Brussell, 3.9.2018

COM(2018) 606 final

2018/0316(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Arranġament mar-Renju tan-Norveġja, mar-Repubblika tal-Iżlanda, mal-Konfederazzjoni Svizzera u mal-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 stabbilixxa l-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja 1 , li b’mod komuni jissejħu eu-LISA, sabiex tkun żgurata t-tmexxija operazzjonali tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-VISA (VIS) u l-Eurodac u potenzjalment tat-tħejjija, l-iżvilupp u t-tmexxija operazzjonali ta’ sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, biss jekk dan ikun previst mill-istrumenti leġiżlattivi rilevanti, abbażi tal-Artikoli 67 sa 89 tat-TFUE. L-appoġġ tekniku għal kanal separat ta’ trażmissjoni elettronika sigura magħruf bħala DubliNet, stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-ażil jużaw għall-iskambju tal-informazzjoni dwar l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, ġie trasferit mill-Kummissjoni lill-eu-LISA permezz ta’ ftehim fil-livell tas-servizzi fil-31 ta’ Lulju 2014. Wara d-dħul fis-seħħ fid-29 ta’ Diċembru 2017 tar-Regolament (UE) 2017/2226 2 , l-Aġenzija saret responsabbli għall-iżvilupp u t-tmexxija operazzjonali tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (Entry/Exit System, EES). L-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 1077/2011 jistipula li “Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni tagħhom, għandhom isiru arranġamenti sabiex, fost l-oħrajn, jiġu speċifikati n-natura u l-ambitu tar-regoli dettaljati, għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u miżuri relatati mal-Eurodac fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, il-persunal u d-drittijiet għall-vot.” Il-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 37 huma l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, li minn hawn ‘il quddiem issir referenza għalihom bħala l-“pajjiżi assoċjati”.

Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi assoċjati fil-ħidma tal-Aġenzija huwa pass neċessarju meta titqies l-assoċjazzjoni tagħhom mal-acquis ta’ Schengen u ma’ miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac u l-parteċipazzjoni tagħhom f’sistemi tal-IT fuq skala kbira mħaddma mill-Aġenzija. Fuq dik il-bażi, fid-29 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni ppreżentat rakkomandazzjoni lill-Kunsill biex jawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati dwar arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa, u n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

Il-Kummissjoni rċeviet l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill biex tiftaħ in-negozjati man-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein fir-rigward ta’ arranġament dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi fl-Aġenzija fl-24 ta’ Lulju 2012.

In-negozjati saru b’mod konġunt mal-pajjiżi assoċjati kollha. Saru bosta sessjonijiet ta’ negozjati. Il-pajjiżi assoċjati ġew imfakkra b’ittra tal-21 ta’ April 2016 mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni li n-Norveġja u l-Iżvizzera kien se jkollhom jaċċettaw formalment ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, fit-tifsira tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni rilevanti, qabel ma l-arranġament ikun jista’ jiġi inizjalat. L-Iżvizzera nnotifikat lill-Kunsill li hija kienet wettqet il-ħtiġijiet kostituzzjonali tagħha fir-rigward tal-aċċettazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 fil-11 ta’ April 2017. In-Norveġja nnotifikat lill-Kunsill li hija kienet wettqet il-ħtiġijiet kostituzzjonali tagħha fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ dan ir-Regolament fis-16 ta’ Awwissu 2017. Imbagħad kienu meħtieġa adattamenti għall-abbozzi ta’ Arranġamenti fost l-oħrajn biex jiġi adattat it-test wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-EES u biex jiġu koperti sistemi relatati ma’ Dublin futuri.

L-Istati Membri ġew infurmati u kkonsultati fil-Gruppi ta’ Ħidma tal-Kunsill rilevanti.

It-test finali tal-abbozz tal-Arraġament ġie inizjalat fil-15 ta’ Ġunju 2018.

2.RIŻULTATI TAN-NEGOZJATI

Il-Kummissjoni tikkunsidra li ntlaħqu l-għanijiet stabbiliti mil-leġiżlatur fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 u mill-Kunsill fid-direttivi ta’ negozjar tiegħu u li l-abbozz tal-Arranġament hu aċċettabbli għall-Unjoni.

Il-kontenut finali tiegħu jista’ jitqassar kif ġej:

L-abbozz ta’ Arranġament jipprevedi l-parteċipazzjoni sħiħa tal-Iżlanda, tan-Norveġja, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein fl-attivitajiet tal-Aġenzija [l-Artikolu 1], rappreżentanza fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija bi drittijiet tal-vot limitati fuq ċerti deċiżjonijiet [l-Artikolu 2], rappreżentanza fil-Gruppi Konsultattivi tal-Aġenzija bi drittijiet tal-vot limitati fuq id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 [l-Artikolu 3], kontribuzzjonijiet finanzjarji annwali tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein għall-baġit tal-Aġenzija fir-rigward tas-SIS, il-VIS, DubliNet u l-EES b’somma annwali kkalkulata skont il-PDG tagħha bħala perċentwali tal-PDG tal-Istati kollha li jieħdu sehem fil-ħidma tal-Aġenzija u, fir-rigward tal-Eurodac, b’somma annwali ta’ perċentwal fiss (speċifika għal kull pajjiż assoċjat) tal-approprjazzjonijiet baġitarji rilevanti għas-sena tal-baġit. [l-Artikolu 4 u l-Anness I]. L-abbozz ta’ arranġament jiddefinixxi wkoll l-istatus legali tal-Aġenzija fl-Iżlanda, fin-Norveġja, fl-Iżvizzera u fil-Liechtenstein [l-Artikolu 5], ir-responsabbiltà tal-Aġenzija fir-rigward tal-Iżlanda, tan-Norveġja, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein [l-Artikolu 6], ir-rikonoxximent mill-Iżlanda, min-Norveġja, mill-Iżvizzera u mil-Liechtenstein tal-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Aġenzija [l-Artikolu 7], il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Aġenzija fl-Iżlanda, fin-Norveġja, fl-Iżvizzera u fil-Liechtenstein, u deroga tar-regolamenti tal-persunal li tippermetti li ċittadini tal-Iżlanda, tan-Norveġja, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein jiġu ingaġġati b’kuntratt mill-Aġenzija [l-Artikolu 9]. L-abbozz ta’ arranġament finalment fih dispożizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-frodi [l-Artikolu 10], is-soluzzjoni tat-tilwim [l-Artikolu 12], id-dħul fis-seħħ [l-Artikolu 14] u l-validità u t-terminazzjoni [l-Artikolu 15].

3.ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill qed issir skont l-Artikoli 74, 77(2)(a) u (b), 78(2)(e), 79(2)(c), 82(1)(d), 85(1), 87(2)(a) u 88(2) tat-TFUE flimkien mal-Artikolu 218 tat-TFUE.

Hija tikkostitwixxi l-istrument ġuridiku għall-konklużjoni tal-Arranġament. Il-Kunsill se jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata. 

Il-kompetenza tal-UE sabiex tikkonkludi dan l-Arranġament hija espliċitament stipulata fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 1077/2011 li jiddikjara li skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni tagħhom, għandhom isiru arranġamenti sabiex, fost l-oħrajn, jiġu speċifikati n-natura u l-ambitu tar-regoli dettaljati, għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u miżuri relatati mal-Eurodac fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, il-persunal u d-drittijiet għall-vot.

Il-kunsens tal-Parlament Ewropew huwa meħtieġ għall-konklużjoni ta’ dan l-Arranġament skont l-Artikolu 218(6)(a)(v).

