejn ikunu assenjati bl-għan li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta’ u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u r-ritorn ta’ persuni rimpatrijati, fosthom billi jipprovdu assistenza teknika fl-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz u l-kisba ta’ dokument tal-ivvjaġġar. Dawk l-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jikkoordinaw mill-qrib mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u, fejn rilevanti, mal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK.

Artikolu 79
Osservaturi li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija

1.Bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, l-Aġenzija tista’ tistieden osservaturi mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali u missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota, analiżi tar-riskju u taħriġ, sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-għanijiet ta’ dawn l-attivitajiet, tkun tista’ tikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, u ma taffettwax is-sikurezza u s-sigurtà ġenerali ta’ dawk l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-osservaturi fl-analiżi tar-riskju u t-taħriġ tista’ sseħħ biss bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati. Fir-rigward ta’ operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota, il-parteċipazzjoni tal-osservaturi għandha tkun soġġetta għal ftehim mal-Istat Membru ospitanti. Il-pjan operazzjonali għandu jinkludi regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi. Dawk l-osservaturi għandhom jirċievu taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom.

2.Bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, l-Aġenzija tista’ tistieden osservaturi minn pajjiżi terzi biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha fil-fruntieri esterni msemmija fl-Artikolu 37, fl-operazzjonijiet ta’ ritorn imsemmija fl-Artikolu 51, fl-interventi ta’ ritorn imsemmija fl-Artikolu 54 u fit-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 62, sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-objettivi ta’ dawn l-attivitajiet, tkun tista’ tikkontribwixxi għat-titjib fil-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, u ma taffettwax is-sikurezza ġenerali ta’ dawn l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-osservaturi tista’ sseħħ biss bil-ftehim tal-Istati Membri kkonċernati fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 37, 43, 51 u 62 u biss bil-ftehim tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta’ dawk imsemmija fl-Artikoli 37 u 54. Il-pjan operazzjonali għandu jinkludi regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi. Dawk l-osservaturi għandhom jirċievu taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom. Għandhom ikunu meħtieġa li jaderixxu mal-kodiċi ta’ kondotta tal-Aġenzija meta jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha.

KAPITOLU III
Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO)

Artikolu 80

1.L-Aġenzija għandha tieħu f’idejha u topera d-Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO) li hija bażi ta’ data li għandha tinkludi informazzjoni dwar dokumenti ġenwini tal-ivvjaġġar u tar-residenza maħruġa mill-Istati Membri, pajjiżi terzi, entitajiet territorjali, organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet oħra soġġetti għad-dritt internazzjonali u dwar il-falsifikazzjoni tagħhom. Is-sistema FADO ma għandu jkun fiha l-ebda data personali.

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data li bħalissa tinsab f’FADO għas-sistema l-ġdida.

2.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 117(2) sabiex:

(a)tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-FADO skont standards għoljin;

(b)tistabbilixxi l-proċeduri għall-kontroll u l-verifika tal-informazzjoni fil-FADO.

KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet ġenerali

Taqsima 1
Regoli ġenerali

Artikolu 81
Protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u strateġija għad-drittijiet fundamentali

1.Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Karta, id-dritt internazzjonali rilevanti inkluża l-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati, il-Protokoll tal-1967 tagħha u l-obbligi relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement.

Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tfassal, tiżviluppa ulterjorment u timplimenta strateġija għad-drittijiet fundamentali, inkluż mekkaniżmu effettiv għall-monitoraġġ tar-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

2.Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiżgura li l-ebda persuna ma tkun żbarkata fi, imġiegħla tidħol, imwassla, jew b’xi mod mgħoddija jew ritornata, lill-awtoritajiet ta’ pajjiż f’kontravenzjoni tal-prinċipju ta’ non-refoulement, jew li minnu hemm riskju ta’ espulsjoni jew ritorn lejn pajjiż ieħor f’kontravenzjoni ta’ dak il-prinċipju.

3.Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tqis il-ħtiġijiet speċjali tat-tfal, il-minorenni mhux akkumpanjati, il-persuni b’diżabilità, il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, persuni li jeħtieġu assistenza medika, persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, persuni f’diffikultà fuq il-baħar u persuni oħrajn f’sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli.

Fl-attivitajiet kollha tagħha, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tagħti attenzjoni partikolari lid-drittijiet tat-tfal u tiżgura li l-aħjar interessi tat-tfal jiġu rispettati.

4.Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, fir-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi terzi, l-Aġenzija għandha tqis ir-rapporti tal-forum konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 70 u l-uffiċjal tad-drittijiet fundamentali.

Artikolu 82
Kodiċijiet ta’ kondotta

1.B’kooperazzjoni mal-forum konsultattiv, l-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa aktar il-kodiċi ta’ kondotta applikabbli għall-operazzjonijiet kollha ta’ kontroll tal-fruntiera kkoordinati mill-Aġenzija u l-persuni kollha li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija. Il-kodiċi ta’ kondotta għandu jistabbilixxi l-proċeduri maħsuba sabiex jiggarantixxu l-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali mmirati b’mod partikolari lejn persuni vulnerabbli, inklużi t-tfal, il-minorenni mhux akkumpanjati u persuni oħra li jinsabu f’sitwazzjoni vulnerabbli, kif ukoll persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali.

2.B’kooperazzjoni mal-forum konsultattiv, l-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa ulterjorment il-kodiċi ta’ kondotta għar-ritorn ta’ persuni rimpatrijati, li għandu japplika matul kull operazzjoni ta’ ritorn u intervent ta’ ritorn li jiġu kkoordinati jew organizzati mill-Aġenzija. Dak il-kodiċi ta’ kondotta għandu jiddeskrivi proċeduri standardizzati komuni għas-simplifikazzjoni tal-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn, u jiżgura ritorn b’mod uman u b’ħarsien sħiħ tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari l-prinċipji tad-dinjità umana, il-projbizzjoni tat-tortura u ta’ trattament jew kastig inuman jew degradanti, id-dritt għal-libertà u s-sikurezza u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u n-nondiskriminazzjoni.

3.Il-kodiċi ta’ kondotta għar-ritorn għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-obbligu tal-Istati Membri li jipprevedu sistema effettiva ta’ sorveljanza tar-ritorn furzat kif stipulat fl-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE u għall-istrateġija għad-drittijiet fundamentali.

Artikolu 83
Kompiti u setgħat tal-membri tat-timijiet

1.Il-membri tat-timijiet skjerati mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollhom il-kapaċità li jwettqu l-kompiti kollha u jeżerċitaw is-setgħat kollha għall-kontroll tal-fruntieri u r-ritorn kif ukoll dawk li huma meħtieġa għat-twettiq tal-objettivi tar-Regolament (UE) 2016/399 u d-Direttiva 2008/115/KE.

2.Waqt li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, il-membri tat-timijiet għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u dik internazzjonali u għandhom iħarsu d-drittijiet fundamentali u d-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti.

3.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 94(1) fir-rigward tal-persunal statutorju tal-Aġenzija, il-membri tat-timijiet jistgħu jwettqu l-kompiti u jħaddmu s-setgħat biss fuq struzzjonijiet minn gwardji tal-fruntiera jew persunal involut f’kompiti relatati mar-ritorn tal-Istat Membru ospitanti, u bħala regola ġenerali, fil-preżenza tagħhom. L-Istat Membru ospitanti jista’ jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jaġixxu f’ismu.

4.Il-membri tat-timijiet skjerati mill-persunal statutorju operazzjonali tal-Aġenzija jew skjerati wara s-sekondar għal perjodu ta’ żmien twil fl-Aġenzija mill-Istati Membri, fejn xieraq, għandhom jilbsu l-uniformi tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta meta jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom. Il-membri tat-timijiet skjerati mill-Istati Membri għal perjodu ta’ żmien qasir, fejn xieraq, għandhom jilbsu l-uniformi tagħhom stess meta jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom.

Il-membri kollha tat-timijiet għandhom jilbsu wkoll identifikazzjoni personali viżibbli u faxxa blu bl-insinja tal-Unjoni u tal-Aġenzija fuq l-uniformi tagħhom, li tidentifikahom bħala parteċipanti f’operazzjoni konġunta, skjerament ta’ tim ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, proġett pilota, intervent rapidu fil-fruntiera, operazzjoni ta’ ritorn jew intervent ta’ ritorn. Għall-għanijiet ta’ identifikazzjoni fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, il-membri tat-timijiet għandhom iġorru magħhom dokument ta’ akkreditazzjoni f’kull ħin, li għandhom jippreżentawh meta jintalbu.

Id-disinn u l-ispeċifikazzjonijiet għall-uniformijiet tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom ikunu stabbiliti b’deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni adottata f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 117(3).

5.Meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, il-membri tat-timijiet jistgħu jġorru armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir.

Għall-persunal sekondat tal-Aġenzija, kemm jekk għal perjodu ta’ żmien qasir jew twil, il-ġarr u l-użu ta’ armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir għandhom ikunu soġġetti għal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju.

Il-ġarr u l-użu ta’ armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir mill-persunal statutorju operazzjonali tal-Aġenzija għandhom ikunu soġġetti għall-qafas u għar-regoli ddettaljati stabbiliti fl-Anness V.

Madankollu, l-Istat Membru ospitanti jista’ jipprojbixxi l-ġarr ta’ ċerti armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir, dejjem jekk il-leġiżlazzjoni tiegħu tkun tapplika l-istess projbizzjoni għall-gwardji tal-fruntiera jew għall-persunal tiegħu involut f’kompiti relatati mar-ritorn. Qabel ma jintbagħtu l-membri tat-timijiet, l-Istat Membru ospitanti għandu jinforma lill-Aġenzija dwar l-armi tas-servizz, il-munizzjon u t-tagħmir permissibbli u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom. L-Aġenzija għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli lill-Istati Membri.

6.Waqt li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, il-membri tat-timijiet għandhom ikunu awtorizzati li jużaw il-forza, inkluż armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir, bil-kunsens tal-Istat Membru tad-domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti, jew għall-persunal tal-Aġenzija bil-kunsens tal-Aġenzija, fil-preżenza tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti u b’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti. Bil-kunsens tal-Istat Membru tad-domiċilju jew tal-Aġenzija fejn xieraq, l-Istat Membru ospitanti jista’ jawtorizza lill-membri tat-timijiet jużaw il-forza fin-nuqqas tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti.

7.Armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir jistgħu jintużaw fl-awtodifiża leġittima u fid-difiża leġittima ta’ membri tat-timijiet jew ta’ persuni oħra b’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti.

8.Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru ospitanti għandu jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jikkonsultaw il-bażijiet tad-data Ewropej li l-konsultazzjoni tagħhom hija meħtieġa biex jintlaħqu għanijiet operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar il-kontrolli tal-fruntieri, is-sorveljanza tal-fruntieri u r-ritorn. L-Istat Membru ospitanti jista’ wkoll jawtorizzahom biex jikkonsultaw il-bażijiet tad-data nazzjonali tiegħu fejn meħtieġ għall-istess għan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jipprovdu tali aċċess għall-bażijiet tad-data b’mod effiċjenti u effettiv. Il-membri tat-timijiet għandhom jikkonsultaw biss dik id-data li hija meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom. Qabel l-iskjerament tal-membri tat-timijiet, l-Istat Membru ospitanti għandu jinforma lill-Aġenzija dwar liema bażijiet tad-data nazzjonali u Ewropej jistgħu jiġu kkonsultati. L-Aġenzija għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli lill-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-istazzjonament.

Dik il-konsultazzjoni għandha titwettaq b’konformità mal-liġi tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali tal-protezzjoni tad-data tal-Istat Membru ospitanti.

9.Deċiżjonijiet li jinċaħad id-dħul f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/399 għandhom jittieħdu biss mill-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti jew mill-membri tat-timijiet jekk dawn ikunu awtorizzati mill-Istat Membru ospitanti biex jaġixxu f’ismu.

Artikolu 84
Dokument ta’ akkreditazzjoni

1.F’kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti, l-Aġenzija għandha toħroġ dokument bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti u lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-membri tat-timijiet bl-għan li tidentifikahom u bħala prova tad-drittijiet tad-detentur li jwettaq kompiti u jeżerċita setgħat kif imsemmi fl-Artikolu 83. Id-dokument għandu jinkludi l-karatteristiċi li ġejjin ta’ kull membru tat-timijiet:

(a)l-isem u n-nazzjonalità;

(b)il-grad jew it-titlu tal-impjieg;

(c)ritratt reċenti diġitalizzat; kif ukoll

(d)il-kompiti awtorizzati li għandhom jitwettqu matul l-istazzjonament.

2.Id-dokument għandu jingħata lura lill-Aġenzija fi tmiem l-operazzjoni konġunta, l-istazzjonament tat-tim ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-proġett pilota, l-intervent rapidu fuq il-fruntiera, l-operazzjoni ta’ ritorn jew l-intervent ta’ ritorn.

Artikolu 85
Responsabbiltà ċivili

1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 94, fejn il-membri tat-timijiet joperaw fi Stat Membru ospitanti, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli b’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu għal kwalunkwe ħsara kkawżata minnhom waqt l-operazzjonijiet tagħhom.

2.Fejn tali ħsara tinħoloq minn traskuraġni gravi jew imġiba ħażina volontarja, l-Istat Membru ospitanti jista’ jkellem lill-Istat Membru tad-domiċilju sabiex kwalunkwe somma li jkun ħallas lill-vittmi jew lill-persuni intitolati f’isimhom tiġi rimborżata mill-Istat Membru tad-domiċilju. Bl-istess mod, jekk il-ħsara tinħoloq minn traskuraġni gravi jew imġiba ħażina volontarja tal-persunal tal-Aġenzija, l-Istat Membru ospitanti jista’ jkellem lill-Aġenzija sabiex kwalunkwe somma li jkun ħallas lill-vittmi jew lill-persuni intitolati f’isimhom tiġi rimborżata mill-Aġenzija.

3.Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu fir-rigward ta’ partijiet terzi, kull Stat Membru għandu jċedi l-pretensjonijiet kollha tiegħu kontra l-Istat Membru ospitanti jew kwalunkwe Stat Membru ieħor għal kwalunkwe ħsara li jkun ġarrab, għajr f’każijiet ta’ traskuraġni gravi jew imġiba ħażina volontarja.

4.Kwalunkwe tilwima bejn l-Istati Membri marbuta mal-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu li ma tistax tissolva b’negozjati bejniethom għandha titressaq minnhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 273 tat-TFUE.

5.Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fir-rigward ta’ partijiet terzi, l-Aġenzija għandha tkopri l-ispejjeż relatati mal-ħsara kkawżata lit-tagħmir tal-Aġenzija matul l-iskjerament, għajr f’każijiet ta’ traskuraġni gravi jew imġiba ħażina volontarja.

Artikolu 86
Responsabbiltà kriminali

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 94, waqt operazzjoni konġunta, proġett pilota, skjerament ta’ tim ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, intervent rapidu fil-fruntiera, operazzjoni ta’ ritorn jew intervent ta’ ritorn, il-membri tat-timijiet għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta’ kwalunkwe reat kriminali li jista’ jitwettaq kontrihom jew minnhom.


Taqsima 2
Proċessar ta’ data personali

Artikolu 87
Regoli ġenerali dwar l-ipproċessar ta’ data personali mill-Aġenzija

1.L-Aġenzija għandha tapplika r-[Regolament (KE) Nru 45/2001] meta tiġi pproċessata data personali.

2.Il-bord maniġerjali għandu jieħu l-miżuri amministrattivi meħtieġa għall-applikazzjoni tar-[Regolament (KE) Nru 45/2001] mill-Aġenzija, inklużi dawk dwar l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija.

3.L-Aġenzija tista’ tittrasferixxi d-data personali lil awtorità ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament (KE) Nru 45/2001] sakemm tali trasferiment ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija fil-qasam tal-attivitajiet ta’ ritorn. Meta, fil-qafas tal-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn, id-data personali tal-persuni rimpatrijati ma tiġix trażmessa minn Stat Membru lit-trasportatur, l-Aġenzija tista’ wkoll tittrasferixxi tali data bl-istess kundizzjonijiet. Fl-applikazzjoni tal-[Artikolu 25(1)(c)] tar-[Regolament (KE) Nru 45/2001], l-[Artikolu 19] tiegħu ma għandux japplika għall-ipproċessar tad-data għal finijiet ta’ ritorn mill-Aġenzija, sakemm iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx ġie rritornat. L-Aġenzija tista’ tipprevedi regoli interni dwar ir-restrizzjoni tal-applikazzjoni tad-drittijiet skont l-[Artikoli 17 u 18] tar-[Regolament (KE) Nru 45/2001] fuq bażi ta’ każ b’każ sakemm l-eżerċizzju ta’ tali dritt jirriskja li jqiegħed fil-periklu l-proċedura tar-ritorn.

Artikolu 88
Finijiet tal-ipproċessar ta’ data personali

1.L-Aġenzija tista’ tipproċessa d-data personali biss għall-finijiet li ġejjin:

(a)it-twettiq tal-kompiti tagħha ta’ organizzazzjoni u koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota, interventi rapidi fil-fruntiera u fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 47;

(b)it-twettiq tal-kompiti tagħha ta’ appoġġ lil Stati Membri u pajjiżi terzi f’attivitajiet ta’ qabel ir-ritorn, tal-operazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni tar-ritorn, kif ukoll tal-koordinazzjoni jew tal-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn u tal-forniment ta’ assistenza teknika u operazzjonali lil Stati Membri u lil pajjiżi terzi skont l-Artikolu 49;

(c)l-iffaċilitar tal-iskambju ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri, mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (EASO), mal-Europol jew mal-Eurojust skont l-Artikolu 89;

(d)l-analiżi tar-riskju mill-Aġenzija skont l-Artikolu 30;

(e)l-identifikazzjoni u t-traċċar ta’ bastimenti fil-qafas tal-EUROSUR skont l-Artikolu 90;

(f)kompiti amministrattivi.

2.Stat Membru jew aġenzija oħra tal-Unjoni li tipprovdi data personali lill-Aġenzija għandha tiddetermina l-fini jew il-finijiet li għalihom dik id-data għandha tiġi proċessata kif imsemmi fil-paragrafu 1. L-Aġenzija tista’ tipproċessa tali data personali għal fini differenti li wkoll jaqa’ taħt il-paragrafu 1 biss jekk tkun awtorizzata mill-fornitur tad-data personali.

3.L-Istati Membri u aġenziji oħrajn tal-Unjoni jistgħu jindikaw, fil-mument li jittrażmettu d-data personali, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess għal tali data jew għall-użu tagħha, f’termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż għat-trasferiment, it-tħassir jew il-qerda tagħha. Fejn il-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir ċara wara t-trasferiment tad-data personali, dawn għandhom jinformaw lill-Aġenzija dwar dan. L-Aġenzija għandha tkun konformi ma’ dawn ir-restrizzjonijiet.

Artikolu 89
L-ipproċessar ta’ data personali miġbura matul operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota u interventi rapidi fil-fruntiera u mit-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni

1.L-Aġenzija għandha tipproċessa biss il-kategoriji li ġejjin ta’ data personali miġbura u trażmessa lilha mill-Istati Membri, jew mill-persunal tagħha jew mill-EASO, l-Europol jew l-Eurojust fil-kuntest ta’ operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota u interventi rapidi fil-fruntieri, u permezz tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni:

(a)id-data personali dwar persuni li huma suspettati, fuq motivazzjonijiet raġonevoli, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-EASO, l-Europol jew l-Eurojust, b’involviment fil-kriminalità transfruntiera, bħalma huma l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin jew it-terroriżmu;

(b)id-data personali dwar persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni mingħajr awtorizzazzjoni u li d-data tagħhom tinġabar mit-timijiet tal-Aġenzija, anki meta dawn jaġixxu fil-qafas tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni;

(c)in-numri tal-pjanċa tal-liċenzja, in-numri tal-identifikazzjoni tal-vetturi, in-numri tat-telefon jew in-numri ta’ identifikazzjoni tal-bastimenti, marbuta mal-persuni msemmija f’(a) u (b) u li huma meħtieġa biex jiġu investigati u analizzati rotot u metodi użati għall-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera.

2.Id-data personali msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi pproċessata mill-Aġenzija fil-każijiet li ġejjin:

(a)fejn l-iskambju ta’ informazzjoni mal-EASO, l-Europol jew l-Eurojust ikun neċessarju għall-użu skont il-mandati rispettivi tagħhom u skont l-Artikolu 69;

(b)fejn it-trażmissjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri rilevanti li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri, tal-migrazzjoni, tal-ażil u tar-ritorni tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(c)fejn it-trażmissjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri rilevanti, lill-pajjiżi terzi tar-ritorn jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali tkun neċessarja għall-finijiet ta’ identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, tal-ksib ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar, u biex tiffaċilita jew tappoġġa r-ritorn;

(d)fejn meħtieġ għall-preparazzjoni tal-analiżijiet ta’ riskju;

(a) f’każijiet speċifiċi, fejn l-Aġenzija ssir taf li d-data personali pproċessata fit-twettiq tal-kompiti tagħha tkun strettament neċessarja għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.

3.Id-data personali għandha titħassar malli tiġi trażmessa lill-EASO, lill-Europol jew lill-Eurojust jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew inkella ladarba tintuża għall-preparazzjoni tal-analiżijiet ta’ riskju. Fi kwalunkwe każ, il-perjodu ta’ ħżin ma għandux jaqbeż id-90 jum wara d-data tal-ġbir ta’ dik id-data. Fir-riżultati tal-analiżijiet ta’ riskju, id-data għandha tiġi anonimizzata. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal data pproċessata għall-finijiet ta’ twettiq ta’ kompiti relatati mar-ritorn.

Artikolu 90
Proċessar ta’ data personali fil-qafas tal-EUROSUR

1.Meta l-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali teħtieġ l-ipproċessar ta’ data personali, dik id-data għandha tiġi pproċessata skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li trid titqies bħala l-kontrollur skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 u li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar ta’ data minn dak l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnotifika d-dettalji ta’ dik l-awtorità lill-Kummissjoni.

2.In-numri ta’ identifikazzjoni tal-vapuri u tal-inġenji tal-ajru huma l-unika data personali li tista’ tiġi pproċessata fl-istampi tas-sitwazzjoni Ewropea u fl-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi.

3.Kwalunkwe skambju ta’ data personali ma’ pajjiżi terzi fil-qafas tal-EUROSUR għandu jkun strettament limitat għal dak li huwa assolutament meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Dan għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679, u d-dispożizzjonijiet rilevanti nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.

4.Kwalunkwe skambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 73(2), l-Artikolu 74(3) u l-Artikolu 75(3), li jipprovdi pajjiż terz b’informazzjoni li tista’ tintuża biex tidentifika persuni jew gruppi ta’ persuni li t-talba tagħhom għal aċċess għall-protezzjoni internazzjonali qed tiġi ezaminata jew li qegħdin f’riskju serju li jkunu soġġetti għal tortura, trattament inuman u degradanti jew kastig jew kull ksur ieħor ta’ drittijiet fundamentali, għandu jkun ipprojbit.

5.Kwalunkwe trażmissjoni suċċessiva jew komunikazzjoni oħra ta’ informazzjoni skambjata skont l-Artikolu 73(2), l-Artikolu 74(3) u l-Artkolu 75(3) lil pajjiżi terzi oħra jew lil partijiet terzi għandha tkun ipprojbita.

Artikolu 91
Regoli ta’ sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

1.L-Aġenzija għandha tadotta r-regoli tas-sigurtà tagħha abbażi tal-prinċipji u r-regoli stipulati fir-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (IKUE) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, inklużi, fost oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju ma’ Stati terzi, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ tali informazzjoni kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 u 2015/444. Kwalunkwe arranġament amministrattiv dwar l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata mal-awtoritajiet rilevanti ta’ Stat terz jew, fin-nuqqas ta’ tali arranġament, kwalunkwe rilaxx eċċezzjonali jew ad hoc ta’ EUCI lil dawk l-awtoritajiet għandu jkun ingħata l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

2.Ir-regoli tas-sigurtà għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni.

