IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 2.7.2018
COM(2018) 499 final
2018/0263(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (kodifikazzjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 2.7.2018
COM(2018) 499 final
2018/0263(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (kodifikazzjoni)
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI
1.Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lissimplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.
Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati rregoli attwalment fis-seħħ.
Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.
2.Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet 1 li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw ittesti li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li ddispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.
3.Dan ġiet kkonfermat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) 2 , filwaqt li saħqu fuq l-importanza talkodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal materja partikolari f’mument partikolari.
Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għalladozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.
Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati, ilParlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li tista’ tintuża proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.
4.L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tarRegolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għallKontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd 3 . IrRegolament ilġdid jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih 4 ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss l-emendi formali meħtieġa milleżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.
5.Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, f24 lingwi uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 768/2005 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, ilkorrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher fit-tabella li tinsab flAnness II tar-Regolament ikkodifikat.
ê 768/2005 (adattat)
è1 2016/1626 Art. 1.1
2018/0263 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
Ö dwar Õ è1 l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd ç (kodifikazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat Ö dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 43(2) Õ tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 5 ,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
ê
(1)Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 ġie emendat kemm-il darba 7 b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dak irRegolament għandu jiġu kkodifikat.
ê 768/2005 premessa 1
(2)Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 , jeħtieġ li lIstati Membri jiżguraw kontroll, spezzjoni u infurzar tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd ikunu effettivi u li jikkoperaw flimkien u ma’ pajjiżi terzi għal dak il-għan.
ê 768/2005 premessa 2 (adattat)
(3)Sabiex jitwettqu Ö dawk Õ l-obbligi huwa meħtieġ li l-Istati Membri jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom ta' kontroll u spezzjoni fit-territorju tal-art tagħhom, f'ibħra Ö tal-Unjoni Õ u dawk internazzjonali skond il-liġi internazzjonali u, b'mod partikolari, l-obbligi tal-Ö Unjoni Õ fil-qafas ta' organizzazzjonijiet tas-sajd reġjonali u taħt ftehim ma' pajjiżi terzi.
ê 768/2005 premessa 3
(4)L-ebda skema ta' spezzjoni ma tista' tkun effettiva a paragun tan-nefqa mingħajr ma tipprovdi għal spezzjonijiet fuq l-art. Huwa għal dik ir-raġuni li territorju tal-art għandu jkun kopert bi pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti.
ê 768/2005 premessa 4
(5)Tali koperazzjoni, permezz tal-koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni, għandha tkun ta’ kontribut għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi akwatiċi ħajjin kif ukoll tiżgura kundizzjonijiet indaqs għall-industrija tas-sajd involuta f’dan lisfruttar u b'hekk tnaqqas id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.
ê 768/2005 premessa 5
(6)Il-kontroll u l-ispezzjoni effettiva tas-sajd huma kkunsidrati bħala essenzjali biex jiġi miġġieled sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat.
ê 768/2005 premessa 6 (adattat)
(7)Mingħajr preġudizzju għar-reponsabbiltajiet tal-Istati Membri Ö skont ir- Õ Regolament (UE) Nru 1380/2013, hemm bżonn ta’ korp tekniku u amministrattiv Komunitarju sabiex jorganizza koperazzjoni u kordinazzjoni bejn l-Istati Membri rigward kontroll u spezzjoni tas-sajd.
ê 1224/2009 premessa 47 (adattat)
(8)L-Aġenzija Ö Ewropea Õ għall-Kontroll tas-Sajd Ö ('l-Aġenzija') jenħtieġ li tkun f'pożizzjoni li tappoġġja Õ l-implimentazzjoni uniformi tas-sistema ta’ kontroll talpolitika komuni tas-sajd, biex tkun żgurata l-organizzazzjoni tal-koperazzjoni operattiva, biex tingħata assistenza lill-Istati Membri u tiġi stabbilita unità ta’ emerġenza fejn jiġi identifikat riskju serju għall-politika komuni tas-sajd. Ö Jenħtieġ ukoll li tkun tista' Õ tipprovdi lilha nfisha bit-tagħmir neċessarju biex twettaq pjani konġunti ta’ skjerament u biex tikkoopera fl-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-UE.
ê 768/2005 premessa 9 (adattat)
(9)Huwa meħtieġ li l-Aġenzija, fuq talba tal-Kummissjoni, tkun kapaċi tassisti lÖ Unjoni Õ u l-Istati Membri fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi u/jew organizzazzjonjiet tas-sajd reġjonali u li tikkopera mal-awtoritajiet kompetenti tagħhom fi ħdan il-qafas tal-obbligi internazzjonali tal- Ö Unjoni Õ .
ê 768/2005 premessa 10 (adattat)
(10)Barra minn hekk, jenħtieġ li ssir ħidma lejn l-applikazzjoni effettiva tal-proċeduri ta' spezzjoni Ö tal-Unjoni Õ. Matul iż-żmien l-Aġenzija tista' ssir sors ta' referenza għall-għajnuna xjentifika u teknika għall-kontroll u l-ispezzjoni tal-attivitajiet tas-sajd.
ê 768/2005 premessa 11 (adattat)
(11)Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd, li għandha tipprovdi għallisfruttar sostenibbli tar-riżorsi akwatiċi ħajjin fil-kuntest ta' żvilupp sostenibbli, Ö l-Unjoni Õ tadotta miżuri li jikkonċernaw il-konservazzjoni, l-immaniġġar u lsfruttar ta' riżorsi akwatiċi ħajjin.
ê 768/2005 premessa 12 (adattat)
(12)Sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta' dawn il-miżuri iridu jiġu użati mezzi adegwati ta' kontroll u infurzar mill-Istati Membri. Sabiex tali kontroll u infurzar isir aktar effettiv u effiċjenti huwa xieraq li l-Kummissjoni, skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u flimkien ma'l-Istati Membri kkonċernati, tadotta programmi speċifiċi ta' kontroll u spezzjoni.
ê 768/2005 premessa 13
(13)Il-kordinazzjoni mill-Aġenzija tal-koperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri għandha ssir abbażi ta' pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunt, li jorganizzaw l-użu tal-mezzi disponibbli ta’ kontroll u spezzjoni tal-Istati Membri kkonċernati sabiex jagħtu effett lill-programmi ta’ kontroll u spezzjoni. L-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni talattivitajiet tas-sajd mill-Istati Membri għandhom jitwettqu bi qbil mal-kriterji, prijoritajiet, punti ta’ riferenza, u proċeduri komuni dwar l-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni abbażi ta’ dawk il-programmi
ê 768/2005 premessa 14
(14)L-adozzjoni ta' programm ta' kontroll u spezzjoni jobbliga lill-Istati Membri biex jipprovdu effettivament ir-riżorsi meħtieġa biex jitwettaq il-programm. Huwa meħtieġ għall-Istati Membri li jinnotifikaw mill-ewwel lill-Aġenzija bil-mezzi ta' kontroll u spezzjoni li bihom għandhom l-intenzjoni li jeżegwixxu tali programm. M' għandhom jinħolqu l-ebda obbligi addizzjonali, f'termini ta' kontroll, spezzjoni u infurzar jew firrigward ta' disponibbiltà ta' riżorsi meħtieġa f'dan il-kuntest, millpjanijiet ta' eżerċizzju konġunti.
ê 768/2005 premessa 15
(15)Pjan ta' eżerċizzju konġunt jenħtieġ li jkun preparat mill-Aġenzija biss jekk ikun previst fil-programm ta' ħidma.
ê 768/2005 premessa 16
(16)Il-programm ta' ħidma jenħtieġ li jiġi adottat mill-Bord Amministrattiv, li jiżgura li jintlaħaq konsensus suffiċjenti, inkluż fit-tqabbil tal-kompiti previsti għall-Aġenzija fil-programm ta' ħidma u r-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija, abbażi talinformazzjoni provduta mill-Istati Membri.
ê 768/2005 premessa 17 (adattat)
(17)Il-kompitu prinċipali tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun li jiżgura li filkonsultazzjonijiet tiegħu/tagħha mal-Membri tal-Bord u l-Istati Membri lambizzjonijiet Ö stabbiliti Õ fil-programm ta' ħidma għal kull sena jkunu jaqblu ma' riżorsi suffiċjenti biex jitwettaq il-programm ta' ħidma magħmula disponibbli għall-Aġenzija mill-Istati Membri.
ê 768/2005 premessa 18 (adattat)
(18)Id-Direttur Eżekuttiv għandu b'mod partikolari jfassal pjanijiet ta' eżerċizzju preċiżi billi juża r-riżorsi notifikati mill-Istati Membri għat-twettiq ta' kull programm ta' kontroll u spezzjoni u jirrispetta r-regoli u l-għanijiet imniżżla fil-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni li fuqu huwa bbażat il-programm ta' eżerċizzju konġunt, kif ukoll regoli relevanti oħra, bħal dawk relatati mal-Ispetturi Ö tal-Unjoni Õ .
