IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 5.7.2018
COM(2018) 518 final
2018/0281(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’rabta mal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim DS492 tad-WTO, Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
Wara r-rapport tal-bord tad-WTO adottat fid-19 ta’ April 2017 fil-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim DS492 tad-WTO Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam imressqa mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kontra l-Unjoni Ewropea, l-UE kienet meħtieġa tikkonforma mas-sejbiet. B’mod partikolari, il-bord sab li fl-allokazzjoni tal-kwantitajiet fi ħdan il-kwoti tariffarji lill-pajjiżi fornituri skont ir-regoli tad-WTO, l-UE kellha tikkunsidra bħala “fattur speċjali” il-kapaċità akbar li ċ-Ċina tesporta prodotti tal-pollam lejn l-UE wara l-illaxkar tal-miżuri sanitarji f’Lulju 2008. Il-perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-implimentazzjoni tar-Rapport tal-Bord skont ir-regoli tad-WTO beda fid-19 ta’ April 2017.
Fit-12 ta’ Marzu 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati dwar soluzzjoni bi qbil reċiproku (“MAS” - mutually agreed solution) maċ-Ċina. In-negozjati maċ-Ċina rriżultaw f’abbozz ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri li ġie inizjalat fit-18 ta’ Ġunju 2018 f’Geneva (“il-Ftehim”). Il-Ftehim jenħtieġ li jirrispetta d-drittijiet ta’ fornituri oħra, li dwarhom intlaħaq qbil fil-kuntest tan-negozjati tal-passat skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT. Jeħtieġ ukoll li l-Kummissjoni taħseb f’ġestjoni tal-kwoti tariffarji trasparenti u xierqa.
It-Tajlandja indikat li taqbel mal-allokazzjonijiet ta’ TRQs liċ-Ċina kif stabbilit fil-Ftehim u nistennew li nirċievu konferma bil-miktub fi żmien qasir (u fi kwalunkwe każ qabel l-iffirmar formali ta’ dan il-Ftehim)
B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi lill-Kunsill li jadotta deċiżjoni biex jikkonkludi l-Ftehim.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Mhux applikabbli – il-miżura hija meħuda biex jiġi implimentat ir-Rapport tal-Bord tad-WTO, obbligu tal-Unjoni skont il-Ftehim tad-WTO.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Mhux applikabbli – il-miżura hija meħuda biex jiġi implimentat ir-Rapport tal-Bord tad-WTO, obbligu tal-Unjoni skont il-Ftehim tad-WTO.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
L-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), flimkien mal-Artikolu 218(6) TFUE dwar il-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, l-Artikolu 3(1)(e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.
•Proporzjonalità
Il-miżura hija meħuda biex jiġi implimentat ir-Rapport tal-Bord tad-WTO, obbligu tal-Unjoni skont il-Ftehim tad-WTO.
•Għażla tal-istrument
Skont l-Artikolu 218(6) TFUE, tenħtieġ Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-konklużjoni tal-Ftehim.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Mhux applikabbli – il-miżura hija meħuda biex jiġi implimentat ir-Rapport tal-Bord tad-WTO, obbligu tal-Unjoni skont il-Ftehim tad-WTO.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Pubblikazzjoni tal-pjan direzzjonali, konsultazzjoni regolari mal-industrija, mal-partijiet ikkonċernati u mal-Istati Membri. Fil-feedback tagħha, li wasal f’Jannar 2018 wara l-pubblikazzjoni tal-pjan direzzjonali, European Poultry, Egg and Game Association (EPEGA) iddikjarat biċ-ċar l-appoġġ tagħha għall-ftuħ ta’ dawn il-kwoti addizzjonali.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Mhux applikabbli – il-miżura hija meħuda biex jiġi implimentat ir-Rapport tal-Bord tad-WTO, obbligu tal-Unjoni skont il-Ftehim tad-WTO.
•Valutazzjoni tal-impatt
Mhux applikabbli – il-miżura hija meħuda biex jiġi implimentat ir-Rapport tal-Bord tad-WTO, obbligu tal-Unjoni skont il-Ftehim tad-WTO.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Mhux applikabbli – il-miżura hija meħuda biex jiġi implimentat ir-Rapport tal-Bord tad-WTO, obbligu tal-Unjoni skont il-Ftehim tad-WTO.
•Drittijiet fundamentali
Mhux applikabbli.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Ara d-Dikjarazzjoni Finanzjarja.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill li l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri maċ-Ċina jiġi konkluż f’isem l-Unjoni.