3.Il-klassifikazzjoni ma għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew. It-trażmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u d-dokumenti mibgħuta lill-Parlament Ewropew skont dan ir-Regolament għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni.

Taqsima 3
Qafas ġenerali u organizzazzjoni tal-Aġenzija

Artikolu 92
Status ġuridiku u sede

1.L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni. Din għandu jkollha personalità ġuridika.

2.F’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandu jkollha l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġijiet tagħhom. B’mod partikolari, din tista’ tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tista’ tkun parti għal proċedimenti legali.

3.L-Aġenzija għandha tkun indipendenti fl-implimentazzjoni tal-mandat tekniku u operazzjonali tagħha.

4.L-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mid-direttur eżekuttiv tagħha.

5.Is-sede tal-Aġenzija għandha tkun f’Varsavja, il-Polonja.

Artikolu 93
Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali

1.L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-Aġenzija fl-Istat Membru fejn l-Aġenzija jkollha s-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli għad-direttur eżekuttiv, il-viċi diretturi eżekuttivi, il-membri tal-bord maniġerjali, il-persunal tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom, f’dak l-Istat Membru għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru fejn l-Aġenzija jkollha s-sede tagħha.

2.Il-ftehim dwar kwartieri ġenerali għandu jiġi konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali.

3.L-Istat Membru fejn l-Aġenzija għandha s-sede tagħha għandu jipprovdi l-aqwa kundizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament tajjeb tal-Aġenzija, inkluż edukazzjoni multilingwi orjentata lejn l-Ewropa u konnessjonijiet ta’ trasport xierqa.

Artikolu 94
Persunal

1.Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni (il-“Kondizzjonijiet tal-Impjieg”), stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, ECSC) Nru 259/68 44 , u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jagħtu effett lil dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal statutorju.

2.Fil-prinċipju, il-post tal-impjieg għandu jiġi stabbilit fl-Istat Membru fejn l-Aġenzija jkollha s-sede tagħha.

3.Inizjalment, il-membri tal-persunal soġġetti għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għandhom, fil-prinċipju, jiġu impjegati għal perjodu fiss ta’ ħames snin. Il-kuntratti tagħhom, fil-prinċipju, jistgħu jiġġeddu darba biss, għal perjodu fiss ta’ massimu ta’ ħames snin. Kwalunkwe tiġdid ieħor ikun għal perjodu indefinit.

4.Il-Bord Maniġerjali jista’ jagħti pagament differenzjali ta’ kull xahar lill-membri tal-persunal statutorju tal-Aġenzija Dan il-pagament differenzjali għandu jiġi kkalkolat bħala persentaġġ tar-remunerazzjoni ta’ kull membru tal-persunal ikkonċernat. Dan il-persentaġġ ma għandux ikun akbar mid-differenza bejn 100 % u l-koeffiċjent tal-korrezzjoni applikabbli fil-post tal-impjieg u għandu jiġi rivedut regolarment. Qabel ma jingħata dan il-benifiċċju, għandha titqies kif xieraq ir-remunerazzjoni ġenerali li jkunu ħadu l-membri tal-persunal individwali, inkluż ir-remunerazzjonijiet ta’ spejjeż ta’ missjonijiet.

Il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Sal-2024, il-Bord Maniġerjali għandu jirrevedi dawn ir-regoli, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

5.Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 32, tal-Artikolu 45 u tal-Artikolu 53 (2), membru tal-persunal tal-Aġenzija soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal jew għat-Titolu II tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg biss jista’ jinħatar bħala uffiċjal ta’ koordinazzjoni jew uffiċjal ta’ kollegament. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 56, membru tal-persunal tal-Aġenzija soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal jew għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg biss jista’ jinħatar bħala membru tat-tim.

6.Il-bord maniġerjali għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni sabiex jingħata effett lir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg bi qbil mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

7.Wara li jkun kiseb l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, il-bord maniġerjali għandu jadotta regoli relatati mal-persunal operazzjonali minn Stati Membri li jkun se jiġi ssekondat mal-Aġenzija skont l-Artikolu 57 u jaġġornahom skont ma jkun meħtieġ. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom iqisu l-fatt li l-persunal operazzjonali huwa ssekondat biex jiġi skjerat bħala membri tat-timijiet u jkollhom il-kompiti u s-setgħat previsti fl-Artikolu 83. Dawn għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-iskjerament. Meta jkun rilevanti, il-Bord Maniġerjali għandu jimmira li jiżgura l-konsistenza mar-regoli applikabbli għar-rimborż ta’ spejjeż ta’ missjonijiet tal-persunal statutorju.

Artikolu 95
Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea japplika għall-Aġenzija u għall-persunal statutorju tagħha.

Artikolu 96
Responsabbiltà

1.Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun irregolata mil-liġi li tapplika għall-kuntratt inkwistjoni.

2.Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tagħti sentenzi b’konformità ma’ kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tinstab f’kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

3.Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, f’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijiethom.

4.Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni f’tilwim relatat ma’ kumpens għal dannu msemmi fil-paragrafu 3.

5.Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tal-Aġenzija lejha għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għalihom.

Artikolu 97
Struttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija

L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija għandha tkun magħmula minn:

(a)bord maniġerjali;

(b)direttur eżekuttiv;

(c)viċi diretturi eżekuttivi;

(d)forum konsultattiv;

(e)uffiċjal għad-drittijiet fundamentali.

Artikolu 98
Funzjonijiet tal-bord maniġerjali

1.Il-bord maniġerjali għandu jkun responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet strateġiċi tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament.

2.Il-bord maniġerjali għandu:

(a)jaħtar id-direttur eżekuttiv fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 105;

(b)jaħtar il-viċi diretturi eżekuttivi fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 105;

(c)jadotta deċiżjoni biex jiġi stabbilit uffiċċju antenna jew biex tittawwal id-durata tiegħu skont l-Artikolu 60(6);

(d)jadotta deċiżjonijiet dwar it-twettiq tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà skont l-Artikolu 33 (1) u (9), bid-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-miżuri adottati skont l-Artikolu 33 (9) jgħaddu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri li għandhom dritt jivvutaw;

(e)jadotta deċiżjonijiet dwar il-listi ta’ informazzjoni u data obbligatorji li għandhom jiġu skambjati mal-Aġenzija mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn biex jippermettu lill-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha;

(f)jadotta deċiżjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ mudell tal-analiżi tar-riskju komuni u integrat skont l-Artikolu 30(1);

(g)jadotta deċiżjonijiet dwar in-natura u t-termini tal-iskjerament ta’ uffiċjali ta’ kollegament fi Stati Membri skont l-Artikolu 32 (2);

(h)jadotta strateġija teknika u operazzjonali għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropea skont l-Artikolu 8(5);

(i) jadotta deċiżjoni dwar il-profili u l-għadd ta’ persunal operazzjonali għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-migrazzjoni fil-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, skont l-Artikolu 55(4);

(j)jadotta rapport annwali tal-attività tal-Aġenzija għas-sena ta’ qabel u jibagħtu sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri;

(k)qabel it-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, u wara li jqis kif xieraq l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri li għandhom dritt li jivvutaw, dokument ta’ programmar uniku li jkun fih, fost oħrajn, il-programmar pluriennali tal-Aġenzija u l-programm ta’ ħidma tagħha għas-sena ta’ wara u jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(l)jistabbilixxi proċeduri għad-direttur eżekuttiv biex jieħu deċiżjonijiet relatati mal-kompiti tekniċi u operazzjonali tal-Aġenzija;

(m)jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri li għandhom dritt li jivvutaw, il-baġit annwali tal-Aġenzija u jeżerċita funzjonijiet oħra relatati mal-baġit tal-Aġenzija skont it-Taqsima 5 ta’ dan il-Kapitolu;

(n)jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-direttur eżekuttiv u l-viċi diretturi eżekuttivi, bi ftehim mad-direttur eżekuttiv;

(o)jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu;

(p)jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija u jadotta l-politika tal-persunal tal-Aġenzija;

(q)jadotta strateġija kontra l-frodi, li tkun proporzjonata mar-riskji ta’ frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li jkunu se jiġu implimentati;

(r)jadotta regoli interni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

(s)jeżerċita, skont il-paragrafu 8, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat konferiti mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali dwar l-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg dwar l-Awtorità Awtorizzata li Tikkonkludi Kuntratt ta’ Impjieg (“is-setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra”);

(t)jadotta regoli ta’ implimentazzjoni xierqa sabiex jingħata effett lir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg skont l-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

(u)jiżgura s-segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti interni u esterni tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-OLAF;

(v)jadotta u jaġġorna b’mod regolari l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10 (2);

(w)jaħtar uffiċjal tal-kontabbiltà, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha;

(x)jiddeċiedi dwar metodoloġija komuni ta’ valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, inklużi l-kriterji oġġettivi li bihom l-Aġenzija għandha twettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, il-frekwenza ta’ tali valutazzjonijiet, u kif valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà konsekuttivi għandhom jitwettqu;

(y)jiddeċiedi dwar il-valutazzjoni u monitoraġġ imsaħħa ta’ Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 33 (2);

(``)jaħtar l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali skont l-Artikolu 107(1);

(aa)japprova l-arranġamenti ta’ ħidma ma’ pajjiżi terzi;

(bb)jadotta, wara l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, ir-regoli tas-sigurtà tal-Aġenzija dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata kif imsemmi fl-Artikolu 91;

(cc)jaħtar uffiċjal tas-sigurtà, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li għandu jkun responsabbli għas-sigurtà fl-Aġenzija, inkluż il-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva u klassifikata.

Ir-rapport annwali ta’ attività msemmi fil-punt (j) għandu jsir pubbliku.

3.Il-proposti għal deċiżjonijiet tal-bord maniġerjali kif imsemmi fil-paragrafu 2 dwar attivitajiet speċifiċi tal-Aġenzija li għandhom jitwettqu fil-fruntieri esterni ta’ kwalunkwe Stat Membru partikolari, jew fil-viċinanza immedjata tagħhom, għandhom jeħtieġu vot favur l-adozzjoni tagħhom mill-Membru tal-bord maniġerjali li jirrappreżenta lil dak l-Istat Membru.

4.Il-bord maniġerjali jista’ jagħti parir lid-direttur eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-iżvilupp tal-ġestjoni operazzjonali tal-fruntieri esterni u r-ritorn, inklużi l-attivitajiet relatati mar-riċerka.

5.Jekk l-Irlanda u/jew ir-Renju Unit jitolbu li jipparteċipaw fl-attivitajiet speċifiċi, il-bord maniġerjali għandu jiddeċiedi dwar dan.

Il-bord maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu skont il-każ partikolari b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt li jivvutaw. Fid-deċiżjoni tiegħu, il-bord maniġerjali għandu jikkunsidra jekk il-parteċipazzjoni tal-Irlanda u/jew ir-Renju Unit tikkontribwixxix għall-kisba tal-attività inkwistjoni. Id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-kontribut finanzjarju tal-Irlanda u/jew ir-Renju Unit għall-attività li tkun saret talba għall-parteċipazzjoni fiha.

6.Kull sena l-bord maniġerjali għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (“l-awtorità baġitarja”) kwalunkwe informazzjoni rilevanti għar-riżultati tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Aġenzija.

7.Il-bord maniġerjali jista’ jistabbilixxi bord eżekuttiv magħmul minn massimu ta erba’ rappreżentanti tal-Bord Maniġerjali, inkluż il-President tiegħu, u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni, biex jgħinu lilu u lid-direttur eżekuttiv fir-rigward tal-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet, programmi u attivitajiet li għandhom jiġu adottati mill-bord maniġerjali u biex jieħu ċerti deċiżjonijiet proviżorji u urġenti f’isem il-bord maniġerjali meta jkun meħtieġ. Il-bord eżekuttiv ma għandux jieħu deċiżjonijiet li għandhom jgħaddu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi jew ta’ tliet kwarti tal-bord maniġerjali. Il-bord maniġerjali jista’ jiddelega ċerti kompiti definiti b’mod ċar lill-bord eżekuttiv, b’mod partikolari meta dan itejjeb l-effiċjenza tal-Aġenzija. Ma għandux jiddelega lill-bord eżekuttiv kompiti relatati ma’ deċiżjonijiet li għandhom jgħaddu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi jew ta’ tliet kwarti tal-bord maniġerjali.

8.Il-bord manierjali għandu jadotta, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li tiddelega s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra rilevanti lid-direttur eżekuttiv u li tistipula l-kundizzjonijiet li taħthom din id-delega tas-setgħat tista’ tiġi sospiża. Id-direttur eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat.

Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu dan, il-bord maniġerjali jista’, permezz ta’ deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-direttur eżekuttiv u dawk is-setgħat sottodelegati minn dan tal-aħħar. Jista’ mbagħad jeżerċitahom huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhux id-direttur eżekuttiv.

Artikolu 99
Kompożizzjoni tal-bord maniġerjali

1.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-bord maniġerjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bi dritt li jivvutaw. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jaħtar membru tal-bord maniġerjali kif ukoll sostitut li jkun jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha. Il-Kummissjoni għandha taħtar żewġ membri u s-sostituti tagħhom. Id-durata tal-mandat għandha tkun ta’ erba’ snin. Il-mandat jista’ jiġi estiż.

2.Il-membri tal-bord maniġerjali għandhom jinħatru abbażi tal-grad ta’ esperjenza u kompetenza ta’ livell għoli rilevanti tagħhom fil-qasam tal-kooperazzjoni operazzjonali dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn u l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti tagħhom. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jkollhom l-għan li tinkiseb rappreżentanza bilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel fil-bord maniġerjali.

3.Il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen għandhom jipparteċipaw fl-Aġenzija. Huma għandu jkollhom rappreżentant wieħed u sostitut wieħed fuq il-bord maniġerjali. L-arranġamenti żviluppati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni tagħhom, li jispeċifikaw in-natura, il-firxa u r-regoli dettaljati tal-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal għandhom japplikaw.

Artikolu 100

Programmar pluriennali u programmi ta’ ħidma annwali

1.Il-bord maniġerjali għandu, sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, jadotta dokument ta’ programmar finali li jkun fih, fost oħrajn, il-programmar plurienannli tal-Aġenzija u l-programmar annwali għas-sena ta’ wara, abbażi ta’ abbozz imressaq mid-direttur eżekuttiv u approvat mill-bord maniġerjali. Id-dokument ta’ programmar finali għandu jiġi adottat wara li tingħata opinjoni pożittiva mill-Kummissjoni, fir-rigward tal-programmar pluriennali, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Jekk l-Aġenzija tiddeċiedi li ma tqisx xi elementi tal-opinjoni tal-Kummissjoni, din għandha tipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata. Il-bord maniġerjali għandu jibgħat id-dokument lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

2.Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali. Għandu jiġi aġġustat kif xieraq, meta jkun meħtieġ.

3.Il-programmar pluriennali għandu jistipula programmar strateġiku ġenerali għall-perjodu medju u twil, inklużi għanijiet, riżultati mistennija, indikaturi ta’ prestazzjoni u ppjanar tar-riżorsi, li jinkludi l-baġit pluriennali, il-persunal u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-Aġenzija stess. Il-programmar pluriennali għandu jistabbilixxi l-oqsma strateġiċi tal-intervent u jispjega dak li jeħtieġ isir biex jintlaħqu l-objettivi. Dan għandu jinkludi strateġija għar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll l-azzjonijiet marbuta ma’ dik l-istrateġija.

4.Il-programmar pluriennali għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma annwali u għandu, fejn ikun xieraq, jiġi aġġornat wara r-riżultati ta’ evalwazzjonijieti mwettqa skont l-Artikolu 116. Il-konklużjoni ta’ dawn l-evalwazzjonijiet għandha tkun riflessa wkoll, meta jkun xieraq, fil-programm ta’ ħidma annwali għas-sena ta' wara.

5.Il-programm annwali ta’ ħidma għandu jkun fih deskrizzjoni tal-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati, li jinkludi l-objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija, fosthom l-indikaturi ta’ prestazzjoni. Għandu jkun fih ukoll indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull attività, skont il-prinċipji ta’ bbaġitjar u ġestjoni bbażati fuq l-attività. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun konsistenti mal-programmar pluriennali. Dan għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbla mas-sena finanzjarja ta’ qabel.

6.Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jiġi adottat skont il-programm leġiżlattiv tal-Unjoni fl-oqsma rilevanti tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorni.

7.Meta, wara l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali, jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija, il-bord maniġerjali għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali.

8.Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali għandha, b’mod speċjali l-modifika li twassal għal riallokazzjoni tar-riżorsi baġitarji ta’ aktar minn 2 % tal-baġit annwali, tiġi adottata bl-istess proċedura bħal dik applikabbli għall-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-bord maniġerjali jista’ jiddelega lid-direttur eżekuttiv is-setgħa biex jagħmel emendi mhux sostanzjali għall-programm ta’ ħidma annwali.

Artikolu 101
President tal-bord maniġerjali

1.Il-bord maniġerjali għandu jeleġġi president u viċi president minn fost il-membri tiegħu bi dritt li jivvutaw. Il-president u l-viċi president għandhom ikunu eletti b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-bordijiet maniġerjali bi dritt li jivvutaw. Il-viċi president għandu jissostitwixxi ex officio lill-president fil-każ li dan tal-aħħar ma jkunx jista’ jwettaq dmirijietu.

2.Il-mandat tal-president u tal-viċi president għandu jiskadi meta ma jibqgħux parti mill-bord maniġerjali. Soġġett għal din id-dispożizzjoni, il-perjodu tal-mandat tal-president jew tal-viċi president għandu jkun ta’ erba’ snin. Dawn il-mandati jistgħu jiġu estiżi darba.

Artikolu 102
Laqgħat tal-bord maniġerjali

1.Il-laqgħat tal-bord maniġerjali għandhom jissejħu mill-president tiegħu.

2.Id-direttur eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, mingħajr dritt li jivvota.

3.Il-bord maniġerjali għandu jorganizza tal-anqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa’ fuq sejħa tal-president, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ mill-anqas terz tal-membri tiegħu. Meta jkun meħtieġ, il-bord maniġerjali jista’ jorganizza laqgħat konġunti mal-bord maniġerjali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u tal-EUROPOL.

4.L-Irlanda għandha tkun mistiedna tattendi l-laqgħat tal-bord maniġerjali.

5.Ir-Renju Unit għandu jkun mistieden jattendi l-laqgħat tal-bord maniġerjali li jsiru qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

6.Rappreżentanti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u tal-EUROPOL għandhom ikunu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord Maniġerjali. Il-bord maniġerjali jista’ jistieden ukoll rappreżentant tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.

7.Il-bord maniġerjali jista’ jistieden, f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu, kwalunkwe persuna oħra li l-opinjoni tagħha tista’ tkun ta’ interess biex tattendi għal-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

8.Il-membri tal-bord maniġerjali jistgħu, soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-regoli ta’ proċedura tiegħu, ikunu assistiti minn konsulenti jew esperti.

9.Is-segretarjat tal-bord maniġerjali għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija.

Artikolu 103
Votazzjoni

1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55(4), il-punti (3), (9) u (13) tal-Artikolu 98(2), l-Artikolu 100(1) u l-Artikolu 105(2) u (4), il-bord maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt li jivvutaw.

2.Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta’ membru, il-membru sostitut tiegħu għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu. Id-direttur eżekuttiv ma għandux jivvota.

3.Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jistipulaw l-arranġamenti ta’ votazzjoni f’aktar dettall. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu l-kundizzjonijiet għal membru li jaġixxi f’isem membru ieħor kif ukoll kwalunkwe ħtieġa għar-rekwiżiti ta’ kworum.

4.Rappreżentanti ta’ pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen għandu jkollhom drittijiet tal-vot limitati li jikkorrispondu mal-arranġamenti rispettivi tagħhom. Sabiex tippermetti l-pajjiżi assoċjati jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-vot, l-Aġenzija għandha tħejji l-aġenda b’mod li tidentifika l-punti li għalihom ikun ingħata dritt tal-vot limitat.

Artikolu 104
Funzjonijiet u setgħat tad-direttur eżekuttiv

1.L-Aġenzija għandha tkun immaniġġjata mid-direttur eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-bord maniġerjali, id-direttur eżekuttiv ma għandu la jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet minn xi gvern jew xi korp ieħor.

2.Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lid-direttur eżekuttiv sabiex jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu jew tagħha. Dan jinkludi rappurtar fuq l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Istrateġija għad-Drittijiet Fundamentali, ir-rapport tal-attivitajiet annwali tal-Aġenzija għas-sena ta’ qabel, il-programm ta’ ħidma għas-sena ta’ wara u l-programmar pluriennali tal-Aġenzija jew kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-attivitajiet tal-Aġenzija. Id-direttur eżekuttiv għandu wkoll jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jirrapporta lilu b’mod regolari, jekk jiġi mitlub jagħmel dan.

3.Id-direttur eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet strateġiċi meħuda mill-bord maniġerjali u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mal-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament. Id-direttur eżekuttiv għandu jkollu l-funzjonijiet u s-setgħat li ġejjin:

(a)li jipproponi, jipprepara u jimplimenta d-deċiżjonijiet strateġiċi u l-programmi u l-attivitajiet adottati mill-bord maniġerjali fil-limiti stipulati b’dan ir-Regolament, ir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu u kwalunkwe liġi applikabbli;

(b)li jieħu l-passi kollha meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ notifiki, sabiex jiżgura l-amministrazzjoni ta’ kuljum u l-funzjonament tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament;

(c)li kull sena jipprepara l-abbozz tad-dokument uniku tal-ipprogrammar u jippreżentah lill-bord maniġerjali għall-approvazzjoni qabel jintbagħat lill-Istituzzjonijiet sal-31 ta’ Jannar;

(d)li kull sena jipprepara rapport ta’ attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jippreżentah lill-bord maniġerjali;

(e)li jħejji abbozz ta’ dikjarazzjoni dwar l-estimi finanzjarji tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija bħala parti mid-dokument uniku tal-ipprogrammar skont l-Artikolu 111 u jimplimenta l-baġit skont l-Artikolu 112;

(f)li jiddelega s-setgħat tiegħu jew tagħha lil membri oħra tal-persunal tal-Aġenzija soġġetti għal regoli li għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 98(2), il-punt 15;

(g)li jadotta rakkomandazzjoni dwar miżuri korrettivi skont l-Artikolu 33(9), inklużi deċiżjonijiet li jipproponu li l-Istati Membri jibdew u jwettqu operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera jew azzjonijiet oħra msemmija fl-Artikolu 37(2);

(h)li jevalwa, japprova u jikkoordina proposti magħmula mill-Istati Membri għal operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera skont l-Artikolu 38(3);

(i)li jevalwa, japprova u jikkoordina talbiet magħmula mill-Istati Membri għal operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn jew interventi ta’ ritorn fil-fruntiera skont l-Artikoli 51 u 54;

(j)li jiżgura l-implimentazzjoni tal-pjanijiet operazzjonali msemmija fl-Artikolu 39, l-Artikolu 43 u l-Artikolu 54(4);

(k)li jivvaluta t-talba għal assistenza ta’ Stat Membru għal timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-valutazzjoni tal-bżonnijiet tiegħu, f’koordinazzjoni mal-Aġenziji rilevanti tal-Unjoni skont l-Artikolu 41(3);

(l)li jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 43(1);

(m)li jirtira l-finanzjament tal-attivitajiet skont l-Artikolu 47;

(n)li jevalwa r-riżultati tal-attivitajiet skont l-Artikolu 48;

(o)li jidentifika n-numru minimu ta’ oġġetti ta’ tagħmir tekniku meħtieġa biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-Aġenzija, b’mod partikolari fir-rigward tat-twettiq ta’ operazzjonijiet konġunti, stazzjonamenti tat-tim ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, interventi rapidi fil-fruntiera, operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn, skont l-Artikolu 64(5);

(p)li jipproponi biex jiġi stabbilit uffiċċju antenna jew biex tiġi estiża d-durata tiegħu skont l-Artikolu 60(6);

(q)li jaħtar il-kapijiet tal-uffiċċji antenna skont l-Artikolu 60(4);

(r)li jipprepara pjan ta’ azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll l-investigazzjonijiet mill-OLAF u li jirrapporta dwar il-progress lill-Kummissjoni darbtejn fis-sena u lill-bord maniġerjali b’mod regolari;

(s)li jħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti mħallsa b’mod skorrett u fejn ikun xieraq jimponi pieni amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(t)li jħejji strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u jippreżentaha lill-bord maniġerjali għall-approvazzjoni.