ê 768/2005 premessa 19
(19)F'dan il-kuntest huwa meħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv jamministra ż-żminijiet b'tali mod li jagħti lill-Istati Membri żmien biżżejjed biex jipprovdu l-kummenti tagħhom, jibnu fuq il-kompetenza operattiva tagħhom, filwaqt li jibqgħu fi ħdan il-pjan ta' ħidma tal-Aġenzija u t-termini perentorji previsti f'dan ir-Regolament. Huwa meħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv jieħu kont tal-interess tal-Istati Membri konċernati fl-attivitajiet tas-sajd koperti minn kull pjan. Sabiex tiġi żgurata kordinazzjoni effiċjenti u fil-ħin tal-attivitajiet konġunti ta' kontroll u spezzjoni huwa meħtieġ li tiġi provduta proċedura li tippermetti deċiżjoni dwar l-adozzjoni tal-pjanijiet meta ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim bejn l-Istati Membri konċernati.
ê 768/2005 premessa 20 (adattat)
(20)Il-proċedura għat-tfassil u l-adozzjoni ta' pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti barra ibħra Ö tal-Unjoni Õ għandha tkun simili għal dik li tikkonċerna l-ibħra Ö talUnjoni Õ . Il-bażi għal tali pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti irid ikun programm internazzjonali ta' kontroll u spezzjoni li jagħti effett lill-obbligi internazzjonali relatati ma' kontroll u spezzjoni li jorbot lill-Komunità.
ê 768/2005 premessa 21
(21)Għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' eżerċizzju konġunt, l-Istati Membri konċernati għandhom jiġbru u jeżerċitaw il-mezzi ta' kontroll u spezzjoni li huma impenjaw għal tali pjanijiet. L-Aġenzija għandha tivvaluta jekk il-mezzi ta’ kontroll u spezzjoni disponibbli humiex biżżejjed u fejn xieraq tinforma lill-Istati Membri konċernati u lillKummissjoni li l-mezzi mhumiex biżżejjed biex jitwettqu l-kompiti meħtieġa taħt il-programm ta’ kontroll u spezzjoni.
ê 768/2005 premessa 22
(22)Filwaqt li l-Istati Membri għandhom jirrispettaw l-obbligi tagħhom relatati ma' spezzjoni u kontroll, b'mod partikolari taħt il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni adottat skond ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Aġenzija m' għandiex ikollha s-setgħa li timponi obbligi addizzjonali permezz ta' pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti jew li tissanzjona Stati Membri.
ê 768/2005 premessa 23
(23)L-Aġenzija għandha tirrevedi perjodikament l-effettività tal-pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunti.
ê 768/2005 premessa 24 (adattat)
(24)Huwa xieraq li jiġi provdut għall-possibiltà li jiġu adottati regoli ta' implimentazzjoni speċifiċi għall-adozzjoni u l-approvazzjoni ta' pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti. L-użu ta' din il-possibbiltà jista' jkun utli ladarba l-Aġenzija tkun bdiet topera u d-Direttur Eżekuttiv jikkunsidra li tali regoli għandhom jiġu stabbiliti fil-liġi Ö tal-Unjoni Õ .
ê 768/2005 premessa 25
(25)L-Aġenzija għandha jkollha d-dritt, meta hekk mitluba, li tipprovdi servizzi kuntrattwali relatati mal-mezzi ta’ kontroll u spezzjoni li għandhom jintużaw fleżerċizzju konġunt mill-Istati Membru konċernati.
ê 768/2005 premessa 26
(26)Għall-iskop tat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u lAġenzija għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti dwar il-kontroll u lispezzjoni permezz ta’ network ta’ informazzjoni.
ê 768/2005 premessa 27 (adattat)
(27)L-istatus u l-istruttura tal-Aġenzija għandhom jaqblu man-natura oġġettiva tar-riżultati li hija maħsuba li tipproduċi u għandhom jippermettula li twettaq il-funzjoni tagħha f’koperazzjoni stretta ma’ l-Istati Membri u mal-Kummissjoni. B'konsegwenza, lAġenzija għandha tingħata awtonomija legali, finanzjarja u amministrattiva filwaqt li fl-istess ħin iżżomm rabtiet stretti ma’ l-istituzzjonijiet Ö tal-Unjoni Õ u l-Istati Membri. Għal dak il-għan huwa meħtieġ u xieraq li lAġenzija għandha tkun korp Ö tal-Unjoni Õ b'personalità legali u teżerċita ssetgħat li huma mogħtija lilha minn dan ir-Regolament.
ê 768/2005 premessa 28 (adattat)
(28)Għar-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija, li hija regolata mil-liġi li tapplika għallkuntratti finalizzati mill-Aġenzija, il-Qorti tal-Ġustizzja Ö tal-Unjoni Ewropea Õ għandu jkollha ġurisdizzjoni bis-saħħa ta' kwalunkwe klawsola ta’ arbitraġġ li tkun tinsab fil-kuntratt. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha wkoll ġurisdizzjoni f' tilwim relatat mal-kumpens għal kwalunkwe dannu li joħroġ mirresponsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Aġenzija skond il-prinċipji ġenerali li huma komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri.
ê 768/2005 premessa 29
(29)Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rappreżentati fi ħdan Bord Amministrattiv inkarigat li jiżgura t-tħaddim korrett u effettiv tal-Aġenzija.
ê 768/2005 premessa 30
(30)Bord Konsultattiv għandu jinħoloq sabiex jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv u jiżgura koperazzjoni stretta ma' partijiet interessati.
ê 768/2005 premessa 31 (adattat)
(31)Ladarba l-Aġenzija għandha twettaq l-obbligi Ö tal-Unjoni Õ u, fuq talba talKummissjoni tikkopera ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet tas-sajd reġjonali fi ħdan il-qafas tal-obbligi internazzjonali tal- Ö Unjoni Õ, huwa xieraq li lPresident tal-Bord Amministrattiv għandu jkun elett minn fost ir-rappreżentanti talKummissjoni.
ê 768/2005 premessa 32
(32)Arranġamenti dwar il-votazzjoni fil-Bord Amministrattiv għandhom jagħtu każ talinteressi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fl-operat effettiv tal-Aġenzija.
ê 768/2005 premessa 33
(33)Huwa xieraq li ssir dispożizzjoni biex fid-deliberazzjonijiet tal-Bord Amministrattiv jipparteċipa rappreżentant tal-Bord Konsultattiv mingħajr drittijiet ta' votazzjoni.
ê 768/2005 premessa 34
(34)Huwa meħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-ħatra u r-revoka tad-Direttur Eżekuttiv talAġenzija kif ukoll għar-regoli li jirregolaw it-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu.
ê 768/2005 premessa 35
(35)Sabiex jiġi promoss tħaddim trasparenti tal-Aġenzija, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 jenħtieġ li japplika għallAġenzija mingħajr restrizzjonijiet.
ê 768/2005 premessa 36
(36)Fl-interess tal-ħarsien tal-privatezza tal-individwi, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 jenħtieġ li japplika għal dan ir-Regolament.
ê 768/2005 premessa 37 (adattat)
(37)Sabiex tkun garantita l-awtonomija funzjonali u l-indipendenza ta l-Aġenzija, jenħtieġ li tingħata budget awtonomu li d-dħul tiegħu jiġi minn kontribut mill-Ö Unjoni Õ kif ukoll minn ħlasijiet għal servizzi kuntrattwali mogħtija mill-Aġenzija. Il-proċedura baġitarja Ö tal-Unjoni Õ għandha tkun applikabbli safejn għandhom x' jaqsmu lkontribut Ö tal-Unjoni Õ u kwalunkwe sussidju ieħor a karigu tal-budget ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-awditjar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri.
ê 768/2005 premessa 38
(38)Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni, u attivitajiet illegali oħra, iddispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 għandhom japplikaw mingħajr ebda restrizzjoni għallAġenzija, li għandha taderixxi mal-Ftehim Inter-istituzzjonali tal25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lKummissjoni talKomunitajiet Ewropej fir-rigward ta’ investigazzjonijiet interni millUffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) 12 .
ê 768/2005 premessa 39
(39)Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u talKunsill 13 ,
ê 768/2005 (adattat)
è1 2016/1626 Art. 1.1
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
GĦAN U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Għan
Dan ir-Regolament Ö jagħmel dispożizzjoni biex ikun hemm Õ è1 Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd ç ('l-Aġenzija'), li l-għan tagħha huwa li torganizza kordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni tas-sajd mill-Istati Membri u li tgħinhom jikkoperaw sabiex jikkonformaw mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd sabiex tiġi żgurata lapplikazzjoni effettiva u uniformi tagħha.