L-arranġament se jippermetti l-parteċipazzjoni tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein fil-ħidma tal-Aġenzija bi drittijiet tal-vot limitati u se jiżgura kontribuzzjonijiet finanzjarji adegwati lill-Aġenzija.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-Artikolu 4 u l-Anness I tal-abbozz tal-Arranġament jiddeskrivu d-dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji annwali tal-Iżlanda, tan-Norveġja, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein għall-baġit tal-Aġenzija.

5.KONKLUŻJONI

Fid-dawl tar-riżultati tan-negozjati msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill japprova, wara li jkun irċieva l-kunsens mill-Parlament Ewropew, l-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija għall-ġestjoni operazzjonali ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

2018/0316 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Arranġament mar-Renju tan-Norveġja, mar-Repubblika tal-Iżlanda, mal-Konfederazzjoni Svizzera u mal-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 74, 77(2)(a) u (b), 78(2)(e), 79(2)(c), 82(1)(d), 85(1), 87(2)(a) u 88(2) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2018/XX ta’ {…}, l-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja ġie ffirmat minn {…} fi {….} suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)Kif speċifikat fil-premessa 33 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 , ir-Renju Unit qed jieħu sehem f’dak ir-Regolament u huwa marbut bih. L-Irlanda talbet biex tipparteċipa f’dak ir-Regolament wara l-adozzjoni tiegħu f’konformità mal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (il-Protokoll dwar l-acquis ta’ Schengen) u l-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn jenħtieġ għalhekk li jagħtu effett lill-Artikolu 37 tar-Regolament billi jieħdu sehem f’din id-Deċiżjoni. Ir-Renju Unit u l-Irlanda għalhekk qed jieħdu sehem f’din id-Deċiżjoni.

(3)Kif speċifikat fil-premessa 32 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem f’dak ir-Regolament u mhix marbuta bih. Id-Danimarka għalhekk mhijiex qed tieħu sehem f’din id-Deċiżjoni. Minħabba li din id-Deċiżjoni sa fejn tikkonċerna lis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/JHA 5 , għas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE 6 u s-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 , tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha skont l-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jekk hijiex se timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha. F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-istabbiliment tal-Istat responsabbli għall-eżaminazzjoni ta’ talba għall-ażil li ssir fid-Danimarka jew fi kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-"Eurodac" għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin 8 , id-Danimarka trid tinnotifika lill-Kummissjoni dwar jekk hijiex se timplimenta l-kontenut ta’ din id-Deċiżjoni, safejn tirrigwarda l-Eurodac u DubliNet.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Arranġament huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina lill-persuna jew persuni bis-setgħa li jiddepożitaw, f’isem l-Unjoni, l-istrument ta’ approvazzjoni previst fl-Artikolu 14(4) tal-Arranġament.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.
(2)    Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011, ĠU L 327, tad-9.12.2017, p. 20.
(3)    Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).
(4)    Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).
(5)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).
(6)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).
(7)    Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).
(8)    ĠU L 66, 8.3.2006, p. 38.

Brussell, 3.9.2018

COM(2018) 606 final

ANNESS

tal-

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Arranġament mar-Renju tan-Norveġja, mar-Repubblika tal-Iżlanda, mal-Konfederazzjoni Svizzera u mal-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja


ANNESS

ARRANĠAMENT

bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-

Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

L-UNJONI EWROPEA,

minn naħa waħda, u

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA,

minn hawn ’il quddiem ‘in-Norveġja’,

IR-REPUBBLIKA TAL-IŻLANDA,

minn hawn ’il quddiem ‘l-Iżlanda’,

IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA,

minn hawn ’il quddiem ‘l-Iżvizzera’, u

L-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN

minn hawn ’il quddiem ‘il-Liechtenstein’,

min-naħa l-oħra

Wara li kkunsidraw il-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk l-Istati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 1 , minn hawn ’il quddiem ‘il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżlanda u man-Norveġja’.

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja 2 , minn hawn ’il quddiem ‘il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżlanda u man-Norveġja’.

Wara li kkunsidraw il-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 3 , minn hawn ’il quddiem ‘il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera’.

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera 4 , minn hawn ’il quddiem ‘il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżvizzera’.

Wara li kkunsidraw il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 5 , minn hawn ’il quddiem ‘il-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Liechtenstein’.

Wara li kkunsidraw il-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera 6 , minn hawn ’il quddiem ‘il-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Liechtenstein’.

BILLI

(1)Permezz tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 (minn hawn ’il quddiem ‘ir-Regolament’), l-Unjoni Ewropea waqqfet l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja 7 (minn hawn ’il quddiem ‘l-Aġenzija’),

(2)Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, ir-Regolament jikkostitwixxi, f’dak li f’jirrigwarda s-SIS II, il-VIS u l-EES, żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżlanda u man-Norveġja. F’dak li jirrigwarda l-Eurodac u d-DubliNet, ir-Regolament jikkostitwixxi miżura ġdida fis-sens tal-ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżlanda u man-Norveġja.

(3)Fir-rigward tal-Iżvizzera, ir-Regolament jikkostitwixxi, f’dak li f’jirrigwarda s-SIS II, il-VIS u l-EES, żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera. F’dak li jirrigwarda l-Eurodac u d-DubliNet, ir-Regolament jikkostitwixxi miżura ġdida fis-sens tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżvizzera.

(4)Fir-rigward tal-Liechtenstein, ir-Regolament jikkostitwixxi, f’dak li f’jirrigwarda s-SIS II, il-VIS u l-EES, żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Liechtenstein. F’dak li jirrigwarda l-Eurodac u d-DubliNet, ir-Regolament jikkostitwixxi miżura ġdida fis-sens tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Liechtenstein.

(5)Ir-Regolament jipprovdi li, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni tagħhom, għandhom isiru arranġamenti sabiex jiġu speċifikati, fost oħrajn, in-natura u l-firxa ta’, u r-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u l-miżuri relatati mal-Eurodac u mad-Dublin fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, il-persunal u d-drittijiet għall-vot.

(6)Il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni ma jindirizzawx il-modalitajiet tal-assoċjazzjoni tal-Iżlanda, tan-Norveġja, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein mal-attivitajiet ta’ korpi ġodda mwaqqfin mill-Unjoni Ewropea fil-qafas ta’ żvilupp ulterjuri tal-miżuri relatati ma’ Schengen u mal-Eurodac, u ċerti aspetti tal-assoċjazzjoni mal-Aġenzija jenħtieġ li jiġu stabbiliti fi ftehim addizzjonali bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehimiet.

(7)Iċ-ċifri tal-Prodott Nazzjonali Gross ma għadhomx jinġabru mill-Eurostat u għalhekk il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tan-Norveġja u tal-Iżlanda għandhom jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri tal-Prodott Domestiku Gross kif inhuwa l-każ għall-kontribuzzjonijiet tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein minkejja r-referenza għall-Prodott Nazzjonali Gross li tinsab fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżlanda u man-Norveġja u fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżlanda u man-Norveġja.

QABLU DWAR DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1
Livell ta’ parteċipazzjoni

In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jipparteċipaw b’mod sħiħ fl-attivitajiet tal-Aġenzija kif deskritt fir-Regolament u skont it-termini stabbiliti mill-Arranġament attwali.

Artikolu 2
Bord tat-Tmexxija

1.In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom ikunu rappreżentati fuq il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija kif stabbilit fl-Artikolu 13(5) tar-Regolament.