4.Id-direttur eżekuttiv għandu jwieġeb għall-azzjonijiet tiegħu jew tagħha lill-bord maniġerjali.

5.Id-direttur eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija.

Artikolu 105
Ħatra tad-direttur eżekuttiv u l-viċi diretturi eżekuttivi

1.Il-Kummissjoni għandha tipproponi tal-anqas tliet kandidati għall-pożizzjoni ta’ direttur eżekuttiv u għall-pożizzjonijiet ta’ viċi diretturi abbażi ta’ lista wara l-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, kif ikun xieraq, f’ġurnali jew siti tal-internet oħra.

2.Id-direttur eżekuttiv għandu jinħatar mill-bord maniġerjali abbażi ta’ mertu u ħiliet dokumentati ta’ amministrazzjoni u ġestjoni ta’ livell għoli, inkluż l-esperjenza professjonali ta’ livell għoli rilevanti fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn, fuq il-proposta mill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1. Qabel il-ħatra, il-kandidati proposti mill-Kummissjoni għandhom jiġu mistiedna jagħmlu dikjarazzjoni quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġbu l-mistoqsijiet mill-membri tiegħu jew tagħhom.

Wara t-tali dikjarazzjoni, il-Parlament Ewropew għandu jadotta opinjoni li tispjega l-fehmiet tiegħu u jista’ jindika kandidat preferut.

Il-bord maniġerjali għandu jaħtar id-direttur eżekuttiv filwaqt li jikkunsidra dawk l-opinjonijiet. Il-bord maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom dritt li jivvutaw.

Jekk il-bord maniġerjali jieħu deċiżjoni li jaħtar kandidat ieħor għajr il-kandidat indikat mill-Parlament Ewropew bħala l-kandidat preferut tiegħu, il-bord maniġerjali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-miktub dwar il-mod kif l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ġiet meqjusa.

Is-setgħa li jitneħħa d-direttur eżekuttiv għandha tkun tal-bord maniġerjali, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

3.Id-direttur eżekuttiv għandu jkun assistit minn tliet viċi diretturi eżekuttivi. Kull viċi direttur eżekuttiv għandu jiġi assenjat qasam ta’ responsabbiltà speċifiku. Jekk id-direttur eżekuttiv ikun assenti jew indispost, wieħed mill-viċi diretturi eżekuttivi għandu jieħu postu jew postha.

4.Il-viċi diretturi eżekuttivi għandhom jinħatru mill-bord maniġerjali abbażi tal-mertu u tal-kapaċitajiet ta’ amministrazzjoni u ġestjoni xierqa, inkluż l-esperjenza professjonali rilevanti fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn, fuq il-proposti tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, wara li jkun ikkonsulta lid-direttur eżekuttiv. Il-bord maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom dritt li jivvutaw.

Il-bord maniġerjali għandu jkollu s-setgħa li jneħħi l-viċi diretturi eżekuttivi skont il-proċedura stipulata fl-ewwel subparagrafu.

5.Il-mandat tad-direttur eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sa tmiem dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-direttur eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.

6.Il-bord maniġerjali, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, jista’ jestendi l-mandat tad-direttur eżekuttiv darba, għal perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin.

7.Il-mandat tal-viċi diretturi eżekuttivi għandu jkun ta’ ħames snin. Dan jista’ jiġi estiż darba mill-bord maniġerjali għal perjodu ieħor ta’ mhux aktar minn ħames snin.

8.Id-direttur eżekuttiv u l-viċi diretturi eżekuttivi għandhom jiġu ingaġġati bħala aġenti temporanji tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjiegi Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni.

Artikolu 106
Forum Konsultattiv

1.L-Aġenzija għandha tistabbilixxi forum konsultattiv sabiex jassisti lid-direttur eżekuttiv u lill-bord maniġerjali permezz ta’ parir indipendenti fi kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet fundamentali.

2.L-Aġenzija għandha tistieden lill-EASO, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn sabiex jipparteċipaw fil-forum konsultattiv. Fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, il-bord maniġerjali għandu jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tal-forum konsultattiv u t-termini tat-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-forum konsultattiv. Il-forum konsultattiv għandu, wara li jikkonsulta mal-bord maniġerjali u mad-direttur eżekuttiv, jiddefinixxi l-metodi ta’ ħidma tiegħu u jistabbilixxi l-programm ta’ ħidma tiegħu.

3.Il-forum konsultattiv għandu jiġi kkonsultat dwar l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni tal-istrateġija għad-drittijiet fundamentali, dwar l-istabbiliment tal-mekkaniżmu tal-ilmenti, dwar il-Kodiċi tal-Kondotta u l-kurrikuli bażiċi komuni.

4.Il-forum konsultattiv għandu jipprepara rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu. Dan ir-rapport għandu jsir disponibbli għall-pubbliku.

5.Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, il-forum konsultattiv għandu jkollu aċċess effettiv għall-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, inkluż billi jwettaq żjarat fil-post tal-operazzjonijiet konġunti, jew interventi rapidi fil-fruntiera soġġetti għall-qbil tal-Istat Membru ospitanti, u għal żoni hotspot jew ċentri kkontrollati, operazzjonijiet ta’ ritorn u interventi ta’ ritorn.

Artikolu 107
Uffiċjal għad-drittijiet fundamentali

1.L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jinħatar mill-bord maniġerjali. Huwa għandu jkollu l-kompiti li jikkontribwixxi għall-istrateġija dwar id-drittijiet fundamentali tal-Aġenzija, jissorvelja l-osservanza tagħha tad-drittijiet fundamentali u jippromwovi r-rispett tagħha għad-drittijiet fundamentali. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tad-drittijiet fundamentali.

2.L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkun indipendenti fit-twettiq ta' dmirijetu. Huwa għandu jirrapporta direttament lill-bord maniġerjali u jikkoopera mal-forum konsultattiv. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jirrapporta b’dan il-mod fuq bażi regolari u b’hekk jikkontribwixxi għall-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali.

3.L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jiġi kkonsultat dwar il-pjanijiet operazzjonali mfassla skont l-Artikoli 39, 43, 54(4) u 75(3). Huwa għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, b’rabta mal-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

Artikolu 108
Mekkaniżmu tal-ilmenti

1.L-Aġenzija għandha, f’kooperazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, tieħu l-miżuri meħtieġa biex toħloq mekkaniżmu tal-ilmenti skont dan l-Artikolu biex timmonitorja u tiżgura l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

2.Kwalunkwe persuna li tkun direttament affettwata mill-azzjonijiet tal-persunal involut f’operazzjoni konġunta, proġett pilota, intervent rapidu fil-fruntiera, stazzjonament ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, operazzjoni konġunta ta’ ritorn jew intervent ta’ ritorn u li tqis lilha nnifisha li kienet is-suġġett ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tagħha minħabba dawk l-azzjonijiet, jew kwalunkwe parti li tirrappreżenta lil tali persuna, tista’ tressaq ilment bil-miktub lill-Aġenzija.

3.Għandhom ikunu ammissibbli biss ilmenti sostanzjati li jinvolvu ksur konkret tad-drittijiet fundamentali.

4.L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkun responsabbli mill-indirizzar tal-ilmenti li jaslu għand l-Aġenzija skont id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Għal dan il-għan, l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jirrevedi l-ammissibbiltà tal-ilment, jirreġistra l-ilmenti ammissibbli, jibgħat l-ilmenti rreġistrati kollha lid-direttur eżekuttiv, jibgħat l-ilmenti li jikkonċernaw lil membri tat-timijiet lill-Istat Membru ta’ oriġini, jinforma lill-awtorità rilevanti jew lill-korp kompetenti għad-drittijiet fundamentali fi Stat Membru, u jirreġistra u jiżgura s-segwitu mill-Aġenzija jew minn dak l-Istat Membru.

5.F’konformità mad-dritt għal amministrazzjoni tajba, jekk ilment ikun ammissibbli, l-ilmentaturi għandhom ikunu infurmati li l-ilment ġie rreġistrat, li tkun inbdiet valutazzjoni u li tweġiba tista’ tkun mistennija malli ssir disponibbli. Jekk ilment jingħadda lil awtoritajiet jew korpi nazzjonali, l-ilmentatur għandu jiġi pprovdut bid-dettalji ta’ kuntatt tagħhom. Jekk ilment ma jkunx ammissibbli, l-ilmentaturi għandhom ikunu informati bir-raġunijiet u, jekk ikun possibbli, ipprovduti b’aktar possibbiltajiet biex jiġu indirizzati l-problemi tagħhom.

Kwalunkwe deċiżjoni għandha tkun bil-miktub u motivata.

6.Fil-każ ta' lment reġistrat li jikkonċerna membru tal-persunal tal-Aġenzija, id-direttur eżekuttiv għandu jiżgura segwitu xieraq, b'konsultazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, inklużi miżuri dixxiplinarji kif ikun meħtieġ. Id-direttur eżekuttiv għandu jirrapporta lura f'qafas ta' żmien determinat lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali dwar is-sejbiet u s-segwitu magħmula mill-Aġenzija bi tweġiba għal ilment, inklużi l-miżuri dixxiplinarji kif meħtieġ.

Jekk ilment ikun relatat ma' kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data, id-direttur eżekuttiv għandu jinvolvi lill-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data tal-Aġenzija. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u l-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data għandhom jistabbilixxu, bil-miktub, memorandum ta' qbil li jispeċifika t-tqassim tal-kompiti tagħhom fir-rigward tal-ilmenti milqugħa.

7.Jekk jiġi reġistrat ilment li jikkonċerna membru tat-tim ta' Stat Membru ospitanti jew membru ta’ tim minn Stati Membri parteċipanti oħrajn, inkluż membru ssekondat tat-timijiet jew espert nazzjonali ssekondat, l-Istat Membru ta' oriġini għandu jiżgura segwitu xieraq, inkluż miżuri dixxiplinarji kif meħtieġ jew miżuri oħrajn skont il-liġi nazzjonali. L-Istat Membru rilevanti għandu jirrapporta lura lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali dwar is-sejbiet u s-segwitu li jsiru b'reazzjoni għall-ilment f' perjodu ta' żmien determinat, u jekk meħtieġ, f'intervalli regolari minn dak iż-żmien 'il quddiem. L-Aġenzija għandha tagħti segwitu lill-kwistjoni jekk l-ebda rapport ma jasal mill-Istat Membru rilevanti.

8.F'każ li membru tat-tim jinstab li kiser id-drittijiet fundamentali jew l-obbligi ta' protezzjoni internazzjonali, l-Aġenzija tista' titlob li l-Istat Membru jneħħi lil dak il-membru minnufih mill-attività tal-korpi attivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

9.L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jirrapporta lid-direttur eżekuttiv u lill-bord maniġerjali dwar is-sejbiet u s-segwitu li saru bħala reazzjoni għall-ilmenti tal-Aġenzija u l-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tinkludi informazzjoni dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti fir-rapport annwali tagħha.

10.L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 sa 9 wara konsultazzjoni mal-forum konsultattiv, għandu jfassal formola standardizzata li tkun titlob informazzjoni dettaljata u speċifika dwar l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu wkoll ifassal kwalunkwe regoli dettaljati oħra kif meħtieġ. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jissottometti din il-formola u tali regoli dettaljati oħra lid-direttur eżekuttiv u lill-bord maniġerjali.

L-Aġenzija għandha tiżgura li l-informazzjoni dwar il-possibbiltà u l-proċedura biex isir ilment tkun disponibbli faċilment, inkluż għall-persuni vulnerabbli. Il-formola tal-ilmenti standardizzata għandha ssir disponibbli fis-sit web tal-Aġenzija u f’verżjoni stampata waqt l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija, bil-lingwi li ċ-ċittadini ta’ pajjiż terz jifhmu jew li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jifhmu. L-ilmenti għandhom jiġu eżaminati mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali anki meta ma jiġux sottomessi fil-formola tal-ilment standardizzata.

11.Kwalunkwe data personali li jkun hemm f'ilment għandha tintuża u tiġi proċessata mill-Aġenzija inkluż l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali f'konformità mar-[Regolament (KE) Nru 45/2001] u mill-Istati Membri f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680.

Meta ilmentatur jissottometti ilment, dak l-ilmentatur għandu jinftiehem li jagħti kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu jew tagħha mill-Aġenzija u l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali fi ħdan it-tifsira tal-punt (d) tal-Artikolu 5 tar-[Regolament (KE) Nru 45/2001].

Sabiex jiġi ssalvagwardjat l-interess tal-ilmentaturi, l-ilmenti għandhom jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali f'konformità mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni sakemm l-ilmentatur ma jirrinunzjax b'mod espliċitu għad-dritt tiegħu jew tagħha għall-kunfidenzjalità. Meta ilmentaturi jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom għall-kunfidenzjalità, ikun mifhum li huma jagħtu l-kunsens lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jew lill-Aġenzija għall-iżvelar tal-identità tagħhom lill-awtoritajiet jew korpi kompetenti fir-rigward tal-kwistjoni li dwarha jkun hemm l-ilment, fejn meħtieġ.

Artikolu 109
Arranġamenti lingwistiċi

1.Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1 45 għandhom japplikaw għall-Aġenzija.

2.Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda fuq il-bażi tal-Artikolu 342 TFUE, ir-rapport annwali dwar l-attività u l-programm ta' ħidma msemmija fil-punti (10) u (11) tal-Artikolu 98(2), għandhom isiru bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

3.Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 110
Trasparenza u komunikazzjoni

1.L-Aġenzija għandha tkun soġġetta għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 meta tittratta applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti tagħha.

2.L-Aġenzija għandha tikkomunika fuq kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-kompiti tagħha fuq l-inizjattiva tagħha stess. Hija għandha tippubblika informazzjoni relevanti inkluż ir-rapport annwali tal-attività msemmi fil-punt (10) tal-Artikolu 98(2) u għandha tiżgura, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 91, b'mod partikolari li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr informazzjoni oġġettiva, komprensiva, affidabbli u li tinftiehem faċilment fir-rigward tal-ħidma tagħha. Hija għandha tagħmel dan mingħajr ma tiżvela informazzjoni operazzjonali li, jekk tinħareġ fil-pubbliku, tippreġudika l-ilħuq tal-objettiv tal-operazzjonijiet.

3.Il-bord maniġerjali għandu jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

4.Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun intitolata li tindirizza korrispondenza bil-miktub lill-Aġenzija bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Hija għandu jkollha d-dritt li tirċievi risposta bl-istess lingwa.

5.Id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jwasslu għat-tressiq ta' lment quddiem l-Ombudsman Ewropew jew għal rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 TFUE, rispettivament.


Taqsima 5
Rekwiżiti finanzjarji

Artikolu 111
Baġit

1.Id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti, mingħajr preġudizzju għal tipi oħra ta’ introjtu, minn:

(a)kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (it-taqsima tal-Kummissjoni);

(b)kontribuzzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen kif stabbilit fl-arranġamenti rispettivi li jispeċifikaw il-kontribuzzjoni finanzjarja;

(c)finanzjament tal-Unjoni fil-forma ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni jew għotjiet ad hoc f'konformità mar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 115 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni;

(d)tariffi għas-servizzi pprovduti;

(e)kwalunkwe kontribut volontarju mill-Istati Membri.

2.L-infiq tal-Aġenzija għandu jinkludi l-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali, operazzjonali u relatati mal-persunal tagħha.

3.Id-direttur eżekuttiv għandu jifformula abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jmiss, inkluż pjan ta' stabbiliment, u għandu jibagħtu lill-bord maniġerjali.

4.Id-dħul u l-infiq għandhom ikunu bilanċjati.

5.Il-bord maniġerjali, fuq il-bażi tal-abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi finanzjarji mħejji mid-direttur eżekuttiv, għandu jadotta abbozz proviżorju ta' estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija, inkluż il-pjan proviżorju ta' stabbiliment. Il-bord maniġerjali għandu jgħaddihom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar kull sena, bħala parti mill-abbozz ta' dokument ta' programmar wieħed.

6.Il-bord maniġerjali għandu jadotta l-abbozz tal-estimi tad-dħul u tal-infiq, inkluż l-abbozz tal-pjan ta' stabbiliment akkumpanjat mill-programm ta' ħidma preliminari, u jgħaddihom lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu kull sena.

7.L-estimi għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit tal-Unjoni Ewropea.

8.Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tal-kontribut li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali, li hija għandha tippreżenta lill-awtorità baġitarja skont l-Artikoli 313 u 314 TFUE.

9.L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija.

10.L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Aġenzija.

11.Il-bord maniġerjali jadotta l-baġit tal-Aġenzija. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Meta jkun xieraq, dan għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.

12.Kwalunkwe modifika għall-baġit, inkluż għall-pjan ta’ stabbiliment, għandha ssegwi l-istess proċedura.

13.Għal kwalunkwe proġett ta’ bini li x’aktarx ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Aġenzija, japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 46 .

14.Biex tiffinanzja l-istazzjonament ta' interventi rapidi fil-fruntiera u interventi ta' ritorn, il-baġit tal-Aġenzija adottat mill-bord maniġerjali għandu jinkludi riżerva operazzjonali finanzjarja li tammonta mill-anqas għal 2 % tal-allokazzjoni konġunta prevista għall-operazzjonijiet konġunti fuq il-fruntiera esterna u l-attivitajiet operazzjonali fiż-żona tar-ritorn. Wara t-tmiem ta' kull xahar, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiddeċiedi li jirrialloka somma ekwivalenti għal wieħed minn tnax mill-approprjazzjonijiet tar-riżerva lil attivitajiet operazzjonali oħra tal-Aġenzija. F’dan il-każ, id-direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Bord Maniġerjali.

15.L-impenji tal-baġit għal azzjonijiet li jkunu ta’ aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.

Artikolu 112
Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

1.Id-direttur eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.

2.Sal-1 ta' Marzu ta' sena finanzjarja N + 1, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji għas-sena finanzjarja sena N lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet u tal-korpi deċentralizzati f’konformità mal-Artikolu 147 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 47 .

3.L-Aġenzija għandha tibgħat rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta’ Marzu tas-sena N + 1.

4.L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija għas-sena N, ikkonsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta’ Marzu tas-sena N + 1.

5.Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija għas-sena N, skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, id-direttur eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu u jibgħathom lill-bord maniġerjali għal opinjoni.

6.Il-bord maniġerjali għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija għas-sena N.

7.Sal-1 ta’ Lulju tas-sena N + 1, id-direttur eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-bord maniġerjali, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

8.Il-kontijiet finali għas-sena N għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena N + 1.

9.Id-direttur eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta’ Settembru tas-sena N + 1. Huwa għandu wkoll jibgħat din it-tweġiba lill-bord maniġerjali.

10.Id-direttur eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena N, f’konformità mal-Artikolu 165(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

11.Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lid-direttur eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 113
Ġlieda kontra l-frodi

1.Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet oħra illegali, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 għandhom japplikaw mingħajr restrizzjoni. L-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u għandha tadotta, mingħajr dewmien, id-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dak il-Ftehim.

2.Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditjar, abbażi ta’ dokumenti u ta’ spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Aġenzija.

3.L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 48 , bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' ftehim ta' għotja jew deċiżjoni ta' għotja jew ma' kuntratt iffinanzjat mill-Aġenzija.

4.F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

5.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2, 3 u 4, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet ta' għotja tal-Aġenzija għandhom b'mod espliċitu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 114
Evitar ta’ kunflitti ta’ interess

L-Aġenzija għandha tadotta regoli interni li jesiġu li l-membri tal-korpi tagħha u l-membri tal-persunal tagħha jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interess matul l-impjieg jew il-mandat tagħhom u jirrapportaw tali sitwazzjonijiet.

Artikolu 115
Dispożizzjonijiet finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-bord maniġerjali wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Huma ma għandhomx jiddevjaw mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013 sakemm tali devjazzjoni ma tinħtieġx b’mod speċifiku għall-operazzjoni tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel. F’dan il-qafas, il-bord maniġerjali għandu jadotta regoli finanzjarji speċifiċi applikabbli għall-attivitajiet tal-Aġenzija fil-qasam tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fil-qasam tar-ritorni.

KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 116
Evalwazzjoni

1.Sal-[31 ta’ Mejju 2023] u kull erba’ snin wara, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni se tivvaluta b’mod partikolari:

(a)ir-riżultati miksuba mill-Aġenzija b’kunsiderazzjoni tal-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha;

(b)l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-prestazzjoni tal-Aġenzija u l-prattiki ta’ ħidma tagħha b’rabta mal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha;

(c)l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta;

(d)il-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Aġenzija;

(e)l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifiki tali.

L-evalwazzjoni għandha tinkludi analiżi speċifika dwar kif ġiet osservata l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-bord maniġerjali. Il-bord maniġerjali jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ bidliet għal dan ir-Regolament lill-Kummissjoni. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni u l-konklużjonijiet dwar ir-rapport għandhom isiru pubbliċi. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar ta’ dan ir-rapport.

3. L-Aġenzija għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tal-EUROSUR sal-1 ta’ Diċembru 2021 u kull sentejn minn dakinhar.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni meħtieġa biex jiġi abbozzat dan ir-rapport.

4.Bħala parti mill-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tipprovdi evalwazzjoni kumplessiva tal-EUROSUR, akkumpanjat, meta meħtieġ, minn proposti xierqa biex jittejjeb il-funzjoanment tiegħu.

L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex twettaq l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 117
Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni se tiġi megħjuna minn kumitat (“il-Kumitat tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta”). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 80(2), il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-“Kumitat tal-Artikolu 6” stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 118

Eżerċizzju tad-delega

1.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(4) għal perjodu ta’ żmien indeterminat, minn [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 8(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(4) jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 119
Revoka

1.Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 jitħassar.

2.Ir-Regolament (UE) 2016/1624 jitħassar ħlief għall-Artikoli 20,30 u 31 tiegħu li jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020.

3.L-Azzjoni Konġunta 98/700/ĠAI titħassar b’effett mid-data tal-implimentazzjoni effettiva tas-sistema msemmija fl-Artikolu 80, li trid tiġi deċiża minn att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 117.

4.Ir-referenzi għall-atti rrevokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 120
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

1.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.L-Artikoli 12(4), 71 u 98 (5), sakemm jikkonċernaw il-kooperazzjoni mar-Renju Unit, għandhom ikunu applikabbli sad-data tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni jew, sakemm jidħol fis-seħħ ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit ibbażat fuq l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sal-aħħar tal-perjodu ta’ tranżizzjoni stabbilit fih.

3.Permezz ta’ deroga tul is-sena 2019, id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 55(4) u 64(6) għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali fi żmien sitt ġimgħat mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

4.Permezz ta’ deroga tul is-sena 2019, il-ħatriet imsemmija fl-Artikolu 57(4) u 58(1) għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri fi żmien 12-il ġimgħa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

5.L-iskjeramenti f’konformità mal-Artikoli 55 sa 58 se jseħħu mill-1 ta’ Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titlu tal-proposta/inizjattiva

Il-Proposta għal Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li tħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI, ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

Qasam ta’ politika: Migrazzjoni u Affarijiet Interni

Attività: Sigurtà u Salvagwardjar tal-Libertajiet

Attwalment Intestatura 3a, Titolu 18 - L-Affarijiet Interni

1.2.Natura tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida 

Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 49  

X Il-proposta/L-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

X Il-proposta/L-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.2.1.