ê 768/2005
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)“kontroll u spezzjoni” tfisser kwalunkwe miżura meħuda mill-Istati Membri, b'mod partikolari skond l-Artikoli 5, 11, 71, 91 u 117 u t-Titolu VII tar-Regolament talKunsill (KE) Nru 1224/2009 14 biex tikkontrolla u tispezzjona l-attivitajiet tas-sajd fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika komuni tas-sajd inklużi lttivitajiet ta’ sorveljanza u monitoraġġ bħal sistemi satellitari ta’ monitoraġġ tal-bastimenti u skemi ta’ osservaturi;
(b)“mezzi ta' kontroll u spezzjoni” tfisser il-bastimenti ta' sorveljanza, inġenji tal-ajru, vetturi u riżorsi materjali oħra kif ukoll spetturi, osservaturi u riżorsi umani oħra użati mill-Istati Membri għall-kontroll u l-ispezzjoni;
(ċ)“pjan ta' eżerċizzju konġunt” tfisser pjan li jistabbilixxi arranġamenti operattivi għall-użu ta’ mezzi disponibbli ta’ kontroll u spezzjoni;
ê 768/2005 (adattat)
(d)“programm internazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni” tfisser programm li jistabbilixxi għanijiet, prijoritajiet komuni u proċeduri għal attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni biex jiġu implimentati obbligi internazzjonali tal-Kummissjoni relatati mal-kontroll u l-ispezzjoni;
ê 768/2005
(e)“programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni” tfisser programm li jistabbilixxi għanijiet, prijoritajiet u proċeduri komuni għal attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni stabbiliti bi qbil mal-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;
ê 768/2005 (adattat)
(f)“attività ta' sajd” tfisser l-attivitajiet ta’ sajd kif definiti fl-Artikolu 4(1)(28) tarRegolament (UE) Nru 1380/2013;
(g)“spetturi tal-Ö Unjoni Õ” tfisser l-ispetturi inklużi fil-lista msemmija flArtikolu 79 tar-Regolament (KE) 1224/2009.
ê 768/2005
KAPITOLU II
IL-MISSJONI U L-KOMPITI TAL-AĠENZIJA
Artikolu 3
Missjoni
Il-missjoni tal-Aġenzija għandha tkun:
ê 768/2005 (adattat)
(a)li tikkordina l-kontroll u l-ispezzjoni minn Stati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ lobbligi ta’ kontroll u spezzjoni tal- Ö Unjoni Õ ;
(b)li tikkordina l-użu tal-mezzi nazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni miġbura mill-Istati Membri kkonċernati skond dan ir-Regolament;
(ċ)li tkun ta’ assistenza għall-Istati Membri fir-rappurtar ta’ informazzjoni dwar attivitajiet ta’ sajd u attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni lill-Kummissjoni u partijiet terzi;
(d)li, fil-qasam tal-kompetenzi tagħha, tkun ta’ assistenza għall-Istati Membri biex iwettqu l-kompiti u l-obbligi tagħhom skont ir-regoli tal-politika komuni tassajd;
(e)li tkun ta' assistenza għall-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-armonizzazzjoni talapplikazzjoni tal-politika komuni tas-sajd f'kull parti tal- Ö Unjoni Õ ;
(f)li tagħti kontribut fix-xogħol tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fil-qasam tarriċerka u żvilupp ta' tekniki ta' kontroll u spezzjoni;
(g)li tagħti kontribut għall-kordinazzjoni ta' taħriġ għal spetturi u l-iskambju ta' esperjenza bejn l-Istati Membri;
(h)li tikkoordina l-operazzjonijiet biex jiġi miġġieled sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat Ö (IUU) Õ skond ir-regoli tal- Ö Unjoni Õ ;
ê 1224/2009 Art. 120.1 (adattat)
(i)li tassisti fl-implimentazzjoni uniformi tas-sistema ta’ kontroll tal-politika komuni tas-sajd, inkluż b’mod partikolari:
–l-organizzazzjoni ta’ koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet tal-kontroll millIstati Membri għall-implimentazzjoni ta’ programmi speċifiċi ta’ kontroll u spezzjoni, programmi ta’ kontroll relatati mas-sajd IUU u programmi internazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni;
–l-ispezzjonijiet kif meħtieġa biex jitwetqu l-kompiti tal-Aġenzija skont lArtikolu 19;
ê 2016/1626 Art. 1.2
(j)li tikkoopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, stabbilita mir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 , kull waħda skont il-mandat tagħha, biex tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta kif stabbilit fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, billi tagħtihom servizzi, informazzjoni, tagħmir u taħriġ u billi tikkoordina operazzjonijiet li jaqdu aktar minn għan wieħed.
ê 768/2005 (adattat)
Artikolu 4
Kompiti relatati mal-obbligi internazzjonali tal-Ö Unjoni Õ relatati mal-kontroll u lispezzjoni
1. L-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni:
(a)tkun ta’ assistenza għall-Ö Unjoni Õ u l-Istati Membri fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet tas-sajd reġjonali internazzjonali li tagħhom Ö l-Unjoni Õ hija membru;
(b)tikkopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-organizzazzjonijiet tas-sajd internazzjonali reġjonali rigward l-obbligi ta’ kontroll u spezzjoni tal-Ö Unjoni Õ fil-qafas ta’ arranġamenti ta’ ħidma konklużi ma’ tali korpi.
2. L-Aġenzija tista’, fuq talba tal-Kummissjoni, tikkopera mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kontroll u spezzjoni fil-qafas ta’ ftehim konklużi bejn Ö l-Unjoni Õ u tali pajjiżi Ö terzi Õ .
3. L-Aġenzija tista, fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tagħha, twettaq f’isem l-Istati Membri lkompiti li jaqgħu taħt ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd li l-Ö Unjoni Õ tifforma parti minnhom.
Artikolu 5
Kompiti relatati mal-koordinazzjoni operattiva
ê 1224/2009 Art. 120.2(a)
1. Il-koordinazzjoni operattiva mill-Aġenzija għandha tkopri l-kontroll tal-attivitajiet kollha koperti mill-politika komuni tas-sajd.
ê 768/2005
2. Għal għanijiet ta' koordinazzjoni operattiva, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti u torganiżża kordinazzjoni operattiva ta' kontroll u spezzjoni mill-Istati Membri skond il-Kapitolu III.
ê 1224/2009 Art. 120.2(b)
3. Għall-fini tat-tisħieħ tal-koordinazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija tista’ tistabbilixxi pjani operattivi mal-Istati Membri kkonċernati u tikkoordina limplimentazzjoni tagħhom.
ê 768/2005 (adattat)
Artikolu 6
L-għoti ta’ servizzi kuntrattwali lil Stati Membri
Fuq talba ta’ Stati Membri, l-Aġenzija tista’ tipprovdi servizzi kuntrattwali, li għandhom x’jaqsmu mal-kontroll u l-ispezzjoni f’relazzjoni mal-obbligi tagħhom rigward issajd Ö fl-Unjoni Õ u/jew f’ibħra internazzjonali, inkluż il-kiri, l-operat u lgħoti ta' persunal għall-pjattaformi ta’ kontroll u spezzjoni u l-forniment ta’ osservaturi għal operazzjonijiet konġunti mill-Istati Membri konċernati.