Ir-riżultati tal-Ftehim huma kif ġej:
L-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ dawn il-Kwoti Tariffarji (TRQ):
TRQ ta’ 6 060 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3929 (b’allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta’ 6 000 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha), b’rata ta’ dazju ta’ 10,9 % fi ħdan il-kwota
TRQ ta’ 660 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3985 (b’allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta’ 600 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha), b’rata ta’ dazju ta’ 10,9 % fi ħdan il-kwota
TRQ erga omnes ta’ 5 000 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3219, b’rata ta’ dazju ta’ 8 % fi ħdan il-kwota
Il-Kummissjoni se tadotta Regolamenti ta’ Implimentazzjoni biex tespandi u tamministra l-kwoti rilevanti, skont l-Artikolu 187(a) tar-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq Unika (OKS) (ir-Regolament (KE) Nru 1308/2013).
Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni qed jitħejjew b’mod parallel ma’ din il-proposta.
Ladarba jinfetħu l-kwoti, l-UE u ċ-Ċina se jinnotifikaw il-Ftehim lill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO bħala soluzzjoni bi qbil reċiproku fir-rigward fit-tilwima DS492.
2018/0281 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’rabta mal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim DS492 tad-WTO, Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1)Fit-12 ta’ Marzu 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati dwar soluzzjoni bi qbil reċiproku maċ-Ċina bħala parti mill-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim DS492, Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam.
(2)Dawk in-negozjati ġew konklużi u fit-18 ta’ Ġunju 2018 ġie inizjalat Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina.
(3)Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fi […], soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, b’konformita mad-Deċiżjoni tal-Kunsill […]
(4)Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat f’isem l-Unjoni Ewropea,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’rabta ma’ DS492 Unjoni Ewropea – Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna bis-setgħa li tipproċedi, f’isem l-Unjoni, li tagħti n-notifika stipulata fil-Ftehim.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
|
Anness
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
|
FinancSt/18/2693597
CM/aj
|
|
|
6.146.2018.1
agri.ddg1.a.2(2018)2631461
|
|
|
DATA: 07/05/2018
|
|
1.
|
INTESTATURA TAL-BAĠIT:
Kapitolu 12 – Dazji doganali u dazji oħrajn
|
APPROPRJAZZJONIJIET:
EUR 22 844 miljun
|
|
2.
|
TITOLU: Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’rabta mal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim DS492 tad-WTO Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam
|
|
3.
|
BAŻI ĠURIDIKA: It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(5)
|
|
4.
|
GĦANIJIET: li jiftaħ il-kwoti tariffarji fuq ċerti prodotti tal-laħam tal-pollam b’allokazzjoni speċifika ta’ kwantitajiet liċ-Ċina u kwantitajiet għall-oħrajn kollha, wara l-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO DS492
|
|
5.
|
IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI
|
IL-PERJODU FINANZJARJU ATTWALI
2018
(EUR miljun)
|
SENA FINANZJARJA
2019
(EUR miljun)
|
IS-SNIN FINANZJARJI TA’ WARA
2020 u wara
(EUR miljun)
|
|
5.0
|
NEFQA
-
IDDEBITATA LILL-BAĠIT TAL-UE
(GĦAR-RIFUŻJONIJIET/GĦALL-INTERVENTI)
-
AWTORITAJIET NAZZJONALI
-
OĦRAJN
|
MHUX APPLIKABBLI
|
-
|
-
|
|
5.1
|
DĦUL
-
RIŻORSI PROPRJI TAL-UE
(MILL-IMPOSTI/MID-DAZJI DOGANALI)
-
NAZZJONALI
|
-
|
-8,2
|
-8,2
|
|
5.2
|
METODU TAL-KALKOLU: ara l-osservazzjonijiet
|
|
6.0
|
IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI?
|
IVA LE
|
|
6.1
|
IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI?
|
IVA LE
|
|
6.2
|
SE JKUN HEMM BŻONN TA’ BAĠIT SUPPLIMENTARI?
|
IVA LE
|
|
6.3
|
SE JKUN HEMM BŻONN LI JIDDAĦĦLU L-APPROPRJAZZJONIJIET F’BAĠITS FUTURI?
|
IVA LE
|
|
OSSERVAZZJONIJIET:
Il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq in-nefqa.
It-telf teoretiku tar-riżorsi proprji, filwaqt li jitqies it-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir, jammonta għal EUR 8,2 miljun. Dan jissejjes fuq is-suppożizzjoni li l-kwantitajiet totali mogħtija fil-konċessjonijiet (11720 tunnellata) kienu jiġu importati wkoll bl-applikazzjoni tat-tariffa sħiħa ta’ 86,7 EUR/100kg, li kienet twassal għal ammont totali ta’ riżorsi proprji, nett tal-kostijiet tal-ġbir, ta’ EUR 11,2-il miljun.