1.3.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.3.1.Rekwiżit(i) li għandu/għandhom jiġi/u ssodisfat(i) fuq perjodu ta’ żmien qasir jew twil

Fuq żmien qasir, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta hija mistennija li tkompli tmexxi l-attivitajiet ewlenin tal-Aġenzija fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tar-ritorni inkluża l-EUROSUR fl-istess mod kif kienet appoġġjata sa issa. Il-baġit tal-Aġenzija, inkluż kemm il-kontribuzzjoni tal-UE kif ukoll il-kontribuzzjonjiet mill-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen, biex ikomplu l-attivitajiet kollha skont il-mandat attwali tal-Aġenzija jkun jammonta għal EUR 637,6 miljun għall-2019 u għall-2020 għall-QFP attwali, u kif propost mill-Kummissjoni, EUR 2,47 biljun għall-QFP li jmiss. Ir-riżorsi finanzjarji kumplessivi meħtieġa u r-rekwiżiti tal-persunal huma f’konformità mar-Rapporti Finanzjarji Leġiżlattivi fis-seħħ li jakkumpanjaw il-proposti tal-Kummissjoni li saru rispettivament fi żmien ir-Regolament dwar il-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA, ir-Regolament tal-ETIAS u r-Regolament dwar l-Interoperabbiltà. Il-proposta preżenti timmira li tirriforma l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta billi tistabblixxi l-kapaċitajiet ġodda tal-Aġenzija, b’mod partikolari billi tistabbilixxi l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u takkwista t-tagħmir tal-Aġenzija stess, kif ukoll tindirizza b’mod adegwat kompiti ġodda jew kompiti aġġornati oħra. Għal dan il-għan jeħtieġ li jiżdiedu EUR 577,5 miljun mal-baġit tal-Aġenzija għall-2019 u għall-2020 taħt li-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali, u dan jista’ jeħtieġ l-użu ta’ strumenti speċjali. Għall-perjodu mill-2021 sal-2027, se jenħtieġ total ta’ EUR 9,37 biljun biex ikopri l-kompiti u l-funzjonijiet ġodda u aġġornati kollha.

Kumplessivament, l-ispejjeż totali għall-mandat eżistenti u futur għandhom jammontaw għal EUR 1,22 biljun għall-perjodu mill-2019 sal-2020 u għal EUR 11,27 għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027.

L-elementi ewlenin tal-proposta jistgħu jitqassru kif ġej mil-lat ta’ sustanza u kronoloġija:

L-istabbiliment tal-korp permanenti tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ta’ 10 000 persunal operazzjonali:

   Il-persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta ifisser gwardji tal-fruntiera, skortaturi tar-ritorn u persunal ieħor rilevanti impjegat mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, issekondati lill-Aġenzija mill-Istati Membri u pprovduti għal skjerament fuq perjodu qasir mill-Istati Membri biex jaġixxu bħala membri ta’ timijiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri, ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jew ta’ timijiet ta’ ritorn li jkollhom setgħat eżekuttivi. Il-korp permanenti tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA se jikkonsisti minn tliet kategoriji ta’ persunal operazzjonali bl-implikazzjoni tal-ispejjeż li ġejjin.

   Kategorija 1 (il-persunal tal-Aġenzija): Il-persunal statutorju se jkun komponent essenzjali tal-korp permanenti tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA. L-għadd tal-persunal operazzjonali fi ħdan il-korp huwa mistenni li jitla’ minn 750 fl-2019 sa 3 000 sal-2025. L-Aġenti Temporanji u l-Aġenti Kuntrattwali se jkollhom rappreżentanza ta’ 50 % kull wieħed. L-ispejjeż tal-persunal korrispondenti ġew ikkalkulati abbażi ta’ unitajiet standard (jiġifieri EUR 143 000.00 kull AT/sena u EUR 74 000 kull AK/sena). Għall-Kategorija 1, il-proposta tipprevedi l-ispejjeż ta’ skjerament ikkalkulati bis-suppożizzjoni li l-membri kollha tal-persunal operazzjonali tal-Aġenzija stess ikunu skjerati f’żoni ta’ operazzjonijiet, fuq bażi kważi permanenti. Il-kalkolu tal-ispejjeż tal-iskjerament huwa bbażat fuq l-approssimazzjoni tar-rati ta’ kuljum li qed jintużaw bħalissa mill-Aġenzija (fuq medja ta’ EUR 200 kuljum) soġġetti għal tnaqqis ta’ 40 % minħabba n-natura fit-tul ta’ skjeramenti bħal dawn. Il-persunal reklutat taħt din il-kategorija jkun jista’ jaġixxi bħala membru mit-timijiet skjerati tal-korp permanenti tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA biex iwettaq kontrolli mal-fruntiera u kompiti ta’ ritorn, fosthom dawk b’setgħat eżekuttivi. Minħabba din l-ispeċifiċità tal-persunal operazzjonali tal-Aġenzija, il-persunal kollu li jkun għadu kemm ġie reklutat jenħtieġ li jgħaddi minn taħriġ sħiħ tal-bidu dwar il-funzjonijiet ta’ kontroll tal-fruntieri jew ta’ ritorn ta’ madwar sitt xhur li jiswa madwar EUR 40 000 għal kull persuna. Wara, ikun meħtieġ taħriġ speċjalizzat jew taħriġ ta’ aġġornament għall-persunal operazzjonali tal-Aġenzija bi spiża ta’ madwar EUR 10 000 għal kull persuna.

   Kategorija 2 (persunal operazzjonali issekondat mill-Istati Membri għal perjodu ta’ żmien twil): dan it-tip ta’ persunal operazzjonali fi ħdan il-korp huwa mistenni li jitla’ minn 1 500 fl-2020 sa 3 000 sal-2025. Il-proposta tipprevedi li l-persunal issekondat ikun skjerat b’mod permanenti f’żoni ta’ operazzjonijiet differenti. Għalhekk l-ispejjeż ewlenin se jkunu relatati mal-iskjerament. B’mod simili bħalma sar għall-Kategorija 1, l-ispejjeż tal-iskjerament ġew ikkalkulati bil-preżunzjoni li l-membri tal-persunal kollha se jiġu skjerati fuq bażi fit-tul matul is-sekondar tagħhom. Giet applikata l-istess rata medja ta’ kuljum bħal dik għal kategorija 1 (jiġifieri EUR 200 kuljum soġġetti għal tnaqqis ta’ 40 % minħabba l-missjonijiet twal). Il-ħtiġijiet ta’ taħriġ tal-persunal issekondat operazzjonali se jkunu akkomodati permezz ta’ spiża annwali stmata ta’ EUR 5 000 għal kull membru tal-persunal.

   Kategorija 3 (persunal operazzjonali skjerat mill-Istati Membri għal tul ta’ żmien qasir). Din il-kategorija ta’ persunal operazzjonali hija mistennija li tonqos b’mod gradwali fi ħdan il-korp permanenti tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA minn 7 000 membru fl-2020 għal 4 000 fl-2025. L-ispejjeż ewlenin ta’ din il-parti tal-korp permanenti tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA huma marbuta mal-iskjerament tagħhom. Bl-istess mod bħalma sar għall-Kategoriji 1 u 2, l-ispejjeż tal-iskjerament ġew ikkalkulati bl-użu tal-istess rata medja ta’ kuljum (jiġifieri EUR 200 kull jum) ikkalkulata fuq 30 jum fix-xahar, li jkopru massimu ta’ erba’ xhur ta’ skjerament. Madankollu, għall-kuntrarju tal-Kategoriji 1 u 2, l-ispejjeż tal-iskjerament mhumiex soġġetti għat-tnaqqis ta’ 40 % applikabbli fil-każ ta’ missjonijiet twal.

   Barra minn hekk, għall-Kategorija 2 u 3, il-proposta tipprevedi sistema ta’ appoġġ finanzjarju biex tappoġġa u tiżgura l-iżvilupp fit-tul tar-riżorsi umani tal-Istati Membri billi tippermettilhom li jimpjegaw u jħarġu persunal addizzjonali biex jipprovdu l-flessibbiltà meħtieġa biex jissodisfaw il-kontribuzzjoni obbligatorja tagħhom lill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta filwaqt li jżommu biżżejjed kapaċitajiet nazzjonali proprji. Is-sistema hija kkalkulata fuq is-salarju bażiku annwali ta’ Aġent Kuntrattwali tal-Grupp ta’ Funzjoni III, Grad 8, Livell 1, li miegħu ġie applikat koeffiċjent rilevanti għal kull Stat Membru (“ammont bażi”). Għall-Kategorija 2, 100 % tal- “ammont bażi” huwa mmultiplikat bin-numru ta’ persunal operazzjonali li mistenni jiġi ssekondat kull sena minn Stat Membru. Għall-Kategorija 3, 30 % tal- “ammont bażi” (li jikkorrispondi għad-disponibbiltà obbligatorja ta’ erba’ xhur) huwa mmultiplikat bin-numru ta’ persunal operazzjonali li jkun effettivament ġie skjerat fis-sena ta’ qabel minn Stat Membru.

   B’mod ġenerali, l-istabbiliment u l-iskjerament tal-korp permanenti tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA fil-kapaċità sħiħa tiegħu mill-2020 għandu jiswa EUR 5,83 biljun.

L-akkwist tat-tagħmir tal-Aġenzija stess

   Biex tegħleb id-distakki persistenti fil-ġbir volontarju ta’ tagħmir tekniku mill-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-assi ta’ skala kbira, l-Aġenzija jenħtieġ li jkollha t-tagħmir meħtieġ tagħha stess biex jintuża f’operazzjonijiet konġunti jew f’interventi rapidi fil-fruntiera jew f’attivitajiet operazzjonali oħra.

   Filwaqt li l-Aġenzija ilha legalment tista’ tikseb jew tikri t-tagħmir tekniku tagħha mill-2011, din il-possibbiltà ġiet imfixkla b’mod sinifikanti minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji meħtieġa. Bl-adozzjoni tar-Regolament tal-2016, l-Aġenzija ġiet ipprovduta b’baġit iddedikat ta’ EUR 40 miljun biex takkwista tagħmir żgħir u ta’ daqs medju u l-Aġenzija għamlet progress fl-użu ta’ dawn l-opportunitajiet.

   Bħala konsegwenza naturali ta’ dawn l-iżviluppi kif ukoll biex jintlaħaq il-livell ta’ ambizzjonijiet li jsejsu l-istabbiliment tal-korp permanenti tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jsir disponibbli pakkett sinifikanti (EUR 2,2 biljun) għall-Aġenzija taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 sabiex tkun tista’ tikseb, iżżomm u tħaddem l-assi meħtieġa tal-ajru, tal-baħar u tal-art li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet operazzjonali.

   Filwaqt li l-akkwiżizzjoni tal-assi neċessarji jista’ jkun proċess twil, speċjalment għal assi kbar, fl-aħħar mill-aħħar it-tagħmir proprju tal-Aġenzija jrid isir is-sinsla tal-iskjerament operazzjonali b’kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Istati Membri li jingħataw f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni. It-tagħmir tal-Aġenzija jenħtieġ li jitħaddem b’mod wiesa’ mill-ekwipaġġi tekniċi tal-Aġenzija li jagħmlu parti mill-korp permanenti tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA. Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tar-riżorsi finanzjarji proposti għat-tagħmir tal-Aġenzija stess, il-proċess għandu jkun ibbażat fuq strateġija pluriennali deċiża kmieni kemm jista’ jkun mill-bord maniġerjali u jkun akkumpanjat minn pjan ta’ azzjoni.

   Jenħtieġ li t-tagħmir tal-Aġenzija stess jikkumplimenta riżerva ta’ tagħmir tekniku pprovdut mill-Istati Membri, b’mod partikolari l-mezzi tat-trasport u t-tagħmir operazzjonali mixtri mill-Istati Membri taħt l-Azzjonijiet Speċifiċi tal-Fond għas-Sigurtà Interna.

L-uffiċċji antenna tal-Aġenzija

   Meta jitqies il-mandat imsaħħaħ tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, it-twaqqif tal-korp permanenti Ewropew għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-preżenza msaħħa tiegħu fuq il-post fil-livell tal-fruntieri esterni tal-Unjoni u l-impenn miżjud tiegħu fil-qasam tar-ritorni, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Aġenzija li tistabbilixxi uffiċċji antenna li jinsabu f’postijiet qrib l-attivitajiet operazzjonali sinifikanti tagħha għall-perjodu ta’ żmien ta’ dawn l-attivitajiet, li jaġixxu bħala interfaċċa bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti u li jittrattaw il-kompiti ta’ koordinazzjoni, ta’ loġistika u ta’ appoġġ kif ukoll jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti.

   Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-antenni l-Aġenzija għandha tiġi pprovduta b’baġit addizzjonali. Bħalissa huwa previst it-twaqqif gradwali ta’ ħames antenni. Il-baġit rilevanti previst taħt il-QFP attwali (2019-2020) huwa ta’ EUR 1,5 miljun, filwaqt li għall-QFP li jmiss (2021-2027) il-baġit previst huwa ta’ EUR 11,3-il miljun.

FADO

   L-Aġenzija se tieħu l-kontroll u tmexxi s-sistema FADO. L-ispejjeż relatati mal-FADO għandhom jinkludu l-ispejjeż operazzjonali u tal-persunal, is-sistemi u s-softwer tal-IT, il-manutenzjoni u l-infrastruttura tas-sigurtà. L-ispejjeż relatati mal-migrazzjoni u mal-manutenzjoni tal-FADO jammontaw għal EUR 1,5 miljun taħt il-QFP attwali (2019-2020) u EUR 10,5 miljun taħt il-QFP li jmiss (2021-2027).

L-attivitajiet tal-Aġenzija fil-qasam tar-ritorni

   Il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ b’mod sinifikanti l-appoġġ tal-Aġenzija lill-Istati Membri fil-qasam tar-ritorni kif ukoll il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi f’dan il-qasam, inkluż il-ksib ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar.

   F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiżdied l-ammont ta’ EUR 1,75 biljun mal-baġit tal-Aġenzija għall-QFP li jmiss (2021-2027) b’madwar EUR 250 miljun kull sena bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat ir-ritorn ta’ 50 000 persuna rimpatrijata fis-sena.

Evoluzzjoni tal-EUROSUR

   B’mod ġenerali, l-evoluzzjoni tal-EUROSUR se jkollha impatt fuq il-baġit tal-Aġenzija b’total ta’ EUR 20 miljun taħt il-QFP attwali (2019-2020) u EUR 140 miljun taħt il-QFP li jmiss (2021-2027) u b’100 persunal addizzjonali meħud mir-riżorsi umani deskritti fil-paragrafu li ġej.

   Huwa stmat li sabiex jitjieb it-tħaddim tas-sistema l-Aġenzija teħtieġ 35 membru tal-persunal addizzjonali magħmul l-aktar minn esperti tal-IT u analisti tad-data.

   Huwa stmat li jinħtieġu 65 membru tal-persunal addizzjonali magħmulin minn esperti tal-IT, analisti tar-riskji, operaturi u pjanifikaturi biex jitkabbar l-ambitu tal-EUROSUR ħalli jiġu inklużi punti ta’ qsim tal-fruntiera u sorveljanza tal-fruntiera tal-ajru, jiġu indirizzati l-movimenti sekondarji, jittejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi u jiġi ġestit l-ippjanar integrat.

   Il-Programm Spazjali Copernicus se jkompli jappoġġa l-iskjerament tas-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR bi prodotti u servizzi ta’ osservazzjoni tad-dinja filwaqt li l-programm ta’ Qafas ta’ Riċerka se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda ta’ informazzjoni u teknoloġiji ġodda ta’ sorveljanza.

   L-istrumenti tad-DĠ NEAR u tad-DĠ DEVCO se jkomplu jappoġġaw l-iżvilupp tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri inklużi ċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni f’pajjiżi terzi.

   Minbarra l-baġit tal-Aġenzija, sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-evoluzzjoni tal-EUROSUR min-naħa tal-Istati Membri, il-proposta se jkollha implikazzjonijiet fuq l-użu ta’ riżorsi mill-Fond għas-Sigurtà Interna - Fruntiera u Visa fl-2020 (EUR 52,5 miljun) u l-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (EUR 647,5 miljun) fil-futur matul il-perjodu bejn l-2021 u l-2027. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu implimentati f’ġestjoni kondiviża jew diretta.

Riżorsi umani

Fir-rigward tar-riżorsi umani, sal-2020 l-Aġenzija hija mistennja li tilħaq l-1 000 membru tal-persunal. Sabiex jiġi stabbilit il-korp Ewropew tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija se tiġi allokata b’pożizzjonijiet addizzjonali: se tibda b’750 pożizzjoni fl-2019 u tilħaq it-3 000 pożizzjoni sal-2025. Il-pożizzjonijiet addizzjonali se jinqasmu b’mod ugwali bejn l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali. Il-karigi l-ġodda se jintużaw l-aktar biex jiġu rreklutati u jitħarrġu membri tal-persunal operazzjonali taħt il-Kategorija 1 tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Madankollu, din il-kategorija se tinkludi wkoll membri tal-persunal previsti għat-twaqqif u l-operat tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS.

Barra minn hekk, fi ħdan iċ-ċifra msemmija hawn fuq ta’ 3 000 kariga, l-Aġenzija tista’ tuża sa 4 % mill-għadd totali tal-korp permanenti għar-reklutaġġ ta’ membri tal-persunal għall-appoġġ tat-twaqqif tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (reklutaġġ, ġestjoni ta’ kuljum, ippjanar operazzjonali eċċ), għar-reklutaġġ tal-persunal għall-antenni, għall-akkwist tat-tagħmir tal-Aġenzija, għal kompiti ġodda oħra relatati mat-tħaddim tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluża l-EUROSUR, għall-mandat imsaħħaħ għar-ritorni u għall-akkwist tal-FADO.

1.3.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tiżgura ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri esterni tal-UE, bil-ħsieb li l-migrazzjoni tiġi ġestita b’mod effettiv u li tiżgura livell għoli ta’ sigurtà fi ħdan l-Unjoni, filwaqt li tħares il-moviment liberu tal-persuni fiha. F’żona mingħajr fruntieri interni, il-migrazzjoni irregolari mill-fruntieri esterni ta’ Stat Membru wieħed jaffettwa lill-Istati Membri l-oħra kollha fiż-żona Schengen. Żona mingħajr fruntieri interni tkun sostenibbli biss jekk il-fruntieri esterni jkunu siguri u protetti b’mod effettiv.

Billi l-kontroll tal-fruntieri esterni tal-Unjoni huwa ta’ interess komuni u kondiviż li għandu jitwettaq skont standards għoljin u uniformi tal-Unjoni, l-objettivi ta’ din il-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jistgħu jitwettqu aħjar fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Il-proposta hija maħsuba biex twieġeb għall-isfidi u għar-realtajiet politiċi ġodda li qiegħda taffaċċja l-Unjoni, kemm fir-rigward tal-ġestjoni tal-migrazzjoni kif ukoll fir-rigward tas-sigurtà interna. Hija ssaħħaħ il-kaxxa tal-għodda ta’ kapaċitajiet disponibbli għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, b’mod partikolari billi tistabbilixxi l-korp permanenti għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b’10 000 membru ta’ persunal operazzjonali biex tittratta b’mod komprensiv l-isfidi tal-ġestjoni tal-fruntieri tal-UE u tar-ritorni. Hija tiżgura li r-regoli dwar il-ġestjoni integrata tal-fruntieri jiġu implimentati b’mod sħiħ u korrett mill-Istati Membri skont ċiklu ta’ politika strateġika pluriennali koerenti, li tittieħed azzjoni xierqa biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ kriżi u li jkun hemm rispons effettiv fi stadju bikri fil-fruntieri esterni jekk tinqala’ tali sitwazzjoni, u huwa biss f’każ li s-sitwazzjoni ssir iktar kritika li tittieħed azzjoni urġenti fil-livell tal-Unjoni għal intervent dirett fuq il-post.

B’mod partikolari, il-valur miżjud tal-UE ta’ EUROSUR huwa rikonoxxut bis-sħiħ mill-komunità tal-ġestjoni tal-fruntieri tal-UE. It-tneħħija tal-qafas tal-EUROSUR mhijiex konċepibbli billi l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri issa jiddependu minnu għas-sorveljanza tal-fruntieri.

Is-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR jġibu valur miżjud reali lill-utenti finali involuti fis-sorveljanza tal-fruntieri. L-ebda organizzazzjoni ta’ gwardja nazzjonali ma tista’ taffordja waħedha s-servizzi ta’ sorveljanza bbażati fuq l-ispazju u pjattaformi oħrajn fuq distanzi twal li joffru s-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR.

1.3.3.Lezzjonijiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

L-Aġenzija Frontex twaqqfet fl-2004 u bdiet topera fl-2005. Kif intalab fil-programm tal-Aja, fit-13 ta’ Frar 2008 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp fil-ġejjieni tal-Aġenzija Frontex (COM(2008) 67 final).

Il-Komunikazzjoni ħarġet rakkomandazzjonijiet għal perjodu qasir u medju u nediet ideat għall-iżvilupp futur tal-Aġenzija fuq perjodu itwal. Għall-perspettiva fit-tul kien enfasizzat ir-rwol kruċjali tal-Frontex fl-iżvilupp tas-sistema tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri tal-Unjoni Ewropea.

Bħala konklużjoni l-Kummissjoni rakkomandat għadd ta’ titjibiet dwar kif għandha topera l-Aġenzija fil-mandat tagħha u li jenħtieġ li l-mandat jiġi rivedut fil-perjodu medju.

Minbarra r-Rapport tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp futur tal-Aġenzija Frontex, matul l-2008 saret evalwazzjoni indipendenti. Din l-evalwazzjoni kuntrattata mill-Bord Maniġerjali tal-Frontex kif mitlub mill-Artikolu 33 tar-Regolament Frontex ipprovdiet perspettivi u elementi fattwali addizzjonali dwar il-prattiki tax-xogħol tal-Aġenzija. Hija ħarġet ukoll sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Bord Maniġerjali tal-Frontex. F’dan l-isfond, il-mandat tal-Aġenzija kien emendat fl-2011 biex tkun tista’ tirrispondi għall-isfidi l-ġodda.

Minkejja t-titjibiet introdotti mill-emenda tal-2011, wara l-gwida politika ċara provduta mill-Kunsill Ewropew fl-2015 dwar ir-rwol tal-Aġenzija Frontex biex tindirizza l-pressjonijiet migratorji li qegħdin jiżdiedu u l-evalwazzjoni esterna tal-Aġenzija Frontex fl-2014/2015, huwa meħtieġ tiġdid ulterjuri tal-mandat tal-Aġenzija.

Il-kriżi tal-migrazzjoni tal-2015, bil-wasliet irregolari bla preċedent fuq l-art tal-UE tat lok għal bosta sfidi għall-politika dwar il-migrazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri tagħha. Il-kriżi wriet li l-qafas tal-Unjoni u l-kapaċitajiet operazzjonali ma kinux imfassla biex isostnu tali pressjoni migratorja massiva. Il-pressjoni migratorja intensa u l-movimenti sekondarji sussegwenti poġġew ukoll pressjoni fuq iż-żona ta’ Schengen, u ġiegħlu lil diversi Stati Membri jintroduċu mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni.

Il-Kummissjoni ħadet azzjoni minnufih u ressqet firxa wiesgħa ta’ miżuri, għall-perjodu qasir kif ukoll għall-perjodu fit-tul, inkluż biex: tevita aktar telf ta’ ħajjiet tal-migranti fuq il-baħar, issaħħaħ il-fruntieri esterni tal-UE, tnaqqas l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari u ssaħħaħ il-politika komuni dwar l-ażil. B’mod partikolari, f’Diċembru 2015 ġiet ippreżentata proposta għal titjib sinifikanti tal-mandat tal-aġenzija tal-fruntieri tal-Unjoni li ġiet nnegozjata fi żmien rekord matul l-2016. Ir-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta daħal fis-seħħ fis-6 ta’ Ottubru 2016, u l-mandat il-ġdid, b’żieda fil-kapaċitajiet u fir-riżorsi ġie implimentat malajr minn dakinhar. Madankollu, għad baqa’ ħafna xi jsir biex intejbu aktar il-qafas tagħna fil-qasam tal-kontroll tal-fruntieri esterni, tar-ritorni u tal-ażil. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-28 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill Ewropew sejjaħ għat-tisħiħ ulterjuri tar-rwol ta’ appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż fil-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, permezz ta’ aktar riżorsi u ta’ mandat imsaħħaħ. L-għan ewlieni huwa li l-Aġenzija tiġi mgħammra bil-korp permanenti tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA sabiex jiġi żgurat il-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tal-UE u biex jiżdied b’mod sinifikanti r-ritorn effettiv tal-migranti irregolari.