ê 1224/2009 Art. 120.3 (adattat)
Artikolu 7
Assistenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri
L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiġi żgurat tal-obbligi tagħhom skont ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd inkluża l-ġlieda kontra s-sajd IUU u rrelazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi jiġu sodisfatti bl-aqwa mod, uniformi u effikaċi. LAġenzija għandha b’mod partikolari:
(a)tistabbilixxi u tiżviluppa kurrikulu ċentrali għat-taħriġ tal-għalliema fl-ispettorat tassajd tal-Istati Membri u tipprovdi korsijiet ta’ taħriġ u seminars addizzjonali għal dawk l-uffiċjali u persunal ieħor involvuti fl-attivitajiet ta’ kontroll u ta’ spezzjoni;
(b)tistabbilixxi u tiżviluppa kurrikulu ċentrali għat-taħriġ tal-ispetturi talÖ Unjoni Õ qabel l-ewwel skjerament tagħhom u tipprovdi taħriġ u seminars addizzjonali aġġornati fuq bażi regolari għal dawk l-uffiċjali;
(c)fuq it-talba tal-Istati Membri, timpenja lilha nnifisha fl-akkwist konġunt tal-oġġetti u s-servizzi relatati mal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni mill-Istati Membri kif ukoll tipprepara u tikoordina l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-proġetti pilota konġunti;
(d)tipprepara proċeduri operattivi konġunti relatati mal-attivitajiet ta’ kontroll u ispezzjoni konġunti li jimpenjaw żewġ Stati Membri jew aktar;
(e)telabora kriterji għall-iskambju tal-mezzi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni bejn l-Istati Membri u bejn Stati Membri u pajjiżi terzi u għall-provvista ta’ dawk il-mezzi milltati Membri;
(f)tagħmel analiżi tar-riskju abbażi tad-data tas-sajd dwar il-qabdiet, l-iżbarki u l-isforz tas-sajd, kif ukoll analiżi tar-riskju tal-iżbarki mhux rapportati inkluż fost l-oħrajn paragun tad-data dwar il-qabdiet u l-importazzjonijiet mad-data dwar lesportazzjonijiet u dwar il-konsum nazzjonali;
(g)fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Istati Membri tiżviluppa metodoloġiji u proċeduri komuni ta’ spezzjoni;
(h)tassisti lill-Istati Membri, fuq it-talba tagħhom, biex jikkonformaw malobbligazzjonijiet tagħhom tal-Ö Unjoni Õ kif ukoll dawk internazzjonali inkluża l-ġlieda kontra s-sajd IUU u dawk li jirriżultaw fil-kuntest talorganizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd;
(i)tippromwovi u tikkoordina l-iżvilupp ta’ metodoloġiji uniformi ta’ ġestjoni tarriskju fil-qasam tal-kompetenza tagħha;
(j)tikkoordina u tippromwovi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u lstandards komuni għall-iżvilupp ta’ pjani għat-teħid ta’ kampjuni Ö kif stipulat Õ fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
ê 1626/2016 Art. 1.3
Artikolu 8
Koperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta
1. L-Aġenzija għandha, f'koperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja talFruntiera u tal-Kosta u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, tappoġġa lillawtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni u, meta jkun xieraq, fil-livell internazzjonali permezz:
(a)tal-kondiviżjoni, tal-fużjoni u tal-analiżi ta' informazzjoni disponibbli fis-sistemi ta' rapportar tal-bastimenti u sistemi oħra ta' informazzjoni ospitati minn jew aċċessibbli għal dawk l-aġenziji, f'konformità mal-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom u mingħajr preġudizzju għas-sjieda ta' data mill-Istati Membri;
(b)tal-għoti ta' servizzi ta' sorveljanza u ta' komunikazzjoni bbażati fuq l-aħħar teknoloġija, inklużi l-infrastruttura fl-ispazju u fuq l-art u s-sensuri mmuntati fuq kwalunkwe tip ta' pjattaforma;
(c)tal-bini tal-kapaċità billi tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet u billi jiġu stabbiliti l-aħjar prattiki, kif ukoll billi tipprovdi taħriġ u skambju tal-persunal;
(d)tat-tisħiħ tal-iskambju tal-informazzjoni u tal-koperazzjoni dwar il-funzjonijiet talgwardji tal-kosta inkluż permezz tal-analiżi tal-isfidi operazzjonali u r-riskji emerġenti fil-qasam marittimu;
(e)tal-kondiviżjoni tal-kapaċitajiet permezz tal-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet li jaqdu iktar minn għan wieħed, u l-kondiviżjoni ta' assi u kapaċitajiet oħra, sal-punt li dawk l-attivitajiet ikunu kkoordinati minn dawk laġenziji u jkun hemm qbil dwarhom mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.
2. Il-forom preċiżi tal-koperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta bejn lAġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandhom jiġu ddeterminati f'arranġament ta' ħidma, f'konformità mal-mandati rispettivi tagħhom u mar-regoli finanzjarji applikabbli għal dawk l-aġenziji. Tali arranġament għandu jiġi approvat mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija, mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima.
3. Il-Kummissjoni għandha, f'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-Aġenzija, lAġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija Ewropea għasSigurtà Marittima, tagħmel disponibbli manwal prattiku dwar il-koperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta. Dak il-manwal prattiku għandu jkun fih linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-iskambju ta' informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-manwal fil-forma ta' rakkomandazzjoni.
ê 768/2005
KAPITOLU III
KOORDINAZZJONI OPERATTIVA
ê 1224/2009 Art. 120.4 (adattat)
Artikolu 9
Implimentazzjoni ta’ obbligi Ö tal-Unjoni Õ relatati ma’ kontroll u spezzjoni
1. L-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tikkoordina attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni minn Stati Membri abbażi tal-programmi internazzjonali ta’ kontroll u spezzjoni billi tistabbilixxi pjani ta’ skjerament konġunt.
2. L-Aġenzija tista’ takkwista jew tikri (rent or charter) t-tagħmir li hu meħtieġ għallimplimentazzjoni tal-pjani ta’ skjerament konġunt imsemmija fil-paragrafu 1.
ê 1224/2009 Art. 120.5
Artikolu 10
L-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ spezzjoni u kontroll speċifiċi
1. L-Aġenzija għandha tikkoordina l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ kontroll u spezzjoni speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 permezz ta’ pjani ta’ skjerament konġunt.
2. L-Aġenzija tista’ takkwista, tikri jew tikri (charter) it-tagħmir li hu meħtieġ għallimplimentazzjoni tal-pjani ta’ skjerament konġunt imsemmija fil-paragrafu 1.
ê 768/2005 (adattat)
Artikolu 11
Kontenut tal-pjanijiet ta’ skjerament konġunti
Kull pjan ta’ skjerament konġunt għandu:
(a)iwettaq ir-rekwiżiti tal-programm rilevanti ta' kontroll u spezzjoni;
(b)Ö japplika Õ l-kriterji, punti ta’ referenza, prijoritajiet u proċeduri ta’ spezzjoni komuni determinati mill-Kummissjoni fil-programmi ta’ kontroll u spezzjoni;
(c)ifittex li jqabbel il-mezzi eżistenti nazzjonali ta' kontroll u spezzjoni komunikati skont l-Artikolu 12(2) mal-ħtiġijiet u jorganizza l-użu tagħhom;
(d)jorganizza l-użu tar-riżorsi umani u materjali, fir-rigward tal-perijodi u żoni li fihom dawn iridu jiġu użati, inkluż l-operat tat-timijiet ta’ spetturi Ö tal-Unjoni Õ minn aktar minn Stat Membru wieħed;
(e)jieħu kont tal-obbligi eżistenti tal-Istati Membri kkonċernati rigward pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti oħra, kif ukoll kwalunkwe restrizzjoni speċifika reġjonali jew lokali;
(f)Ö jistabbilixxi Õ l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-mezzi ta' kontroll u spezzjoni ta' Stat Membru jistgħu jidħlu fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovrenità u lġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor.
Artikolu 12
Notifika ta’ mezzi ta’ kontroll u spezzjoni
1. L-Istati Membri għandhom kull sena qabel il-15 ta’ Ottubru, jgħarrfu lill-Aġenzija bilmezzi ta’ kontroll u spezzjoni li għandha disponibbli għall-iskop ta’ kontroll u spezzjoni għas-sena ta’ wara.
2. Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Aġenzija dwar il-mezzi li bihom għandu lħsieb iwettaq il-programm internazzjonali ta' kontroll u spezzjoni jew il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni li Ö li jikkonċernah Õ , mhux aktar tard minn xahar min-notifika lill-Istati Membri bid-Deċiżjoni li tistabbilixxi kwalunkwe programm bħal dan.
ê 768/2005
Artikolu 13
Proċedura għall-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ skjerament konġunti
1. Abbażi tan-notifiki previsti fl-Artikolu 12(2) u fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi dawk in-notifiki, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jistabbilixxi abbozz ta' pjan ta' eżerċizzju kongunt b'konsultazzjoni mal-Istati Membri konċernati.
ê 768/2005 (adattat)
2. L-abbozz tal-pjan ta’ eżerċizzju konġunt għandu jidentifika l-mezzi ta' kontroll u spezzjoni li jistgħu jinġabru sabiex jiġi mplimentat il-programm ta' kontroll u spezzjoni li għalih jirreferi l-pjan abbażi tal-interess tal-Istati Membri kkonċernati fl-attivita ta' sajd relevanti.
L-interess ta' Stat Membru Ö f'attivita ta' sajd Õ għandu jiġi stmat b'referenza għall-kriterji li ġejjin, li l-piż relattiv tagħhom għandu jiddependi fuq il-karatteristiċi speċifiċi ta' kull pjan:
(a)l-ammont relattiv tal-ibħra soġġetti għas-sovranità u l-ġurisdizzjoni tiegħu, jekk jeżistu, li huma koperti mill-pjan ta’ eżerċizzju konġunt;
(b)il-kwantità ta’ ħut imtella’ l-art fuq it-territorju tiegħu f'perijodu ta' riferenza mogħti bħala proporzjoni tat-tlugħ l-art ta’ ħut totali mill-attività ta’ sajd li hija soġġetta għall-pjan ta’ skjerament konġunt;
(ċ)in-numru relattiv tal-bastimenti tas-sajd Ö tal-Unjoni Õ li jtajru l-bandiera tiegħu (is-saħħa tal-magna u t-tunnellaġġ gross) li huma involuti fl-attività tas-sajd li hija soġġetta għall-pjan ta’ skjerament konġunt fir-rigward tan-numru totali ta' bastimenti li huma involuti f'dik l-attivita ta' sajd;
ê 768/2005
(d)id-daqs relattiv tal-allokazzjoni tal-kwota tiegħu jew, fin-nuqqas ta’ kwota, il-qabda f’perijodu ta’ referenza mogħti fir-rigward ta’ dik l-attivita ta' sajd.
3. Jekk, fil-proċess ta’ tħejjija ta’abbozz ta' pjan ta’ skjerament konġunt, jidher ċar li ma hemmx biżżejjed mezzi disponibbli ta’ kontroll u spezzjoni biex jitwettqu l-ħtiġijiet talprogramm ta’ kontroll u spezzjoni rilevanti, id-Direttur Eżekuttiv għandu mill-ewwel jinnotifika lill-Istati Membri konċernati u lill-Kummissjoni.
ê 768/2005 (adattat)
4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika l-abbozz tal-pjan ta’ skjerament konġunt lillIstati Membri konċernati u lill-Kummissjoni. Jekk fi żmien ħmistax-il jum ta' xogħol minn dik innotifika l-Istati Membri konċernati jew il-Kummissjoni ma jqajmu l-ebda oġġezzjoni, idDirettur Eżekuttiv għandu jadotta l-pjan.
5. Jekk wieħed mill-Istati Membri konċernati jew aktar jew il-Kummissjoni jagħmlu oġġezzjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jirreferi l-kwistjoni lillKummissjoni. IlKummissjoni tista' tagħmel kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-pjan u tadottah skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
6. Kull pjan ta’ eżerċizzju konġunt għandu jkun soġġett għal analiżi annwali mill-Aġenzija b'konsultazzjoni mal-Istati Membri konċernati biex Ö jiġi kkunsidrat Õ kwalunkwe programm ta’ kontroll u spezzjoni ġdid li għalih l-Istati Membri kkonċernati huma soġġetti u kwalunkwe prijorità determinata mill-Kummissjoni fil-programmi ta’ kontroll u spezzjoni.
ê 768/2005
Artikolu 14
Implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ skjerament konġunti
1. Attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni konġunti għandhom jitwettqu abbażi tal-pjanijiet ta' skjerament konġunti.
2. L-Istati Membri milquta minn pjan ta' eżerċizzju konġunt għandhom:
ê 768/2005 (adattat)
(a)jagħmlu disponibbli dawk il-mezzi ta' kontroll u spezzjoni li huma marbuta mal-pjan ta' skjerament konġunt;
(b)jaħtru punt wieħed nazzjonali ta’ kuntatt/koordinatur, li għandu jingħata setgħa suffiċjenti biex iwieġeb fil-ħin għal talbiet mill-Aġenzija li għandhom x’jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ eżerċizzju konġunt, u jinnotifikaw lill-Aġenzija b'dan;
(c)jiskjeraw il-mezzi kollettivi tagħhom ta’ kontroll u spezzjoni skond il-pjan ta’ skjerament konġunt u r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 4;
(d)jipprovdu lill-Aġenzija aċċess on-line għall-informazzjoni meħtieġa għallimplimentazzjoni tal-pjan ta' skjerament konġunt;
(e)jikkoperaw mal-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ eżerċizzju konġunt;
(f)jiżguraw li kwalunkwe mezz ta’ kontroll u spezzjoni, assenjat lil pjan ta’ skjerament konġunt Ö tal-Unjoni Õ jwettaq l-attivitajiet tiegħu skond ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd.
ê 768/2005
3. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri fi ħdan il-qafas ta' pjan ta' skjerament konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 13, il-kmand u l-kontroll tal-mezzi ta' kontroll u spezzjoni li ġew impenjati għal pjan ta' skjerament konġunt għandhom ikunu rresponsabbiltà talawtoritajiet nazzjonali kompetenti skond il-liġi nazzjonali.
ê 768/2005 (adattat)
4. Id-Direttur Eżekuttiv jista' Ö jistabbilixxi Õ r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta' pjan ta' skjerament konġunt adottat taħt l-Artikolu 13. Tali rekwiżiti għandhom jibqgħu fillimiti ta' dak il-pjan.
Artikolu 15
Evalwazzjoni tal-pjanijiet ta’ skjerament konġunti
L-Aġenzija għandha twettaq evalwazzjoni annwali tal-effikaċja ta’ kull pjan ta’ skjerament konġunt, kif ukoll analiżi, abbażi ta Ö l- Õ evidenza disponibbli, tal-eżistenza ta' riskju li lattivitajiet ta' sajd ma jkunux konformi mal-miżuri ta' kontroll applikabbli. Tali evalwazzjonijiet għandhom jiġu komunikati minnufih lill-Parlament Ewropew, lillKummissjoni u lill-Istati Membri.
ê 768/2005
Artikolu 16
Attivitajiet ta’ sajd li mhumiex soġġetti għal programmi ta’ kontroll u spezzjoni
Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jitolbu lill-Aġenzija biex tikkoordina l-użu tal-mezzi ta’ kontroll u spezzjoni tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ attivita ta' sajd jew qasam li mhuwiex soġġett għal programm ta’ kontroll u spezzjoni. Tali koordinazzjoni għandha sseħħ skont kriterji u prijoritajiet ta’ kontroll u spezzjoni miftehma bejn l-Istati Membri kkonċernati.
ê 768/2005 (adattat)
Artikolu 17
Network ta’ informazzjoni
1. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju ta’ informazzjoni rilevanti disponibbli għalihom rigward l-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni konġunti fi ħdan l-ibħra Ö tal-Unjoni Õ u dawk internazzjonali.
2. Kull awtorità kompetenti nazzjonali għandha tieħu, skond il-leġislazzjoni rilevanti Ö talUnjoni Õ, miżuri biex tiżgura kunfidenzjalità xierqa tal-informazzjoni li Ö tirċievi, skont il-paragrafu 1 Õ ta' dan l-Artikolu skond l-Artikoli 112 u 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 18
Regoli dettaljati
Regoli dettaljati, għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu jistgħu jiġu adottati skond ilproċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Dawn ir-regoli jistgħu jkopru b’mod partikolari l-proċeduri għat-tħejjija u l-adozzjoni talabbozz tal-pjanijiet ta’ skjerament konġunti.
ê 1224/2009 Art. 120.6 (adattat)
KAPITOLU IV
KOMPETENZA TAL-AĠENZIJA
Artikolu 19
Ħatra ta’ uffiċjali tal-Aġenzija bħala spetturi Ö tal-Unjoni Õ
L-uffiċjali tal-Aġenzija jistgħu jiġu assenjati f’ilmijiet internazzjonali bħala spetturi Ö talUnjoni Õ skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
ê 1224/2009 Art. 120.6
Artikolu 20
Miżuri tal-Aġenzija
L-Aġenzija għandha, fejn adatt:
(a)toħroġ manwali dwar l-istandards armonizzati tal-ispezzjonijiet;
ê 1224/2009 Art. 120.6 (adattat)
(b)tiżviluppa materjal ta’ gwida li jirrifletti l-aħjar prattiki fil-qasam tal-kontroll talpolitika komuni tas-sajd, inkluż dwar it-taħriġ ta’ uffiċjali tal-kontroll, u Ö taġġornah Õ fuq bażi regolari;
(c)tipprovdi lill-Kummissjoni bl-appoġġ tekniku u amministrattiv meħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha.
Artikolu 21
Koperazzjoni
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw mal-Aġenzija u jagħtuha lassistenza meħtieġa għall-qadi tal-missjoni tagħha.
2. B’konsiderazzjoni tas-sistemi legali differenti fl-Istati Membri individwali, lAġenzija għandha tiffaċilita l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejnhom u lKummissjoni fl-iżvilupp ta’ standards armonizzati għall-kontroll skont il-leġiżlazzjoni Ö tal-Unjoni Õ u b’konsiderazzjoni tal-aqwa prattiki fl-Istati Membri u l-istandards internazzjonali maqbulin.
Artikolu 22
Unità ta’ emerġenza
1. Fejn il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq it-talba ta’ mill-anqas żewġ Stati Membri, tidentifika sitwazzjoni li tinvolvi riskju serju dirett, indirett jew potenzjali għallpolitika komuni tas-sajd, u r-riskju ma jistax jiġi pprevenut, eliminat jew imnaqqas b’mezzi eżistenti jew ma’ jistax jiġi ġestit b’mod adegwat, l-Aġenzija għandha tiġi notifikata immedjatament.
2. L-Aġenzija li taġixxi fuq notifika mill-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess għandha immedjatament twaqqaf unità ta’ emerġenza u tinforma lill-Kummissjoni.
ê 1224/2009 Art. 120.6
Artikolu 23
Kompiti tal-unità ta’ emerġenza
1. L-unità ta’ emerġenza stabbilita mill-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-ġbir u levalwazzjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha u l-identifikazzjoni tal-alternattivi disponibbli għall-prevenzjoni, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tar-riskju għall-politika komuni tas-sajd bl-aktar mod effettiv u rapidu possibbli.
2. L-unità ta’ emerġenza tista’ titlob l-assistenza ta’ kwalunkwe awtorità pubblika jew persuna privata li tqis li l-esperjenza professjonali tagħhom hija neċessarja biex ikun hemm reazzjoni effikaċi għall-emerġenza.
ê 1224/2009 Art. 120.6 (adattat)
3. L-Aġenzija għandha Ö tiżgura Õ l-koordinazzjoni meħtieġa biex tirreaġixxi b’mod adegwat u opportun għall-emerġenza.
4. L-unità ta’ emerġenza, fejn adatt, għandha żżomm lill-pubbliku informat dwar irriskji involuti u l-miżuri meħudin.
Artikolu 24
Programm ta’ ħidma pluriennali
1. Il-programm ta’ ħidma pluriennali tal-Aġenzija għandu jistabbilixxi l-għanijiet ġenerali, ilmandat, il-kompiti, l-indikaturi tar-rendiment u l-prijoritajiet għal kull azzjoni tal-Aġenzija għal perijodu ta’ ħames snin. Għandu jinkludi preżentazzjoni tal-pjan ta’ politika tal-persunal u stima tal-approprjazzjonijiet tal-baġit li għandhom ikunu disponibbli għall-kisba talgħanijiet għal dak il-perjodu ta’ ħames snin.
2. Il-programm ta’ ħidma pluriennali għandu jiġi ppreżentat skont is-sistema u lmetodoloġija tal-ġestjoni msejsa fuq l-attività żviluppata mill-Kummissjoni. Dan għandu jiġi adottat millBord Amministrattiv.
3. Il-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 32(2)(c) għandu jirreferi għall-programm ta’ ħidma pluriennali. Dan għandu jindika b’mod ċar iż-żidiet, il-bidliet jew it-tħassir li jsir meta mqabbel mal-programm ta’ ħidma tas-sena preċedenti, u l-progress miksub fil-kisba talgħanijiet ġenerali u l-prijoritajiet tal-programm ta’ ħidma pluriennali.
Artikolu 25
Koperazzjoni fl-affarijiet marittimi
L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-UE, u b’mod partikolari tikkonkludi ftehimiet amministrattivi ma’ entitajiet oħra fi kwistjonijiet Ö li jidħlu fl-ambitu ta' Õ dan ir-Regolament wara l-approvazzjoni millBord Amministrattiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri b’dan fi stadju bikri tan-negozjati.
Artikolu 26
Regoli dettaljati
Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu skont ilproċedura msemmija fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (EU) Nru 1380/2013.
Ö Dawk Õ ir-regoli jistgħu jkopru b’mod partikolari Ö t-tħejjija Õ tal-pjani ta’ reazzjoni għall-emerġenza, l-istabbiliment ta’ unità ta’ emerġenza u l-proċeduri prattiċi li għandhom jiġu applikati.
ê 768/2005 (adattat)
KAPITOLU V
STRUTTURA INTERNA U TĦADDIM
Artikolu 27
Status legali u l-uffiċċju prinċipali
1. L-Aġenzija għandha tkun korp tal- Ö Unjoni Õ. Għandha jkollha personalità ġuridika.
2. F' kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi minn kompetenza legali laktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. Tista', b' mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista' tkun parti fi proċedimenti legali.
3. L-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.
4. Is-sede tal-Aġenzija għandha tkun f'Vigo, fi Spanja.
Artikolu 28
Persunal
1. Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg għal aġenti oħra tal- Ö Unjoni Ewropea Õ kif stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru. 259/68 17 u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-Istituzzjonijiet tal- Ö Unjoni Ewropea Õ għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u Kondizzjonjiet tal-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija. Il-Bord Amministrattiv, fi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta Ö r- Õ regoli dettaljati meħtieġa ta’ applikazzjoni.
ê 768/2005
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 39, is-setgħat mogħtija lill-awtorità li taħtar mirRegolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għal Aġenti Oħra għandhom ikunu eżerċitati mill-Aġenzija fir-rigward tal-persunal tagħha stess.
3. Il-persunal tal-aAġenzija għandu jikkonsisti minn uffiċjali assenjati jew sekondati millKummissjoni fuq bażi temporanja u minn persunal ieħor impjegat mill-Aġenzija kif meħtieġ biex iwettqu il-kompiti tagħha.
L-Aġenzija tista' ukoll tħaddem uffiċjali sekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja.
ê 768/2005 (adattat)
Artikolu 29
Privileġġi u Immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal- Ö Unjoni Ewropea Õ għandu japplika għall-Aġenzija.
ê 768/2005
Artikolu 30
Responsabbiltá
1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tiġi regolata mil-liġi li tapplika għallkuntratt ikkonċernat.
ê 768/2005 (adattat)
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja Ö tal-Unjoni Ewropea Õ għandha jkollha ġurisdizzjoni li tagħti ġudizzju skond kwalunkwe klawsola ta’ arbitraġġ li tinsab fil-kuntratt finalizzat millAġenzija.
ê 768/2005
3. F'każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skond il-prinċipji ġenerali, komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull ħsara kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta' dmirijiethom. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha ġurisdizzjoni f’kull tilwima relatata ma’ kumpens għal tali ħsara.
4. Ir-responsabbiltà personali tal-impjegati tagħha lejn l-Aġenzija għandha tiġi regolata middispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kondizzjonijiet ta' impieg applikabbli għalihom.
Artikolu 31
Lingwi
1. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 18 għandhom japplikaw għall-Aġenzija.
2. Is-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija għandhom jiġu provduti miċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 32
Ħolqien u setgħat tal-Bord Amministrattiv
1. L-Aġenzija għandha jkollha Bord Amministrattiv.
2. Il-Bord Amministrattiv għandu:
(a)jaħtar u jirrevoka n-nomina tad-Direttur Eżekuttiv skond l-Artikolu 39;
ê 768/2005 (adattat)
(b)jadotta, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, ir-rapport ġenerali tal-Aġenzija għas-sena ta’ qabel u jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta’ l-Awdituri u lill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jkun pubbliku;
(c)jadotta sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, il-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija għas-sena ta’ wara u jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.
Il-programm ta' ħidma għandu jkun fih il-prijoritajiet tal-Aġenzija. Għandu jagħti prijorità lid-dmirijiet ta'l-Aġenzija relatati ma' programmi ta' kontroll u sorveljanza. Għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura annwali tal-baġit Ö talUnjoni Õ. Fejn il-Kummissjoni tesprimi, fi żmien 30 ġurnata mid-data taladozzjoni tal-programm ta’ ħidma, in-nuqqas ta’ qbil tagħha ma’ dak ilprogramm, il-Bord Amministrattiv għandu jerġa jeżamina l-programm u jadottah, possibilment emendat, fi żmien xahrejn, fit-tieni qari;
(d)jadotta l-baġit finali tal-Aġenzija qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, jaġġustah, fejn meħtieġ skond il-kontribut Ö tal-Unjoni Õ u kwalunkwe dħul ieħor tal-Aġenzija.
ê 768/2005
(e)iwettaq dmirijietu fir-rigward tal-baġit tal-Aġenzija skond l-Artikoli 44, 45 u 47;
(f)jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv;
(g)jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu li jistgħu jipprovdu għat-twaqqif ta' sottokumitati tal-Bord Amminsitrattiv kif ikun meħtieġ;
(h)jadotta l-proċeduri meħtieġa biex l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha.
Artikolu 33
Kompożizzjoni tal-Bord Amministrattiv
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u sitt rappreżentanti tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu d-dritt jaħtar membru wieħed. LIstati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħtru sostituti għal kull membru li jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha.
2. Il-membri tal-bord għandhom jinħatru abbażi tal-livell tagħhom ta' esperjenza rilevanti u għarfien fil-qasam tal-kontroll u spezzjoni tas-sajd.
3. Il-mandat ta' kull membru għandu jkun ta' ħames snin mid-data tal-ħatra. Il-mandat jista’ jiġġedded.
Artikolu 34
Presidenza tal-Bord Amministrattiv
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar President minn fost ir-rappreżentanti talKummissjoni. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar Deputat President minn fost ilmembri tiegħu. Id-Deputat President għandu awtomatikament jieħu post il-President jekk hu jew hi ma j/tkunx j/tista’ j/twettaq id-doveri tiegħu/tagħha.
2. Il-mandati tal-President u tad-Deputat President għandhom ikunu ta’ tliet snin u għandhom jiskadu meta ma jibqgħux membri tal-Bord Ammistrattiv. Il-mandat tagħhom għandu jkun jista' jiġġedded darba.
Artikolu 35
Laqgħat
1. Il-laqgħat tal-Bord Amministrattiv għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Laġenda għandha tiġi determinata mill-President, li għandu jqis il-proposti tal-membri tal-Bord Amministrattiv u tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.
2. Id-Direttur Eżekuttiv u r-rappreżentant maħtur mill-Bord Konsultattiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet mingħajr id-dritt għal vot.
3. Il-Bord Amministrattiv għandu jagħmel laqgħa ordinarja mill-inqas darba fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President jew fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ terz tal-Istati Membri rappreżentati fuq il-Bord Amministrattiv.
4. Meta jkun hemm kwistjoni ta’ kunfidenzjalità jew kunflitt ta’ interess, il-Bord Amministrattiv jista’ jiddeċiedi li jeżamina punti speċifiċi fl-aġenda tiegħu mingħajr ilpresenza tar-rappreżentant maħtur mill-Bord Konsultattiv. Regoli dettaljati għallapplikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jistgħu jiġu stabbiliti fir-regoli tal-proċedura.
5. Il-Bord Amministrattiv jista’ jistieden kwalunkwe persuna li l-fehma tagħha tista’ tkun ta’ interess biex tattendi għall-laqgħat bħala osservatur.
6. Il-membri tal-Bord Amministrattiv jistgħu, soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-regoli ta’ proċedura tiegħu, jkunu assistiti minn konsulenti jew esperti.
7. Is-segretarjat tal-Bord Amministrattiv għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija.
Artikolu 36
Votazzjoni
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' maġġoranza assoluta tal-voti.
2. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fl-assenza ta' xi membru, is-sostitut tiegħu/tagħha għandu jkun intitolat li jeżerċita d-dritt li jivvota.
3. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta' votazzjoni aktar dettaljati, b'mod partikolari, il-kondizzjonijiet għal membru biex jaġixxi għan-nom ta' membru ieħor kif ukoll kwalunkwe ħtieġa għal quorum, fejn xieraq.
Artikolu 37
Dikjarazzjoni ta’ interessi
1. Il-membri tal-Bord Amministrattiv għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta' interessi fejn jindikaw in-nuqqas ta' kwalunkwe interess li jista' jippreġudika l-indipendenza tagħhom jew kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista' jitqies ta' ħsara għall-indipendenza tagħhom. Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru kull sena bil-miktub jew kull meta jista' jkun hemm konflitt ta' interess fir-rigward tal-punti ta' fuq l-aġenda. Fil-każ tal-aħħar il-membru kkonċernat m'għandux ikollu d-dritt li jivvota fuq kwalunkwe minn dawk il-punti.
Artikolu 38
Dmirijiet u setgħat tad-Direttur Eżekuttiv
1. L-Aġenzija għandha titmexxa mid-Direttur Eżekuttiv tagħha. Mingħajr preġudizzju għallompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Bord Amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv m'għandux la jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew korp ieħor.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, fit-twettiq ta’ dmirijietu/ha, j/tagħti effett lill-prinċipji tal-politika komuni tas-sajd.
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu d-drittijiet u s-setgħat li ġejjin:
(a)għandu/ha j/tħejji l-abbozz tal-programm ta' ħidma u jippreżentah lill-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri. Għandu/ha j/tieħu l-passi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma fi ħdan il-limiti stabbiliti minn dan ir-Regolament, mir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u minn kwalunkwe liġi applikabbli oħra;
(b)għandu/ha j/tieħu l-passi meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta' istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex j/tiżgura l-orgnizzazzjoni u t-tħaddim tal-Aġenzija skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;
(ċ)għandu/ha j/tieħu l-passi meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar irresponsabbiltajiet tal-Aġenzija skont il-Kapitoli II u III li jinkludu l-kiri u loperat permezz ta’ mezzi ta’ kontroll u spezzjoni u t-tħaddim ta' network ta' informazzjoni;
(d)għandu/ha j/twieġeb għal talbiet mill-Kummissjoni u talbiet għall-għajnuna minn Stat Membru, skond l-Artikoli 6, 7 u 16;
(e)għandu/għandha j/torganizza sistema effettiva ta' monitoraġġ biex i/tkun j/tista' j/tqabbel il-kisbiet tal-Aġenzija mal-għanijiet operattivi tagħha. Fuq din ilbażi id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara abbozz ta’ rapport ġenerali kull sena u jissottomettih lill-Bord Amministrattiv. Għandu/ha j/tistabbilixxi proċeduri ta’ evalwazzjoni regolari li jilħqu standards professjonali rikonoxxuti;
(f)għandu/ha j/teżerċita, fir-rigward tal-persunal is-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 28(2);
(g)għandu/ha j/tfassal estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija skond l-Artikolu 44 u għandu/ha j/timplimenta il-baġit skond l-Artikolu 45.
4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu/ha j/tkun responsabbli mill-attivitajiet tiegħu/tagħha lillBord Amministrattiv.
ê 768/2005 (adattat)
Artikolu 39
Ħatra u revoka tad-Direttur Eżekuttiv
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Amministrattiv, skond il-mertu u lesperjenza rilevanti dokumentata fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd u l-kontroll u lispezzjoni ta' attivitajiet tas-sajd minn lista ta’ mill-inqas żewġ kandidati proposti millummissjoni wara proċedura ta’ għażla, wara li jkun Ö ġie ppubblikat Õ avviż ta’ sejħa għall-espressjoni ta’ interess fuq il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u xi mkien ieħor.
2. Is-setgħa tar-revoka tan-nomina tad-Direttur Eżekuttiv għandha tkun f'idejn il-Bord Amministrattiv. Il-Bord għandu jiddelibera fuq dan il-punt fuq talba tal-Kummissjoni jew ta' terz tal-membri tagħha.
ê 768/2005
3. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet skont il-paragrafi 1 u 2 b'żewġ terzi tal-maġġoranza tal-membri.
4. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Il-mandat jista' jiġi estiż darba għal ħames snin oħra fuq proposta tal-Kummissjoni u jkun approvat b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord Amministrattiv.
Artikolu 40
Il-Bord Konsultattiv
1. Il-Bord Konsultattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali previsti fl-Arikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru. 1380/2013, abbażi ta' rappreżentant wieħed maħtur minn kull Kunsill Reġjonali Konsultattiv. Ir-rappreżentanti jistgħu jiġu mibdula bis-sostitwiti, maħtura fl-istess ħin.
2. Il-membri tal-Bord Konsultattiv ma jistgħux ikunu membri tal-Bord Amministrattiv.
Il-Bord Konsultattiv għandu jaħtar wieħed mill-membri tiegħu biex jieħu sehem fiddeliberazzjonijiet tal-Bord Amministrattiv mingħajr id-dritt għal vot.
3. Il-Bord Konsultattiv għandu fuq talba tad-Direttur Eżekuttiv jagħtih/a parir waqt ittwettiq ta' dmirijietu/ha skont dan ir-Regolament.
4. Il-Bord Konsultattiv għandu jkun presedut mid-Direttur Eżekuttiv. Għandu jiltaqa' fuq stedina tal-President mhux inqas minn darba fis-sena.
5. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-appoġġ loġistiku xieraq meħtieġ għall-Bord Konsultattiv u tipprovdi s-Segretarjat għal-laqgħat tiegħu.
6. Il-membri tal-Bord Amministrattiv jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord Konsultattiv.
Artikolu 41
Trasparenza u komunikazzjoni
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma millAġenzija.
2. Il-Bord Amministrattiv għandu, fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel laqgħa tiegħu, jadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
3. L-Aġenzija tista' tikkomunika fuq inizjattiva tagħha stess fl-oqsma fi ħdan il-missjoni tagħha. Għandha tiżgura b'mod partikolari li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr tagħrif oġġettiv, affidabbli u li jiftiehem f’dak li għandu x’jaqsam maxxogħol tagħha.
4. Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi r-regoli interni meħtieġa għallapplikazzjoni tal-paragrafu 3.
ê 768/2005 (adattat)
5. Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jagħtu lok għall-preżentazzjoni ta’ ilment lill-Ombudsman jew ikunu s-suġġett ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, Ö skont Õ l-Artikoli Ö 228 Õ u Ö 263 Õ tat-Trattat Ö dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) Õ .
6. L-informazzjoni miġbura skond dan ir-Regolament mill-Kummissjoni u l-Aġenzija għandha tkun soġġetta għar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 42
Kunfidenzjalità
1. Il-membri tal-Bord Amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri tal-persunal talAġenzija, anki wara li jkunu ntemmu d-dmirijiet tagħhom, għandhom ikunu soġġetti għallħtiġijiet ta’ kunfidenzjalità skont l-Artikolu Ö 339 Õ tat- Ö TFUE Õ .
ê 768/2005
2. Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi r-regoli interni dwar l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-ħtiġijiet tal-kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafu 1.
ê 768/2005 (adattat)
Artikolu 43
Aċċess għall-informazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess sħiħ għall-informazzjoni kollha miġbura millAġenzija. L-Aġenzija għandha tagħti kwalunkwe informazzjoni u evalwazzjoni ta’ dik linformazzjoni lill-Kummissjoni meta din tal-aħħar titlobha u fil-forma speċifikata minnha.
ê 768/2005 (adattat)
2. L-Istati Membri milquta bi kwalunkwe operat partikolari tal-Aġenzija għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni miġbura mill-Aġenzija fir-rigward ta' dak loperat soġġett għallkondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura Ö msemmija Õ flArtikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru. 1380/2013.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 44
Baġit
1. Id-dħul tal-Aġenzija għandu jkun magħmul minn:
(a)kontribut mill-Ö Unjoni Õ mdaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (sezzjoni tal-Kummissjoni);
ê 768/2005
(b)ħlasijiet għal servizzi pprovduti mill-Aġenzija lill-Istati Membri skond l-Artikolu 6;
(ċ)ħlasijiet għal pubblikazzjonijiet, taħriġ u/jew servizzi oħra pprovduti mill-Aġenzija.
2. In-nefqa tal-Aġenzija għandha tinkludi l-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi.
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u linfiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara u għandu jgħaddih lill-Bord Amministrattiv, flimkien ma' abbozz ta’ pjan ta' stabbiliment.
4. Għandu jkun hemm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq.
5. Kull sena il-Bord Amministrattiv, abbażi ta’ abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-istimi taddħul u linfiq, għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u l-infiq għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara.
ê 768/2005 (adattat)
6. Id-dikjarazzjoni tal-istimi Ö msemmija fil-paragrafu 5 Õ, li għandha tinkludi abbozz ta' pjan għall-istabbiliment, flimkien mal-programm ta' ħidma proviżorju, għandha tingħadda mill-Bord Amministrattiv lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu.
7. Id-dikjarazzjoni tal-istimi għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (“l-awtorità tal-baġit”) flimkien mal-abbozz preliminari ġenerali talbaġit talUnjoni Ewropea.
8. Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-istimi, il-Kummissjoni, fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandha tinkludi l-istimi li tqis meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u lammont tas-sussidju li għandu jiġi inkluż fil-baġit ġenerali, li għandha tpoġġi quddiem lawtorità tal-baġit skond l-Artikolu 314 tat- Ö TFUE Õ .
ê 768/2005
9. L-awtorità tal-baġit għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lillAġenzija. Lawtorità tal-baġit għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Aġenzija.
10. Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord Amministrattiv. Hu għandu jsir finali wara ladozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn xieraq, għandu jiġi aġġustat b'konsegwenza.
11. Il-Bord Amministrattiv għandu, kemm jista’ jkun malajr, javża l-awtorità tal-baġit blintenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji notevoli għal finanzjament tal-baġit, b’mod partikolari kwalunkwe proġett li għandu x’jaqsam ma’ proprjetà bħal kiri jew xiri ta’ bini. Hu għandu jinforma kif xieraq lillKummissjoni.
12. Fejn parti mill-awtorità tal-baġit tkun avżat li għandha l-intenzjoni li tagħti opinjoni, din għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord Amministrattiv fi żmien sitt ġimgħat middata talavviż dwar il-proġett.
Artikolu 45
Implimentazzjoni u kontroll tal-budget
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.
2. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal kontabbli ta' lAġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal kontabbli tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar l-immaniġġar tal-baġit u dak finanzjarju għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal kontabbli tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet u tal-korpi deċentralizzati skond l-Artikolu 147 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 (ir-“Regolament Finazjarju”).
3. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal kontabbli talKummissjoni għandu jgħaddi l-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' rapport dwar l-amministrazzjoni tal-baġit u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar l-amministrazzjoni tal-baġit u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja għandu wkoll jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiat tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji talAġenzija, skont l-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Aġenzija b'responsabbiltà tiegħu/tagħha u jgħaddihom lill-Bord Amministrattiv għal opinjoni.
5. Il-Bord Amministrattiv għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.
6. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Amministrattiv, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.
8. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi funzjoni ta' verifika interna ta' kontijiet li trid titwettaq skond l-istandards internazzjonali rilevanti.
9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għallosservazzjonijiet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru. Hu/hi għandu/ha j/tibgħat ukoll dik it-tweġiba lill-Bord Amministrattiv.
10. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan talaħħar, kull tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni mingħajr xkiel tal-proċedura talapprovazzjoni tas-sena finanzjarja in kwistjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 165(3) tarRegolament Finanzjarju.
11. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill, għandu, qabel it30 ta' April tat-tieni sena ta' wara, jagħti l-approvazzjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta’ lAġenzija għallimplimentazzjoni tal-baġit għas-sena kkonċernata.
Artikolu 46
Ġlieda kontra l-frodi
1. Għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, iddispożizzjonijiet taregolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 għandhom japplikaw mingħajr restrizzjoni għallġenzija.
2. L-Aġenzija għandha tidħol fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar linvestigazzjonijiet interni tal-OLAF u għandha toħroġ, mingħajr dewmien, iddispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-persunal kollu tagħha.
3. Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-ftehim u l-istrumenti relatati magħhom għandhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu jwetqu, jekk meħtieġ, kontrolli fuq il-post fost dawk li jirċievu fondi tal-Aġenzija u laġenti responsabbli li jallokawhom.
Artikolu 47
Dispożizzjonijiet finanzjarji
Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta r-regoli finanzjarji tal-Aġenzija wara li jirċieva l-qbil tal-Kummissjoni u l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri. Dawn ma jistgħux ma jikkonformawx mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 20 , sakemm mhuwiex meħtieġ speċifikament għall-operat ta’ l-Aġenzija u bil-kunsens minn qabel talKummissjoni.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 48
Evalwazzjoni
1. Fi żmien ħames snin mid-data li fiha l-Aġenzija tkun bdiet taqdi dmirijietha, u minn hemm ‘il quddiem kull ħames snin, il-Bord Amministrattiv għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. IlKummissjoni għandha tipprovdi lill-Aġenzija kwalunkwe informazzjoni li l-Aġenzija tqis rilevanti għallvalwazzjoni.
2. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-impatt ta' dan ir-Regolament, l-utilità, irrilevanza u l-effikaċja tal-Aġenzija u l-prattiki tax-xogħol tagħha, u kemm tikkontribwixxi għall-kisba ta’ livell għoli ta’ konformità mar-regoli li jkunu saru taħt il-politika komuni tassajd. Il-Bord Amministrattiv għandu joħroġ termini ta' riferenza speċifiċi bi qbil malummissjoni, wara lkonsultazzjonijiet mal-partijiet involuti.
ê 768/2005 (adattat)
3. Il-Bord Amministrattiv għandu jirċievi l-evalwazzjoni u jagħti rakkomandazzjonijiet lillKummissjoni dwar bidliet f'dan ir-Regolament, fl-Aġenzija u l-prattiki tax-xogħol tagħha. Kemm ir-riżultati tal-evalwazzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet għandhom Ö jintbagħtu Õ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-Kummissjoni u għandhom isiru pubbliċi.
ê
Artikolu 49
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan irRegolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni flAnness II.
ê 768/2005
Artikolu 50
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu filĠurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell,2.7.2018
COM(2018) 499 final
ANNESSI
ta' Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (Kodifikazzjoni)
é
ANNESS I
Regolament imħassar u elenku tal-emendi suċċessivi tiegħu
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005
|
|||
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru Council 1224/2009
|
L-Artiklu 120 biss |
||
|
Regolament (UE) 2016/1626 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill
|
_____________
ANNESS II
tabella ta' korrelazzjoni
|
Regolament (KE) Nru 768/2005 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikoli 1 sa 7 |
Artikoli 1 sa 7 |
|
Artikolu 7a |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 17a |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 17b |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 17c |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 17d |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 17e |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 17f |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 17g |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 17h |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 31 |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 33 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 34 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 35 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 36 |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 37 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 38 |
|
Artikolu 30 |
Artikolu 39 |
|
Artikolu 31 |
Artikolu 40 |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 41 |
|
Artikolu 33 |
Artikolu 42 |
|
Artikolu 34 |
Artikolu 43 |
|
Artikolu 35 |
Artikolu 44 |
|
Artikolu 36 |
Artikolu 45 |
|
Artikolu 37 |
Artikolu 46 |
|
Artikolu 38 |
Artikolu 47 |
|
Artikolu 39 |
Artikolu 48 |
|
Artikolu 40 |
- |
|
Artikolu 41 |
- |
|
- |
Artikolu 49 |
|
Artikolu 42 |
Artikolu 50 |
|
- |
Anness I |
|
- |
Anness II |
_____________