2.Huma għandu jkollhom drittijiet tal-vot, limitati għas-sistemi ta’ informazzjoni li fihom jipparteċipaw:

·fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar l-ittestjar u dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jikkonċernaw l-iżvilupp u t-tmexxija operazzjonali tas-sistemi u tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni;

·fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar kompiti relatati ma’ taħriġ dwar l-użu tekniku tas-SIS II, tal-VIS, tal-Eurodac u tal-EES skont l-Artikoli 3, 4, 5 u 5a tar-Regolament rispettivament ħlief dwar it-twaqqif tal-kurrikulu komuni ewlieni; 

·fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar kompiti relatati ma’ taħriġ dwar l-użu tekniku ta’ sistemi ta’ informazzjoni oħra fuq skala kbira, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ħlief dwar it-twaqqif tal-kurrikulu komuni ewlieni;

·fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni tar-rapporti dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS II, tal-VIS u tal-EES, skont l-Artikolu 12(1)(t) tar-Regolament;

·fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac, skont l-Artikolu 12(1)(u) tar-Regolament;

·fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni tar-rapporti dwar l-iżvilupp tal-EES, skont l-Artikolu 12(1)(sa);

·fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni ta’ statistika relatata mas-SIS II skont l-Artikolu 12(1)(w) tar-Regolament;

·fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar il-ħidma tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac, skont l-Artikolu 12(1)(x) tar-Regolament;

·fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni ta’ statistika relatata mal-EES skont l-Artikolu 12(1)(xa);

·fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta’ awtoritajiet kompetenti awtorizzati li jfittxu direttament fid-data tas-SIS II, skont l-Artikolu 12(1)(y) tar-Regolament;

·fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta’ unitajiet skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 skont l-Artikolu 12(1)(z) tar-Regolament;

·fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar il-lista ta’ awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/2226;

·fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar rapporti dwar il-funzjonament tekniku ta’ sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fdati lill-Aġenzija permezz ta’ att leġislattiv jew miżura ġdida li jikkostitwixxu żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżlanda u man-Norveġja, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Liechtenstein jew permezz ta’ att leġislattiv jew miżura ġdida fis-sens tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżlanda u man-Norveġja, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Liechtenstein;

·fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar l-ippubblikar ta’ statistika dwar sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fdati lill-Aġenzija permezz ta’ att leġislattiv jew miżura ġdida li jikkostitwixxu żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżlanda u man-Norveġja, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Liechtenstein jew permezz ta’ att leġislattiv jew miżura ġdida fis-sens tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżlanda u man-Norveġja, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Liechtenstein;

·fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar l-ippubblikar annwali tal-lista tal-awtoritajiet kompetenti li għandhom aċċess għad-data rreġistrata f’sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fdati lill-Aġenzija permezz ta’ att leġislattiv jew miżura ġdida li jikkostitwixxu żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżlanda u man-Norveġja, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Liechtenstein jew permezz ta’ att leġislattiv jew miżura ġdida fis-sens tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżlanda u man-Norveġja, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Liechtenstein;

Jekk id-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq jittieħdu fil-kuntest tal-programm ta’ ħidma pluriennali u/jew annwali, il-proċeduri tal-votazzjoni fil-Bord tat-Tmexxija għandhom jiżguraw li n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein ikunu jistgħu jivvutaw.

3.In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom ikunu jistgħu jesprimu opinjonijiet dwar kull kwistjoni li dwarha ma għandhomx dritt jivvutaw.

Artikolu 3
Gruppi Konsultattivi

1.In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom ikunu rappreżentati fil-Gruppi Konsultattivi tal-Aġenzija kif stabbilit fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament.

2.Għandu jkollhom drittijiet tal-vot fir-rigward tal-opinjonijiet tal-Gruppi Konsultattivi dwar id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2.

3.Għandhom ikunu jistgħu jesprimu opinjonijiet dwar kull kwistjoni li dwarha ma għandhomx dritt jivvutaw.

Artikolu 4
Kontribuzzjonijiet finanzjarji

1.Il-kontribuzzjonijiet individwali tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Liechtenstein u tal-Iżvizzera għad-dħul tal-Aġenzija għandhom ikunu limitati għas-sistemi ta’ informazzjoni li fihom jipparteċipa l-istat rispettiv.

2.In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jikkontribwixxu għad-dħul tal-Aġenzija, fir-rigward tas-SIS II u tal-VIS, somma annwali li tiġi kkalkulata skont il-perċentwal tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-pajjiżi tagħhom meta mqabbel mal-PDG tal-Istati parteċipanti kollha skont il-formula deskritta fl-Anness I, skont l-Artikolu 11(3) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera u l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Liechtenstein, li jirreferi għall-metodu ta’ kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 11(3) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera u permezz ta’ deroga mill-Artikolu 12(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżlanda u man-Norveġja, li jirreferi għall-Prodott Nazzjonali Gross.

3.In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jikkontribwixxu għad-dħul tal-Aġenzija, fir-rigward tal-EES, somma annwali li tiġi kkalkulata skont il-perċentwal tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-pajjiżi tagħhom meta mqabbel mal-PDG tal-Istati parteċipanti kollha skont il-formula deskritta fl-Anness I, skont l-Artikolu 11(3) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera u l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Liechtenstein, li jirreferi għall-metodu ta’ kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 11(3) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera u permezz ta’ deroga mill-Artikolu 12(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżlanda u man-Norveġja, li jirreferi għall-Prodott Nazzjonali Gross.

4.In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jikkontribwixxu għad-dħul tal-Aġenzija, fir-rigward tal-Eurodac, somma annwali, li tiġi kkalkulata skont il-formula deskritta fl-Anness I skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżlanda u man-Norveġja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżvizzera u l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Liechtenstein.

5.In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jikkontribwixxu għad-dħul tal-Aġenzija fir-rigward tad-DubliNet, somma annwali li tiġi kkalkulata skont il-perċentwal tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-pajjiżi tagħhom meta mqabbel mal-PDG tal-Istati parteċipanti kollha skont il-formula deskritta fl-Anness I, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżvizzera, l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Liechtenstein, li jirreferi għall-metodu ta’ kontribuzzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżvizzera, u permezz ta’ deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżlanda u man-Norveġja li jirreferi għall-Prodott Nazzjonali Gross.

6.Fir-rigward tat-titoli 1 u 2 tal-baġit tal-Aġenzija, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafi 2 u 4 hija dovuta mill-1 ta’ Diċembru 2012, id-data li fiha l-aġenzija assumiet ir-responsabbiltajiet tagħha. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 5 hija dovuta mill-31 ta’ Lulju 2014, id-data li fiha l-appoġġ tekniku għat-tmexxija operazzjonali ta’ DubliNet ġie ttrasferit lill-Aġenzija. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 3 hija dovuta mid-29 ta’ Diċembru 2017, id-data li fiha l-Aġenzija assumiet ir-responsabbiltà għall-iżvilupp u għat-tmexxija operazzjonali tal-EES. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu pagabbli mill-jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Arranġament, inklużi l-ammonti dovuti għall-perjodu bejn l-1 ta’ Diċembru 2012 u d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Fir-rigward tat-titolu 3 tal-baġit tal-Aġenzija, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafi 2 u 4 hija dovuta u trid titħallas mill-1 ta’ Diċembru 2012, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 5 mill-31 ta’ Lulju 2014 u l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 3 mid-29 ta’ Diċembru 2017 abbażi tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni rispettivi.

7.Meta att leġislattiv jew miżura ġdida li jikkostitwixxu żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżlanda u man-Norveġja, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Liechtenstein jestendu l-mandat tal-Aġenzija billi jafdawha bl-iżvilupp u/jew bit-tmexxija operazzjonali ta’ sistemi oħra ta’ informazzjoni fuq skala kbira, in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jikkontribwixxu għad-dħul tal-Aġenzija somma annwali li tiġi kkalkulata skont il-perċentwal tal-PDG tal-pajjiżi tagħhom meta mqabbel mal-PDG tal-Istati parteċipanti kollha skont il-formula deskritta fl-Anness I, skont l-Artikolu 11(3) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera u l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Liechtenstein, li jirreferi għall-metodu ta’ kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 11(3) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera, u b’deroga mill-Artikolu 12(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżlanda u man-Norveġja, li jirreferi għall-Prodott Nazzjonali Gross.

8.Meta att leġislattiv jew miżura ġdida li jikkostitwixxu żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżlanda u man-Norveġja, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Liechtenstein jestendu l-mandat tal-Aġenzija billi jafdawha bl-iżvilupp u/jew bit-tmexxija operazzjonali ta’ sistemi oħra ta’ informazzjoni fuq skala kbira, in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jikkontribwixxu għad-dħul tal-Aġenzija somma annwali li tiġi kkalkulata skont il-perċentwal tal-PDG tal-pajjiżi tagħhom meta mqabbel mal-PDG tal-Istati parteċipanti kollha skont il-formula deskritta fl-Anness I, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżvizzera, l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Liechtenstein, li jirreferi għall-metodu ta’ kontribuzzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżvizzera, u b’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżlanda u man-Norveġja, li jirreferi għall-Prodott Nazzjonali Gross.

9.Jekk in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein ikunu diġà kkontribwew għall-iżvilupp jew għat-tmexxija operazzjonali ta’ sistema tal-IT fuq skala kbira permezz ta’ strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE, jew jekk l-iżvilupp u/jew it-tmexxija operazzjonali ta’ sistema tal-IT fuq skala kbira tkun iffinanzjata minn tariffi jew minn dħul assenjat ieħor, il-kontribuzzjonijiet rilevanti tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein lill-Aġenzija għandhom jiġu aġġustati kif jixraq.

Artikolu 5
Status ġuridiku

L-Aġenzija għandu jkollha personalità ġuridika taħt il-liġi tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein u għandha tgawdi f’dawn l-Istati l-aktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġi ta’ dawn l-Istati. B’mod partikolari, din tista’ tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tista’ tkun parti għal proċeduri legali.

Artikolu 6
Responsabbiltà

Ir-responsabbiltà tal-Aġenzija għandha tkun regolata mill-Artikolu 24(1), (3) u (5) tar-Regolament.

Artikolu 7
Il-Qorti tal-Ġustizzja

In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jirrikonoxxu l-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq l-Aġenzija, kif previst fl-Artikolu 24(2) u (4) tar-Regolament.

Artikolu 8
Privileġġi u immunitajiet

In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom japplikaw lill-aġenzija u lill-persunal tagħha r-regoli li jirregolaw il-privileġġi u l-immunitajiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan l-Arranġament, li huma derivati mill-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll kwalunkwe regola adottata skont dak il-Protokoll relatata ma’ kwistjonijiet ta’ persunal tal-Aġenzija.

Artikolu 9
Persunal tal-Aġenzija 

1.Skont l-Artikolu 20(1) u 37 tar-Regolament, ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, ir-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli adottati mill-Aġenzija skont l-Artikolu 20(8) tar-Regolament għandhom japplikaw għaċ-ċittadini tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein li jiġu impjegati bħala persunal tal-Aġenzija.

2.B’deroga mill-Artikolu 12(2)(a) u l-Artikolu 82(3)(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein li jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati b’kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija skont ir-regoli eżistenti għall-għażla u għall-ingaġġ tal-persunal adottati mill-Aġenzija.

3.L-Artikolu 20(6) tar-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għaċ-ċittadini tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein.

4.Madankollu, iċ-ċittadini tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein ma jistgħux jinħatru fil-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.

Artikolu 10
Uffiċjali u esperti sekondati

Fir-rigward ta’ uffiċjali u esperti sekondati, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(i) emolumenti, gratifiki u ħlasijiet oħra mħallsa mill-Aġenzija għandhom ikunu eżenti mit-taxxi nazzjonali;

(ii) sakemm jibqgħu koperti mis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż minn fejn ikunu sekondati lill-Aġenzija, għandhom ikunu eżenti mill-kontribuzzjonijiet obbligatorji kollha lill-organizzazzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-pajjiżi ospitanti tal-Aġenzija. Konsegwentement, matul dak iż-żmien ma għandhomx ikunu koperti mir-regolamenti dwar is-sigurtà soċjali tal-pajjiż ospitanti tal-Aġenzija li fih jaħdmu, sakemm ma jissiħbux volontarjament fis-sistema tas-sigurtà soċjali ta’ dak il-pajjiż.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan is-subparagrafu għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-membri tal-familja li jagħmlu parti mill-familja tal-esperti sekondati, sakemm ma jkunux impjegati minn impjegatur ieħor minbarra l-Aġenzija jew jirċievu benefiċċji ta’ sigurtà soċjali minn pajjiż ospitanti tal-Aġenzija.

Artikolu 11
Il-ġlieda kontra l-frodi

1.Fir-rigward tan-Norveġja għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Qorti tal-Awdituri jistgħu jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom.

L-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri għandhom jgħarrfu lill-Riksrevisjonen fi żmien xieraq dwar kwalunkwe intenzjoni li jwettqu awditi jew kontrolli fuq il-post li, jekk l-awtoritajiet Norveġiżi jixtiequ, jistgħu jsiru b’mod konġunt mar-Riksrevisjonen.

2.Fir-rigward tal-Iżlanda għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Qorti tal-Awdituri jistgħu jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom.

L-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri għandhom jgħarrfu lill-Ríkisendurskoðun fi żmien xieraq dwar kwalunkwe intenzjoni li jwettqu awditi jew kontrolli fuq il-post li, jekk l-awtoritajiet Iżlandiżi jixtiequ, jistgħu jsiru b’mod konġunt mar-Ríkisendurskoðun.

3.Fir-rigward tal-Iżvizzera d-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-Artikolu 35 tar-Regolament dwar il-kontroll finanzjarju mill-UE fl-Iżvizzera li jikkonċerna l-parteċipanti Żvizzeri fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness III.

4.Fir-rigward tal-Liechtenstein id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-Artikolu 35 tar-Regolament dwar il-kontroll finanzjarju mill-UE fil-Liechtenstein li jikkonċerna l-parteċipanti mil-Liechtenstein fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 12
Soluzzjoni ta’ tilwim

1.Fil-każ ta’ tilwim dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-arranġament, il-kwistjoni għandha tiġi inkluża uffiċjalment bħala kwistjoni dwar tilwima fuq l-aġenda tal-Kumitat Imħallat fuq livell ministerjali.

2.Il-Kumitat Imħallat għandu jkollu disgħin jum mid-data tal-adozzjoni tal-aġenda li fiha tkun ġiet inkluża l-kwistjoni biex jirriżolvi t-tilwima.

3.F’każ fejn tilwima li tikkonċerna kwistjonijiet relatati ma’ Schengen ma tistax tiġi riżolta mill-Kumitat Imħallat fil-perjodu ta’ disgħin jum previst fil-paragrafu 2, għandu jiġi osservat perjodu ulterjuri ta’ tletin jum biex jintlaħaq ftehim finali. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim finali, dan l-Arranġament għandu jiġi terminat fir-rigward tal-Istat li lilu tikkonċerna t-tilwima sitt xhur wara li jiskadi l-perjodu ta’ tletin jum.

4.F’każ fejn tilwima li tikkonċerna kwistjonijiet relatati mal-Eurodac ma tkunx tista’ tiġi riżolta mill-Kumitat Konġunt/Imħallat fil-perjodu ta’ disgħin jum previst fil-paragrafu 2, għandu jiġi osservat perjodu ulterjuri ta’ disgħin jum biex jintlaħaq ftehim finali. Jekk il-Kumitat Konġunt/Imħallat ma jkunx ħa deċiżjoni fit-tmiem dak il-perjodu, dan l-Arranġament għandu jitqies bħala terminat fir-rigward tal-Istat li lilu t-tilwima tirrigwarda fit-tmiem tal-aħħar jum ta’ dak il-perjodu.

Artikolu 13
Annessi

L-Annessi ta’ dan l-Arranġament għandhom jikkostitwixxu parti integrali minn dan l-Arranġament.

Artikolu 14
Dħul fis-seħħ

1.Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jaġixxi bħala depożitarju ta’ dan l-Arranġament.

2.L-Unjoni Ewropea, in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom japprovaw dan l-Arranġament skont il-proċeduri propji tagħhom.

3.Id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Arranġament għandu jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Unjoni Ewropea u talanqas Parti oħra għall-Arranġament.

4.Dan l-Arranġament għandu jidħol fis-seħħ fir-rigward ta’ kwalunkwe Parti għal dan l-Arranġament fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-depożitu tal-istrument ta’ approvazzjoni tiegħu mad-depożitarju.

Artikolu 15
Validità u terminazzjoni

1.Dan l-Arranġament għandu jiġi konkluż għal perjodu bla limitu.

2.Dwar l-Iżlanda u n-Norveġja, dan l-Arranġament għandu jieqaf japplika sitt xhur wara li l-Iżlanda jew in-Norveġja jiddenunzjaw il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżlanda u man-Norveġja jew permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jew jekk dan jiġi terminat b’mod ieħor skont il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 8(4), 11(3) jew 16 ta’ dak il-Ftehim. Għandu jieqaf japplika wkoll sitt xhur wara t-terminazzjoni jew id-denunzja tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżlanda u man-Norveġja skont il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 4(7), 8(3) jew 15 ta’ dak il-Ftehim.

Il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 17 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżlanda u man-Norveġja għandu jkopri wkoll il-konsegwenzi tat-terminazzjoni tal-Arranġament attwali.

3.Dwar l-Iżvizzera, dan l-Arranġament għandu jieqaf japplika sitt xhur wara li l-Iżvizzera tiddenunzja l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera jew permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jew meta dan jiġi terminat b’mod ieħor skont il-proċeduri deskritti fl-Artikoli 7(4), 10(3) jew 17 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera. Għandu jieqaf japplika wkoll sitt xhur wara t-terminazzjoni jew id-denunzja tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżvizzera skont il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 4(7), 7(3) jew 16 ta’ dak il-Ftehim.

4.Dwar il-Liechtenstein, dan l-Arranġament għandu jieqaf japplika sitt xhur wara li l-Liechtenstein jiddenunzja l-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Liechtenstein jew permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jew jekk dan jiġi terminat b’mod ieħor skont il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 3, 5(4), 11(1) jew 11(3) tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Liechtenstein. Għandu jieqaf japplika wkoll sitt xhur wara t-terminazzjoni jew id-denunzja tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Liechtenstein skont il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 3, 5(7), 11(1) jew 11(3) ta’ dak il-Protokoll.

5.Dan l-Arranġament għandu jinkiteb f’test uniku oriġinali fil-lingwa Bulgara, Spanjola, Ċeka, Daniża, Ġermaniża, Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Irlandiża, Kroata, Taljana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Finlandiża, Żvediża, Iżlandiża u Norveġiża, b’kull wieħed minn dawk it-testi jkun ugwalment awtentiku.



ANNESS I

Formula biex tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni

1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein għad-dħul tal-Aġenzija kif imsemmi fl-Artikolu 32(1)(b) tar-Regolament tiġi kkalkulata kif ġej:

Titolu 3

1.1.Fir-rigward tas-SIS II, il-VIS u l-EES u kwalunkwe sistema oħra ta’ informazzjoni fuq skala kbira fdata lill-Aġenzija minn att leġislattiv jew miżura li jikkostitwixxu żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżlanda u man-Norveġja, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen mal-Liechtenstein, l-aktar ċifri finali aġġornati tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) ta’ kull pajjiż assoċjat disponibbli meta l-fatturazzjoni ssir fis-sena n+1 għas-sena n għandhom jiġu diviżi bis-somma taċ-ċifri tal-PDG tal-Istati kollha parteċipanti fl-Aġenzija disponibbli għas-sena n. Il-perċentwal miksub jiġi mmultiplikat bil-ħlasijiet totali għat-titolu 3 tal-baġit tal-Aġenzija għas-sistemi msemmija hawn fuq li saru fis-sena n sabiex tinkiseb il-kontribuzzjoni għal kull pajjiż assoċjat.

1.2.Fir-rigward tal-Eurodac, il-kontribuzzjoni ta’ kull pajjiż assoċjat għandha tikkonsisti minn somma annwali ta’ perċentwal fiss (għal-Liechtenstein dan huwa ta’ 0.071%, għan-Norveġja ta’ 4.995%, għall-Iżlanda ta’ 0.1% u għall-Iżvizzera ta’ 7.286%) tal-approprjazzjonijiet tal-baġit rilevanti għas-sena baġitarja. Il-kontribuzzjoni ta’ kull pajjiż assoċjat tiġi kkalkulata fis-sena n+1 u tinkiseb bil-multiplikazzjoni tal-perċentwal fiss bil-ħlasijiet totali għat-titolu 3 tal-baġit tal-Aġenzija għall-Eurodac li saru fis-sena n.

1.3.Fir-rigward ta’ DubliNet u ta’ kwalunkwe sistema oħra ta’ informazzjoni fuq skala kbira fdata lill-Aġenzija minn att leġislattiv jew miżura fis-sens tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżlanda u man-Norveġja, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni ta’ Dublin/Eurodac mal-Liechtenstein, l-aktar ċifri finali aġġornati tal-PDG ta’ kull pajjiż assoċjat disponibbli meta l-fatturazzjoni ssir fis-sena n+1 għas-sena n għandhom jiġu diviżi bis-somma taċ-ċifri tal-PDG tal-Istati kollha parteċipanti fl-Aġenzija disponibbli għas-sena n. Il-perċentwal miksub jiġi mmultiplikat bil-ħlasijiet totali għat-titolu 3 tal-baġit tal-Aġenzija għas-sistemi msemmija hawn fuq li saru fis-sena n sabiex tinkiseb il-kontribuzzjoni għal kull pajjiż assoċjat.

Titolu 1 u 2

1.4.Il-kontribuzzjoni ta’ kull pajjiż assoċjat għat-titoli 1 u 2 tal-baġit tal-Aġenzija għas-sistemi msemmija taħt 1.1, 1.2 u 1.3 għandha tinkiseb bid-diviżjoni tal-aktar ċifri finali aġġornati tal-PDG ta’ kull pajjiż assoċjat disponibbli meta l-fatturazzjoni ssir fis-sena n+1 għas-sena n bis-somma taċ-ċifri tal-PDG tal-Istati kollha parteċipanti fl-Aġenzija disponibbli għas-sena n. Il-perċentwal miksub jiġi mmultiplikat bil-ħlasijiet totali għat-titoli 1 u 2 tal-baġit tal-Aġenzija għas-sistemi msemmija taħt 1.1, 1.2 u 1.3 li saru fis-sena n.

1.5.F’każ li jkun hemm xi sistema addizzjonali tal-IT fuq skala kbira fdata lill-Aġenzija li fiha l-pajjiżi assoċjati ma jipparteċipawx, il-kalkolu fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-pajjiżi assoċjati għat-titoli 1 u 2 għandu jiġi rivedut kif xieraq.

2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f’Euro.

3.Kull pajjiż assoċjat għandu jħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu mhux aktar tard minn 45 jum wara li jirċievi n-nota ta’ debitu. Kwalunkwe dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni għandu jwassal għal imgħax ta’ inadempjenza fuq l-ammont pendenti mid-data dovuta. Ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar tad-data ta’ skadenza, b’żieda ta’ 3.5 punti perċentwali.

4.Il-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ kull pajjiż assoċjat għandha tiġi adattata skont dan l-Anness fil-każ ta’ emenda għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea li tiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 41 tar-Regolament Finanzjarju 8 .



ANNESS II

Privileġġi u immunitajiet

1.L-uffiċċji u l-bini tal-Aġenzija għandhom ikunu invjolabbli. Għandhom ikunu eżenti minn tfittxijiet, rekwiżizzjoni, konfiski jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Aġenzija ma għandhom ikunu s-suġġett tal-ebda miżura amministrattiva jew ġuridika restrittiva mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

2.L-arkivji tal-Aġenzija għandhom ikunu invjolabbli.

3.L-Aġenzija, l-assi, id-dħul u l-proprjetà l-oħra tagħha għandhom ikunu eżenti minn kull taxxa diretta.

Oġġetti u servizzi esportati lill-Aġenzija għall-użu uffiċjali tagħha min-Norveġja, mill-Iżlanda, mill-Iżvizzera u mil-Liechtenstein ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi dazji u taxxi indiretti.

Fil-każ ta’ oġġetti u servizzi pprovduti lill-Aġenzija fin-Norveġja, fl-Iżlanda, fl-Iżvizzera u fil-Liechtenstein għall-użu uffiċjali tagħha, l-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata permezz ta’ rifużjoni jew remissjoni.

Fil-każ ta’ oġġetti pprovduti lill-Aġenzija fin-Norveġja, fl-Iżlanda, fl-Iżvizzera u fil-Liechtenstein għall-użu uffiċjali tagħha, l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għandha tingħata permezz ta’ rifużjoni jew remissjoni.

Kwalunkwe taxxa indiretta oħra pagabbli mill-Aġenzija fin-Norveġja, fl-Iżlanda, fl-Iżvizzera u fil-Liechtenstein għandha titħallas lura jew tiġi rimessa.

Bħala regola, applikazzjonijiet għal rifużjoni għandhom jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur.

Ma għandha tingħata l-ebda eżenzjoni fir-rigward ta’ taxxi u pagamenti, li jkunu dovuti biss bħala ħlas għal servizzi ta’ utilità pubblika.

Il-modalitajiet tal-eżenzjoni mill-VAT, mid-dazju tas-sisa u minn taxxi indiretti oħra fin-Norveġja, fl-Iżlanda, fl-Iżvizzera u fil-Liechtenstein huma stabbiliti fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness. In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar kwalunkwe modifika għall-Appendiċi rispettiv tagħhom. Jekk ikun possibbli, tali notifika għandha tingħata xahrejn qabel il-modifiki jidħlu fis-seħħ. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinforma lill-Istati Membri tal-Unjoni dwar il-modifiki.

4.L-Aġenzija għandha tkun eżenti minn kwalunkwe dazju doganali, projbizzjoni u restrizzjoni fuq importazzjonijiet u esportazzjonijiet ta’ oġġetti intiżi għall-użu uffiċjali tagħha: tali oġġetti importati ma għandhomx jintremew, kemm jekk bi ħlas jew le, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew importati, ħlief taħt kundizzjonijiet approvati mill-Gvern ta’ dak il-pajjiż.

L-Aġenzija għandha tkun eżenti minn kwalunkwe dazju doganali u kwalunkwe projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

5.Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali tagħha u t-trażmissjoni tad-dokumenti kollha tagħha, l-Aġenzija għandha tgawdi fit-territorju ta’ kull pajjiż assoċjat it-trattament mogħti minn dak l-Istat lil missjonijiet diplomatiċi.

Korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħra tal-Aġenzija ma għandhomx ikunu soġġetti għal ċensura.    

6.Rappreżentanti ta’ Stati Membri tal-Unjoni, kif ukoll dawk tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-Aġenzija, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fil-qadi ta’ dmirijiethom u waqt li jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqgħu, igawdu mill-privileġġi, mill-immunitajiet u mill-faċilitajiet skont il-konswetudni.

7.Fit-territorju tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, il-membri tal-persunal tal-Aġenzija fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 1969 9 għandhom:

(a)soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati relatati, minn naħa waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta’ uffiċjali u ta’ impjegati oħra lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’tilwim bejn l-Aġenzija u l-membri tal-persunal tagħha, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward ta’ atti li jkunu wettqu fil-kariga uffiċjali tagħhom, inklużi l-kliem li jkunu lissnu jew kitbu. Għandhom ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu temmew il-kariga tagħhom;

(b) fir-rigward ta’ regolamenti dwar il-valuta jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet li s-soltu jingħataw lill-uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

8.Membri tal-persunal tal-Aġenzija għandhom ikunu soġġetti għal taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Aġenzija, skont il-kundizzjonijiet u l-proċedura stabbiliti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

Membri tal-persunal tal-Aġenzija fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 1969 għandhom ikunu eżenti minn taxxi nazzjonali, federali, kantonali, reġjonali, muniċipali u komunali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa mill-Aġenzija. Fir-rigward tal-Iżvizzera, din l-eżenzjoni għandha tingħata skont il-prinċipji tal-liġi nazzjonali tagħha.

Membri tal-persunal tal-Aġenzija ma għandhomx ikunu obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Norveġiża, Iżlandiża, Żvizzera jew tal-Liechtenstein sakemm dawn ikunu diġà koperti mill-iskema ta’ benefiċċji ta’ sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għal impjegati oħra tal-Unjoni. Membri tal-familja ta’ membri tal-persunal tal-Aġenzija li jagħmlu parti mill-familja tagħhom għandhom ikunu koperti mir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard tal-UE sakemm dawn ma jkunux impjegati minn impjegatur ieħor minbarra l-Aġenzija u sakemm ma jirċevux benefiċċji tas-sigurtà soċjali minn Stat Membru jew min-Norveġja, mill-Iżlanda, mill-Iżvizzera jew mil-Liechtenstein.

9.Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu, tat-taxxa fuq il-ġid u tat-taxxa tas-suċċessjoni u fl-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet dwar l-evitar ta’ taxxa doppja konklużi bejn in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera jew il-Liechtenstein u l-Istati Membri tal-Unjoni, il-membri tal-persunal tal-Aġenzija fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 1969 li, purament għat-twettiq ta’ dmirijiethom fis-servizz tal-Aġenzija, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni li ma jkunx il-pajjiż ta’ domiċilju tagħhom għal skopijiet ta’ taxxa meta jidħlu fis-servizz tal-Aġenzija, għandhom jitqiesu, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom kif ukoll fil-pajjiż tad-domiċilju għal skopijiet ta’ taxxa, daqs li kieku żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tad-domiċilju sakemm dan ikun Stat Membru tal-Unjoni, jew ikun in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera jew il-Liechtenstein. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għall-konjuġi, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux qed jaħdmu separatament fuq xogħol bi qligħ, u għal tfal dipendenti u taħt ir-responsabiltà tal-persuni msemmija f’din id-dispożizzjoni.

Proprjetà mobbli li tappartjeni għall-persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tkun tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni fejn ikunu qed joqogħdu għandha tkun eżenti mit-taxxi tas-suċċessjoni f’dak il-pajjiż; dik il-proprjetà għandha, għall-kalkolu ta’ dik it-taxxa, tiġi meqjusa bħal li kieku tinsab fil-pajjiż tad-domiċilju għal skopijiet ta’ taxxa, soġġett għad-drittijiet ta’ pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli ta’ dispożizzjonijiet ta’ konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-tassazzjoni doppja.

Kull residenza miksuba unikament minħabba l-qadi ta’ dmirijiet fis-servizz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ma għandhiex titqies fl-applikazzjoni taż-żewġ paragrafi preċedenti.

10.Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-membri tal-persunal tal-Aġenzija unikament fl-interessi tal-Aġenzija.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jkollu l-obbligu li jneħħi l-immunità mogħtija lil wieħed mill-membri tal-persunal tiegħu f’kull każ fejn tali immunità timpedixxi l-kors tal-ġustizzja u kulfejn huwa jqis li t-tneħħija ta’ dik l-immunità ma tmurx kontra l-interessi tal-Aġenzija jew tal-Unjoni.

11.L-Aġenzija għandha, għall-fini tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, tikkoopera mal-awtoritajiet responsabbli tal-pajjiżi assoċjati jew tal-Istati Membri konċernati.

Appendiċi 1 tal-Anness II

In-Norveġja:

L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata permezz ta’ rifużjoni.

Ir-rifużjoni tal-VAT għandha tingħata fuq preżentazzjoni tal-formoli Norveġiżi pprovduti għal dan il-għan lid-Diviżjoni Ewlenija tal-Eżattorija tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa Norveġiża (Skatt Øst). Bħala regola, applikazzjonijiet għal rifużjoni għandhom jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jkunu ġew ippreżentati flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa.

L-eżenzjoni mid-dazji tas-sisa u minn taxxi indiretti oħra għandha tingħata permezz ta’ rifużjoni. L-istess proċedura għandha tapplika bħal fil-każ ta’ rifużjonijiet tal-VAT.

Appendiċi 2 tal-Anness II

L-Iżlanda:

L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata permezz ta’ rifużjoni.

L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz tax-xiri effettiv tal-oġġetti u tas-servizzi msemmija fil-fattura jew f’dokument ekwivalenti jkun ilaħħaq talanqas 36.400 krona Iżlandiża (taxxa inkluża).

Ir-rifużjoni tal-VAT għandha tingħata fuq preżentazzjoni tal-formoli Iżlandiżi pprovduti għal dan il-għan lid-Direttorat Iżlandiż għad-Dħul Intern (Ríkisskattstjóri). Bħala regola, applikazzjonijiet għal rifużjoni għandhom jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jkunu ġew ippreżentati flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa.

L-eżenzjoni mid-dazji tas-sisa u minn taxxi indiretti oħra għandha tingħata permezz ta’ rifużjoni. L-istess proċedura għandha tapplika fil-każ ta’ rifużjonijiet tal-VAT.

Appendiċi 3 tal-Anness II

L-Iżvizzera:

L-eżenzjoni mill-VAT, mid-dazju tas-sisa u minn kwalunkwe taxxa indiretta oħra għandha tingħata permezz ta’ remissjoni fuq preżentazzjoni tal-formoli Żvizzeri pprovduti għal dan il-għan lill-fornitur tal-oġġetti jew tas-servizzi.

L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz tax-xiri effettiv tal-oġġetti u tas-servizzi msemmija fil-fattura jew f’dokument ekwivalenti jkun ilaħħaq talanqas 100 frank Svizzeru (taxxa inkluża).

Appendiċi 4 tal-Anness II

Il-Liechtenstein:

L-eżenzjoni mill-VAT, mid-dazju tas-sisa u minn kwalunkwe taxxa indiretta oħra għandha tingħata permezz ta’ remissjoni fuq preżentazzjoni tal-formoli tal-Liechtenstein provduti għal dan il-għan lill-fornitur tal-oġġetti jew tas-servizzi.

L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz tax-xiri effettiv tal-oġġetti u tas-servizzi msemmija fil-fattura jew f’dokument ekwivalenti jkun ilaħħaq talanqas 100 frank Svizzeru (taxxa inkluża).



ANNESS III

Kontroll finanzjarju fir-rigward ta’ parteċipanti Żvizzeri fl-attivitajiet tal-Aġenzija

Artikolu 1
Komunikazzjoni diretta

L-Aġenzija u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew mal-entitajiet kollha stabbiliti fl-Iżvizzera u parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija, bħal kuntratturi, parteċipanti fi programmi tal-Aġenzija, destinatarji ta’ pagamenti mill-Aġenzija jew mill-baġit tal-UE, jew sottokuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jibagħtu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma mitluba jippreżentaw abbażi tal-istrumenti msemmija f’dan l-Arranġament u ta’ kuntratti jew ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dawn direttament lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Aġenzija.

Artikolu 2
Awditjar

1.Skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 10 , ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej 11 u l-istrumenti l-oħra msemmija f’dan l-Arranġament, kuntratti jew ftehimiet konklużi u deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprevedu t-twettiq ta’ awditjar xjentifiku, finanzjarju, teknoloġiku jew awditjar ieħor fi kwalunkwe ħin fuq il-propjetà tal-benefiċjarji u tas-sottokuntratturi tagħhom minn uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni Ewropea jew minn persuni oħrajn imqabbda mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni Ewropea.

2.L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni Ewropea u l-persuni oħra mqabbda mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni Ewropea għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, għax-xogħlijiet u għad-dokumenti u għall-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex iwettqu t-tali awditjar, inkluż f’forma elettronika. Dan id-dritt ta’ aċċess għandu jkun iddikjarat b’mod espliċitu fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi biex jiġu implimentati l-istrumenti msemmija f’dan l-Arranġament.

3.Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni Ewropea.

4.L-awditjar jista’ jsir sa ħames snin wara l-iskadenza ta’ dan l-Arranġament jew skont it-termini tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

5.L-Uffiċċju Federali tal-Awditjar Żvizzeru għandu jiġi mgħarraf minn qabel dwar awditjar li jsir fit-territorju Żvizzeru. Din l-informazzjoni ma għandhiex tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta’ tali awditjar.

Artikolu 3
Verifiki fuq il-post

1.Fil-qafas ta’ dan l-Arranġament, il-Kummissjoni Ewropea (OLAF) tista’ twettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq territorju Żvizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bil-għan li tistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

2.Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitmexxew mill-OLAF f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali tal-Awditjar Żvizzeru jew ma’ awtoritajiet kompetenti Żvizzeri oħra maħtura mill-Uffiċċju Federali tal-Awditjar Żvizzeru, li għandhom jiġu mgħarrfa fi żmien xieraq dwar l-objettiv, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dak il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u fl-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.Jekk l-awtoritajiet Żvizzeri kkonċernati jkunu jixtiequ, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b’mod konġunt mill-OLAF u minnhom.

4.Fejn il-parteċipanti fil-programm jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, filwaqt li jaġixxu skont ir-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu lill-investigaturi tal-OLAF kull għajnuna li jkunu jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dover tagħhom fit-twettiq ta’ verifika jew ta’ spezzjoni fuq il-post.

5.L-OLAF għandu jirrapporta malajr kemm jista’ jkun lill-Uffiċċju Federali tal-Awditjar Żvizzeru jew lill-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri oħra maħtura mill-Uffiċċju Federali tal-Awditjar Żvizzeru kwalunkwe fatt jew suspett marbut ma’ irregolarità li jkun ġie għall-attenzjoni tiegħu matul il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post. Fi kwalunkwe każ l-OLAF għandu jgħarraf lill-awtoritajiet imsemmija hawn fuq bir-riżultat ta’ tali verifiki u spezzjonijiet.

Artikolu 4
Informazzjoni u konsultazzjoni

1.Għall-finijiet tal-implimentazzjoni xierqa ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u tal-UE għandhom jiskambjaw informazzjoni b’mod regolari u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet.

2.L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jgħarrfu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kull fatt jew suspett li jkun ġie għall-attenzjoni tagħhom relatat ma’ xi irregolarità b’rabta mal-konklużjoni u mal-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f’dan l-Arranġament.

Artikolu 5
Kunfidenzjalità

Informazzjoni komunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont dan l-Anness għandha tkun koperta bis-segretezza professjonali u protetta bl-istess mod kif informazzjoni simili hija protetta mil-liġi Żvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-UE.

Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi komunikata lil persuni oħra ħlief lil dawk fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE, fl-Istati Membri, jew fl-Iżvizzera li l-funzjonijiet tagħhom jeħtieġu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista’ tintuża għal skopijiet oħra apparti sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6
Miżuri u penali amministrattivi

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, l-Aġenzija jew il-Kummissjoni Ewropea jistgħu jimponu miżuri u penali amministrattivi skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 12 , ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni 13 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea 14 .

Artikolu 7
Irkupru u infurzar

Deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni Ewropea li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Arranġament li jimponu obbligu pekunarju fuq persuni li mhumiex Stati għandhom ikunu infurzabbli fl-Iżvizzera. L-ordni ta’ infurzar għandu jinħareġ, mingħajr ebda kontroll ieħor ħlief il-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li għandha tgħarraf lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan. L-infurzar għandu jseħħ f’konformità mar-regoli ta’ proċedura Żvizzeri. Il-legalità tad-deċiżjoni ta’ infurzar għandha tkun soġġetta għal kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Sentenzi li jingħataw mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ għandhom ikunu infurzabbli taħt l-istess kundizzjonijiet.



ANNESS IV

Kontroll finanzjarju fir-rigward ta’ parteċipanti mil-Liechtenstein fl-attivitajiet tal-Aġenzija

Artikolu 1
Komunikazzjoni diretta

L-Aġenzija u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew mal-entitajiet kollha stabbiliti fil-Liechtenstein u parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija, bħal kuntratturi, parteċipanti fi programmi tal-Aġenzija, destinatarji ta’ pagamenti mill-Aġenzija jew mill-baġit tal-UE, jew sottokuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jibagħtu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma mitluba jippreżentaw abbażi tal-istrumenti msemmija f’dan l-Arranġament u ta’ kuntratti jew ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dawn direttament lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Aġenzija.

Artikolu 2
Awditjar

1.Skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 15 , ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej 16 u l-istrumenti l-oħra msemmija f’dan l-Arranġament, kuntratti jew ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fil-Liechtenstein jistgħu jipprevedu t-twettiq ta’ awditjar xjentifiku, finanzjarju, teknoloġiku jew awditjar ieħor fi kwalunkwe ħin fuq il-propjetà tal-benefiċjarji u tas-sottokuntratturi tagħhom minn uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni Ewropea jew minn persuni oħrajn imqabbda mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni Ewropea.

2.L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni Ewropea u persuni oħra mqabbda mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni Ewropea għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, għax-xogħlijiet u għad-dokumenti u għall-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex iwettqu t-tali awditjar, inkluż f’forma elettronika. Dan id-dritt ta’ aċċess għandu jkun iddikjarat b’mod espliċitu fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi biex jiġu implimentati l-istrumenti msemmija f’dan l-Arranġament.

3.Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni Ewropea.

4.L-awditjar jista’ jsir sa ħames snin wara l-iskadenza ta’ dan l-Arranġament jew skont it-termini tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

5.L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Liechtenstein għandu jiġi mgħarraf minn qabel dwar awditjar li jsir fit-territorju tal-Liechtenstein. Din l-informazzjoni ma għandhiex tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta’ tali awditjar.

Artikolu 3
Verifiki fuq il-post

1.Fil-qafas ta’ dan l-Arranġament, il-Kummissjoni Ewropea (OLAF) tista’ twettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju tal-Liechtenstein, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 u fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bil-għan li tistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività oħra illegali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

2.Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitmexxew mill-OLAF f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Liechtenstein jew ma’ awtoritajiet kompetenti oħra fil-Liechtenstein maħtura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar, li għandhom jiġu mgħarrfa fi żmien xieraq dwar l-objettiv, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-kontrolli u tal-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dak il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti fil-Liechtenstein jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u fl-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.Jekk l-awtoritajiet ikkonċernati tal-Liechtenstein ikunu jixtiequ, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b’mod konġunt mill-OLAF u minnhom.

4.Fejn il-parteċipanti fil-programm jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet tal-Liechtenstein, filwaqt li jaġixxu skont ir-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu lill-investigaturi tal-OLAF kull għajnuna li jkunu jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dover tagħhom fit-twettiq ta’ verifika jew ta’ spezzjoni fuq il-post.

5.L-OLAF għandu jirrapporta malajr kemm jista’ jkun lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Liechtenstein jew lil awtoritajiet kompetenti oħra tal-Liechtenstein maħtura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Liechtenstein kwalunkwe fatt jew suspett marbut ma’ irregolarità li jkun ġie għall-attenzjoni tiegħu matul il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post. Fi kwalunkwe każ l-OLAF għandu jgħarraf lill-awtoritajiet imsemmija hawn fuq bir-riżultat ta’ tali verifiki u spezzjonijiet.

Artikolu 4
Informazzjoni u konsultazzjoni

1.Għall-finijiet tal-implimentazzjoni xierqa ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti tal-Liechtenstein u tal-UE għandhom jiskambjaw informazzjoni b’mod regolari u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet.

2.L-awtoritajiet kompetenti tal-Liechtenstein għandhom jgħarrfu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni Ewropea mingħajr dewmien dwar kull fatt jew suspett li jkun ġie għall-attenzjoni tagħhom relatat ma’ xi irregolarità b’rabta mal-konklużjoni u mal-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f’dan l-Arranġament.

Artikolu 5
Kunfidenzjalità

Informazzjoni komunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma abbażi ta’ dan l-Anness għandha tkun koperta bis-segretezza professjonali u protetta bl-istess mod kif informazzjoni simili hija protetta mil-liġi tal-Liechtenstein u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-UE. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi komunikata lil persuni oħra ħlief lil dawk fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE, fl-Istati Membri, jew fl-Iżvizzera li l-funzjonijiet tagħhom jeħtieġu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista’ tintuża għal skopijiet oħra apparti sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6
Miżuri u penali amministrattivi

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali tal-Liechtenstein, l-Aġenzija jew il-Kummissjoni Ewropea tista’ timponi miżuri u penali amministrattivi skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 17 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni 18 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea 19 .

Artikolu 7
Irkupru u infurzar

Deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni Ewropea fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Arranġament li jimponu obbligu pekunarju fuq persuni li mhumiex Stati għandhom ikunu infurzabbli fil-Liechtenstein. L-ordni ta’ infurzar għandu jinħareġ, mingħajr ebda kontroll ieħor ħlief il-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern tal-Liechtenstein, li għandha tgħarraf lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan. L-infurzar għandu jseħħ f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tal-Liechtenstein. Il-legalità tad-deċiżjoni ta’ infurzar għandha tkun soġġetta għal kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Sentenzi li jingħataw mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ għandhom ikunu infurzabbli bl-istess kundizzjonijiet.

(1)    ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(2)    ĠU L 93, 3.4.2001, p. 40.
(3)    ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(4)    ĠU L 53, 27.2.2008, p. 5.
(5)    ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(6)    ĠU L 160, 18.6.2011, p. 39.
(7)    ĠU L 286, 1.11.2011, p.1, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011, ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20.
(8)    ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(9)    Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw, ĠU L 74, 27.3.1969 p.1 kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 371/2009, ĠU L 121, 15.5.2009, p. 1.
(10)    ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(11)    ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008, ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23.
(12)    ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(13)    ĠU L 362, 31.12.2012,p. 1.
(14)    ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(15)    ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(16)    ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008, ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23.
(17)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(18)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29/10/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.
(19)    ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.