1.3.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Din il-proposta hija konsistenti mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta’ Ġunju 2018 li jkomplu jsaħħu r-rwol appoġġattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż fil-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, permezz ta’ żieda ta’ riżorsi u mandat imtejjeb, bil-ħsieb li jiġi żgurat il-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tal-UE u jiżdied ir-ritorn tal-migranti irregolari b'mod sinifikanti. B’mod konformi wkoll mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, dan huwa koerenti mal-objettiv li tissawwar politika interna dwar il-migrazzjoni li tkun imsejsa fuq bilanċ bejn is-solidarjetà u r-responsabbiltà: it-twaqqif tal-korpi permanenti tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA b’kontribuzzjonijiet mandatorji u definiti sew ta’ kull Stat Membru li jippermettu li l-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA tipprovdi appoġġ effettiv lill-Istati Membri milquta fuq quddiem nett huwa element essenzjali tas-solidarjetà Ewropea.

Din il-proposta tibni fuq is-sett ta' għodod u l-politika tal-ġestjoni tal-fruntieri eżistenti, b’mod partikolari l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 2016/1624. Matul dawn l-aħħar sentejn, l-operazzjonalizzazzjoni ta’ dan il-qafas ġdid ingħata spinta konsiderevoli ’l quddiem, speċjalment bit-twettiq tal-ewwel ċikli ta’ valutazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà u t-twaqqif ta’ gruppi ta’ reazzjoni rapida li jirrispondu għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Permezz tal-korpi permanenti tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA b'10 000 membru tal-persunal operazzjonali, din il-proposta tespandi l-kapaċitajiet tal-Aġenzija, u għalhekk tal-Unjoni, fir-rispons effettiv għat-theddid u l-isfidi preżenti u futuri fuq il-fruntieri esterni billi b’mod proattiv issaħħaħ, tivvaluta u tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Memri fuq il-fruntieri esterni u ma’ pajjiżi terzi wkoll sabiex jiġi żgurat li jkun hemm politika ta’ ritorn kredibbli.

Ir-rapport ta’ valutazzjoni tal-EUROSUR ikkonkluda li l-qafas tal-EUROSUR laħaq l-objettivi tiegħu, li t-tħaddim tal-EUROSUR jista’ jittejjeb billi jevolvi minn sistema ta’ informazzjoni teknika għal qafas ta’ governanza għall-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni, b'kopertura tal-kontroll tal-fruntieri u possibilment ukoll ta’ komponenti magħżula tal-Ġestjoni Integrata Ewopea tal-Fruntieri. Kif jistipula r-Rapport fl-anness dwar il-valutazzjoni tal-EUROSUR, l-EUROSUR trawwem is-sinerġiji u għaldaqstant il-koerenza ma’ politiki oħrajn: iċ-Ċentru tal-Koordinazzjoni Nazzjonali huwa punt fokali għall-kooperazzjoni operazzjonali ma’ atturi politiċi oħrajn f’oqsma bħall-affarijiet marittimi, is-sigurtà u l-kontroll doganali. Huwa wkoll eżempju tajjeb għall-kooperazzjoni ċivili/militari peress li għadd ta’ Ċentri tal-Koordinazzjoni Nazzjonali qed jospitaw ukoll atturi bħal uffiċjali Navali.

Fil-livell tal-UE, is-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR huma għodda li tista’ tintuża għal funzjonijiet oħrajn ta’ gwardja tal-kosta bħall-kontroll tas-sajd. Hemm ukoll benefiċċji reċiproċi għas-sigurtà esterna bħal ngħidu aħna prodotti ta’ informazzjoni tal-EUROSUR li tqassmu permezz tal-Aġenzija bl-operazzjoni tal-PSDK l-EUNAVFOR Med Sophia.

Is-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR huma wkoll għodda għall-operazzjonalizzazzjoni tal-proġetti u l-programmi ta’ riċerka u huma eżitu konkret tal-Programm Spazjali tal-UE Copernicus.

L-evoluzzjoni proposta tal-EUROSUR u t-tkabbir tal-ambitu tiegħu se jtejjeb il-koerenza kumplessiva permezz tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u se jwassal għal aktar kooperazzjoni b’mod partikolari mas-Setturi tal-Avjazzjoni, iżda wkoll fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-UE.

Għaldaqstant, permezz tal-integrazzjoni tas-Sistema Ewropea tas-Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) fil-qafas tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, il-proposta tkompli trawwem l-ispirtu ta’ kooperazzjoni, skambju ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni tal-isforzi bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Aġenziji tal-Unjoni, b’impenji konkreti u vinkolanti. Dan jibni wkoll fuq ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata mill-Frontex.

Il-proposta tiċċara r-relazzjoni bejn il-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Aġenzija u l-mekkaniżmu tal-evalwazzjoni ta’ Schengen stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 bil-ħsieb li jiġu mmassimizzati s-sinerġiji bejn dawk iż-żewġ mekkaniżmi li huma essenzjali għall-kontroll tal-kwalità Ewropew dwar il-funzjonament taż-żona Schengen.

Din il-proposta tibni fuq u tkompli tiżviluppa dawk id-dispożizzjonijiet tal-politika eżistenti u tiġborhom flimkien fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, u b’hekk tistabbilixxi sistema ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni fil-livell tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 77(2)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Din il-proposta hija konsistenti mal-linji ta’ politika komprensiva għal medda twila ta’ żmien dwar ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni kif stipulati mill-Kummissjoni fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li żviluppat il-linji gwida politiċi tal-President Juncker f’sett ta’ inizjattivi koerenti u li jsaħħu lil xulxin ibbażati fuq erba’ pilastri. Dawn il-pilastri jikkonsistu mit-tnaqqis fl-inċentiv għal migrazzjoni irregolari, fruntieri esterni sikuri u s-salvataġġ tal-ħajjiet, politika dwar l-ażil b'saħħitha u politika ġdida dwar il-migrazzjoni legali. Din il-proposta tkompli timplimenta l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b’mod aktar speċifiku fir-rigward tal-għan tas-sigurtà tal-fruntieri esterni hekk kif il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta se timplimenta l-Ġestjoni Integrata tal-Fruntiera Ewropea. Barra minn hekk, twieġeb it-talba tal-Kunsill Ewropea li jkompli jissaħħaħ ir-rwol appoġġattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż fil-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, permezz ta’ żieda ta’ riżorsi u mandat imtejjeb, bil-ħsieb li jiġi żgurat il-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tal-UE u jiżdied ir-ritorn tal-migranti irregolari b'mod sinifikanti.

Din il-proposta hija marbuta mill-qrib u tikkomplementa politiki oħrajn tal-Unjoni, jiġifieri:

   Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil bit-twaqqif ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni lejn hotspots u fiċ-ċentri kkontrollati, u l-kooperazzjoni msaħħa mal-Awtorità tal-Ażil tal-Unjoni Ewropea.

   Il-politika tal-azzjoni esterna tal-Unjoni hekk kif l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, u, fejn ikun rilevanti, tappoġġa pajjiżi terzi, bil-kapaċitajiet estiżi tagħha, inkluż il-possibbiltà li tiskjera korpi permanenti tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA f’pajjiżi terzi, kif ukoll billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi dwar ir-ritorn, inkluż fir-rigward tal-kisba ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar. It-titjib propost relatat mal-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi se jkompli jtejjeb il-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE.

   L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż permezz tal-EUROSUR, tiskatta kooperazzjoni qawwija fost l-aġenzija ma’ bosta Aġenziji tal-UE oħrajn f’oqsma ta’ politika oħrajn bħall-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà Marittima (EMSA), l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) u ċ-Ċentru tas-Satelliti tal-UE, l-EUROPOL jew l-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operazzjonali ta’ sistemi tal-IT ta’ skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (EU LISA).

   Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntieri u tal-Kosta, speċjalment permezz tal-komponenti EUROSUR tagħha tibqa’ l-ixprun għar-riċerka u l-innovazzjoni kemm fil-livell tal-Istati Membri u f’dak tal-UE. Is-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR il-ġodda huma għodda għall-operazzjonalizzazzjoni tal-proġetti tar-riċerka tal-UE u huma eżitu solidu tal-Programmi Spazjali tal-UE bħall-Copernicus, iżda wkoll Galileo u GOVSATCOM.

   Din il-proposta hija konsistenti mal-proposta tal-Kummissjoni (COM(2018) 303 final) li jiġi revedut ir-Regolament dwar il-ħolqien tan-netwerk Ewropew tal-uffiċjali ta’ kollegament għall-immigrazzjoni (ILO, immigration liaison officer). L-objettiv tar-reviżjoni tar-Regolament dwar l-ILOs huwa li titjieb il-koordinazzjoni u jiġi ottimizzat l-użu tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, inkluż l-uffiċjali ta’ kollegament Ewropej ġodda li jintbagħtu f’pajjiżi terzi biex ikunu jistgħu jwieġbu b’mod aktar effettiv għall-prijoritajiet tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni, inkluż il-ġestjoni intergrata tal-fruntieri. Il-proposta se timxi id f’id ma’ dan l-approċċ billi tiżgura l-ħoloq xierqa bejn l-ILOs u ċ-ċentri ta’ koordinazzjoni nazzjonali (NCC, national coordination centre) u koordinazzjoni politika aħjar tad-dimensjoni esterna tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERI U TAL-KOSTA permezz ta’ ftehimiet bilaterali u multilaterali.

1.4.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/Inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament

 Proposta/inizjattiva ta’durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.5.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 50  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviżamal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta bil-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li għandhom jiġu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

il-korpi li jissemmew fl-Artikolu 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

il-korpi tal-liġi pubblika;

korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, sakemm ikunu jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

il-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku relevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

2.MIŻURI TA' ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet

L-Aġenzija hija soġġetta għal rekwiżiti regolari ta’ monitoraġġ u rapportar. Il-Bord ta’ Ġestjoni tal-Aġenzija għandu jadotta kull sena rapport tal-attività annwali konsolidata tal-Aġenzija għas-sena preċedenti u jgħaddiha sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. Dan ir-rapport għandu jsir pubbliku. Kull erba’ snin, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni skont il-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-linji gwida tal-Kummissjoni biex tivvaluta b’mod partikolari l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-prestazzjoni tal-Aġenzija u l-prattiki ta’ ħidma tagħha fir-rigward tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha. L-evalwazzjoni għandha, b’mod partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

Permezz ta' ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri jimplimentaw programmi li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-politika tal-Unjoni, li huma mfasslin apposta għall-kuntest nazzjonali tagħhom. Il-ġestjoni kondiviża tiżgura li l-appoġġ finanzjarju jkun disponibbli fl-Istati parteċipanti kollha. Barra minn hekk, il-ġestjoni kondiviża tippermetti li l-finanzjament ikun prevedibbli u li l-Istati Membri, li għandhom l-aktar għarfien dwar l-isfidi li jkunu qed jiffaċċaw, ikunu jistgħu jippjanaw l-allokazzjonijiet tagħhom fuq terminu twil skont dan. Supplimentar ta’ finanzjament għal azzjonijiet speċifiċi (li jirrikjedu sforzi kooperattivi fost l-Istati Membri jew fejn żviluppi ġodda fl-Unjoni jirrikjedu li jsir disponibbli finanzjament addizzjonali għal Stat Membru wieħed jew aktar) u għal attivitajiet ta’ risistemazzjoni u trasferiment jista’ jiġi implimentat permezz tal-ġestjoni kondiviża. Fi żvilupp ġdid, il-Fond jista’ wkoll jipprovdi assistenza ta’ emerġenza permezz tal-ġestjoni kondiviża, apparti l-ġestjoni diretta u indiretta.

Permezz ta’ ġestjoni diretta, il-Kummissjoni tappoġġa azzjonijiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politika komuni tal-Unjoni. L-azzjonijiet jippermettu li jkun hemm appoġġ imfassal apposta għal ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fi Stat Membri individwali (“assistenza ta’ emerġenza”), appoġġ lil netwerks u attivitajiet transnazzjonali, jiġu ttestjati attivitajiet innovattivi li jistgħu jespandu bħala parti mill-programmi nazzjonali u jkopru studji fl-interess tal-Unjoni in ġenerali (“azzjonijiet tal-Unjoni”).

Permezz tal-ġestjoni indiretta, il-Fond iżomm il-possibbiltà li jiddelega kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit lil, fost oħrajn, Organizzazzjonijiet Internazzjonali u Aġenziji tal-Affarijiet Interni għal skopijiet partikolari.

Il-modalitajiet ta’ ħlas għal ġestjoni kondiviża huma deskritti fil-proposta tar-Regolament ta’ Dispożizzjonijiet Komuni (CPR, Common Provisions Regulation), li tipprevedi prefinanzjament annwali, segwit minn massimu ta’ erba’ dividendi interim kull programm u sena bbażati fuq l-applikazzjonijiet għal ħlas mibgħuta mill-Istati Membri matul is-sena kontabilistika. Skont il-proposta tas-CPR il-prefinanzjament jiġi approvat fl-aħħar sena kontabilistika tal-programmi. L-istrateġija ta’ kontroll se tkun ibbażata fuq ir-Regolament Finanzjarju ġdid u fuq ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni. Jenħtieġ li r-Regolament Finanzjarju ġdid u l-proposta għas-CPR jestendu l-użu ta’ forom issimplifikati ta’ għotjiet bħal somom f’daqqa, rati fissi u kosti unitarji. Għandu jintroduċi wkoll forom ġodda ta’ ħlas, ibbażati fuq ir-riżultati miksuba, minflok fuq il-kost. Il-benefiċjarji se jkunu jistgħu jirċievu ammont fiss ta’ flus jekk jagħtu prova li jkunu saru ċerti azzjonijiet bħal korsijiet ta’ taħriġ jew it-twassil tal-assistenza tal-emerġenza. Dan mistenni jissimplifika l-piż tal-kontroll kemm fil-livelli tal-benefiċjarji kif ukoll tal-Istati Membri (pereżempju verifika tal-kontijiet u riċevuti għall-kostijiet).

Fil-kaz ta’ ġestjoni kondiviża, il-proposta tas-CPR 51 tibni fuq l-istrateġija tal-ġestjoni u l-kontroll fis-seħħ għall-perjodu tal-programm 2014-2020 iżda ddaħħal xi miżuri mmirati lejn is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni u t-tnaqqis tal-piż tal-kontroll fil-livell kemm tal-benefiċjarji kif ukoll tal-Istati Membri.

L-iżviluppi l-ġodda jinkludu: - it-tneħħija tal-proċedura ta’ deżinjazzjoni (li għandha tagħmilha possibbli li titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi); - it-twettiq ta’ verifiki (amministrattivi u fil-post) tal-ġestjoni mill-awtorità ta’ ġestjoni fuq bażi tar-riskju (meta mqabbla mal-kontrolli amministrattivi 100 % rekwiżiti fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020). Barra minn hekk, f’ċerti kundizzjonijiet, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu japplikaw arranġamenti proporzjonali ta’ kontroll b’konformità mal-proċeduri nazzjonali; - kundizzjonijiet biex jiġu evitati ħafna awditi fuq l-istess operazzjoni/nefqa. L-awtoritajiet tal-programmi se jippreżentaw lill-Kummissjoni talbiet interim għall-pagamenti fuq il-bażi tal-ispejjeż imġarrba mill-benefiċjarji. Il-proposta tas-CPR tippermetti lill-awtoritajiet maniġerjali jwettqu verifiki tal-ġestjoni fuq bażi ta’ riskju u tipprevedi wkoll kontrolli speċifiċi (pereż. verifiki fil-post mill-awtorità maniġerjali u awditi ta’ operazzjonijiet/nefqa mill-awtorità tal-awditjar) wara li n-nefqa assoċjata tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni fit-talbiet għal ħlas interim. Sabiex jitnaqqas ir-riskju tar-rimborż ta’ nfiq ineliġibbli, is-CPR jipprevedi li l-ħlasijiet interim tal-Kummissjoni jkunu limitati għal 90 %, minħabba li sa dak il-mument ikunu twettqu biss parti mill-kontrolli nazzjonali. Il-Kummissjoni se tħallas il-bilanċ li jibqa’ wara l-eżerċizzju ta’ kklirjar annwali tal-kontijiet, hekk kif tirċievi l-pakkett annwali ta’ aċċertament mingħand l-awtoritajiet tal-programm. Kull irregolarità li jsibu l-Kummissjoni jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri wara t-trażmissjoni tal-pakkett annwali ta’ aċċertament tista’ twassal għal korrezzjoni finanzjarja netta.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

Il-pressjoni migratorja għolja fuq il-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea titlob il-ħolqien tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntieri u tal-Kosta magħmula minn awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Estensjoni tal-kompetenzi tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tal-iskop tal-EUROSUR hija meħtieġa wkoll.

It-tisħiħ tal-persunal u r-riżorsi finanzjarji tal-Aġenzija huma meħtieġa sabiex ikun hemm konformità mal-mandat u r-rekwiżiti estiżi stabbiliti mir-Regolament propost.

Il-kontijiet tal-Aġenzija jiġu sottomessi għall-approvazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri u soġġetti għall-proċedura ta’ kwittanza. Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni se jwettaq awditjar b’kooperazzjoni mal-awditur intern tal-Aġenzija.

Is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll stabbiliti skont programmi finanzjarji differenti (eż. il-Fond tas-Sigurtà Intern) użati se jiġu applikati.

Ġestjoni kondiviża:

Id-DĠ HOME ma kienx qed jiffaċċja riskji serji ta’ żbalji fil-programmi ta’ nfiq tiegħu. Dan huwa kkonfermat minn assenza rikorrenti ta’ kostatazzjonijiet sinifikanti fir-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri. Barra minn hekk, id-DĠ HOME diġa rreveda l-bażi ġuridika tiegħu (ir-Regolament (UE) 2015/378 u r-Regolament Delegat (UE) 1042/2014) biex jallinja aktar il-qafas ta’ kontroll tal-Fondi l-oħra taħt ir-Regolament dwar id-Dispożizzjoniet Komuni u l-mudell ta’ assigurazzjoni u jkompli jżomm livell baxx ta’ żbalji fil-programmi ta’ nfiq. Dan l-isforz ta’ allinjament ikompli fil-proposta attwali, fejn il-Qafas ta’ Kontroll huwa konsistenti mad-Direttorati Ġenerali l-oħra skont ġestjoni kondiviża. F’ġestjoni kondiviża, ir-riskji ġenerali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi kurrenti jikkonċernaw is-sottoimplimentazzjoni tal-Fond mill-Istati Membri u l-iżbalji possibbli li jirriżultaw mill-kumplessità tar-regoli u d-dgħufijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll. Is-CPR jissimplifika l-qafas regolatorju billi jarmonizza r-regoli u s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll madwar il-Fondi differenti b'ġestjoni kondiviża. Huwa jippermetti wkoll li jkun hemm rekwiżiti ta’ kontroll differenzjati skont ir-riskju (pereżempju l-verifiki tal-ġestjoni fuq il-bażi tar-riskju, il-possibbiltà għal arranġamenti ta’ kontroll proporzjonat fuq il-bażi ta’ proċeduri nazzjonali, limitazzjonijiet ta’ ħidma ta' awditjar f’termini ta’ twaqqit u/jew operazzjonijiet speċifiċi).

Ġestjoni diretta indiretta: Fuq il-bażi tal-analiżi riċenti tal-kawżi u tipi prinċipali tal-iżbalji l-iżjed li jiġu identifikati f’awditi ex post, l-oqsma prinċipali ta’ irregolaritajiet jirriżultaw minn ġestjoni finanzjarja batuta tal-għotjiet mogħtija lill-benefiċjarji, dokumenti ta’ prova neqsin jew inadegwati, akkwist pubbliku inkorrett, u spejjeż mhux ibbaġitjati. Konsegwentement ir-riskji huma prinċiparjament minħabba: – garanzija tal-kwalità tal-proġetti magħżulin u sussegwentement l-implimentazzjoni teknika tagħhom, gwida mhux ċara jew mhux kompleta li jingħataw il-benefiċjarji jew mhux biżżejjed monitoraġġ; – riskju ta’ użu ineffiċjenti jew mhux ekonomiku tal-fondi mogħtija, kemm għal għotjiet (kumplessità tar-rimborż ta’ spejjeż eliġibbli reali flimkien ma’ possibbiltajiet limitati li jiġu vverifikati l-ispejjeż eliġibbli madwar il-mejda) kif ukoll għal akkwist pubbliku (kultant numru limitat ta’ fornituri ekonomiċi bl-għarfien speċjalista meħtieġ li jfisser possibbiltajiet ta’ tqabbil ta’ prezzijiet insuffiċjenti); – riskju relatat mal-kapaċità ta’ (speċjalment) organizzazzjonijiet iżgħar li jikkontrollaw in-nefqa b’mod effettiv kif ukoll jiżguraw it-trasparenza tal-operazzjonijiet mwettqa; – riskju għar-reputazzjoni tal-Kummissjoni, jekk jiġu skoperti frodi jew attivitajiet kriminali; tista’ tittieħed biss assigurazzjoni parzjali mis-sistemi ta’ kontroll intern tal-pajjiżi terzi minħabba l-għadd pjuttost kbir ta’ kuntratturi u benefiċjarji eteroġeni, kollha joperaw bis-sistema ta’ kontroll tagħhom stess tagħhom, ħafna drabi żgħar fid-daqs. Hu mistenni li ħafna minn dawn ir-riskji jitnaqqsu bis-saħħa ta’ tfassil aħjar tas-sejħiet għall-proposti, gwida lill-benefiċjarji, iffukar tal-proposti u użu aħjar tal-kosti simplifikati u d-dipendenza trasversali fuq l-awditi u l-valutazzjonijiet kif inklużi fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid. Il-Qorti tal-Awdituri fl-2016 ivvalutat is-sistemi tad-DĠ HOME tal-ġestjoni diretta (inkluż l-akkwist) u qatgħetha li d-DĠ HOME implimenta l-kontrolli rilevanti meħtieġa mir-regolament finanzjarju u l-analiżi ma żvelat l-ebda dgħufija maġġuri. L-istess livell ta’ superviżjoni u kontrolli għandu jinżamm fil-ġejjieni.

Ġestjoni diretta/indiretta: Fuq il-bażi tal-analiżi riċenti tal-kawżi u tipi prinċipali tal-iżbalji l-iżjed li jiġu identifikati f’awditi ex post, l-oqsma prinċipali ta’ irregolaritajiet jirriżultaw minn ġestjoni finanzjarja batuta tal-għotjiet mogħtija lill-benefiċjarji, dokumenti ta’ prova neqsin jew inadegwati, akkwist pubbliku inkorrett, u spejjeż mhux ibbaġitjati. Konsegwentement ir-riskji huma prinċiparjament minħabba: – garanzija tal-kwalità tal-proġetti magħżulin u sussegwentement l-implimentazzjoni teknika tagħhom, gwida mhux ċara jew mhux kompleta li jingħataw il-benefiċjarji jew mhux biżżejjed monitoraġġ; – riskju ta’ użu ineffiċjenti jew mhux ekonomiku tal-fondi mogħtija, kemm għal għotjiet (kumplessità tar-rimborż ta’ spejjeż eliġibbli reali flimkien ma’ possibbiltajiet limitati li jiġu vverifikati l-ispejjeż eliġibbli madwar il-mejda) kif ukoll għal akkwist pubbliku (kultant numru limitat ta’ fornituri ekonomiċi bl-għarfien speċjalista meħtieġ li jfisser possibbiltajiet ta’ tqabbil ta’ prezzijiet insuffiċjenti); – riskju relatat mal-kapaċità ta’ (speċjalment) organizzazzjonijiet iżgħar li jikkontrollaw in-nefqa b’mod effettiv kif ukoll jiżguraw it-trasparenza tal-operazzjonijiet mwettqa; – riskju għar-reputazzjoni tal-Kummissjoni, jekk jiġu skoperti frodi jew attivitajiet kriminali; tista’ tittieħed biss assigurazzjoni parzjali mis-sistemi ta’ kontroll intern tal-pajjiżi terzi minħabba l-għadd pjuttost kbir ta’ kuntratturi u benefiċjarji eteroġeni, kollha joperaw bis-sistema ta’ kontroll tagħhom stess tagħhom, ħafna drabi żgħar fid-daqs. Hu mistenni li ħafna minn dawn ir-riskji jitnaqqsu bis-saħħa ta’ tfassil aħjar tas-sejħiet għall-proposti, gwida lill-benefiċjarji, iffukar tal-proposti u użu aħjar tal-kosti simplifikati u d-dipendenza trasversali fuq l-awditi u l-valutazzjonijiet kif inklużi fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid.

Il-Kummissjoni tieħu sehem fil-governanza tal-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntieri u tal-Kosta billi tipparteċipa bħala membru fil-Bord Maniġerjali. Fl-2017, wara r-reviżjoni tal-organigramma tad-DĠ HOME, il-Kummissjoni rrevediet id-deċiżjoni tagħha dwar ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Bordijiet Maniġerjali, bl-istipular f’bosta każi ta’ rappreżentazzjoni ogħla permezz tal-involviment tad-Deputati Diretturi Ġenerali.

L-unitajiet operazzjonali għal politiki partikolari huma involuti f’għadd ġmielu ta’ kuntatti fil-livell ta’ ħidma, fil-laqgħat ta’ koordinazzjoni, fit-twassil ta’ opinjonijiet dwar il-programm ta’ ħidma annwali, fl-abbozz tal-baġit, fil-pjan ta’ politika dwar il-persunal u fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom. Tul is-sena jseħħu wkoll kuntatti f’livell ogħla, partikolarment tad-Direttur Ġenerali mad-Diretturi Eżekuttivi u l-Presidenti tal-Bordijiet Maniġerjali.

Id-DĠ HOME jsegwi l-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntieri u tal-Kosta mit-tħejjija tal-proċedura baġitarja, tul l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni annwali tal-UE, sas-sottomissjoni tal-kontijiet u l-proċess tar-rilaxx. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-baġit huwa neċessarju, anki sabiex titħeġġeġ ir-rata tal-implimentazzjoni u jiġi evitat sakemm jista’ jkun li l-approprjazzjonijiet tal-pagament jitreġġgħu lura mill-aġenzija matul l-aħħar kwart tas-sena

Wara l-awditu tal-IAS dwar “il-Koordinazzjoni u l-arranġamenti ta’ ħidma mal-aġenziji deċentralizzati tal-UE fid-DĠ HOME”, id-DĠ HOME ppropona pjan ta’ azzjoni biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-awditu, l-aktar b’rabta mal-għarfien dejjem jikber tal-persunal li jittratta mal-aġenziji fid-DĠ HOME, l-involviment aktar bikri fil-fażi tal-ipprogrammar tal-aġenziji, it-tisħiħ tal-monitoraġġ tiegħu tal-prestazzjoni tal-aġenziji abbażi ta’ indikaturi tal-prestazzjoni xierqa, it-twaqqif ta’ strateġija ta’ kontroll u t-tisħiħ tal-elementi importanti tad-dikjarazzjoni tal-assikurazzjoni fir-rigward tal-pagamenti li jsiru lill-aġenziji.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Ġestjoni kondiviża: Il-kost tal-kontrolli mistenni li jibqa’ l-istess jew potenzjalment jitnaqqas għall-Istati Membri. Għaċ-ċiklu ta’ programmazzjoni (2014-2020) preżenti, mill-2017, in-nefqa kumulattiva tal-kontroll mill-Istati Membri hija stmata għal madwar 5 % tal-ammont totali tal-pagamenti mitluba mill-Istati Membri għas-sena 2017. Dan il-persentaġġ mistenni jonqos minħabba t-titjib tal-effiċjenza fl-implimentazzjoni tal-programmi u jiżdied fil-pagamenti lill-Istati Membri. Bl-introduzzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-ġestjoni u l-kontrolli fis-CPR flimkien ma’ motivazzjoni msaħħa li jiġu adottati għażliet tal-ispejjeż issimplifikati (SCOs, simplified cost options), l-ispiża ta’ kontrolli għall-Istati Membri hija mistennija li tkompli tonqos.

Ġestjoni diretta/indiretta: Il-kost tal-kontrolli jammonta għal madwar 2,5 % tal-pagamenti magħmula mid-DĠ HOME. Dan l-ammont huwa mistenni li jibqa’ stabbli jew jonqos ftit f’każ fejn l-użu tal-SCOs jitwessa’ fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Għall-Aġenzija

Id-Direttur Eżekuttiv se jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija. Kull sena huwase jissottomettilill-Kummissjoni, lill-Bord Maniġerjali u lill-Qorti tal-Awdituri l-kontijiet dettaljati tad-dħul u l-infiq kollu mis-sena finanzjarja ta’ qabel. Barra minn hekk, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni se jgħin fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-Aġenzija billi jikkontrolla r-riskji, jimmonitorja l-konformità billi jipprovdi opinjoni indipendenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex tittejjeb l-effiċjenza u l-effettività tal-operazzjonijiet u biex tiġi żgurata ekonomija fl-użu tar-riżorsi tal-Aġenzija.

L-Aġenzija se tadotta r-Regolament Finanzjarju tagħha skont ir-Regolament Nru 1271/2013, wara li jkun ġie approvat mill-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri. L-Aġenzija se ddaħħal fis-seħħ sistema ta’ awditjar intern simili għal dik li introduċiet il-Kummissjoni fil-qafas tar-ristrutturar tagħha stess.

Kooperazzjoni mal-OLAF

Il-persunal soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Kummissjoni se jikkoopera mal-OLAF fil-ġlieda kontra l-frodi.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Il-Qorti tal-Awdituri se teżamina l-kontijiet skont l-Artikolu 248 tat-Trattat u tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija.

Il-miżuri nazzjonali kontra l-frodi stabbiliti fil-livell nazzjonali u f’dak Ewropew japplikaw bis-sħiħ.

Il-Fondi tad-DĠ HOME

Il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi huwa wieħed mill-għanijiet tal-kontroll intern kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju u kwistjoni ewlenija tal-governanza, li l-Kummissjoni trid tindirizza matul iċ-ċiklu kollu tal-infiq.

Barra minn hekk, l-istrateġija tad-DĠ HOME għal kontra l-frodi (AFS, anti-fraud strategy) għandha l-għan prinċipali ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni u reparazzjoni tal-frodi, filwaqt li fost oħrajn tiżgura li l-kontrolli interni tagħha ta’ kontra l-frodi jkunu allinjati għal kollox mal-istrateġija tal-Kummissjoni ta’ kontra l-frodi (Commission’s anti fraud strategy, CAFS) u li l-approċċ tagħha tal-ġestjoni tar-riskji ta’ frodi jkun immirat li jidentifika oqsma b’riskju ta’ frodi kif ukoll reazzjonijiet adegwati.

Fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri se jiżguraw il-legalità u r-regolarità tal-infiq inkluż fil-kontijiet tagħhom li jippreżentaw lill-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri se jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-irregolaritajiet, inkluża l-frodi. Bħal fiċ-ċiklu ta’ programmazzjoni attwali (2014-2020), l-Istati Membri huma obbligati li jdaħħlu fis-seħħ proċeduri għall-identifikazzjoni tal-irregolaritajiet u għal kontra l-frodi u li jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet, inkluża frodi suspettata u frodi stabbilita fl-oqsma tal-ġestjoni kondiviża. Il-miżuri ta’ kontra l-frodi se jibqgħu prinċipju trasversali u obbligu għall-Istati Membri.

3.IMPATT FINANZJARJU SMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa milquta

·Il-linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru 3 Intestatura “Sigurtà u Ċittadinanza”

Diff./Mhux diff 52 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 53

mill-pajjiżi kandidati 54

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3

18.020101 Fond għas-Sigurtà Interna – Fruntieri u Viżi

Diff.

LE

LE

IVA

LE

3

18.0203 Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Diff.

LE

LE

IVA

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

2021-2027

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Titlu Numru 4: “Il-Migrazzjoni u l-Ġestjoni tal-Fruntieri”

Diff./mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

4

11.XXYY Strument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viżi (BMVI)

Diff.

LE

LE

IVA

LE

4

11.XXYY Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Diff.

LE

LE

IVA

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

QFP 2014-2020

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali attwali

3

“Sigurtà u Ċittadinanza”

miljuni ta’ EUR (sa tliet postijiet deċimali)

2019

2020 55

TOTAL 56

Approprazzjonijiet operazzjonali (ISF –B)

Impenji

(1)

52,500

52,500

Pagamenti

(2)

52,500

52,500

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 57 (ISF –B) 

Impenji = Pagamenti

(3)

 

-

L-approprjazzjonijiet amministrattiv u operazzjonali 58 ( l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta)

Impenji

(1)

19,321

558,175

577,496

Pagamenti

(2)

19,321

558,175

577,496

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

19,321

610,675

629,996

Pagamenti

=2+3

19,321

610,675

629,996



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali 2014-2020

5

“Nefqa amministrattiva” 59

miljuni ta’ EUR (sa tliet postijiet deċimali)

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

DĠ: HOME

• Riżorsi umani

1,144

1,144

2,288

• Nefqa amministrattiva oħra

0,080

0,080

0,160

TOTAL DĠ MIGRAZZJONI U AFFARIJIET INTERNI

Approprjazzjonijiet

1,224

1,224

2,448

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

2014-2020

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

1,224

1,224

2,448

2019

2020

TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
fost l-INTESTATURI *
tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
 

Impenji

20,545

611,899

632,444

Pagamenti

20,545

611,899

632,444

*L-ammont ta’ EUR 52 500 miljun huwa kopert mill-QFP attwali għas-sena 2020.

QFP 2021-2027

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali 2021-2027

4

Intestatura: Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

miljuni ta’ EUR (sa tliet postijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL 60

Approprazzjonijiet operazzjonali (BMVI)

Impenji

(1)

70,000

80,000

90,000

100,000

101,000

102,000

104,500

647,500

Pagamenti

(2)

70,000

80.,000

90,000

100,000

101,000

102,000

104,500

647,500

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 61  

Impenji = Pagamenti

(3)

 

 

 

 

 

 

 

 

L-approprjazzjonijiet amministrattiv u operazzjonali ( l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta)

Impenji

(1)

1 188,512

1 347,769

1 546,437

1 649,203

1 799,857

1 851,374

1 886,999

11 270,151

Pagamenti

(2)

1 188,512

1 347,769

1 546,437

1 649,203

1 799,857

1 851,374

1 886,999

11 270,151

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

1 258,512

1 427,769

1 636,437

1 749,203

1 900,857

1 953,374

1 991,499

11 917,651

Pagamenti

=2+3

1 258,512

1 427,769

1 636,437

1 749,203

1 900,857

1 953,374

1 991,499

11 917,651



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali 2021-2027

7

“Amministrazzjoni Pubblika Ewropea”

miljuni ta’ EUR (sa tliet postijiet deċimali)

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

DĠ: HOME

• Riżorsi umani

1,144

1,144

1,144

1,144

1,144

1,144

1,144

8,008

• Nefqa amministrattiva oħra

0,080

0,080

0,080

0,080

0,080

0,080

0,080

0,560

TOTAL DĠ MIGRAZZJONI U AFFARIJIET INTERNI

Approprjazzjonijiet

1,224

1,224

1,224

1,224

1,224

1,224

1,224

8,568

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 7
tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali
2021-2027

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

1,224

1,224

1,224

1,224

1,224

1,224

1,224

8,568

miljuni ta’ EUR (sa tliet postijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
fost l-INTESTATURI **
tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali
2021-2027

Impenji

1 259,736

1 428,993

1 637,661

1 750,427

1 902,081

1 954,598

1 992,723

11 926,219

Pagamenti

1 259,736

1 428,993

1 637,661

1 750,427

1 902,081

1 954,598

1 992,723

11 926,219

** L-ammont ta' EUR 647,500 miljun huwa kopert mill-QFP li jmiss għas-snin 2021-2027 u kien previst skont il-proposta tal-BMVI ta’ Ġunju 2018.

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq il-baġit totali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (inklużi l-approprjazzjonijiet operazzjonali u amministrattivi u b’qies tal-kontribuzzjkonijiet tal-pajjiżi assoċjati ta’ Schengen).

miljuni ta’ EUR (sa tliet postijiet deċimali)

 

3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta 

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/lLinizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Il-kostijiet tal-persunal u dawk korrispondenti diġà huma previsti f’COM(2015)671. L-għadd ta’ persunal għandu jibqa’ kostanti mis-sena 2020 fil-livell ta’ 1000.

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Aġenti Temporanji (Gradi AD)

242

275

275

275

275

275

275

275

275

Aġenti Temporanji (Gradi AST)

242

275

275

275

275

275

275

275

275

Aġenti kuntrattwali

202

230

230

235

250

234

230

230

230

Esperti Nazzjonali Sekondati

194

220

220

220

220

220

220

220

220

TOTAL

880

1000

1000

1005

1020

1004

1000

1000

1000

It-tiswir ta’ persunal statutorju bħala parti mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta/ 

Rekwiżiti tal-persunal (FTE):

 

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Aġenti Temporanji (Gradi AD)

188

375

500

500

625

625

750

750

750

Aġenti Temporanji (Gradi AST)

187

375

500

500

625

625

750

750

750

Aġenti kuntrattwali

375

750

1 000

1 000

1 250

1 250

1 500

1 500

1 500

TOTAL

750

1 500

2 000

2 000

2 500

2 500

3 000

3 000

3 000

Jekk jogħġbok indika d-data tar-reklutaġġ ippjanata u adatta l-ammont kif xieraq (jekk ir-reklutaġġ iseħħ f’Lulju, tiġi kkunsidrata 50 % biss mill-ispiża medja) u pprovdi aktar spjegazzjonijiet.

Rekwiżiti tal-Persunal fid-Dettall

Il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntieri u tal-Kosta se jikkonsistu fi tliet kategoriji differenti ta’ persunal operazzjonali.

Il-korp permanenti tal-persunal operazzjonali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntieri u tal-Kosta tfisser gwardji tal-fruntiera, skortaturi tar-ritorn tal-migranti, speċjalisti tar-ritorn tal-migranti u persunal rilevanti ieħor impjegat mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, issekondat lill-Aġenzija mill-Istati Membri jew fornut għal skjerament ta’ żmien qasir mill-Istati Membri biex jaġixxi bħala membri tat-timijiet tal-ġestjoni tal-fruntiera, it-timijiet tal-appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jew it-timijiet tar-ritorn tal-migranti bil-pussess ta’ setgħat eżekuttivi kif ukoll persunal responsabbli mill-funzjonament tal-unità ċentrali tal-ETIAS.

Il-Kategorija 1 b’persunal statutorju se tkun tip ġdid ta’ persunal tal-UE fi ħdan l-Aġenzija li jingħata setgħat eżekuttivi, inkluż l-użu tal-forza, meta jaġixxi bħala membru f’tim skjerat mill-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntieri u tal-Kosta.

B’qies li huwa meħtieġ appoġġ indispensabbli għat-twaqqif tal-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (reklutaġġ, ġestjoni ta’ kuljum, ippjanar operazzjonali , eċċ.), operazzjonijiet ta’ koordinament², il-persunal tal-antenni, l-akkwist tat-tagħmir tal-Aġenzija, kompiti oħra marbuta mal-funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż l-Eurosur, il-mandat għar-ritorn tal-migranti msaħħaħ u l-kisba tal-FADO, sa 4 % tal-għadd totali tal-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (4 % ta’ 3 000) jistgħu jiġu previsti bħala impjegati tat-tip “Persunal ta’ Appoġġ Operazzjonali” fi ħdan l-Aġenzija.

Fir-rigward tat-tip ta' pożizzjonijiet, il-persunal statutorju se jkun magħmul minn 25 % ADs, 25 % ASTs u 50 % aġenti kuntrattwali. Dan it-tqassim jirrappreżenta d-distribuzzjoni mistennija tal-profili, rwoli u funzjonijiet differenti fi ħdan il-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntieri u tal-Kosta. B’mod partikolari, għadd sinifikanti ta’ persunal AD bil-ħiliet, l-għarfien u l-għarfien espert professjonali neċessarji marbuta mal-użu tat-tagħmir avvanzat se jkun meħtieġ ħalli jħaddem it-tagħmir tal-Aġenzija nfisha (jiġifieri kaptani u uffiċjali fi ħdan l-ekwipaġġ tekniku ta’ mezzi tal-ajru u bastimenti). Għadd sinifikanti ta’ persunal AD se jkun ukoll meħtieġ ħalli jiżgura l-funzjonijiet tal-ippjanar u l-koordinazzjoni għall-attivitajiet operazzjonali miżjuda mwettqa mill-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntieri u tal-Kosta bi tqabbil mal-livell attwali tal-involviment tal-Aġenzija. Għadd ta’ persunal AD se jwettaq ukoll attivitajiet maniġerjali fi ħdan il-persunal statutorju. Barra minn hekk, il-bilanċ bejn it-tipi differenti ta’ membri tal-persunal għandu jitqies fil-kuntest tal-evoluzzjoni teknoloġika fejn għadd ta’ kompiti bażiċi ta’ ġestjoni tal-fruntieri se tiġi awtomatizzata filwaqt li l-kumplessità tas-sistema se tkun teħtieġ livell ogħla ta’ kwalifika għall-persunal li se jħaddimha u jimmanutenaha.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

   Il-proposta ma teħtieġ l-ebda użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

2019

2020

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

18 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

8

8

8

8

8

8

8

8

8

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

 Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 62

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  63

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji oħra tal-baġit (speċifika)

TOTAL

8

8

8

8

8

8

8

8

8

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani mitluba għandhom jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jimmaniġġja skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Tmien uffiċjali jwettqu l-kompiti li ġejjin:

1) Jirrappreżentaw lill-Kummissjoni fil-Bord ta’ Ġestjoni tal-Aġenzija.

2) Jabbozzaw l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-programm ta’ ħidma annwali u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tiegħu.

3) Jissorveljaw il-preparazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-baġit.

4) Jassistu l-Aġenzija fl-iżvilupp tal-attivitajiet tagħha skont il-politiki tal-UE, anki billi jipparteċipaw f’laqgħat tal-esperti.

Il-persunal estern

3.2.4.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/L-inizjattiva:

   ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi u li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2019

2020

TOTAL

Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen 64  

21,039

56,523

77,562

Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati

21,039

56,523

77,562

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Pajjiżi Assoċjati ta’ Schengen

75,862

86,028

98,709

105,268

114,884

118,173

120,447

719,371

Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati

75,862

86,028

98,709

105,268

114,884

118,173

120,447

719,371

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprja

   fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (sa tliet postijiet deċimali)

Linja ta’ dħul tal-baġit:

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 65

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, ĠU L251, 16.9.2016, p 1.
(2)    Komunikazzjoni: “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b’mod effiċjenti wara l-2020” (COM (2018) 98).
(3)    Id-Dikjarazzjoni ta’ Meseberg tal-Ġermanja u Franza “It-tiġdid tal-wegħdiet tas-sigurtà u l-prosperità tal-Ewropa”, id-19 ta’ Ġunju 2018.
(4)    Fil-ħames rapporti ta’ progress tagħha dwar l-operazzjonalizzazzjoni tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta adottati fl-2017 u fl-aħħar rapporti ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni.
(5)    Attwalment, l-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija u l-livell ġenerali tal-ingaġġ huma kollettivament deċiżi mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija permezz ta’ Programm ta’ Ħidma Annwali (sa Diċembru n-l) u d-Deċiżjoni dwar in-Numru Minimu ta’ Elementi ta’ Tagħmir Tekniku għall-operazzjonijiet (sa Ġunju n-l). Filwaqt li dawn id-deċiżjonijiet kollettivi spiss jikkorrispondu għall-ħtiġijiet operazzjonali għall-Aġenzija biex tintervjeni, dawn l-impenji ma għadhomx miżmuma matul in-Negozjati Bilaterali Annwali mal-Aġenzija (ħarifa n-l) meta l-kontribuzzjonijiet individwali konkreti jiġu impenjati mill-Istati Membri.
(6)    Ara l-eżitu tal-laqgħa tal-Kunsill ĠAI tas-27-28 ta’ Marzu 2017 li ffukat fuq l-użu ta’ riżorsi mill-Istati Membri u r-riżultat tal-laqgħa tal-Kunsill tal-4-5 ta’ Ġunju 2018 li kkunsidrat żieda fl-appoġġ għall-aġenziji tal-UE, b’mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.
(7)    Data disponibbli fl-Applikazzjoni għar-Ritorn tal-Frontex.
(8)    Ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 93).
(9)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).
(10)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020”, COM(2018) 98 final.
(11)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Baġit Modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027”, COM(2018) 321.
(12)    F’konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta .
(13)    F’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta .
(14)    Kif deskritt fl-Artikolu 16 tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.
(15)    ĠU C , , p. .
(16)    ĠU C , , p. .
(17)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1).
(18)    Ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 93).
(19)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta’ Novembru 2002 li tiddefinixxi l-iffaċilitar ta’ dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17).
(20)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).
(21)    Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(22)    Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(23)    Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(24)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(25)    ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(26)    Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(27)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(28)    ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(29)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(30)    ĠU L 188, 20.7.2007, p. 19.
(31)    ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(32)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(33)    ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(34)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350 tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(35)    ĠU L 243, 16.9.2010, p. 4.
(36)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen. (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(37)    Id-Deciżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(38)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar il-ħolqien ta' network bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni(ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1).
(39)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(40)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
(41)    Ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1).
(42)    Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(43)    Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
(44)    ĠU 56, 4.3.1968, p. 1, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013, (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(45)    Ir-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17,6.10.1958, p.385).
(46)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(47)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2008 (ĠU L 298, 26.10.2012, p.1).
(48)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(49)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(50)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(51)    COM(2018) 375 final.
(52)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux-diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(53)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(54)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(55)    Għall-perjodu 2019-2020, il-qafas finanzjarju leġiżlattiv jispjega l-impatt tal-mandat il-ġdid għajr dak li diġà kien previst skont il-mandat eżistenti.
(56)    L-ammont ta’ EUR 52 500 miljun huwa kopert mill-QFP attwali għas-sena 2020 u ma jirrikjedi l-ebda rinforz ulterjuri.
(57)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(58)    Filwaqt li l-mudell jirrelata ma’ approprjazzjonijiet operazzjonali, fil-każ ta’ aġenziji, sabiex jiġi ppreżentat b’mod komprensiv l-impatt tal-attivitajiet operazzjonali, jidher li jkun iktar xieraq li jitqiesu l-approprjazzjonijiet operazzjonali (Titolu 3) iżda anki l-krediti amministrattivi korrispondenti (Titolu 1 u 2)
(59)    Filwaqt li l-mudell jirrelata ma’ approprjazzjonijiet operazzjonali, fil-każ ta’ aġenziji, sabiex jiġi ppreżentat b’mod komprensiv l-impatt tal-attivitajiet operazzjonali, jidher li jkun iktar xieraq li jitqiesu l-approprjazzjonijiet operazzjonali (Titolu 3) iżda anki l-krediti amministrattivi korrispondenti (Titolu 1 u 2) Dan jinkludi biss kontribut tal-EU (94 %), filwaqt li fil-każ tad-DĠ HOME tqiesu fondi (100 %), hekk kif aktar ’il quddiem se jidhru d-dettalji tal-kontribut tas-SAC.
(60)    L-ammont ta' EUR 647 500 miljun huwa kopert mill-QFP li jmiss għas-snin 2021-2027 u kien previst skont il-BMVI u kien previst skont il-proposta tal-BMVI ta’ Ġunju 2018.
(61)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(62)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED = Espert Żagħżugħ fid-Delegazzjonijiet.
(63)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(64)    Il-kontribuzzjoni tal-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen tiġi kalkolata kull sena billi Frontex tqis id-daqs tal-kontribuzzjoni tal-UE u l-proporzjon tal-PDG għall-pajjiżi konċernati. Din tkun ta' madwar 6 % tal-baġit totali tal-Aġenzija. Il-kontribuzzjoni tidħol għand l-Aġenzija.
(65)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 12.9.2018

COM(2018) 631 final

ANNESSI

tar-

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta
u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru°98/700/ĠAI, ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill


ANNESS I

Kompożizzjoni tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fis-sena u l-kategorija skont l-Artikolu XX

Kategorija Sena

Kategorija 1 Persunal tal-Aġenzija

Kategorija 2

Persunal operatorju għal sekondamenti fit-tul

Kategorija 3

Persunal operazzjonali għal skjerar għat-terminu l-qasir

Total għall-Korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

2020

1 500

1 500

7 000

10 000

2021

2 000

2 000

6 000

10 000

2022

2 000

2 000

6 000

10 000

2023

2 500

2 500

5 000

10 000

2024

2 500

2 500

5 000

10 000

2025

3 000

3 000

4 000

10 000

2026

3 000

3 000

4 000

10 000

2027

3 000

3 000

4 000

10 000

ANNESS II

Lista ta’ kompiti li għandhom jitwettqu mill-persunal statutorju tal-Aġenzija bħala membri tat-tim skjerati mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jeħtieġu setgħat eżekuttivi

1.verifika tal-identità u tan-nazzjonalità tal-persuni, inkluża konsultazzjoni ta’ bażijiet tad-data nazzjonali u tal-UE rilevanti;

2.awtorizzazzjoni ta’ dħul b’kontroll fuq il-fruntiera mwettaq mal-punti ta’ qsim tal-fruntiera (f’każ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen;

3.rifjut ta’ dħul wara li jiġi ssodisfat il-kontroll fuq il-fruntiera mwettaq mal-punti ta’ qsim tal-fruntiera; skont l-Artikolu 14 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen;

4.stampar tad-dokumenti tal-ivvjaġġar skont l-Artikolu 11 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen;

5.ħruġ u rifjut ta’ viżi fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 35 tal-Kodiċi dwar il-Viżi u introduzzjoni tad-data rilevanti fil-VIS;

6.sorveljanza fuq il-fruntiera inkluża pattulja bejn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera biex jiġi evitat qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri, biex tiġi miġġielda l-kriminalità transfruntiera u biex jittieħdu miżuri kontra persuni li jkunu qasmu l-fruntiera b’mod illegali, inkluż l-interċettar / il-qbid;

7.reġistrazzjoni tal-marki tas-swaba’ ta’ persuni maqbuda b’rabta mal-qsim irregolari ta’ fruntiera esterna fl-EURODAC (kategorija 2) skont il-Kapitolu III tar-Regolament EURODAC;

8.komunikazzjoni mal-pajjiżi terzi bil-ħsieb li jiġu identifikati u miksuba dokumenti tal-ivvjaġġar għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal ritorn;

9.skorta ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terz soġġetti għal ritorn furzat.

ANNESS III

Tabella bil-kontribuzzjonijiet annwali tal-Istati Membri li jridu jingħataw lill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta permezz tas-sekondament fit-tul ta’ persunal operazzjonali skont l-Artikolu 57

Pajjiż / Sena

2020

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Il-Belġju

30

40

40

50

50

60

60

60

Il-Bulgarija

40

53

53

67

67

80

80

80

Ir-Repubblika Ċeka

20

27

27

33

33

40

40

40

Id-Danimarka

29

39

39

48

48

58

58

58

Il-Ġermanja

225

298

298

377

377

450

450

450

L-Estonja

18

24

24

30

30

36

36

36

Il-Greċja

50

67

67

83

83

100

100

100

Spanja

111

148

148

185

185

222

222

222

Franza

170

225

225

285

285

340

340

340

Il-Kroazja

65

87

87

108

108

130

130

130

L-Italja

125

167

167

208

208

250

250

250

Ċipru

8

11

11

13

13

16

16

16

Il-Latvja

30

40

40

50

50

60

60

60

Il-Litwanja

39

52

52

65

65

78

78

78

Il-Lussemburgu

8

11

11

13

13

16

16

16

L-Ungerija

65

87

87

108

108

130

130

130

Malta

6

8

8

10

10

12

12

12

In-Netherlands

50

67

67

83

83

100

100

100

L-Awstrija

34

45

45

57

57

68

68

68

Il-Polonja

100

133

133

167

167

200

200

200

Il-Portugall

47

63

63

78

78

94

94

94

Ir-Rumanija

75

100

100

125

125

150

150

150

Is-Slovenja

35

47

47

58

58

70

70

70

Is-Slovakkja

35

47

47

58

58

70

70

70

Il-Finlandja

30

40

40

50

50

60

60

60

L-Iżvezja

17

23

23

28

28

34

34

34

[L-Iżvizzera]

16

21

21

27

27

32

32

32

[L-Iżlanda]

2

3

3

3

3

4

4

4

[Il-Liechtenstein]*

0

0

0

0

0

0

0

0

[In-Norveġja]

20

27

27

33

33

40

40

40

TOTAL

1 500

2 000

2 000

2 500

2 500

3 000

3 000

3 000

(*) Il-Liechtenstein se jikkontribwixxi permezz ta’ appoġġ finanzjarju proporzjonali.

ANNESS IV

Kontribuzzjonijiet annwali tal-Istati Membri lill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għal skjeramenti fit-terminu l-qasir ta’ persunal operazzjonali skont l-Artikolu 58

Pajjiż / Sena

2020

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Il-Belġju

140

120

120

100

100

80

80

80

Il-Bulgarija

187

160

160

133

133

107

107

107

Ir-Repubblika Ċeka

93

80

80

67

67

53

53

53

Id-Danimarka

135

116

116

97

97

77

77

77

Il-Ġermanja

1052

900

900

748

748

602

602

602

L-Estonja

84

72

72

60

60

48

48

48

Il-Greċja

233

200

200

167

167

133

133

133

Spanja

518

444

444

370

370

296

296

296

Franza

795

680

680

565

565

455

455

455

Il-Kroazja

303

260

260

217

217

173

173

173

L-Italja

583

500

500

417

417

333

333

333

Ċipru

37

32

32

27

27

21

21

21

Il-Latvja

140

120

120

100

100

80

80

80

Il-Litwanja

182

156

156

130

130

104

104

104

Il-Lussemburgu

37

32

32

27

27

21

21

21

L-Ungerija

303

260

260

217

217

173

173

173

Malta

28

24

24

20

20

16

16

16

In-Netherlands

233

200

200

167

167

133

133

133

L-Awstrija

159

136

136

113

113

91

91

91

Il-Polonja

467

400

400

333

333

267

267

267

Il-Portugall

219

188

188

157

157

125

125

125

Ir-Rumanija

350

300

300

250

250

200

200

200

Is-Slovenja

163

140

140

117

117

93

93

93

Is-Slovakkja

163

140

140

117

117

93

93

93

Il-Finlandja

140

120

120

100

100

80

80

80

L-Iżvezja

79

68

68

57

57

45

45

45

[L-Iżvizzera]

75

64

64

53

53

43

43

43

[L-Iżlanda]

9

8

8

7

7

5

5

5

[Il-Liechtenstein]*

0

0

0

0

0

0

0

0

[In-Norveġja]

93

80

80

67

67

53

53

53

TOTAL

7 000

6 000

6 000

5 000

5 000

4 000

4 000

4 000

(*) Il-Liechtenstein se jikkontribwixxi permezz ta’ appoġġ finanzjarju proporzjonali.

ANNESS V

Regoli dwar l-użu ta’ forza, inkluż il-forniment, it-taħriġ, il-kontroll u l-użu ta’ armi tan-nar tas-servizz u tagħmir mhux letali applikabbli għall-persunal statutorju tal-Aġenzija meta jaġixxu bħala membri tat-tim matul l-iskjerament tagħhom mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta

1. Prinċipji Ġenerali li Jirregolaw l-Użu ta’ Forza u ta’ Armi

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-“użu ta’ forza” tirreferi għar-rikors li jagħmel il-persunal operazzonali statutorju tal-Aġenzija għal mezzi fiżiċi għall-finijiet li jwettaq il-funzjonijiet tiegħu biex jiżgura l-awtodifiża, li jinkludi l-użu tal-idejn u tal-ġisem, l-użu ta’ kwalunkwe strument, arma jew tagħmir u arma tan-nar.

L-użu ta’ forza u ta’ armi mill-membri tal-timijiet skjerati mill-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija għandu jikkonforma mal-prinċipji ta’ neċessità, proporzjonalità, u prekawzjoni (il-“prinċipji fundamentali”) kif stabbilit hawn taħt.

Il-Prinċipju ta’ Neċessità

L-użu ta’ forza, kemm jekk permezz ta’ kuntatt fiżiku dirett, kif ukoll jekk bl-użu ta’ armi jew tagħmir, għandu jkun eċċezzjonali u għandu jseħħ biss meta jkun strettament meħtieġ biex jiżgura l-prestazzjoni tal-kompiti tal-Aġenzija jew għal awtodifiża. Il-forza tista’ tintuża biss fl-aħħar istanza, wara li jkun sar kull sforz raġonevoli biex sitwazzjoni tiġi solvuta bl-użu ta’ mezzi mhux vjolenti inkluż permezz ta’ persważjoni, negozjazzjoni, jew medjazzjoni. L-użu ta’ forza jew miżuri koerċittivi qatt ma għandu jkun arbitrarju jew abbużiv.

Il-Prinċipju ta’ Proporzjonalità

Kull meta l-użu leġittimu tal-forza jew tal-armi tan-nar ikun inevitabbli, il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija għandu jaġixxi b’mod proporzjonali għall-gravità tar-reat u biex jintlaħaq l-objettiv leġittimu. Matul l-attivitajiet operazzjonali, jenħtieġ li l-prinċipju tal-proporzjonalità jiggwida kemm in-natura tal-forza użata (pereżempju l-ħtieġa li jintużaw armi) kif ukoll il-limitu tal-forza applikata. Il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija ma għandux juża aktar minn dak li huwa assolutament meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv leġittimu tal-infurzar tal-liġi. Jekk tintuża arma tan-nar, il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija għandu jiżgura li dan l-użu jikkawża l-inqas ħsara possibbli u jnaqqas id-dannu jew il-ħsara kemm jista’ jkun. Il-prinċipju jitlob li l-Aġenzija tipprovdi tagħmir u għodda ta’ awtodifiża lill-persunal statutorju tagħha biex tippermetti li jiġi applikat il-livell xieraq ta’ forza.

L-Obbligu ta’ Prekawzjoni

L-attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija għandhom jirrispettaw bis-sħiħ u jfittxu li jippreservaw il-ħajja umana. Għandhom jitwettqu l-passi kollha meħtieġa li jistgħu jnaqqsu r-riskju ta’ ħsara u dannu matul l-operazzjonijiet. Dan l-obbligu jinkludi obbligu ġenerali biex il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija javża b’mod ċar il-ħsieb tiegħu li juża l-forza sakemm l-għoti ta’ dan l-avviż ma jpoġġix lill-membri tat-timijiet f’riskju b’mod mhux xieraq jew joħloq risku ta’ mewt jew ħsara serja lil oħrajn, jew ma jkunx xieraq jew effettiv b’mod ċar fiċ-ċirkustanzi partikulari.

2.Regoli prattiċi għal użu ta’ forza, armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir

Regoli prattiċi ġenerali għall-użu ta’ forza, armi u tagħmir ieħor

Skont l-Artikolu 83(3), il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija għandu jeżerċita s-setgħa eżekuttiva tiegħu, inkluż l-użu ta’ forza, taħt il-kmand u l-kontroll tal-Istat Membru ospitanti u jista’ biss juża forza, inklużi armi, munizzjon u tagħmir, wara li jirċievi awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u fil-preżenza tal-gwardji tal-kosta u tal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jawtorizzaw, bil-kunsens tal-Aġenzija, li l-persunal operazzjonali statutorju ta’ din tal-aħħar juża forza fin-nuqqas ta’ uffiċjali mill-Istat Membru ospitanti.

L-użu ta’ forza u armi mill-persunal statutorju tal-Aġenzija għandu:

(a)ikun konformi mal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Aġenzija

(b)jirrispetta d-drittijiet fundamentali kif garantiti taħt id-dritt internazzjonali u tal-Unjoni, inkluż, b’mod partikulari, taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Prinċipji Bażiċi tan-NU dwar l-Użu ta’ Forza u ta’ Armi tan-Nar minn Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi (1990), u l-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi (1979)

(c)ikun konformi tal-prinċipji fundamentali msemmija fil-Parti I.

Regoli prattiċi speċifiċi għall-aktar strumenti ta’ forza użati b’mod komuni fl-infurzar tal-liġi (elementi tat-tagħmir personali tal-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija)

Skont il-prinċipji fundamentali, l-użu ta’ forza huwa permess biss sa fejn meħtieġ biex jintlaħaq l-għan immedjat tal-infurzar tal-liġi, u biss wara li:

-    tentattivi biex jiġi solvut konfront potenzjalment vjolenti permezz ta’ persważjoni, negozjazzjoni, medjazzjoni jkunu ttieħdu u fallew;

-    ikun ingħata avviż dwar l-intenzjoni li tintuża l-forza.

F’każ fejn huwa meħtieġ li jiżdied il-livell tal-intervent (pereżempju l-iskjerament tal-użu ta’ arma jew ta’ forma differenti ta’ arma), jenħtieġ li jingħata wkoll avviż ċar ta’ din iż-żieda sakemm l-għoti ta’ dan l-avviż ma jpoġġix lill-membri tat-tim f’riskju b’mod mhux xieraq jew joħloq riskju ta’ mewt jew ħsara serja lil oħrajn, jew ma jkunx xieraq jew effettiv b’mod ċar fiċ-ċirkustanzi partikulari.

Armi tan-nar

Il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija għandu juża armi tan-nar kontra persuni ħlief fiċ-ċirkustanzi li ġejjin, u biss meta mezzi inqas estremi ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi meħtieġa:

il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija jista’ juża armi tan-nar biss bħala l-aħħar rimedju, f’emerġenza estrema, speċjalment jekk ikun hemm xi riskju li jistgħu jiġu pperikolati persuni fil-qrib;

biex jiddefendi lilu nnifsu jew lil oħrajn kontra theddid imminenti ta’ mewt jew ta’ dannu serju;

biex jipprevjeni theddid imminenti ta’ mewt jew ta’ dannu serju;

biex iwaqqaf attakk reali jew jipprevjeni attakk perikoluż imminenti fuq istituzzjonijiet, servizzi jew faċilitajiet essenzjali;

Qabel l-użu tal-armi tan-nar, il-persunal operazzjonali tal-Aġenzija jrid javża b’mod ċar bl-intenzjoni tiegħu li juża dawn l-armi. L-avviżi jistgħu jingħataw b’dikjarazzjoni jew billi jiġu sparati tiri ta’ twissija.

Armi mhux letali

Lembuba

Lembubi approvati jistgħu jintużaw bħala sors primarju ta’ difiża jew bħala armi, jekk xieraq, f’konformità mal-prinċipji fundamentali, kif ġej:

meta użu ta’ forza inqas jitqies mhux xieraq b’mod ċar għall-fini;

biex jiġi evitat attakk attwali jew imminenti fuq proprjetà;

Qabel l-użu tal-lembubi, il-persunal operazzjonali tal-Aġenzija jrid javża b’mod ċar bl-intenzjoni tiegħu li juża l-lembubi. Fl-użu tal-lembubi, il-persunal opeazzjonali skjerat għandu dejjem jimmira li jnaqqas ir-riskju tad-dannu miġrub u jevita l-kuntatt mar-ras.

Aġenti lakrimatorji (pereżempju sprej tal-bżar)

Aġenti lakrimatorji approvati jistgħu jintużaw bħala sors primarju ta’ difiża jew bħala armi, jekk xieraq, f’konformità mal-prinċipji fundamentali, kif ġej:

meta użu ta’ forza inqas jitqies mhux xieraq b’mod ċar għall-fini;

biex jiġi evitat attakk attwali jew imminenti

Tagħmir ieħor

Manetti

Dawn għandhom jitpoġġew fuq il-persuni li huma meqjusa li jirrappreżentaw periklu lilhom infushom jew lil oħrajn biex tiġi żgurata d-detenzjoni jew it-trasport sikuri tagħhom u s-sikurezza tal-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija u membri oħra tat-tim.

3.Mekkaniżmu ta’ Kontroll

L-Aġenzija għandha tipprovdi s-salvagwardji li ġejjin fir-rigward tal-użu ta’ forza, armi, munizzjon u tagħmir, u għandha tipprovdi rendikont fir-Rapport Annwali tagħha.

Taħriġ

It-taħriġ mogħti skont l-Artikolu 62(2) għandu jkopri l-aspetti teoretiċi u prattiċi fir-rigward tal-prevenzjoni u l-użu ta’ forza. It-taħriġ teoretiku għandu jinkorpora taħriġ psikoloġiku (inkluż taħriġ fir-reżiljenza u l-ħidma f’sitwazzjonijiet ta’ pressjoni għolja), kif ukoll tekniki li jipprevjenu l-użu ta’ forza, bħan-negozjazzjoni u l-medjazzjoni. It-taħriġ teoretiku għandu jkun segwit minn taħriġ teoretiku u prattiku obbligatorju u adegwat dwar l-użu ta’ forza, armi, munizzjoni u tagħmir. It-taħriġ prattiku, biex jiġi żgurat fehim u approċċ prattiku komuni, għandu jiġi konkluż minn simulazzjoni rilevanti għall-attivitajiet li għandhom jitwettqu matul l-iskjerament.

Użu ta’ narkotiċi, drogi u konsum tal-alkoħol

Il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija ma għandux jikkonsma alkoħol waqt xogħlu jew f’ħin raġonevoli qabel jibda xogħlu.

Ma għandux jippossiedi jew juża narkotiċi jew drogi, sakemm ma jkunux preskritti fuq bażijiet mediċi. Il-persunal li jeħtieġ drogi għal finijiet mediċi għandu immedjatament jinforma lis-superjur ġerarkiku dirett tiegħu b’dan ir-rekwiżit. Il-parteċipazzjoni f’attivitajiet operazzjonali tista’ tiġi riveduta fir-rigward ta’ effetti potenzjali u effetti sekondarji assoċjati mal-użu tas-sustanza.

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ kontroll biex tiżgura li l-persunal operazzjonali statutorju tagħha jwettaq il-funzjonijiet tiegħu mingħajr ebda influwenza ta’ użu ta’ narkotiċi, drogi jew alkoħol. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun ibbażat fuq test mediku regolari tal-persunal rigward konsum possibbli ta’ narkotiċi, drogi jew alkoħol. Kwalunkwe rizultat pożittiv li jinsab b’dawn it-testijiet għandu jiġi rrappurtat immedjatament lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.

Rappurtar

Kwalunkwe inċident li jinvolvi l-użu ta’ forza għandu jiġi rrappurtat immedjatament permezz tal-linja ta’ kmand lill-istruttura ta’ koordinazzjoni rilevanti għal kull operazzjoni u lill-Uffiċjali għad-Drittijiet Fundamentali u lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija. Ir-rapport għandu jipprovdi d-dettalji sħaħ taċ-ċirkustanzi li fihom irriżulta dan l-użu.

Obbligu ta’ kooperazzjoni u infurmar

Il-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija u kull parteċipant ieħor fl-operazzjonijiet għandu jikkoopera fil-ġbir tal-fatti ta’ kwalunkwe inċident li jkun ġie rrappurtat waqt attività operazzjonali.

Mekkaniżmu tal-ilmenti

Kwalunkwe persuna tista’ tirrapporta ksur suspettat mill-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija tar-regoli dwar l-użu ta’ forza applikabbli taħt dan l-Anness taħt il-mekkaniżmu tal-ilmenti previst fl-Artikolu 107.

Sanzjonijiet

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 86, f’każ li l-Aġenzija tistabbilixxi li membru tal-persunal operazzjonali statutorju tagħha jkun wettaq attivitajiet li jiksru r-regoli applikabbli taħt dan ir-Regolament, inklużi d-drittijiet fundamentali protetti taħt il-Karta, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u taħt id-dritt internazzjonali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu miżuri xierqa li jistgħu jinkludu l-irtirar immedjat tal-membru tal-persunal mill-attività operazzjonali tiegħu, u kwalunkwe miżura dixxiplinari skont ir-Regolament tal-Persunal, inkluża t-tneħħija tal-membru tal-persunal mill-Aġenzija.

Rwol tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali

L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandhom jivverifikaw u jagħtu feedback dwar il-kontenut tat-taħriġ tal-bidu u ta’ aġġornament b’mod speċjali fir-rigward tal-aspetti tad-drittijiet fundamentali tagħhom u s-sitwazzjoni fejn ikun meħtieġ l-użu ta’ forza, u jiżgura li jiġu inklużi tekniki preventivi.

L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fil-prattika tal-infurzar tal-liġi fl-Istat Membru ospitanti. Dan ir-rapport għandu jitressaq quddiem id-Direttur Eżekuttiv u għandu jitqies filwaqt li jitfassal il-pjan operazzjonali.

L-Uffiċjal għad-Drittiiet Fundamentali għandu jiżgura li inċidenti relatati mal-użu ta’ forza, l-użu ta’ armi, munizzjon u tagħmir għandhom jiġu rrappurtati mingħajr dewmien lid-Direttur Eżekuttiv.

L-attivitajiet kollha relatati mal-użu ta’ forza, armi, munizzjon u tagħmir għandhom jiġu ssorveljati regolarment mill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, u l-inċidenti kollha għandhom jiġu rappurtati fir-rapporti tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll fir-Rapport Annwali tal-Aġenzija.

4.Provvista ta’ armi tas-servizz

Awtorizzazzjoni ta’ armi

Sabiex jiġu determinati eżattament l-armi tas-servizz, il-munizzjon u tagħmir ieħor li għandu jintuża mill-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi lista eżawrjenti li għandha tiġi inkluża fis-sett ta’ tagħmir personali.

Is-sett ta’ tagħmir personali għandu jintuża mill-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija skjerat bħala membri tat-tim tat-tliet tipi ta’ timijiet skjerati mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-Aġenzija tista’ tikkomplementa wkoll is-sett ta’ tagħmir personali b’armi, munizzjon jew tagħmir ieħor addizzjonali speċifiku sabiex jitwettqu kompiti speċifiċi f’tip wieħed jew tnejn ta’ timijiet.

L-Aġenzija għandha tiżgura li t-tagħmir kollu pprovdut lill-persunal operazzjonali statutorju, inklużi l-armi tan-nar, ikun konformi mal-għodod standard tekniċi meħtieġa.

L-armi, il-munizzjon u t-tagħmir li huma awtorizzati biex jintużaw għandhom ikunu elenkati fil-pjan operazzjonali f’konformità mar-rekwiżiti dwar armi ammissibbli u pprojbiti tal-Istat Membru ospitanti.

Projbizzjoni ta’ armi

L-Istat Membru ospitanti jista’ jipprojbixxi l-ġarr ta’ ċerti armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 83(2).

Struzzjonijiet għall-ħin tax-xogħol

L-armi, il-munizzjon u t-tagħmir jistgħu jinġarru u jintużaw matul l-operazzjonijiet. Il-ġarr jew l-użu tagħhom barra mill-ħin tax-xogħol mhuwiex permess. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi regoli u miżuri speċifiċi biex jiġi ffaċilitat il-ħżin tal-armi, tal-munizzjon u ta’ tagħmir ieħor tal-persunal operazzjonali statutorju tal-Aġenzija barra mill-ħin tax-xogħol f’faċilitajiet sikuri.

ANNESS VI

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 2016/1624

Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013

L-Azzjoni Konġunta 98/700/ĠAI

Dan ir-Regolament

l-Artikolu 1, l-ewwel sentenza

--

--

l-Artikolu 1, il-paragrafu 1

l-Artikolu 1, it-tieni sentenza

--

--

l-Artikolu 1, il-paragrafu 2

l-Artikolu 2, il-parti introduttorja

l-Artikolu 3, il-parti introduttorja

--

l-Artikolu 2, il-parti introduttorja

l-Artikolu 2, il-punt 1

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 1

--

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 2

l-Artikolu 2, il-punt 2

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 3

--

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 4

--

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 5

--

l-Artikolu 3, il-punt a

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 3

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 6

--

l-Artikolu 3, il-punt b

--

l-Artikolu 2, il-punt 7

--

l-Artikolu 3, il-punt c

--

l-Artikolu 2, il-punt 8

--

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 9

--

l-Artikolu 3, il-punt d

--

l-Artikolu 2, il-punt 10

--

l-Artikolu 3, il-punt f

--

l-Artikolu 2, il-punt 11

l-Artikolu 2, il-punt 16

l-Artikolu 3, il-punt e

--

l-Artikolu 2, il-punt 12

--

l-Artikolu 3, il-punt g

--

l-Artikolu 2, il-punt 13

--

l-Artikolu 3, il-punt i

--

l-Artikolu 2, il-punt 14

--

l-Artikolu 3, il-punt h

--

--

--

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 15

l-Artikolu 2, il-punt 4

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 16

l-Artikolu 2, il-punt 8

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 18

l-Artikolu 2, il-punt 9

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 19

l-Artikolu 2, il-punt 5

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 20

l-Artikolu 2, il-punt 6

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 21

l-Artikolu 2, il-punt 7

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 22

l-Artikolu 2, il-punt 10

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 23

--

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 24

l-Artikolu 2, il-punt 11

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 25

l-Artikolu 2, il-punt 12

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 26

l-Artikolu 2, il-punt 13

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 27

l-Artikolu 2, il-punt 14

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 28

l-Artikolu 2, il-punt 15

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 29

--

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 30

--

--

--

l-Artikolu 2, il-punt 31

l-Artikolu 4, il-punti a sa d

--

--

l-Artikolu 3, il-punti a sa d

l-Artikolu 4, il-punt e

--

--

l-Artikolu 3, il-punti e u f

l-Artikolu 4, il-punti f sa k

--

--

l-Artikolu 3, il-punti g sa h

l-Artikolu 3, il-paragrafu 1

--

--

l-Artikolu 4

l-Artikolu 6

--

--

l-Artikolu 5

l-Artikolu 7

--

--

l-Artikolu 6

l-Artikolu 5, il-paragrafu 1

--

--

l-Artikolu 7, il-paragrafu 1

--

--

--

l-Artikolu 7, il-paragrafu 2

l-Artikolu 5, il-paragrafi 2 u 3

--

--

l-Artikolu 7, il-paragrafi 3 u 4

--

--

--

l-Artikolu 8, il-paragrafi 1 sa 4

l-Artikolu 3, il-paragrafu 2

--

--

l-Artikolu 8, il-paragrafu 5

l-Artikolu 3, il-paragrafu 3

--

--

l-Artikolu 8, il-paragrafu 6

--

--

--

l-Artikolu 8, il-paragrafi 7 u 8

--

--

--

l-Artikolu 9

l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, il-punt a

--

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il-punt 1

--

--

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il-punt 2

l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, il-punti b sa h

--

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il-punti 3 sa 10

--

l-Artikolu 6

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il-punt 5

--

--

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il- punt 11

l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, il-punt i

--

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il-punti 12 i u ii

l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, il-punti j u k

--

--

--

--

--

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il-punt 12 iii

--

l-Artikolu 6, il-paragrafu 1, il-punti bcd

--

--

l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, il-punt 1

--

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il-punt 13

--

l-Artikolu 6, il-paragrafu 2

--

--

l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, il-punti n u o

--

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il-punti 14 u 15

l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, il-punt m

--

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il-punt 16

--

--

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il-punti 17 sa 21

l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, il-punti p u q

--

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il-punti 22 u 23

--

l-Artikolu 6, il-paragrafu 1, il-punt a

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il-punt 25

l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, il-punti r u s

--

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il-punti 26 u 27

l-Artikolu 8, il-paragrafu 1, il-punti t u u

--

--

--

--

--

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, il-punti 28 u 29

l-Artikolu 8, il-paragrafu 2

--

--

l-Artikolu 7, il-paragrafu 5

--

l-Artikolu 11

--

il-punti inklużi fl-Artikolu 10

l-Artikolu 9

--

--

l-Artikolu 11

l-Artikolu 10, il-paragrafu 3, it-tieni u r-raba’ sentenza

--

--

l-Artikolu 12, il-paragrafu 3

l-Artikolu 10, il-paragrafu 3 , l-ewwel u t-tielet sentenza

--

--

--

--

--

--

l-Artikolu 12, il-paragrafu 4

l-Artikolu 10, il-paragrafi 1 u 2

--

--

l-Artikolu 12, il-paragrafi 1 u 2

l-Artikolu 23

--

--

l-Artikolu 13, l-ewwel nofs

--

--

--

l-Artikolu 13, it-tieni nofs

--

l-Artikolu 7, il-paragrafi 1 u 2

--

l-Artikolu 14

--

l-Artikolu 7, il-paragrafu 3, 4, 5

--

--

l-Artikolu 44, il-paragrafu 1

--

--

l-Artikolu 15, il-paragrafu 1

l-Artikolu 44, il-paragrafu 2

--

--

l-Artikolu 15, il-paragrafu 4

--

--

--

l-Artikolu 15, il-paragrafi 2, u 3

--

l-Artikolu 1

--

l-Artikolu 18

--

l-Artikolu 2, il-paragrafu 1

--

l-Artikolu 19, il-paragrafu 1

--

l-Artikolu 2, il-paragrafu 2

--

--

--

l-Artikolu 2, il-paragrafu 3

--

l-Artikolu 19, il-paragrafu 2

--

l-Artikolu 2, il-paragrafu 4

--

--

--

l-Artikolu 4, il-paragrafu 1, il-punti a u b

--

l-Artikolu 20, il-paragrafu 1, il-punti a u b

--

l-Artikolu 4, il-paragrafu 1, il-punt d

--

l-Artikolu 20, il-paragrafu 1, il-punt c

--

l-Artikolu 4, il-paragrafu 1, il-punt c e f

--

--

--

--

--

l-Artikolu 20, il-paragrafu 1, il-punti d e f

--

l-Artikolu 4, il-paragrafu 4

--

--

--

l-Artikolu 4, il-paragrafi 2 u 3

--

l-Artikolu 20, il-paragrafi 2 u 3

--

--

--

l-Artikolu 21, il-paragrafu 3, il-punt i

--

l-Artikolu 5

--

l-Artikolu 21, (ħlief 3 i)

--

l-Artikolu 17

--

l-Artikolu 22

--

l-Artikolu 21, il-paragrafi 1 u 2

--

l-Artikolu 23

--

l-Artikolu 21, il-paragrafu 3

--

l-Artikolu 24, il-paragrafu 1

--

l-Artikolu 22, il-paragrafu 1

--

--

--

--

--

l-Artikolu 24, il-paragrafi 2 u 3

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 5

--

l-Artikolu 25, il-paragrafu 2, il-punti (inklużi fid-definizzjoni ġenerali tas-saffi)

--

l-Artikolu 8

--

l-Artikolu 25, il-paragrafi 1 u 2

--

--

--

l-Artikolu 25, il-paragrafi 3 sa 5

--

l-Artikolu 9, il-paragrafu 1

--

l-Artikolu 26, il-paragrafu 1

--

l-Artikolu 9, il-paragrafu 2, il-punt a) sa e)

--

l-Artikolu 26, il-paragrafu 2, il-punti a) sa e)

--

--

--

l-Artikolu 26, il-paragrafu 2, il-punt f

--

l-Artikolu 9, il-paragrafu 2, il-punti f) sa k)

--

l-Artikolu 26, il-paragrafu 2, il-punti g) sa h)

--

l-Artikolu 9, il-paragrafu 3

--

l-Artikolu 25, il-paragrafu 5, il-punti fl-att ta' implimentazzjoni

--

l-Artikolu 9, il-paragrafu 4

--

l-Artikolu 26, il-paragrafu 3, l-ewwel nofs

--

l-Artikolu 9, il-paragrafu 5, il-punt a, l-ewwel nofs

--

l-Artikolu 25, il-paragrafu 5, il-punti fl-att ta’ implimentazzjoni

--

--

--

l-Artikolu 26, il-paragrafu 3, it-tieni nofs

--

l-Artikolu 9, il-paragrafu 5, il-punt a, it-tieni nofs

--

l-Artikolu 26, il-paragrafu 4

--

l-Artikolu 9, il-paragrafu 5, il-punt b

--

l-Artikolu 25, il-paragrafu 5, il-punti fl-att ta’ implimentazzjoni

--

l-Artikolu 9, il-paragrafi 6,7, 8,10

--

l-Artikolu 25, il-paragrafu 5, il-punti fl-att ta’ implimentazzjoni

--

l-Artikolu 9, il-paragrafu 9, il-punti a u b

--

l-Artikolu 25, il-paragrafu 5, il-punti fl-att ta’ implimentazzjoni

--

l-Artikolu 9, il-paragrafu 9, il-parti introduttorja

--

l-Artikolu 26, il-paragrafu 5

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 2, il-punti a, b, f

--

l-Artikolu 27, il-paragrafu 2, il-punti a, b, f

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 2, il-punt c

--

l-Artikolu 25, il-paragrafu 5, il-punti fl-att ta’ implimentazzjoni

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 2, il-punti d, e

--

l-Artikolu 27, il-paragrafu 2, il-punt c

--

--

--

l-Artikolu 27, il-paragrafu 2, il-punt e

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 3

--

l-Artikolu 27, il-paragrafu 3

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 4

--

l-Artikolu 27, il-paragrafu 6

--

l-Artikolu 10, il-paragrafi 1 u 3

--

l-Artikolu 27, il-paragrafi 1 u 3

--

l-Artikolu 10, il-paragrafu 5

--

l-Artikolu 27, il-paragrafi 4 u 5

--

--

--

l-Artikolu 28

--

l-Artikolu 12, il-paragrafu 1

--

l-Artikolu 29, il-paragrafu 1

--

l-Artikolu 12, il-paragrafu 2

--

l-Artikolu 29, il-paragrafu 2, il-punti a sa e

--

l-Artikolu 12, il-paragrafu 3

--

--

--

--

--

l-Artikolu 29, il-paragrafu 2, il-punti f sa h

--

l-Artikolu 12, il-paragrafi 4 u 5

--

l-Artikolu 29, il-paragrafi 3 u 4

l-Artikolu 11

--

--

l-Artikolu 30

--

l-Artikolu 14

--

l-Artikolu 31, l-ewwel parti

--

l-Artikolu 14

--

l-Artikolu 31, il-punt l-ewwel sentenza

--

--

--

l-Artikolu 31, it-tieni sentenza

--

--

--

l-Artikolu 31, it-tieni parti

--

--

--

l-Artikolu 32, il-paragrafu 2, il-punt j

l-Artikolu 12

--

--

l-Artikolu 32 (ħlief 2 j)

l-Artikolu 13

--

--

l-Artikolu 33, il-paragrafi kollha ħlief 9

l-Artikolu 33, il-paragrafu 9

--

--

--

l-Artikolu 34

--

--

--

l-Artikolu 35, il-paragrafu 1, il-punt d

--

l-Artikolu 15

--

l-Artikolu 35(ħlief 1d)

--

--

--

l-Artikolu 36, il-paragrafu 3, il-punt d

--

l-Artikolu 16, il-paragrafu 5

--

l-Artikolu 36, il-paragrafu 4

--

l-Artikolu 16, il-paragrafi 1, 2, 3

--

l-Artikolu 36, il-paragrafi 1, 2, 3

l-Artikolu 14, il-paragrafu 2, il-punti a sa e

l-Artikolu 16, il-paragrafu 4, il-punti b sa d

--

l-Artikolu 37, il-paragrafu 2, il-punti sa e

--

l-Artikolu 16, il-paragrafu 4, il-punt a

--

l-Artikolu 37, il-paragrafu 2, il-punt f

--

l-Artikolu 16, il-paragrafu 4

--

--

l-Artikolu 14, il-paragrafi 1, 3 u 4

--

--

l-Artikolu 37, il-paragrafi 1, 3 u 4

l-Artikolu 15, il-paragrafu 5

--

--

l-Artikolu 38, il-paragrafu 4

l-Artikolu 15, il-paragrafi 1, 2 u 3

--

--

l-Artikolu 38, il-paragrafi 1, 2 u 3

l-Artikolu 16

--

--

l-Artikolu 39

l-Artikolu 17

--

--

l-Artikolu 40

l-Artikolu 18, il-paragrafu 3

--

--

l-Artikolu 41, il-paragrafu 4

--

--

--

l-Artikolu 41, il-paragrafu 5, il-punt d

l-Artikolu 18, il-paragrafu 4

--

--

l-Artikolu 41, il-paragrafu 5

--

--

--

l-Artikolu 41, il-paragrafu 6

l-Artikolu 18, il-paragrafu 5

--

--

l-Artikolu 41, il-paragrafu 7

l-Artikolu 18, il-paragrafi 1 u 2

--

--

l-Artikolu 41, il-paragrafi 1, 2 u 3

l-Artikolu 15, il-paragrafu 4

--

--

l-Artikolu 42, il-paragrafu 1

l-Artikolu 15, il-paragrafu 4

--

--

--

--

--

--

l-Artikolu 42, il-paragrafu 2

l-Artikolu 19

--

--

l-Artikolu 43

l-Artikolu 21

--

--

l-Artikolu 44

l-Artikolu 22

--

--

l-Artikolu 45

l-Artikolu 24

--

--

l-Artikolu 46

l-Artikolu 25

--

--

l-Artikolu 47

l-Artikolu 26

--

--

l-Artikolu 48

--

--

--

l-Artikolu 49, il-paragrafu 1, il-punt c

l-Artikolu 27, il-paragrafu 1, il-punt c

--

--

--

l-Artikolu 27, il-paragrafu 1 ħlief c

--

--

l-Artikolu 49, il-paragrafu 1 ħlief c

l-Artikolu 27, il-paragrafu 2

--

--

l-Artikolu 49, il-paragrafu 2, il-punti a sa d

--

--

--

l-Artikolu 49, il-paragrafu 2, il-punt e

l-Artikolu 27, il-paragrafi 3 u 4

--

--

l-Artikolu 49, il-paragrafi 3 u 4

--

--

--

l-Artikolu 50

l-Artikolu 28

--

--

l-Artikolu 51

l-Artikolu 29

--

--

l-Artikolu 52

l-Artikolu 30

--

--

--

l-Artikolu 31

--

--

--

l-Artikolu 32

--

--

l-Artikolu 53

l-Artikolu 33, il-paragrafu 1

--

--

l-Artikolu 54, il-paragrafu 1

--

--

--

l-Artikolu 54, il-paragrafu 2

l-Artikolu 33, il-paragrafi 2 sa 5

--

--

l-Artikolu 54, il-paragrafi 3 sa 6

l-Artikolu 20, 30, 31

--

--

l-Artikolu 55-58

--

--

--

l-Artikolu 59

--

--

--

l-Artikolu 60

--

--

--

l-Artikolu 61

l-Artikolu 36, il-paragrafu 1

--

--

l-Artikolu 62, il-paragrafu 1

--

--

--

l-Artikolu 62, il-paragrafu 2

l-Artikolu 36, il-paragrafu 2

--

--

l-Artikolu 62, il-paragrafu 3

l-Artikolu 36, il-paragrafu 3

--

--

--

l-Artikolu 36, il-paragrafi 4 sa 8

--

--

l-Artikolu 62, il-paragrafi 4 sa 8

l-Artikolu 38

--

--

l-Artikolu 63, il-paragrafi 1, 3-6

--

--

--

l-Artikolu 63, il-paragrafu 2

l-Artikolu 39, il-paragrafi ħlief 13

--

--

l-Artikolu 64

l-Artikolu 20, il-paragrafu 12

l-Artikolu 39, il-paragrafu 13

--

--

l-Artikolu 65

l-Artikolu 37

--

--

l-Artikolu 66

--

--

--

l-Artikolu 67

--

--

--

l-Artikolu 68

l-Artikolu 52, il-paragrafu 1

l-Artikolu 18, il-paragrafu 1, l-ewwel parti

--

l-Artikolu 69, il-paragrafu 1

--

l-Artikolu 18, il-paragrafi 2 u 3

--

l-Artikolu 69, il-paragrafu 2

l-Artikolu 52, il-paragrafu 2

l-Artikolu 18, il-paragrafu 5

--

l-Artikolu 69, il-paragrafu 3

l-Artikolu 52, il-paragrafu 3

--

--

l-Artikolu 69, il-paragrafu 5

--

l-Artikolu 18, il-paragrafu 6

--

l-Artikolu 69, il-paragrafu 6

--

l-Artikolu 18, il-paragrafu 4

--

l-Artikolu 69, il-paragrafu 7

l-Artikolu 53

--

--

l-Artikolu 70

--

l-Artikolu 19

--

l-Artikolu 71, il-paragrafi 2 sa 6

l-Artikolu 51

--

--

l-Artikolu 71

l-Artikolu 54, il-paragrafu 1

--

--

l-Artikolu 72, il-paragrafu 3

l-Artikolu 54, il-paragrafu 1

--

--

--

l-Artikolu 54, il-paragrafu 2, l-aħħar sentenza

--

--

l-Artikolu 72, il-paragrafu 4

l-Artikolu 54

--

--

l-Artikolu 72, il-paragrafu 1, 2 u 5

--

l-Artikolu 20, il-paragrafu 1

--

l-Artikolu 73, il-paragrafu 1

--

--

--

l-Artikolu 73, il-paragrafu 2

--

l-Artikolu 20, il-paragrafu 3

--

l-Artikolu 73, il-paragrafu 3

l-Artikolu 54, il-paragrafu 2

--

--

l-Artikolu 74, il-paragrafi 1 sa 3

l-Artikolu 54, il-paragrafi 8 u 9

--

--

l-Artikolu 74, il-paragrafu 3 u 4

l-Artikolu 54, il-paragrafu 11

--

--

l-Artikolu 74, il-paragrafi 5 u 6

l-Artikolu 54, il-paragrafu 3

--

--

l-Artikolu 75, il-paragrafi 1 sa 3

l-Artikolu 54, il-paragrafu 4

--

--

l-Artikolu 75, il-paragrafu 4

--

--

--

l-Artikolu 75, il-paragrafu 5

--

l-Artikolu 18, il-paragrafu 1, l-aħħar sentenza

--

l-Artikolu 76, il-paragrafu 1

--

l-Artikolu 20, il-paragrafu 2

--

l-Artikolu 76, il-paragrafu 1

--

l-Artikolu 20, il-paragrafu 5

--

--

--

l-Artikolu 20, il-paragrafu 6

--

--

--

--

--

l-Artikolu 76, il-paragrafu 2

--

l-Artikolu 20, il-paragrafu 7

--

l-Artikolu 76, il-paragrafu 3

--

--

--

l-Artikolu 77, il-paragrafu 3 sa 6

l- Artikolu 55, il-paragrafi 1 sa 3

--

--

l-Artikolu 77

l-Artikolu 52, il-paragrafu 5

--

--

l-Artikolu 78, il-paragrafu 1

l-Artikolu 54, il-paragrafu 7

--

--

l-Artikolu 78, il-paragrafu 2

--

--

--

l-Artikolu 79, il-paragrafi 1, u 3 sa 6

l-Artikolu 54, il-paragrafu 5

--

--

l-Artikolu 79, il-paragrafu 2

l-Artikolu 55, il-paragrafu 4

--

--

l-Artikolu 79, il-paragrafu 7

--

--

l-Artikolu 1, il-paragrafu 1

l-Artikolu 80, il-paragrafi 1 u 2

--

--

l-Artikolu 1, il-paragrafu 2

--

--

--

l-Artikoli 2, 3 u 4

--

l-Artikolu 34

--

--

l-Artikolu 81

l-Artikolu 35

--

--

l-Artikolu 82

l-Artikolu 40

--

--

l-Artikolu 83

l-Artikolu 41

--

--

l-Artikolu 84

l-Artikolu 42

--

--

l-Artikolu 85

l-Artikolu 43

--

--

l-Artikolu 86

l-Artikolu 45

--

--

l-Artikolu 87

l-Artikolu 46

--

--

l-Artikolu 88

l-Artikolu 47, il-paragrafu 2, il-punti a u b

--

--

l-Artikolu 89, il-paragrafu 2, il-punti a u b

--

--

--

l-Artikolu 89, il-paragrafu 2, il-punt c

l-Artikolu 48

--

--

l-Artikolu 89, il-paragrafu 2, il-punt c

l-Artikolu 47, il-paragrafu 2, il-punt c

--

--

l-Artikolu 89, il-paragrafu 2, il-punt d

l-Artikolu 47, il-paragrafi 1 u 3

--

--

l-Artikolu 89, il-paragrafi ħlief 2 c

--

l-Artikolu 20, il-paragrafu 8

--

l-Artikolu 90, il-paragrafu 5

--

l-Artikolu 20, il-paragrafu 9

--

--

--

l-Artikolu 13

--

l-Artikolu 90, il-paragrafi 1 u 2

--

l-Artikolu 20, il-paragrafi 4 u 5

--

l-Artikolu 90, il-paragrafi 3 u 4

l-Artikolu 49

--

--

l-Artikolu 90

l-Artikolu 50, il-paragrafi 1 u 2

--

--

l-Artikolu 91, il-paragrafi 1 u 2

--

--

--

l-Artikolu 91, il-paragrafu 3

l-Artikolu 50, il-paragrafu 3

--

--

l-Artikolu 91, il-paragrafu 4

l-Artikolu 56

--

--

l-Artikolu 92

l-Artikolu 57

--

--

l-Artikolu 93

l-Artikolu 58, il-paragrafu 1

--

--

l-Artikolu 94, il-paragrafu 1

--

--

--

l-Artikolu 94, il-paragrafi 2 sa 4

l-Artikolu 58, il-paragrafi 2 sa 4

--

--

l-Artikolu 94, il-paragrafi 5 sa 7

l-Artikolu 59

--

--

l-Artikolu 95

l-Artikolu 60

--

--

l-Artikolu 96

l-Artikolu 61, il-punti a u b

--

--

l-Artikolu 97, il-punti a u b

--

--

--

l-Artikolu 97, il-punti c u f

l-Artikolu 61, il-punti c u d

--

--

l-Artikolu 97, il-punti d u e

l-Artikolu 62, il-paragrafu 2, il-punti a sa z

--

--

l-Artikolu 98, il-paragrafu 1, 2, 4 u 6 sa 27

--

--

--

l-Artikolu 98, il-paragrafu 2, il-punti 3 u 5

l-Artikolu 62, il-paragrafu 2

--

--

l-Artikolu 98, il-paragrafu 2, il-punti ħlief 3 u 5

l-Artikolu 62, il-paragrafi 1 u 3 sa 8

--

--

l-Artikolu 98, il-paragrafi 1 u 3 sa 8

Artikolu 63

--

--

l-Artikolu 99

l-Artikolu 64

--

--

l-Artikolu 100

l-Artikolu 65

--

--

l-Artikolu 101

l-Artikolu 66

--

--

l-Artikolu 102

l-Artikolu 67

--

--

l-Artikolu 103

--

--

--

l-Artikolu 104, il-paragrafu 2, il-punti p u q

l-Artikolu 68

--

--

l-Artikolu 104 kollu ħlief il-paragrafu 2, il-punti p u q

l-Artikolu 69

--

--

l-Artikolu 105

l-Artikolu 70

--

--

l-Artikolu 106

l-Artikolu 71

--

--

l-Artikolu 107

l-Artikolu 72

--

--

l-Artikolu 108

l-Artikolu 73

--

--

l-Artikolu 109

l-Artikolu 74

--

--

l-Artikolu 110

l-Artikolu 75

--

--

l-Artikolu 111

l-Artikolu 76

--

--

l-Artikolu 112

l-Artikolu 77

--

--

l-Artikolu 113

l-Artikolu 78

--

--

l-Artikolu 114

l-Artikolu 79

--

--

l-Artikolu 115

--

l-Artikolu 22, il-paragrafi 2 u 4

--

l-Artikolu 116, il-paragrafu 3

--

l-Artikolu 22, il-paragrafi 3 u 4

--

l-Artikolu 116, il-paragrafu 4

--

l-Artikolu 23

--

--

l-Artikolu 80

--

--

--

l-Artikolu 81

--

--

l-Artikolu 116, il-paragrafi 1 u 2

--

--

--

l-Artikolu 117

--

--

--

l-Artikolu 118

l-Artikolu 82

--

--

l-Artikolu 119

l-Artikolu 83

l-Artikolu 24

--

l-Artikolu 120