Il-konċessjoni mogħtija għandha tirriżulta f’ammont ta’ riżorsi proprji, nett tal-kostijiet tal-ġbir ta’ EUR 3 miljun.
|
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell,5.7.2018
COM(2018) 518 final
ANNESS
tal-
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’rabta mal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim DS492 tad-WTO, Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam
ANNESS
FTEHIM FIL-FORMA TA' SKAMBJU TA’ ITTRI
Bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fir-rigward ta’ DS492: L-Unjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam
A. Ittra mill-Unjoni Ewropea
Eċċellenza,
Għandi l-unur niktiblek biex ninfurmak dwar it-tilwima tad-WTO msemmija hawn fuq u r-riżultati tan-negozjati tagħna lejn soluzzjoni bi qbil reċiproku.
L-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ dawn il-Kwoti Tariffarji (TRQ):
TRQ ta’ 6 060 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3929 (b’allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta’ 6 000 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha), b’rata ta’ dazju ta’ 10,9 % fi ħdan il-kwota
TRQ ta’ 660 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3985 (b’allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta’ 600 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha), b’rata ta’ dazju ta’ 10,9 % fi ħdan il-kwota
TRQ erga omnes ta’ 5 000 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3219, b’rata ta’ dazju ta’ 8 % fi ħdan il-kwota
L-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina għandhom jinnotifikaw lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim. Il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika. L-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ it-TRQs imsemmija hawn fuq mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim.
Wara l-ftuħ tat-TRQs, l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina għandhom jinnotifikaw dan il-ftehim lill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (DSB - Dispute Settlement Body) bħala soluzzjoni bi qbil reċiproku skont l-Artikolu 3.6 tad-DSU f’rabta ma’ DS492 Unjoni Ewropea – Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam. Abbażi ta’ dan, iċ-Ċina tikkonferma li, fir-rigward ta’ DS492, la se titlob il-bidu tal-proċeduri skont l-Artikolu 21.5 tad-DSU u lanqas ma se titlob is-sospensjoni tal-konċessjonijiet jew obbligi oħra skont l-Artikolu 22.6 tad-DSU, sakemm l-Unjoni Ewropea tkun konformi mal-obbligi kollha tagħha skont dan il-Ftehim.
Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma’ dan ta’ hawn fuq.
Għandi l-unur nipproponi li, jekk dan ta’ hawn fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Dejjem tiegħek.
Cc. It-Tajlandja
F’isem l-Unjoni Ewropea
B. Ittra miċ-Ċina
Eċċellenza,
Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid hekk:
“Għandi l-unur niktiblek biex ninfurmak dwar it-tilwima tad-WTO msemmija hawn fuq u r-riżultati tan-negozjati tagħna lejn soluzzjoni bi qbil reċiproku.
L-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ dawn il-Kwoti Tariffarji (TRQ):
TRQ ta’ 6 060 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3929 (b’allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta’ 6 000 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha), b’rata ta’ dazju ta’ 10,9 % fi ħdan il-kwota
TRQ ta’ 660 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3985 (b’allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta’ 600 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha), b’rata ta’ dazju ta’ 10,9 % fi ħdan il-kwota
TRQ erga omnes ta’ 5 000 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3219, b’rata ta’ dazju ta’ 8 % fi ħdan il-kwota
L-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina għandhom jinnotifikaw lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim. Il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika. L-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ it-TRQs imsemmija hawn fuq mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim.
Wara l-ftuħ tat-TRQs, l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina għandhom jinnotifikaw dan il-ftehim lill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (DSB - Dispute Settlement Body) bħala soluzzjoni bi qbil reċiproku skont l-Artikolu 3.6 tad-DSU f’rabta ma’ DS492 Unjoni Ewropea – Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam. Abbażi ta’ dan, iċ-Ċina tikkonferma li, fir-rigward ta’ DS492, la se titlob il-bidu tal-proċeduri skont l-Artikolu 21.5 tad-DSU u lanqas ma se titlob is-sospensjoni tal-konċessjonijiet jew obbligi oħra skont l-Artikolu 22.6 tad-DSU, sakemm l-Unjoni Ewropea tkun konformi mal-obbligi kollha tagħha skont dan il-Ftehim.”
B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi ma’ din l-ittra.
F’isem ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina