Brussell,14.6.2018

COM(2018) 465 final

2018/0247(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

{SEC(2018) 310 final}
{SWD(2018) 337 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet

Din il-proposta trid titqies fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali kif spjegat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi – Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027” 1 . Din il-Komunikazzjoni tistipula l-prijoritajiet ewlenin u l-qafas baġitarju ġenerali għall-programmi ta’ azzjoni esterna tal-UE taħt l-intestatura “Viċinat u l-Bqija tad-Dinja”. Din tinkludi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III).

Din il-proposta tipprevedi l-applikazzjoni tal-IPA III mill-1 ta’ Jannar 2021. Qed tkun ippreżentata bħala proposta għal Unjoni Ewropea ta’ 27 Stat Membru. Dan qed isir skont in-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u mill-Euratom fuq il-bażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Din in-notifika waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.

L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jipprevedi li kull Stat Ewropew li jirrispetta l-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, tal-libertà, tad-demokrazija, tal-ugwaljanza, tal-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi, u li jimpenja ruħu li jippromwovi dawn il-valuri, jista’ japplika biex isir membru tal-Unjoni. Stat Ewropew li jkun applika biex jissieħeb fl-Unjoni jista’ jsir membru biss meta jiġi kkonfermat li jissodisfa l-kriterji ta’ sħubija stabbiliti fil-Kunsill Ewropew ta’ Copenhagen f’Ġunju 1993 (il-“kriterji ta’ Copenhagen”) u dejjem jekk l-Unjoni jkollha l-kapaċità li tintegra lill-membru l-ġdid.

Il-kriterji ta' Copenhagen huma marbutin ma’:

·l-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni fil-konfront tal-minoranzi;

·l-eżistenza ta' ekonomija tas-suq li taħdem u l-kapaċità li din tlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq ġewwa l-Unjoni; kif ukoll

·l-abbiltà li jieħu fuqu mhux biss id-drittijiet iżda wkoll l-obbligi stabbiliti fit-Trattati, inkluża aderenza mal-għanijiet ta’ unjoni politika, ekonomika u monetarja.

Il-proċess tat-tkabbir huwa mibni fuq kriterji stabbiliti u kundizzjonalità ġusta u rigoruża. Kull kandidat jew kandidat potenzjali jiġi vvalutat skont il-merti tiegħu. Il-valutazzjoni tal-progress miksub u l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet jimmiraw li jipprovdu inċentivi u gwida lill-kandidati jew lil kandidati potenzjali sabiex jaħdmu favur ir-riformi estensivi meħtieġa. Sabiex il-prospett ta’ tkabbir isir realtà, l-impenn sod għall-prinċipju tal-“fundamentali l-ewwel” 2 jibqa’ essenzjali. Il-proċess ta’ tkabbir isaħħaħ il-paċi, id-demokrazija u l-istabbiltà fl-Ewropa u jippermetti li l-Unjoni tkun ippożizzjonata aħjar biex tindirizza sfidi dinjija. Is-setgħa trasformattiva tal-proċess ta’ tkabbir tiġġenera riforma politika u ekonomika estensiva fis-sħab ta’ tkabbir li hija wkoll ta’ benefiċċju għall-Unjoni b’mod ġenerali. Il-progress lejn l-adeżjoni jiddependi fuq ir-rispett ta’ kull applikant għall-valuri tal-Unjoni u l-kapaċità tiegħu li jwettaq ir-riformi meħtieġa sabiex jallinja s-sistemi politiċi, istituzzjonali, legali, amministrattivi u ekonomiċi mar-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki fl-Unjoni.

F’Novembru 2015, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat strateġija ta’ perjodu medju għall-politika ta’ tkabbir tal-Unjoni 3 , li għadha valida sal-lum. L-aġenda attwali tat-tkabbir tkopri s-sħab tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija. Infetħu negozjati ta' adeżjoni mal-pajjiżi kandidati li ġejjin: it-Turkija (2005), il-Montenegro (2012), u s-Serbja (2014). L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ilha kandidat mill-2005 u l-Albanija kisbet l-istatus ta’ pajjiż kandidat fl-2014. Il-Bożnija-Ħerzegovina (li ppreżentat l-applikazzjoni tagħha biex tissieħeb fl-UE fi Frar 2016) u l-Kosovo 4* (li miegħu daħal fis-seħħ Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni f’April 2016) huma kandidati potenzjali. Fis-17 ta’ April 2018, il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lill-Kunsill li jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u mal-Albanija, fid-dawl tal-progress li kisbu. Dan iżomm u jżid il-momentum ta’ riforma li hemm bħalissa.

Il-Kummissjoni Ewropea rriaffermat il-prospett sod u bbażat fuq il-mertu tas-sħubija fl-Unjoni għall-Balkani tal-Punent fil-Komunikazzjoni riċenti tagħha “Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar mal-Balkani tal-Punent” 5 . Dan huwa messaġġ b’saħħtu ta’ inkoraġġiment għall-Balkani tal-Punent kollha u sinjal tal-impenn tal-Unjoni għall-ġejjieni Ewropew tagħhom.

Il-Kummissjoni żammet djalogu miftuħ u kostruttiv mat-Turkija u qed tuża kull opportunità biex tenfasizza li l-impenn iddikjarat tat-Turkija għall-adeżjoni tagħha fl-UE jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn miżuri u riformi korrispondenti. Hija wkoll ħerqana li tkompli taħdem mat-Turkija f’għadd ta’ oqsma ewlenin ta’ interess kondiviż. Dawn jinkludu r-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali, l-enerġija, it-trasport, il-migrazzjoni u l-ażil, is-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Din il-proposta għal Regolament kienet iggwidata minn tliet elementi ewlenin:

·Għall-2021-2027, l-IPA III hemm bżonn li jkun inkwadrat ċar mill-Istrateġija l-ġdida għall-Balkani tal-Punent, u jenħtieġ li dan jirrifletti l-iżviluppi fir-relazzjonijiet mat-Turkija. L-IPA III jirrifletti l-objettivi tal-istrateġija l-ġdida sabiex:

·jimmassimizza l-impatt tal-inizjattivi emblematiċi proposti fl-istrateġija;

·jgħin fil-proċess tat-trasformazzjoni fil-Balkani tal-Punent fil-perjodu li ġej;

·jimplimenta programmi robusti ta’ riforma ekonomika; kif ukoll

·iġedded l-enfasi fuq ir-riformi li huma meħtieġa għas-sħubija futura.

·L-istrateġija għall-Balkani tal-Punent tindika data tal-adeżjoni potenzjali għal tal-inqas xi kandidati dejjem dment li l-kundizzjonjiet kollha jkunu ġew issodisfati. Irid ikun hemm disponibbli l-mezzi finanzjajri biex jappoġġaw it-tħejjijiet u l-investimenti meħtieġa fis-snin qabel l-adeżjoni. Dawn jinvolvu li tiġi żgurata tranżizzjoni gradwali u assjematika mill-istatus ta’ qabel l-adeżjoni għal dak ta’ stat membru. Tirrikjedi wkoll li s-sħab jiżviluppaw il-kapaċità meħtieġa biex jassorbu l-fondi tal-UE, b’mod partikolari biex jimplimentaw il-politika agrikola u dik ta’ koeżjoni.

·L-implimentazzjoni tal-IPA II għadha għaddejja u jenħtieġ li l-kontinwità tiġi ppreservata.

F’termini ta’ prijoritajiet politiċi, l-IPA III se jiġi mfassal madwar il-prijoritajiet politiċi ewlenin stabbiliti fid-dokumenti ta’ strateġija u ta’ politika ta’ tkabbir rilevanti. Dawn huma: l-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-governanza; l-iżvilupp soċjo-ekonomiku; il-politiki u l-acquis tal-Unjoni; il-kuntatti bejn il-persuni u r-rikonċiljazzjoni, ir-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u l-kooperazzjoni reġjonali. Filwaqt li dawn diġà qegħdin iswed fuq l-abjad fl-IPA II, sfidi ewlenin oħrajn bħall-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ħarsien tal-ambjent u t-tibdil fil-klima ngħataw iktar prominenza fil-proposta.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet tal-politika eżistenti

Il-Kummissjoni qiegħda simultanjament tipproponi simplifikazzjoni kbira tal-istrumenti ta’ finanzjament estern. Fis-sustanza, madankollu, l-għanijiet tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni baqgħu distinti mill-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, minħabba li l-IPA għandu l-għan li jħejji lis-sħab u li jappoġġahom fil-proċess ta’ adeżjoni tagħhom. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jinżamm strument dedikat bħala appoġġ għall-politika tat-tkabbir, filwaqt li jiġi żgurat li jikkomplementa l-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, u b’mod partikolari dawk tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI – Neighbourhood, Development and International Cooperation Instrument, ) 6 .

Din il-proposta se tippermetti lill-Unjoni tkompli twettaq l-għanijiet ta’ qabel l-adeżjoni. Bħall-istrumenti ta’ finanzjament estern attwali, jenħtieġ li l-IPA III jkompli jkun Regolament ta' abilitazzjoni, li jistabbilixxi l-objettivi li jridu jintlaħqu fit-tħejjija għall-adeżjoni filwaqt li jiffaċilita li l-assistenza tkun immirata lejn il-ħtiġijiet ta’ kull kandidat.

Kif indikat fir-rieżami ta’ nofs it-terminu mwettaq għall-istrumenti ta’ azzjoni esterna 7 , l-IPA II serva l-għan tiegħu u kien meqjus rilevanti. Għaldaqstant, huwa propost biss tibdil minimu. Il-bidla ewlenija hija li l-objettivi jenħtieġ li jiġu ristrutturati skont l-għan ġenerali li titkejjel il-prestazzjoni.

Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

Meta dan ir-Regolament jiġi implimentat, għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma’ politiki u programmi oħrajn rilevanti tal-Unjoni.

Il-proposta se tkompli tippożizzjona l-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni bħala komponent ewlieni tal-politika ta’ azzjoni esterna. L-IPA III se jkompli jkun konness sew ma’ programmi ta’ azzjoni esterna oħrajn.

Il-proċess tat-tkabbir jestendi l-politiki interni tal-UE għas-sħab tat-tkabbir. Dan jikkontribwixxi, fost ħwejjeġ oħra, għal:

·l-espansjoni tas-suq intern, tal-Ispazju Ewropew ta’ Ġustizzja u Libertà, u tan-netwerks tal-enerġija u tat-trasport trans-Ewropej;

·il-ħolqien tax-xogħol, l-iżvilupp tal-ħiliet, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, u t-tnaqqis tal-faqar;

·il-ħarsien tal-ambjent u t-tnaqqis ta’ tniġġis transfruntiera;

·l-allinjament mal-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd;

·l-isforzi biex jiġu diversifikati s-sorsi tal-enerġija u tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija, inklużi l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli u l-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari, biex jittejbu r-reżiljenza għad-diżastri, il-prevenzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tad-diżastri; kif ukoll

·l-isforzi biex jinkiseb approċċ iktar integrat u strateġiku għall-politiki marittimi, l-eċċellenza xjentifika u l-aġenda diġitali.

Barra minn hekk, il-konverġenza mal-politika u l-leġiżlazzjoni dwar il-klima tal-Unjoni għandha tagħti benefiċċji sinifikanti lis-sħab tat-tkabbir permezz ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u l-ħolqien ta’ impjiegi aktar ekoloġiċi f’reġjun li huwa vulnerabbli ħafna għall-impatt tat-tibdil fil-klima.

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 stabbiliet objettiv iktar ambizzjuż għall-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika fost il-programmi kollha tal-UE, bil-mira globali tkun li 25 % tan-nefqa tal-UE tikkontribwixxi għall-għanijiet marbutin mal-klima. Il-kontribuzzjoni tal-IPA III għall-ksib ta’ din il-mira kumplessiva se tiġi segwita permezz ta’ sistema ta’ markaturi tal-klima tal-UE f’liżvell xieraq ta’ diżaggregazzjoni, inkluż l-użu ta’ metodoloġiji iktar preċiżi meta dawn ikunu disponibbli. Il-Kummissjoni se tkompli tippreżenta l-informazzjoni ta’ kull sena f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta' impenn fil-kuntest tal-abbozz ta’ baġit annwali.

Biex tappoġġa l-użu sħiħ tal-potenzjal tal-programm biex jikkontribwixxi għall-objettivi tal-klima, il-Kummissjoni se tfittex li tidentifika azzjonijiet rilevanti permezz tal-proċessi ta’ tħejjija, ta’ implimentazzjoni, ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni tal-programm.

Għaldaqstant, il-programm se jkun qed ifittex li jikkomplementa firxa wiesgħa ta’ programmi tal-Unjoni. Dawn jinkludu:

·il-programmi ta’ politika interna (sinerġiji mal-politiki dwar is-sigurtà, il-migrazzjoni, ir-riċerka u innovazzjoni, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-konnettività u l-enerġija); kif ukoll

·l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali, billi jinżamm sett ta’ regoli komuni applikabbli għall-istrumenti ta’ finanzjament estern, billi jinżamm komponent ta’ investiment komuni u billi tiġi ssimplifikata l-kontribuzzjoni tal-istrumenti ta’ finanzjament estern b’appoġġ għad-dimensjoni esterna ta’ Erasmus.

Jenħtieġ li l-benefiċjarju mniżżel fl-Anness I ikompli jgawdi mill-programmi tematiċi tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali, b’mod partikolari b'appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem.

Jenħtieġ ukoll li l-IPA jkun parti mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus stipulat fir-Regolament NDICI u għandu jikkontribwixxi għall-ħtiġijiet ta’ proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għal dak li jikkonċerna l-operazzojnijiet fil-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I. Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, iffinanzjata minn dan ir-Regolament u mill-NDICI, għandha tkopri wkoll il-proviżjonament għal assistenza makrofinanzjarja biex tindirizza l-kriżijiet ta’ bilanċ tal-ħlasijiet fil-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I u pajjiżi rilevanti oħrajn. Jenħtieġ li l-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għall-assistenza makrofinanzjarja jkun tad-daqs adegwat biex jindirizza l-isfidi politiċi u l-instabbiltà ekonomika ta’ dawn il-pajjiżi, bil-punt ta’ referenza jkun il-volum annwali ta’ self maqbul fl-analiżi ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. Jenħtieġ li dan l-appoġġ mhux programmabbli jikkomplementa l-modi oħra ta’ assistenza stipulati f’dan ir-Regolament.

Permezz tal-Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u ftehimiet oħra ma’ pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, l-Unjoni attivament tħeġġeġ lis-sħab tat-tkabbir tagħha biex jistabbilixxu sistemi ta’ kompetizzjoni.

Li l-Ewropa ssir post aktar sikur hija waħda mill-prijoritajiet fl-aġenda tal-Unjoni. It-titjib tal-orjentazzjoni strateġika tal-assistenza finanzjarja għal qabel l-adeżjoni se tgħin biex tappoġġa lis-sħab tat-tkabbir biex jipprevjenu u jindirizzaw il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni u biex issaħħu l-kapaċitajiet tagħhom tal-infurzar tal-liġi u tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-ġestjoni tal-fruntieri.

It-tkabbir jagħti piż akbar lill-Unjoni u jsaħħaħ il-vuċi tagħha fil-fora internazzjonali. Il-proċess ta’ adeżjoni mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija jagħti lill-Unjoni interess u influwenza saħansitra akbar fir-reġjuni tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed u fil-baċin tad-Danubju.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-politika tat-tkabbir hija bbażata fuq l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan jgħid li “ l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun gwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha u li hija tfittex li tippromwovi fil-bqija tad-dinja: id-demokrazija, l-Istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali”.

Il-bażi ġuridika għall-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni hija l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Sussidjarjetà

L-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni huwa l-uniku strument li jindirizza l-objettiv tat-tħejjija tal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali għas-sħubija fl-Unjoni. Dan l-għan jista’ jintlaħaq b’mod adegwat fil-livell tal-Unjoni biss.

Il-valur miżjud tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni jserraħ ukoll fuq l-ambitu tal-istrumenti li tuża. L-użu intensiv tal-inizjattivi tal-Ġemellaġġ u t-TAIEX (strument għall-Assistenza Teknika u Skambju ta' Informazzjoni) iwassal l-għarfien espert ta’ Stati Membri partikolari lill-benefiċjarji tal-IPA sabiex jgħinhom jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. Il-bini ta’ relazzjonijiet fit-tul mal-istituzzjonijiet ekwivalenti simili fi Stat Membru huwa riżultat konkret tal-Ġemellaġġ.

L-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni jippromwovi attivament il-kooperazzjoni territorjali, pereżempju permezz ta’ programmi transfruntieri, programmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u interreġjonali, u strateġiji makroreġjonali. Il-valur miżjud huwa ovvju: ir-rikonċiljazzjoni u l-bini ta’ fiduċja fil-Balkani tal-Punent, l-għelbien tal-ostakli ġeografiċi u l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien. Dawn kollha jibqgħu aspetti ewlenin tal-proċess tat-tkabbir li huma indirizzati biss mill-programmi tal-Unjoni, u mhux minn donaturi oħra.

Proporzjonalità

F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-Regolament propost ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET RETROSPETTIVI, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet retrospettivi/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fi tmiem l-2016 sar rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni II (IPA II). Filwaqt li l-implimentazzjoni kienet għadha fi stadju bikri, l-evalwazzjoni esterna kkonkludiet li IPA II kien laħaq l-għanijiet tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mal-prijoritajiet tal-Unjoni u l-ħtiġijiet tal-benefiċjarji. Ir-rapport ta' evalwazzjoni ġibed l-attenzjoni lejn il-fatt li IPA II kien sar iktar strateġiku mill-predeċessur tiegħu. F’termini ta’ prijoritajiet, kulma jmur qed jiffoka iktar fuq:

-il-promozzjoni ta’ riformi ewlenin, jiġifieri t-tliet prinċipji fundamentali tal-istrateġija tat-tkabbir (l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, u l-governanza ekonomika); kif ukoll

-ir-riżultati tar-riformi, permezz tal-introduzzjoni ta’ qafas ta' prestazzjoni.

Wera wkoll il-kapaċità tiegħu li jirreaġġixxi bi flessibbiltà għal kriżijiet u sfidi emerġenti (bħall-għargħar, il-migrazzjoni u kwistjonijiet ta’ sigurtà).

IPA II iffoka aktar fuq il-prestazzjoni u r-riżultati, iżda xorta fadal lok għal titjib: fil-kwalità tal-indikaturi, fl-iżvilupp tal-oqfsa ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni fil-livell lokali, u fil-kwalità tal-ġbir ta’ data fil-benefiċjarji.

Ir-rapport issottolinja wkoll li IPA II għandu komplementarjetà tajba mal-azzjonijiet ta’ strumenti oħrajn, b’mod partikolari l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) u l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP). Madankollu, hemm bżonn li koordinazzjoni titjieb fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll tal-ipprogrammar.

Biex jindirizza l-konstatazzjonijiet tar-rieżami ta' nofs it-terminu, jenħtieġ li IPA III iqiegħed il-prestazzjoni fil-qalba tal-istrument. Permezz ta’ programmar iktar strateġiku, il-proposta hija mistennija li tippermetti li jkun hemm iktar kontroll fuq l-allokazzjonijiet ta’ finanzjament ġenerali, li jirriflettu l-impenji u l-progress favur ir-riforma min-naħa tal-benefiċjarji. Dan se jippermetti li jkun hemm aktar flessibbiltà fir-risposta għal sfidi emerġenti.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati fl-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni usa’ li kien ta’ kontribut għar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-istrumenti ta’ azzjoni esterna kollha. Saru tliet tipi ta’ konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati. L-evalwaturi għamlu madwar 1 000 intervista strutturata jew semistrutturata ma’ uffiċjali tal-UE u rappreżentanti mill-istituzzjonijiet tal-UE, mill-Istati Membri u minn sħab. Saru bosta sessjonijiet ta’ ħidma tekniċi biex jiġu ppreżentati u diskussi l-abbozzi tal-evalwazzjonijiet bis-sehem ta’ parteċipanti mill-Parlament Ewropew, mill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill, mill-kumitati tal-Istati Membri, mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali. Lejn il-bidu tal-2017 saret konsultazzjoni pubblika miftuħa. Din kellha l-għan li tiġbor il-feedback mill-partijiet ikkonċernati dwar is-sejbiet li ħarġu mill-evalwazzjonijiet tal-istrumenti u dwar l-istrumenti ta’ azzjoni esterna wara l-2020.

Il-messaġġi prinċipali li waslu mingħand il-partijiet ikkonċernati li ġew ikkonsultati huma dawn li ġejjin.

·Flessibbiltà: il-partijiet ikkonċernati qablu li l-istrumenti finanzjarji l-ġodda hemm bżonn li jkunu aktar flessibbli biex iwieġbu għal sfidi u kriżijiet mhux prevedibbli. B’mod partikolari, issottolinjaw il-ħtieġa li ssir iktar faċli li l-fondi jiġu mċaqalqa bejn reġjun u ieħor u bejn proċeduri ta’ għajnuna. Madankollu, saħqu wkoll li ż-żieda fil-flessibbiltà ma kellhiex iddgħajjef il-prevedibbiltà, is-sjieda min-naħa tas-sħab jew l-enfasi fuq il-ksib ta’ objettivi ta’ żvilupp fit-tul. Sabiex ikun żgurat li jkun hemm flessibbiltà u prevedibbiltà xi respondenti argumentaw favur li jkun hemm biżżejjed riżervi li ma jkunux allokati.

·Koerenza: il-partijiet ikkonċernati qiesu li huwa meħtieġ li tiġi żgurata koerenza akbar bejn il-politiki interni u esterni tal-Unjoni, kif ukoll bejn l-istrumenti esterni nfushom. Il-biċċa l-kbira rrakkomandaw li l-Unjoni tkun minn ta’ quddiem fit-titjib tal-komplimentarjetà bejn il-partijiet ikkonċernati varji kemm ġewwa l-UE kif ukoll barra minnha.

·Simplifikazzjoni: l-Unjoni ġiet imħeġġa ħafna biex tissimplifika aktar l-arkitettura ġenerali tal-istrumenti. Jenħtieġ ukoll li l-Unjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tissimplifika proċeduri amministrattivi u finanzjarji skabrużi.

·Ingranaġġ: il-partijiet ikkonċernati qablu li l-istrumenti ta’ finanzjament innovattivi jista’ jkollhom rwol importanti fl-ingranaġġ tal-finanzjament pubbliku u privat għall-assistenza esterna tal-Unjoni.

Din il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-IPA III tirrispondi għall-biċċa l-kbira tat-tħassib li esprimew il-partijiet ikkonċernati li ġew ikkonsultati.

-Dan jintroduċi iktar flessibbiltà billi ma jistabbilix allokazzjonijiet għas-sħab mill-bidu nett. Il-qafas ta’ programmazzjoni tal-IPA jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ħtiġijiet li qegħdin jevolvu u jiżgura bilanċ bejn il-prevedibbiltà u l-prestazzjoni abbażi tal-finanzjament.

-L-arkitettura l-ġdida tal-istrumenti għall-azzjoni esterna se tiffaċilita l-koerenza u s-sinerġija bejn l-IPA III u l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali. Dan huwa partikolarment il-każ għall-komponenti tematiċi u tar-reazzjoni rapida, li jenħtieġ li jiġu użati għal inizjattivi li l-għanijiet tagħhom jistgħux jinkisbu effettivament mill-programmi ġeografiċi.

-Huwa mistenni wkoll li l-IPA III jimmobilizza l-potenzjal ta’ ingranaġġ tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u sħab oħrajn, inkluż is-settur privat. Il-qafas ta' prestazzjoni ġenerali tiegħu se jiġi msaħħaħ u ssimplifikat.

Għarfien espert estern

Ir-rapport ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu (ippubblikat f’Diċembru 2017) u d-dokumenti tal-ħidma tal-persunal assoċjati 8 li jkopru l-istrumenti ta’ azzjoni esterna kienu fil-biċċa l-kbira bbażati fuq sett ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni indipendenti mwettqa fl-2016-2017 (Saret evalwazzjoni għal kull strument inkluż l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni).

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni kkummissjonat ukoll rapport indipendenti biex iħares lejn is-sett ta’ strumenti ta’ azzjoni esterna koperti mir-rapport ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu, filwaqt li jislet it-tagħlimiet u l-messaġġi ewlenin minnhom 9 .

Valutazzjoni tal-impatt

Fl-2018, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tal-impatt li analizzat liema strumenti ta’ azzjoni esterna jistgħu jiġu ssimplifikati fi strument wiesa’ wieħed.

Il-valutazzjoni tal-impatt analizzat l-impatt tas-simplifikazzjoni tal-istrumenti attwali li ġejjin: l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi, l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari, u l-Istrument ta' Sħubija. Hija kkonkludiet li l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni jenħtieġ li jibqa’ strument indipendenti.

Il-valutazzjoni tal-impatt irċeviet opinjoni pożittiva b’xi riżervi mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fis-27 ta’ April 2018.

Ir-riżervi ewlenin jikkonċernaw l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali propost, u b’mod partikolari l-istruttura ta’ governanza tiegħu, il-ġustifikazzjoni mogħtija biex bosta strumenti jiġu amalgamati f’wieħed, l-implikazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ politika tal-integrazzjoni tal-FEŻ fil-baġit tal-UE, il-linja bażi, il-prijoritizzazzjoni u r-ring-fencing possibbli tal-finanzjament, kif ukoll il-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni. Il-Valutazzjoni tal-Impatt kienet modifikata skont dan biex tindirizza l-kwistjonijiet li semma l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju. Ta’ min jiġi nnutat li l-ebda waħda mir-riżervi tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ma kienet tikkonċerna r-Regolament propost li jistabbilixxi l-IPA III jew l-interazzjoni tiegħu mal-istrument usa’.

Simplifikazzjoni

Din il-proposta tagħmel tibdil minimu fir-Regolament attwali. Hija tikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali ta’ simplifikazzjoni bil-modi li ġejjin.

·Se tiżgura li jkun hemm koerenza mal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali. (L-użu ta’ programmi tematiċi se jkun komplementarju għall-programmi ġeografiċi, u se jieħu mill-Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni stabbilita skont dak l-istrument).

·Se tkompli tapplika sett uniku ta’ regoli għall-azzjonijiet esterni bl-użu tar-regoli finanzjarji stabbiliti fl-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (li qabel kienu inklużi f’Regolament separat dwar regoli ta’ implimentazzjoni komuni għall-azzjonijiet esterni). Kull fejn dan ikun possibbli, se toqgħod fuq ir-Regolament Finanzjarju.

·Waqt l-implimentazzjoni, il-bidla fl-approċċ tal-ipprogrammar se tnaqqas l-għadd ta’ programmi bbażati fuq is-sħab adottati mill-Kummissjoni. Dan se jirriżulta wkoll f'simplifikazzjoni għall-benefiċjarji, li se jkunu jistgħu jirrispondu għall-prijoritajiet li jkunu ġew stabbiliti bid-dokumenti strateġiċi tagħhom stess, u fi sjieda ikbar mill-benefiċjarji.

Drittijiet fundamentali

Il-prijoritajiet politiċi tal-IPA III se jkunu mfasslin madwar dawk prinċipali stabbiliti fid-dokumenti rilevanti dwar il-politika u l-istrateġija tat-tkabbir, u jiffukaw b’mod partikolari fuq ir-rispett għall-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’ Mejju 2018 10 il-Kummissjoni pproponiet li jiġu allokati EUR 14 500 000 000 (prezzijiet attwali) għall-Programm il-ġdid għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni għal 2021 – 2027.

L-istima dettaljata tal-impatt finanzjarju ta’ din il-proposta hija ppreżentata fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva mehmuża ma’ din il-proposta.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-implimentazzjoni se jkollha bżonn tiġi aċċellerata, b’mod partikolari fl-ewwel snin, biex jiġi evitat li jkun hemm kuntrattar u implimentazzjoni pendenti, u biex id-dewmien attwali jiġi assorbit progressivament. Il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari lill-ġestjoni indiretta mal-benefiċjarji. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu wriet li filwaqt li l-impatt f’termini ta’ żieda fis-sjieda huwa meqjus pożittiv, il-prestazzjoni tal-kuntrattar kienet fqira u kien hemm dewmien kbir fl-implimentazzjoni, partikolarment fit-Turkija.

Il-monitoraġġ se jsir fuq il-bażi tal-indikaturi stabbiliti fil-proposta. L-indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti se jiġu ddefiniti u inklużi fil-qafas ta’ programmazzjoni tal-IPA, u se jiġu imposti rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonati fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE. Ir-rapporti dwar it-tkabbir se jittieħdu bħala punt ta’ referenza fil-valutazzjoni tar-riżultati tal-assistenza tal-IPA III. Jenħtieġ li s-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni tiżgura li d-data dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu.

Il-Kummissjoni se timmonitorja regolarment l-azzjonijiet tagħha u tanalizza l-progress li jkun sar biex jingħataw ir-riżultati. B’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 11 , li fih it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni u l-politika eżistenti jenħtieġ li jagħtu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-għażliet possibbli għall-azzjoni ulterjuri, il-Kummissjoni se tagħmel evalwazzjoni interim u waħda finali. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-Istrument fil-prattika fuq il-bażi tal-indikaturi u l-miri rilevanti, u analiżi dettaljata ta’ sa fejn jista’ jiġi meqjus li l-Istrument huwa rilevanti, effettiv, effiċjenti, jagħtix biżżejjed valur miżjud tal-UE u huwa koerenti ma’ politiki oħrajn tal-UE. L-evalwazzjonijiet se jinkludu tagħlimiet meħuda biex jiġu identifikati xi nuqqasijiet jew problemi, jew inkella xi potenzjal biexl-azzjonijiet jew ir-riżultati tagħhom ikomplu jittejbu u biex jgħin fil-massimizzazzjoni tal-evalwazzjoni u l-impatt tagħhom.

Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien ma’ kummenti li jakkumpanjawhom, se jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Sa fejn hu possibbli, dan din il-proposta timxi ma’ struttura simili għal dik użata fi programmi oħrajn tal-Unjoni. Hija tagħti prijorità wkoll lil sett uniku ta’ regoli għall-azzjonijiet esterni. Dan bħalissa qed jinkiseb mir-regoli ta’ implimentazzjoni komuni għal azzjonijiet esterni, li ġew integrati fl-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali. Sabiex il-gwadanni tas-simplifikazzjoni jinżammu, il-proposta sa fejn tista’ tintroduċi kontroreferenzi għall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali.

Il-Kapitolu I jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni, u jistabbilixxi d-definizzjonijiet, l-objettivi, il-baġit u sett ta’ dispożizzjonijiet bejn il-programmi. Id-definizzjonijiet huma allinjati mal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali, u saret id-diliġenza dovuta biex jiġi evitat li jkun iddupplikat ir-Regolament Finanzjarju. L-għanijiet baqgħu ġeneralment simili għal dawk li kellu l-IPA II, biss dawn issa huma strutturati b’mod iktar koerenti biex jirriflettu l-intenzjoni ġenerali tal-ibbaġitjar fuq il-bażi tal-prestazzjoni, li fih għanijiet speċifiċi huma allinjati ma’ allokazzjonijiet baġitarji (Titoli). Il-baġit huwa indikat bħala ammont globali, bl-intenzjoni tkun li jkun hemm l-iktar flessibbiltà possibbli. Eċċezzjoni għal din ir-regola hija l-indikazzjoni tal-ammont massimu ta’ nfiq previst fi programmi transfruntiera biex jinżamm il-volum attwali ta’ nfiq. Id-dispożizzjonijiet bejn il-programmi jikkontribwixxu għall-objettiv ġenerali tas-simplifikazzjoni billi jindikaw b'mod ċar liema sett uniku ta’ regoli japplika meta l-IPA III jikkontribwixxi għal programmi oħra.

Il-Kapitolu II jiżgura l-konsistenza mal-qafas ta’ politika ġenerali. Huwa jiddikjara wkoll l-impenn għall-ħidma mill-qrib mal-istati membri sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-koordinazzjoni tad-donaturi b’mod ġenerali.

Il-Kapitolu III jagħti l-istadji differenti tal-implimentazzjoni fid-dettall, mill-istabbiliment ġenerali tal-qafas ta’ programmazzjoni tal-IPA III għall-adozzjoni ta’ pjanijiet u miżuri annwali u pluriennali. Il-qafas ta’ programmazzjoni tal-IPA jċaqlaq l-enfasi minn fuq l-allokazzjonijiet għas-sħab għall-prestazzjoni fil-kisba tal-għanijiet. L-assistenza se tkompli tiġi mmirata u aġġustata għas-sitwazzjoni speċifika tal-benefiċjarji. Madankollu, l-aċċess għall-finanzjament, apparti mill-prinċipju ta’ "sehem ġust", jenħtieġ li jkun ibbażat fuq kriterji bħall-maturità tal-proġett jew il-programm, l-impatt mistenni u l-progress fl-oqsma tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet fundamentali u l-governanza. Għaldaqstant, il-mekkaniżmu li jippremja l-prestazzjoni huwa integrat fl-allokazzjonijiet ġenerali.

Il-proposta żżomm sett uniku ta’ regoli għall-adozzjoni tal-pjanijiet annwali u pluriennali kif definit fl-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali. Ma hemmx bidliet kbar fir-regoli li qabel kienu parti mir-regoli ta' implimentazzjoni komuni għall-azzjonijiet esterni.

Il-Kapitolu IV jintroduċi fil-proposta regoli ta’ eliġibbiltà li qabel kienu stabbiliti fir-regoli ta’ implimentazzjoni komuni għall-azzjonijiet esterni.

Il-Kapitolu V jistipula li l-garanzija baġitarja pprovduta taħt l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali se tkopri wkoll lill-benefiċjarji tal-IPA III. Il-governanza stabbilita għall-istrumenti finanzjarji taħt l-IPA III, b’mod partikolari l-Qafas ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent se tkompli tkun responsabbli mill-operazzjonijiet koperti mill-garanzija.

Il-Kapitolu VI jistipula l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar li jenħtieġ li jkomplu jiġu koperti minn sett ta’ regoli komuni kif definit [fl-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali].

Il-Kapitolu VII jistipula d-dispożizzjonijiet finali u tranżizzjonali. B’mod partikolari, biex jiġi evitat it-taqlib, għall-operazzjonijiet iffinanzjati minn dak ir-Regolament se jibqa’ japplika l-IPA II.

2018/0247 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 212(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 12 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 13 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 14 jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2020. Sabiex tinżamm l-effettità tal-Unjoni fl-azzjonijiet esterni, jentħieġ li jinżamm qafas għall-ippjanar u għall-għoti ta’ assistenza esterna.

(2)L-għanijiet ta’ strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni huma distinti fis-sustanza mill-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, minħabba li dan l-istrument għandu l-għan li jipprepara lill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I għal sħubija futura fl-Unjoni u li jappoġġa l-proċess ta’ adeżjoni tagħhom. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jinżamm strument dedikat bħala appoġġ għat-tkabbir, filwaqt li tiġi żgurata l-komplementarjetà tiegħu mal-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u b’mod partikolari mal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI – Neighbourhood, Development and International Cooperation Instrument).

(3)L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jipprevedi li kull stat Ewropew li jirrispetta l-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, tal-libertà, tad-demokrazija, tal-ugwaljanza, tal-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi, u li jimpenja ruħu li jippromwovi dawn il-valuri, jista’ japplika biex isir membru tal-Unjoni. Stat Ewropew li jkun applika biex jissieħeb fl-Unjoni jista’ jsir membru biss meta jiġi kkonfermat li jissodisfa l-kriterji ta’ sħubija stabbiliti fil-Kunsill Ewropew ta’ Copenhagen f’Ġunju 1993 (il-“kriterji ta’ Copenhagen”) u dejjem jekk l-Unjoni jkollha l-kapaċità li tintegra lill-membru l-ġdid. Il-kriterji ta’ Copenhagen huma relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi, l-eżistenza ta' ekonomija tas-suq operattiva kif ukoll il-kapaċità li jlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-Unjoni, u l-abbiltà li jieħu fuqu mhux biss id-drittijiet iżda wkoll l-obbligi stabbiliti fit-Trattati, inkluża aderenza mal-għanijiet ta’ unjoni politika, ekonomika u monetarja.

(4)Il-proċess tat-tkabbir huwa mibni fuq kriterji stabbiliti u kundizzjonalità ġusta u rigoruża. Kull benefiċjarju jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-merti proprji tiegħu. Il-valutazzjoni tal-progress miksub u l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet għandhom l-għan li jipprovdu inċentivi u gwida lill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I biex jaħdmu fuq ir-riformi estensivi meħtieġa. Sabiex il-prospett ta’ tkabbir isir realtà, l-impenn sod għall-prinċipju tal-“fundamentali l-ewwel” 15 huwa essenzjali. Il-progress lejn l-adeżjoni jiddependi fuq ir-rispett ta’ kull applikant għall-valuri tal-Unjoni u l-kapaċità tiegħu li jwettaq ir-riformi meħtieġa sabiex jallinja s-sistemi politiċi, istituzzjonali, legali, amministrattivi u ekonomiċi mar-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki fl-Unjoni.

(5)Il-politika tat-tkabbir tal-Unjoni hija investiment fil-paċi, fis-sigurtà u fl-istabbiltà fl-Ewropa. Din tagħti aktar opportunitajiet ekonomiċi u kummerċjali, għall-benefiċċju reċiproku tal-Unjoni u tal-Istati Membri aspiranti. Il-prospett ta’ sħubija fl-Unjoni għandu effett trasformattiv qawwi, li jintroduċi bidla pożittiva demokratika, politika, ekonomika u soċjali.

(6)Il-Kummissjoni Ewropea affermat mill-ġdid il-prospett sod u bbażat fuq il-mertu tas-sħubija fl-UE għall-Balkani tal-Punent fil-Komunikazzjoni tagħha “Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar mal-Balkani tal-Punent” 16 . Dan huwa messaġġ b’saħħtu ta’ inkoraġġiment għall-Balkani tal-Punent kollha u sinjal tal-impenn tal-UE għall-ġejjieni Ewropew tagħhom.

(7)Jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll assistenza f’konformità mal-ftehimiet konklużi mill-Unjoni mal-benefiċjarji elenkati fl-Anness I. Jenħtieġ li l-assistenza tkun tiffoka l-aktar fuq l-għajnuna lill-benefiċjarji elenkati fl-Anness I biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, biex jirriformaw l-amministrazzjoni ġudizzjarja u pubblika, biex jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni. Jenħtieġ ukoll li l-assistenza ssostni l-prinċipji u d-drittijiet ewlenin kif definiti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 17 . Jenħtieġ li l-assistenza tkompli tappoġġa l-isforzi tagħhom biex javvanzaw fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Jenħtieġ ukoll li ssaħħaħ l-iżvilupp soċjali u ekonomiku u l-governanza ekonomika tagħhom, filwaqt li tirfed aġenda tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiva, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ żvilupp reġjonali, ta’ agrikoltura u żvilupp rurali, soċjali u tal-impjiegi, u l-iżvilupp tal-ekonomija u s-soċjetà diġitali, f’konformità wkoll mal-inizjattiva emblematika l-Aġenda Diġitali għall-Balkani tal-Punent.

(8)Jenħtieġ li l-Unjoni tagħti appoġġ għat-tranżizzjoni lejn l-adeżjoni għall-benefiċċju tal-benefiċjarji elenkati fl-Anness I, fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Istati Membri tagħha. Din il-kooperazzjoni jenħtieġ li tiffoka b’mod partikolari fuq il-kondiviżjoni tal-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fil-proċess tar-riforma.

(9)Il-kooperazzjoni strateġika u operazzjonali msaħħa bejn l-Unjoni u l-benefiċjarji elenkati fl-Anness I dwar is-sigurtà hija kruċjali biex it-theddid ta’ terroriżmu u għas-sigurtà jiġi indirizzat effettivament u effiċjentement.

(10)Huwa essenzjali li tiżdied iktar l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni inkluża l-ġestjoni tal-fruntieri, dwar l-iżgurar tal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, dwar il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni rilevanti, dwar it-tisħiħ tal-benefiċċji għall-iżvilupp tal-migrazzjoni, dwar il-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni legali u tal-ħaddiema, dwar it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u fuq l-isforz tagħna fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, kontra t-traffikar ta' bnedmin u kontra l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali.

(11)It-tisħiħ tal-istat ta’ dritt, inkluż il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, u l-governanza tajba, inkluża r-riforma fl-amministrazzjoni pubblika, għandhom sfidi ewlenin fil-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji elenkati fl-Anness I u huma essenzjali sabiex il-benefiċjarji jersqu eqreb lejn l-Unjoni u aktar tard biex jieħdu fuqhom b’mod sħiħ l-obbligi tas-sħubija fl-Unjoni. Minħabba li r-riformi mixtieqa f’dawk l-oqsma huma fit-tul u minħabba l-ħtieġa li jinbnew rekords ta’ prestazzjoni, l-assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li tindirizza r-rekwiżiti imposti fuq il-benefiċjarji elenkati fl-Anness I mill-aktar fis possibbli.

(12)F’konformità mal-prinċipju tad-demokrazija parteċipattiva, is-sorveljanza parlamentari ta’ kull benefiċjarju elenkat fl-Anness I ta’ min tiġi inkoraġġita mill-Kummissjoni.

(13)Il-benefiċjarji elenkati fl-Anness I hemm bżonn li jkunu ppreparati aħjar sabiex jindirizzaw l-isfidi dinjija, bħall-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, u li jallinjaw ruħhom mal-isforzi tal-Unjoni biex tindirizza dawk il-kwistjonijiet. Biex jirrifletti l-importanza li t-tibdil fil-klima jiġi indirizzat konformi mal-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs – Sustainable Development Goals), dan il-programm għandu jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira globali ta’ 25 % tal-infiq baġitarju tal-UE li jappoġġa l-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet li jaqgħu taħt dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 16 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm favur objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u l-kontribuzzjoni kumplessiva minn dan il-programm jenħtieġ li tkun parti mill-evalwazzjonijiet u mill-proċessi ta’ rieżami rilevanti.

(14)Jenħtieġ li l-azzjonijiet li jaqgħu taħt dan l-Istrument jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti bħala aġenda universali, li għaliha l-UE u l-Istati Membri tagħha huma kompletament impenjati, u li l-benefiċjarji kollha mniżżlin fl-Anness I approvaw.

(15)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-programm ta’ applikazzjoni tiegħu li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fis-sens ta’ [ir-referenza għandha tiġi aġġornata kif xieraq f’konformità mal-ftehim interistituzzjonali l-ġdid: il-punt 17 tal-Ftehim interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 18 ], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(16)Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw il-konformità, il-koerenza u l-komplementarjetà tal-assistenza tagħhom, b’mod partikolari permezz ta’ konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta’ informazzjoni matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-assistenza. Jenħtieġ li jittieħdu wkoll il-passi meħtieġa sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni u komplementarjetà aħjar, inkluż permezz ta’ konsultazzjonijiet regolari, ma’ donaturi oħrajn. Ir-rwol tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jiġi msaħħaħ kemm fil-programmi implimentati permezz ta’ korpi ta’ governanza u bħala benefiċjarju dirett tal-assistenza tal-Unjoni.

(17)Il-prijoritajiet għall-azzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet fl-oqsma ta’ politika relevanti li se jiġu appoġġati taħt dan ir-regolament jenħtieġ li jiġu definiti f’qafas ta’ programmazzjoni stabbilit mill-Kummissjoni għad-durata tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2027 fi sħubija mal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, fuq il-bażi tal-aġenda tat-tkabbir u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, f’konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi ddefiniti minn dan ir-Regolament u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istrateġiji nazzjonali rilevanti. Jenħtieġ li l-qafas ta’ programmazzjoni jidentifika l-oqsma li għandhom jiġu appoġġati permezz tal-assistenza b’allokazzjoni indikattiva għal kull qasam ta’ appoġġ, inkluż stima tan-nefqa relatata mal-klima.

(18)Huwa fl-interess tal-Unjoni li tassisti l-benefiċjarji elenkati fl-Anness I fl-isforzi tagħhom għar-riforma bil-ħsieb ta’ sħubija fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-assistenza tiġi ġestita b’enfasi qawwija fuq ir-riżultati u b’inċentivi għal dawk li juru l-impenn tagħhom għar-riforma permezz tal-implimentazzjoni effiċjenti tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni u l-progress lejn l-ilħuq tal-kriterji tas-sħubija.

(19)It-tranżizzjoni minn ġestjoni diretta mill-Kummissjoni tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni għal ġestjoni indiretta mill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I jenħtieġ li tkun progressiva u li timxi mal-kapaċitajiet rispettivi ta’ dawk il-benefiċjarji. Jenħtieġ li l-assistenza tkompli tagħmel użu mill-istrutturi u mill-istrumenti li wrew kemm huma ta’ valur fil-proċess ta’ qabel l-adeżjoni.

(20)L-Unjoni jenħtieġ li tfittex l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli sabiex tottimizza l-impatt tal-azzjoni esterna tagħha. Dan jenħtieġ li jinkiseb permezz tal-koerenza u l-komplementarjetà bejn l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, kif ukoll permezz tal-ħolqien ta’ sinerġiji ma’ politiki u programmi tal-Unjoni oħrajn. Dan jinkludi, fejn huwa rilevanti, il-koerenza u l-komplementarjetà mal-assistenza makrofinanzjarja.

(21)Sabiex jimmassimizza l-impatt ta’ interventi kkombinati biex jinkiseb għan komuni, dan ir-Regolament għandu jkun jista’ jikkontribwixxi għal azzjonijiet taħt programmi oħrajn, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkunux ikopru l-istess kostijiet.

(22)Il-finanzjament minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jintuża biex jiffinanzja azzjonijiet taħt id-dimensjoni internazzjonali ta’ Erasmus, li l-implimentazzjoni tagħhom trid issir skont ir-Regolament Erasmus 19 .

(23)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw, b’mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit u implimentat il-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, appoġġ baġitarju, fondi fiduċjarji, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-UE fil-każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri u pajjiżi terzi, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u l-finanzjament mill-UE effettiv.

(24)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-regolament jenħtieġ li jingħażlu fuq il-bażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jiksbu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Ta’ min jitqies l-użu ta’ somom f'daqqa, prezzijiet fissi u kostijiet tal-unità, kif ukoll ta’ finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet, kif inhu msemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(25)Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tapplika regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni. Ir-regoli u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-istrumenti għall-finanzjament tal-azzjoni esterna tal-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru [NDICI] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li jiġu stipulati dispożizzjonijiet addizzjonali dettaljati biex jindirizzaw sitwazzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari għall-oqsma ta’ politika tal-kooperazzjoni transfruntiera u tal-agrikoltura u żvilupp rurali.

(26)L-azzjonijiet esterni spiss jiġu implimentati f’ambjent volatili ħafna u jkun hemm bżonn adattament rapidu u kontinwu għall-ħtiġijiet li qed jevolvu tas-sħab tal-Unjoni u għal sfidi dinjija għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba, is-sigurtà u l-istabbiltà, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, u l-migrazzjoni irregolari u l-għeruq tagħha. Li l-prinċipju tal-prevedibbiltà jiġi rikonċiljat mal-ħtieġa ta’ reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda, għaldaqstant, jimplika li l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi tiġi adattata. Biex tiżdied l-abbiltà tal-Unjoni li tirrispondi għal ħtiġijiet imprevisti, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju li l-baġit tal-Unjoni jiġi stabbilit annwalment, ir-Regolament jenħtieġ li jippreserva l-possibbiltà li jiġu applikati l-flessibilitajiet diġà permessi mir-Regolament Finanzjarju għal politiki oħrajn, jiġifieri trasferimenti u impenji mill-ġdid ta’ fondi impenjati, biex jiġi żgurat użu effiċjenti tal-fondi tal-UE, kemm għaċ-ċittadini tal-UE u għall-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, biex b’hekk jiġu massimizzati l-fondi tal-UE disponibbli għall-interventi ta’ azzjoni esterna tal-UE.

(27) Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+), hu u jibni fuq il-predeċessur tiegħu, jenħtieġ li jikkostitwixxi pakkett finanzjarju integrat li jagħti l-kapaċità ta' finanzjament fl-għamla ta’ għotjiet, garanziji baġitarji u strumenti finanzjarji oħrajn madwar id-dinja, inkluż lill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I. Il-governanza għall-operazzjonijiet li jitwettqu skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkomplu jiġu żgurati mill-Qafas ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent.

(28)Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li tappoġġa l-operazzjonijiet tal-EFSD+ u l-IPA jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ħtiġijiet ta’ proviżjonament fir-rigward tal-operazzjonijiet għall-benefiċċju tal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, inkluż il-proviżjonament u l-obbligazzjonijiet li jiġu minn self ta’ assistenza makrofinanzjarja.

(29)Huwa importanti li jiġi żgurat li l-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntieri jiġu implimentati b’mod koerenti fil-qafas stabbilit fil-programmi ta’ azzjoni esterna u fir-regolament ta’ kooperazzjoni territorjali. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ta’ kofinanzjament speċifiċi.

(30)Pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri annwali jew multiannwali msemmija fl-Artikolu 8 jikkostitwixxu programmi ta’ ħidma skont ir-Regolament Finanzjarju. Pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew multiannwali jikkonsistu minn sett ta’ miżuri raggruppati f’dokument wieħed.

(31)F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 21 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 22 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 23 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri effettivi u proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, il-kxif, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 . B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, fejn applikabbli, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I jenħtieġ ukoll li jirrappurtaw l-irregolaritajiet inkluż il-frodi li kienu s-suġġett ta' riżultanza amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u jżommu lil din tal-aħħar infurmata dwar il-progress tal-proċediment amministrattiv u legali. Bl-għan ta’ allinjament ma’ prattiki tajbin fl-Istati Membri, dan ir-rappurtar jenħtieġ li jsir permezz ta’ mezzi elettroniċi, bl-użu tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet, stabbilita mill-Kummissjoni.

(32)Sabiex jitqiesu l-bidliet fil-qafas tal-politika tat-tkabbir jew ta’ żviluppi sinifikanti fil-benefiċjarji elenkati fl-Anness I, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament u l-aġġornament tal-prijoritajiet tematiċi għall-assistenza elenkati fl-Annessi II u III. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li tali konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(33)Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kundizzjonijiet u strutturi speċifiċi għall-ġestjoni indiretta mal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-assistenza għall-iżvilupp rurali, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont [ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 25 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill]. Meta jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, it-tagħlimiet mitgħallma mill-ġestjoni u mill-implimentazzjoni tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni passata jenħtieġ li jiġu kkunsidrati. Dawk il-kundizzjonijiet uniformi jenħtieġ li jiġu emendati jekk l-iżviluppi jkunu jirrikjedu dan.

(34)Il-kumitat stabbilit skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun kompetenti wkoll għall-atti u l-impenji legali skont ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 26 skont ir-Regolament (UE) 231/2014 kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/2006 27 .

(35)Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fi [inqas mill-għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm għall-“Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni” (“IPA III”).

Jistipula l-għanijiet tiegħu, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta’ assistenza mill-Unjoni, u r-regoli biex tingħata tali assistenza.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

“kooperazzjoni transfruntiera” tfisser kooperazzjoni bejn stati membri tal-UE u l-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, bejn żewġ benefiċjarji jew aktar imniżżlin fl-Anness I jew bejn benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I u pajjiżi u territorji mniżżlin fl-Anness I tar-[Regolament NDICI] kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tar-[Regolament dwar il-kooperazzjoni territorjali Ewropea] 28 .

Artikolu 3

Għanijiet tal-IPA III

1.L-għan ġenerali tal-IPA III għandu jkun li jappoġġa l-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni tar-riformi politiċi, istituzzjonali, legali, amministrattivi, soċjali u ekonomiċi meħtieġa minn tali benefiċjarji biex jikkonformaw mal-valuri tal-Unjoni u biex progressivament jallinjaw irwieħhom mar-regoli, mal-istandards, mal-politiki u mal-prattiki tal-Unjoni bil-ħsieb tas-sħubija mal-Unjoni, biex b’hekk jikkontribwixi għall-istabbiltà, għas-sigurtà u għall-prosperità tagħhom.

2.L-IPA III għandu jkollu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)Li jsaħħaħ l-istat tad-dritt, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għad-drittijiet fundamentali u għad-dritt internazzjonali, is-soċjetà ċivili u s-sigurtà, kif ukoll li jtejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-ġestjoni tal-fruntieri;

(b)Li jsaħħaħ l-effettività tal-amministrazzjoni pubblika u li jappoġġa r-riformi strutturali u l-governanza tajba fil-livelli kollha;

(c)Li jsawwar ir-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki tal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I biex jiġu pariġġ dawk tal-Unjoni, u biex isaħħaħ ir-rikonċiljazzjoni u r-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien, kif ukoll il-kuntatti bejn il-persuni u l-komunikazzjoni;

(d)Li jsaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku u soċjali inkluż permezz ta’ iktar konnettività u żvilupp reġjonali, ta’ politiki ta’ agrikoltura u żvilupp rurali, ta’ politiki soċjali u tal-impjiegi, li jsaħħaħ il-ħarsien tal-ambjent, li jżid ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, li jaċċellera t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u li jiżviluppa l-ekonomija u s-soċjetà diġitali.

(e)Li jappoġġa l-kooperazzjoni territorjali u transfruntiera.

3.F’konformità mal-għanijiet speċifiċi, il-prijoritajiet tematiċi għall-għoti tal-assistenza skont il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I huma stipulati fl-Anness II. Il-prijoritajiet tematiċi għall-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I huma stipulati fl-Anness III. Kull waħda minn dawn il-prijoritajiet tematiċi tista’ tikkontribwixxi għall-kisba ta’ iktar minn għan wieħed speċifiku.

Artikolu 4

Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-IPA III għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta’ EUR 14 500 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

2.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għall-assistenza teknika u amministrativa għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħall-attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditu u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi, u kwalunkwe attività relatata mat-tħejjija tal-programm suċċessur għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni, f'konformità mal-Artikolu 20 tar-[Regolament NDICI].

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet bejn il-programmi

1.Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun żgurat li jkun hemm il-konsistenza, is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma’ oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, ma’ politiki u programmi rilevanti tal-Unjoni oħrajn, kif ukoll il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.

2.[Ir-Regolament NDICI] għandu japplika għal-attivitajiet implimentati taħt dan ir-Regolament fejn imsemmi f’dan ir-Regolament.

3.L-IPA III għandu jikkontribwixxi għall-azzjonijiet stabbiliti skont ir-Regolament [Erasmus 29 ]. [Ir-Regolament (UE) Erasmus] għandu japplika għall-użu ta’ dawk il-fondi. Għal dan il-għan, il-kontribuzzjoni tal-IPA III għandha tkun inkluża fid-dokument ta’ programmazzjoni indikattiv uniku msemmi fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 11 tar-[Regolament NDICI] u adottat f'konformità mal-proċeduri stipulati f'dan ir-Regolament.

4.L-assistenza taħt l-IPA III tista’ tingħata lit-tip ta’ azzjonijiet previsti fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u fil-Fond ta’ Koeżjoni 30 , fil-Fond Soċjali Ewropew Plus 31 u fil-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 32 .

5.Il-[FEŻR] 33 għandu jikkontribwixxi għal programmi jew miżuri stabbiliti għall-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I u l-Istati Membri. Dawn il-programmi u l-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 16. L-ammont tal-kontribuzzjoni mill-IPA-KTF għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 10 (3) tar-[Regolament KTE]. Il-Programmi IPA-Kooperazzjoni Transfruntiera għandhom jiġu mmaniġjati f'konformità mar-[Regolament KTE].

6.L-IPA III jista’ jikkontribwixxi għal programmi jew miżuri ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u interreġjonali li jkunu stabbiliti u implimentati taħt [ir-Regolament KTE] u li fih jipparteċipaw il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

7.Fejn xieraq, programmi oħrajn tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu għal azzjonijiet stabbiliti bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 8, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Dan ir-Regolament jista’ wkoll jikkontribwixxi għal miżuri stabbiliti bis-saħħa ta’ programmi oħrajn tal-Unjoni, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. F’tali każijiet, il-programm ta' ħidma li jkopri dawn l-azzjonijiet għandu jistabbilixxi liema sett ta’ regoli għandu japplika.

8.F’ċirkostanzi debitament iġġustifikati u sabiex tiżgura l-koerenza u l-effettività tal-finanzjament tal-Unjoni u biex trawwem il-kooperazzjoni reġjonali, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li testendi l-eliġibbiltà tal-programmi u l-miżuri ta’ azzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) għal pajjiżi, territorji u reġjuni minbarra dawk imsemmija fl-Anness I, fejn il-programm jew il-miżura li għandha tiġi implimentata hija ta’ natura dinjija, reġjonali jew transfruntiera.

KAPITOLU II

IPPJANAR STRATEĠIKU

Artikolu 6

Qafas ta’ politika u prinċipji ġenerali

1.Il-qafas tal-politika tat-tkabbir iddefinit mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill, il-ftehimiet li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti mal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Komunikazzjonijiet Konġunti tal-kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rilevanti, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ta’ politika kumplessiv għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament. Il-Kummissjoni għandha tiżgura koerenza bejn il-qafas ta’ politika tat-tkabbir u tal-assistenza.

2.Il-programmi u l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom jintegraw it-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-ugwaljanza bejn is-sessi u, fejn applikabbli, għandhom jindirizzaw l-interkonnessjonijiet bejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli 34 , għall-promozzjoni ta’ azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu benefiċċji kollaterali u jilħqu għanijiet multipli b’mod koerenti.

3.Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-koerenza u għandhom jagħmlu ħilithom biex jevitaw id-duplikazzjoni bejn l-assistenza mogħtija taħt l-IPA III u assistenza oħra mogħtija mill-Unjoni, mill-Istati Membri u mill-Bank Ewropew tal-Investiment, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operazzjonali fil-qasam tal-assistenza esterna, u għall-armonizzazzjoni tal-politiki u l-proċeduri, b’mod partikolari l-prinċipji internazzjonali dwar l-effettività tal-iżvilupp 35 . Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsulazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta’ informazzjoni matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta’ assistenza u laqgħat inklużivi mmirati għall-koordinazzjoni tal-assistenza, u għandha tikkostitwixxi pass ewlieni fil-proċessi ta’ programmazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

4.Il-Kummissjoni, f’koordinazzjoni mal-Istati Membri, għandha wkoll tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura l-koordinazzjoni u l-komplementarjetà ma’ organizzazzjonijiet u entitajiet multilaterali u reġjonali, bħal organizzazzjonijiet internazzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji, aġenziji, u donaturi mhux tal-Unjoni.

KAPITOLU III

IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 7

Qafas ta’ programmazzjoni tal-IPA

1.L-assistenza bl-IPA III għandha tkun ibbażata fuq il-qafas ta’ programmazzjoni tal-IPA għall-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3. Il-qafas ta’ programmazzjoni tal-IPA għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni għad-durata tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-Unjoni.

2.Il-qafas ta’ programmazzjoni tal-IPA għandu jqis l-istrateġiji nazzjonali u l-politiki tas-settur rilevanti.

L-assistenza għandha tiġi mmirata u aġġustata skont is-sitwazzjoni speċifika tal-benefiċjarji elenkati fl-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-isforzi ulterjuri meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ sħubija kif ukoll il-kapaċitajiet ta’ dawk il-benefiċjarji. L-assistenza għandha tiġi differenzjata fil-kamp ta’ applikazzjoni u fl-intensità skont il-ħtiġijiet, l-impenn għal riformi u l-progress fl-implimentazzjoni ta’ dawk ir-riformi.

3.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, il-qafas ta’ programmazzjoni tal-IPA għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 16.

4.Il-qafas ta’ programmazzjoni għall-kooperazzjoni transfruntiera mal-Istati Membri għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 10 (1) tar-[Regolament KTE].

5. Il-qafas ta’ programmazzjoni tal-IPA għandu jinkludi indikaturi għall-valutazzjoni tal-progress fir-rigward tal-ilħuq tal-miri stabbiliti fih.

Artikolu 8

Miżuri u metodi ta’ implimentazzjoni

1.L-assistenza taħt l-IPA III għandha tiġi implimentata f’ġestjoni diretta jew f’ġestjoni indiretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju permezz ta’ pjanijiet u miżuri ta’ azzjoni pluriennali kif imsemmi fil-Kapitolu III tat-Titolu II tar-[Regolament NDICI]. Il-Kapitolu III tat-Titolu II tar-[Regolament NDICI] għandu japplika għal dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 24 [persuni u entitajiet eliġibbli].

2.Skont dan ir-Regolament, il-pjanijiet ta’ azzjoni jistgħu jiġu adottati għal perjodu li jlaħħaq is-seba’ snin.

Artikolu 9

Il-kooperazzjoni transfruntiera

1.Sa 3 % tal-pakkett finanzjarju għandu jiġi allokat b’mod indikattiv għall-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera bejn il-benefiċjarji elenkati fl-Anness I u l-Istati Membri, f’konformità mal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tagħhom.

2.Ir-rata ta’ kofinanzjament tal-Unjoni fil-livell ta’ kull prijorità ma għandhiex tkun ogħla minn 85 % tan-nefqa eliġibbli ta’ programm ta’ kooperazzjoni transfruntier. Għall-assistenza teknika r-rata ta’ kofinanzjament tal-Unjoni għandha tkun 100 %.

3.Il-livell ta’ prefinanzjament għall-kooperazzjoni transfruntiera mal-Istati Membri għandu jkun determinat fil-programm ta’ ħidma, f’konformità mal-ħtiġijiet tal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I u jista’ jaqbeż il-perċentwali msemmi fl-Artikolu 49 tar-Regolament KTE.

4.Meta programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera ma jitkomplewx f’konformità mal-Artikolu 12 tar-[Regolament KTE], l-appoġġ minn dan ir-regolament għall-programm li ma jkunx tkompla li jkun għadu disponibbli jista’ jintuża biex jiffinanzja kwalunkwe azzjoni eliġibbli oħra taħt dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TA’ ELIĠIBBILTÀ U OĦRAJN SPEĊIFIĊI

Artikolu 10

Eliġibbiltà għall-finanzjament taħt l-IPA III

1.Offerenti, applikanti u kandidati mill-pajjiżi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt l-IPA III:

(a)L-Istati Membri, il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi koperti mill-Anness X tar-[Regolament NDICI], u

(b)pajjiżi li għalihom huwa stabbilit aċċess reċiproku għall-assistenza esterna mill-Kummissjoni. Aċċess reċiproku jista’ jingħata għal perjodu limitat ta’ mill-anqas sena, kull meta pajjiż jagħti eliġibbiltà fuq termini ugwali lill-entitajiet mill-Unjoni u mill-pajjiżi eliġibbli skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-aċċess reċiproku wara konsultazzjoni tal-pajjiż jew il-pajjiżi riċeventi kkonċernati.

KAPITOLU V

GARANZIJI BAĠITARJI U TAL-EFSD+

Artikolu 11

Strumenti finanzjarji u garanzija għall-azzjoni esterna

1.Il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I għandhom ikunu eliġibbli għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+) u għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna kif previst fil-Kapitolu IV tat-Titolu II tar-[Regolament NDICI]. Għal dan il-għan l-IPA III għandu jikkontribwixxi għall-proviżjonament marbut mal-garanzija għall-azzjoni esterna msemmija fl-Artikolu 26 tar-[Regolament NDICI] b’mod proporzjonali għall-investimenti li jsiru għall-benefiċċju tal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I.

KAPITOLU VI

MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

Artikolu 12

Monitoraġġ, awditu, evalwazzjoni u protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.Il-Kapitolu V tat-Titolu II tar-[Regolament NDICI] fir-rigward tal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni għandu japplika għal dan ir-Regolament.

2.L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-progress tal-IPA III lejn il-ksib tal-għanijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma mniżżlin fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

3.Għall-kooperazzjoni transfruntiera mal-Istati Membri, l-indikaturi għandhom ikunu dawk imsemmijin fl-Artikolu 33 tar-[Regolament KTE].

4.Flimkien mal-indikaturi msemmija fl-Anness IV, ir-rapporti dwar it-tkabbir għandhom jitqiesu fil-qafas tar-riżultati tal-assistenza tal-IPA III.

5.Flimkien mal-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni , taħt ġestjoni indiretta, il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I għandhom jirrappurtaw l-irregolaritajiet inkluż il-frodi li kienu s-suġġett ta' riżultanza amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u jżommu lil din tal-aħħar infurmata dwar il-progress tal-proċediment amministrattiv u legali. Ir-rapportar għandu jsir permezz ta’ mezzi elettroniċi, bl-użu tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet, stabbilita mill-Kummissjoni.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Delega tas-setgħa

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14 biex temenda l-Assi II, III u IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Eżerċizzju tad-delega

1.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.Att delegat adottat skont l-Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 15

Adozzjoni ta’ regoli ta’ implimentazzjoni ulterjuri

1.Ir-regoli speċifiċi li jistabbilixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, partikolarment b’rabta mal-istrutturi li għandhom jitwaqqfu bi tħejjija għall-adeżjoni u għall-għajnuna għall-iżvilupp rurali, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16.

2.    Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 16

Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat (“Il-Kumitat tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni”). Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-[Regolament (UE) Nru 182/2011].

2.Fejn ikun meħtieġ li tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-ħruġ tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk, jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob hekk.

3.Osservatur mill-BEI għandu jieħu sehem fil-proċeduri tal-Kumitat dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-BEI.

4.Il-Kumitat tal-IPA III għandu jassisti lill-Kummissjoni u għandu jkun kompetenti wkoll għall-atti legali u l-impenji skont ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006, ir-Regolament 231/2014 kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/2006.

5.Il-Kumitat tal-IPA III ma għandux ikun kompetenti għall-kontribuzzjoni għal Erasmus+ kif speċifikat fl-Artikolu 5(3).

Artikolu 17

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.Għandhom japplikaw l-Artikoli 36 u 37 tar-[Regolament NDICI].

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, bis-saħħa tar-Regolament 231/2014 [IPA II] u r-Regolament (KE) Nru 1085/2006 [IPA] li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom. Il-Kapitolu III tat-Titolu II tar-[Regolament NDICI], li preċedentement kien taħt ir-Regolament 236/2014, għandu japplika għal dawn l-azzjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 24.

2.Il-pakkett finanzjarju għall-IPA III jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn l-IPA III u l-miżuri adottati taħt il-predeċessur tiegħu, l-IPA II.

3.Jekk meħtieġ, jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(2), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet mhux kompletati.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi […] [l-għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam(oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.Durata u impatt finanzjarju

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

L-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

Raggruppament ta’ qabel l-adeżjoni

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/ azzjoni preparatorja 36  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew dirottar ta' azzjoni waħda jew aktar lejn/ma' azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) fil-biċċa l-kbira jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet usa’ Ewropej li jkun żgurat li jkun hemm l-istabbiltà, is-sigurtà u l-prosperità fil-viċinat immedjat tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prossimità bejn l-Istati Membri u l-benefiċjarji u l-ħtieġa korrespondenti għall-koordinazzjoni jiżguraw li l-appoġġ mogħti lill-benefiċjarji jgħin lill-UE tilħaq l-għanijiet tagħha stess rigward irkupru ekonomiku sostenibbli, il-migrazzjoni, is-sigurtà, il-provvista tal-enerġija, it-trasport, l-ambjent u t-tibdil fil-klima.

Il-proċess tat-tkabbir huwa mibni fuq kriterji stabbiliti u kundizzjonalità ġusta u rigoruża. Kull kandidat jew kandidat potenzjali jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-merti proprji tiegħu. Il-valutazzjoni tal-progress miksub u l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet jimmiraw li jipprovdu inċentivi u gwida lill-kandidati jew lil kandidati potenzjali sabiex jaħdmu favur ir-riformi estensivi meħtieġa. Sabiex il-prospett ta’ tkabbir isir realtà, l-impenn sod għall-prinċipju tal-“fundamentali l-ewwel” jibqa’ essenzjali. Il-proċess ta’ tkabbir jirrinforza l-paċi, id-demokrazija u l-istabbiltà fl-Ewropa u jippermetti li l-Unjoni tkun pożizzjonata aħjar biex tindirizza sfidi dinjija. Is-setgħa trasformattiva tal-proċess ta’ tkabbir tiġġenera riforma politika u ekonomika estensiva fis-sħab tat-tkabbir li hija wkoll ta’ benefiċċju għall-Unjoni b’mod ġenerali. Il-progress lejn l-adeżjoni jiddependi fuq ir-rispett ta’ kull applikant għall-valuri tal-Unjoni u l-kapaċità tiegħu li jwettaq ir-riformi meħtieġa sabiex jallinja s-sistemi politiċi, istituzzjonali, legali, amministrattivi u ekonomiċi mar-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki fl-Unjoni.

F’Novembru 2015, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat strateġija ta’ terminu medju għall-Politika tat-Tkabbir tal-UE, li tibqa’ valida. L-aġenda attwali tat-tkabbir tkopri s-sħab tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija. Infetħu negozjati ta' adeżjoni mal-pajjiżi kandidati li ġejjin: it-Turkija (2005), il-Montenegro (2012), u s-Serbja (2014). L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ilha kandidat mill-2005 u l-Albanija kisbet l-istatus ta’ pajjiż kandidat fl-2014. Il-Bożnija-Ħerzegovina (li ppreżentat l-applikazzjoni tagħha biex tissieħeb fl-UE fi Frar 2016) u l-Kosovo (li miegħu daħal fis-seħħ Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni f’April 2016) huma kandidati potenzjali. Fis-17 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rrakkomandat lill-Kunsill il-ftuħ ta’ negozjati tal-adeżjoni mal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u mal-Albanija, fid-dawl tal-progress miksub, filwaqt li jinżamm u jissaħħaħ il-momentum tar-riforma attwali.

Il-Kummissjoni Ewropea affermat mill-ġdid il-prospett sod u bbażat fuq il-mertu tas-sħubija fl-UE għall-Balkani tal-Punent fil-Komunikazzjoni tagħha “Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar mal-Balkani tal-Punent”. Dan huwa messaġġ b’saħħtu ta’ inkoraġġiment għall-Balkani tal-Punent kollha u sinjal tal-impenn tal-UE għall-ġejjieni Ewropew tagħhom.

Il-Kummissjoni żammet djalogu miftuħ u kostruttiv mat-Turkija u qed tuża kull opportunità biex tenfasizza li l-impenn iddikjarat tat-Turkija għall-adeżjoni tagħha fl-UE jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn miżuri u riformi korrispondenti. Hija wkoll ħerqana li tkompli tinvolvi ruħha mat-Turkija f’numru ta’ oqsma ewlenin ta’ interessi kondiviżi, inklużi relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi, l-enerġija, it-trasport, il-migrazzjoni u l-ażil, il-politika barranija, is-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu.

L-IPA III hemm bżonn li jkun ippożizzjonat ċar fil-kuntest tal-Istrateġija l-Ġdida dwar il-Balkani tal-Punent, u li jirrifletti l-iżviluppi fir-relazzjonijiet mat-Turkija. L-IPA III jirrifletti l-objettivi tal-Istrateġija l-ġdida dwar il-Balkani tal-Punent sabiex: jimmassimizza l-impatt tal-Inizjattivi Emblematiċi ppreżentati fl-Istrateġija, jgħin fil-proċess ta’ trasformazzjoni fil-Balkani tal-Punent fil-perjodu li ġej, jimplimenta Programmi ta’ Riforma Ekonomika (PRE) robusti u rakkomandazzjonijiet speċifiċi rispettivi għas-sħab, u jġedded l-enfasi fuq ir-riformi meħtieġa għal sħubija futura.

L-Istrateġija dwar il-Balkani tal-Punent tindika data potenzjali għall-adeżjoni (2025) ta’ mill-inqas xi kandidati jekk il-kondizzjonijiet kollha jiġu ssodisfati. Irid ikun hemm disponibbli mezzi finanzjarji biex jappoġġaw it-tħejjijiet u l-investimenti meħtieġa fis-snin ta’ qabel l-adeżjoni, inkluż li tiġi żgurata tranżizzjoni gradwali u assjematika mill-istatus ta’ qabel l-adeżjoni għal dak ta’ Stat Membru u li jiġi permess li l-kapaċità ta’ assorbiment meħtieġa tiġi żviluppata, b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-politika agrikola u ta’ koeżjoni.

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

L-appoġġ għat-tkabbir tal-UE huwa min-natura tiegħu stess kompitu li jinkiseb l-aħjar fil-livell tal-UE. L-għoti tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni skont strument uniku fuq il-bażi ta’ sett uniku ta’ kriterji huwa aktar effiċjenti milli jekk tingħata assistenza minn diversi sorsi – inklużi l-baġits nazzjonali tal-Istati Membri – fuq il-bażi ta’ proċeduri u prijoritajiet differenti. Barra minn hekk, l-influwenza politika u l-ingranaġġ tal-UE jippermettu interazzjoni ma’ awtoritajiet nazzjonali b’awtorità u ċertezza legali akbar minn Stati Membri individwali. L-Istrument jikkomplementa l-politika tat-tkabbir tal-Unjoni billi jappoġġa riformi politiċi u ekonomiċi f’pajjiż kandidati/kandidati potenzjali u huwa użat proattivament biex javvanza n-negozjati ma’ gvernijiet benefiċjarji biex jissodisfaw il-kriterji ta' Copenhagen kif ukoll il-kondizzjonalità tal-Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Ir-rapport tar-rieżami ta' nofs it-terminu (Diċembru 2017) 37 ta’ għaxar strumenti ta’ finanzjament estern 38 , inkluż l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni II (IPA II), ikkonkluda li l-istrumenti ta’ azzjoni esterna kienu ġeneralment adegwati għall-finijiet tagħhom u kienu qed ifiġġu xejriet pożittivi b’rabta mal-kisba tal-għanijiet.

Ftit se jkun hemm bżonn tibdil biex jiġi ppożizzjonat fil-kuntest tal-Istrateġija l-Ġdida dwar il-Balkani tal-Punent, u li jirrifletti l-iżviluppi fir-relazzjonijiet mat-Turkija. Fl-istess ħin, hemm bżonn li jsiru iktar sforzi biex jiġi żgurat li jkun hemm il-koerenza u s-sinerġiji mal-istrument wiesa’, b’mod partikolari fir-rigward tal-komponent tematiku u mhux programmabbli. Il-komplementarjetà tal-istrument ma’ strumenti ta’ finanzjament estern oħrajn, b’mod partikolari l-EIDHR u l-IcSP fil-passat kienet tajba iżda ma kienx hemm biżżejjed koordinazzjoni, kemm tul il-fażi tal-ippjanar kif ukoll dik tal-programmazzjoni. L-allinjament mill-qrib taċ-ċikli ta’ programmazzjoni tal-IPA u l-partijiet programmabbli tal-istrument wiesa’ jiffaċilitaw il-komplementarjetà.

F'termini ta’ prijoritajiet politiċi, l-IPA III se jkun imsawwar madwar il-prijoritajiet politiċi ewlenin li ġejjin: l-Istat tad-Dritt, id-Drittijiet Fundamentali u l-governanza; l-iżvilupp soċjo-ekonomiku; il-politiki u l-acquis tal-UE; u r-rikonċiljazzjoni, ir-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u l-kooperazzjoni reġjonali. Filwaqt li dawn diġà kienu ġew imsemmija fl-IPA II, se jkun hemm bżonn li jitqiesu wkoll sfidi ġodda bħall-migrazzjoni, is-sigurtà u t-tibdil fil-klima.

Sabiex iwieġeb għall-prijoritajiet il-ġodda u jintegra t-tagħlimiet meħuda, l-IPA III se jkollu bżonn jiġi allinjat iktar ma’ żviluppi riċenti fil-politika tat-tkabbir. Dan jeħtieġ b’mod partikolari konnessjonijiet mill-qrib mal-għanijiet tal-Istrateġija l-ġdida dwar il-Balkani tal-Punent, li jiġi massimizzat l-impatt tal-Inizjattivi Emblematiċi ppreżentati fl-Istrateġija biex jgħin fil-proċess tat-trasformazzjoni tal-Balkani tal-Punent fil-perjodu li ġej, li jiġu implimentati Programmi ta’ Riforma Ekonomika (PRE) robusti, jew li tiġġedded l-enfasi fuq ir-riformi meħtieġa għal sħubija futura. Se tkun trid tiġi żgurata flessibbiltà ikbar fl-allokazzjoni tal-finanzjament biex tindirizza prijoritajiet mhux mistennija jew emerġenti u biex tqis il-livell tal-progress tal-pajjiżi rispettivi fir-riformi relatati mal-UE. L-implimentazzjoni se jkollha tiġi aċċellerata, b’mod partikolari fl-ewwel snin, sabiex jiġi evitat xogħol b’lura fl-implimentazzjoni u l-kuntrattar strutturali, u sabiex id-dewmien attwali jiġi assorbit b’mod progressiv. F’kuntest ta’ riżorsi baġitarji limitati, l-IPA III se jkollu jaħdem biex jimmobilizza aktar il-potenzjal ta’ ingranaġġ ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u sħab oħrajn, inkluż is-settur privat, b’mod partikolari f'appoġġ għall-kompetittività u t-tkabbir inklużiv, jew il-finanzjament ta’ investimenti fl-infrastruttura fuq skala kbira. Il-qafas ta' prestazzjoni ġenerali tiegħu se jkollu jiġi msaħħa u ssimplifikat.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-programm ifittex komplementarjetajiet ma’ firxa sħiħa ta’ programmi tal-Unjoni, inklużi l-programmi ta’ politika interni u l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali. B’mod partikolar qed ikompli jkun hemm sinerġiji mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u għall-Koeżjoni u mal-Politika Agrikola Komuni fit-tħejjija tas-sieħeb benefiċjarju biex jassorbi u jimmaniġja l-finanzjament futur mill-Unjoni.

Hemm bżonn li tinżamm koerenza bejn il-Fond InvestEU, l-għodda ta’ investiment unika għall-politiki interni tal-UE, u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III), sabiex l-aċċess potenzjali għall-kandidati u għall-kandidati potenzjali għall-adeżjoni għall-UE għall-fond il-ġdid jinżamm u possibbilment jiżdied taħt il-QFP li jmiss.

1.5.Durata u impatt finanzjarju

 durata illimitata

Implimentazzjoni b'perjodu ta' bidu mill-2021.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 39  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

il-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi tal-liġi pubblika;

korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

L-assistenza taħt l-IPA III għandha tiġi implimentata f’ġestjoni diretta jew f’ġestjoni indiretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju permezz ta’ pjanijiet u miżuri ta’ azzjoni pluriennali. Il-pajjiżi sħab għadhom qed jaġġustaw għat-tibdil tal-IPA II u l-implimentazzjoni tal-programmi tal-IPA II għadha fi stadju bikri; għaldaqstant, jenħtieġ li tinżamm kemm jista’ jkun kontinwità. Hemm bżonn li jinżamm element b'saħħtu bbażat fuq il-prestazzjoni, iżda ssimplifikat b'tali mod li ssir iktar faċli li jkun hemm monitoraġġ u rapportar dwar il-benefiċjarji, kif ukoll li jingħatalhom inċentiv reali.

Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba u t-tagħlimiet meħuda, u fejn dawn ikollhom valur miżjud ċar, l-IPA III se jkompli joqgħod fuq firxa ta’ sħab bħall-awtoritajiet nazzjonali, organizzazzjonijiet internazzjonali, aġenziji u organizzazzjonijiet tal-istati membri, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u tal-iżvilupp.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Is-sistema ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni Ewropea hija element importanti tal-qafas ta' prestazzjoni kumplessiv, li huwa bbażat fuq għanijiet speċifiċi xierqa u indikaturi korrespondenti, u se jkun kulma jmur iktar iffukat fuq ir-riżultati.

Huma jinvolvu persunal intern kif ukoll kompetenza esperta esterna. Il-maniġers operazzjonali fid-Delegazzjonijiet tal-UE u fil-Kwartieri Ġenerali kontinwament jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-proġetti u l-programmi inkluż, kull fejn ikun possibbli, permezz ta’ żjarat fuq il-post. Il-monitoraġġ jipprovdi informazzjoni importanti dwar il-progress, jgħin lill-maniġers biex jidentifikaw diffikultajiet reali u potenzjali u biex jieħdu azzjoni korrettiva fil-ħin meta jkun xieraq.

Barra minn hekk, l-esperti esterni u indipendenti huma kkuntrattati biex jivvalutaw il-prestazzjoni tal-azzjoni esterna tal-UE permezz ta’ diversi sistemi komplementarji. Dawn l-evalwazzjonijiet jikkontribwixxu għall-akkontabilità u għat-titjib tal-interventi li jkunu għaddejjin; barra minn hekk jisiltu tagħlimiet mill-esperjenza mgħoddija biex jinformaw lill-politiki u l-azzjonijiet futuri. L-għodod li jintużaw huma konformi mal-kriterji tal-evalwazzjoni OECD-DAC rikonoxxuti internazzjonalment u l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolamentazzjoni Aħjar.

Il-Kummissjoni tappoġġa wkoll lill-benefiċjarji biex jibnu l-kapaċità ta’ monitoraġġ tagħhom stess. Fejn il-Kummissjoni timmaniġja l-assistenza f’isem il-benefiċjarju, il-Kummissjoni se żżomm ir-responsabbiltà ewlenija għall-monitoraġġ. Mill-banda l-oħra, meta l-benefiċjarji jimmaniġjaw l-assistenza taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess (ġestjoni indiretta) il-Kummissjoni se jkollha rwol prinċipalment superviżorju, u r-responsabbiltà primarja se tkun f’idejn il-benefiċjarju.

Rapporti ta’ monitoraġġ tal-livell tal-proġetti dwar il-progress skont il-pjanijiet, b’mod partikolari rigward: (i) għotjiet ta’ kuntrattar jew ta’ għotjiet u (ii) twassil ta’ riżultati. Il-maniġers operazzjonali huma appoġġjati wkoll mis-sistema ta’ Monitoraġġ Orjentat lejn ir-Riżultati (MOR) li tagħti ritratt tal-kwalità ta’ kampjun ta’ interventi. Permezz tal-użu ta' metodoloġija strutturata ferm u standardizzata, l-esperti tal-MOR indipendenti jagħtu valutazzjoni tal-punti b’saħħithom u d-dgħufijiet tal-proġett u jifformulaw rakkomandazzjonijiet ta’ kif tista’ tittejjeb l-effettività.

Fil-livell settorjali u tal-programmi, il-kumitati ta’ monitoraġġ kopreseduti mir-rappreżentanti tal-benefiċjarji u tal-Kummissjoni joffru forum biex il-progress jiġi vvalutat skont il-pjanijiet. Dawn il-kumitati huma appoġġati mill-kostatazzjonijiet tar-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-monitoraġġ. Dawn jaqdu rwol importanti biex jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-assistenza finanzjarja tagħti l-kontribut xieraq fid-djalogu tal-politika u li jsir segwitu sistematiku tal-konklużjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet tal-kumitati.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

L-assistenza taħt l-IPA III għandha tiġi implimentata f’ġestjoni diretta jew f’ġestjoni indiretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju permezz ta’ pjanijiet u miżuri ta’ azzjoni pluriennali. Il-modalitajiet ta’ ġestjoni se jintgħażlu fuq il-bażi tat-tip ta’ programm u ta’ sieħeb. Il-kooperazzjoni territorjali mal-Istati Membri se tiġi mmaniġjata f’ġestjoni kondiviża f'konformità mar-Regolament dwar il-kooperazzjoni territorjali Ewropea. Għaldaqstant, il-ġestjoni kondiviża mhijiex prevista taħt dan ir-Regolament. Ma hemmx tibdil fundamentali mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni II, għax l-implimentazzjoni tal-programmi tal-IPA II għadha fi stadju bikri. Għaldaqstant, jenħtieġ li tinżamm kemm jista’ jkun kontinwità.

Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba u t-tagħlimiet meħuda, u fejn dawn ikollhom valur miżjud ċar, l-UE se tkompli toqgħod fuq firxa ta’ sħab bħall-awtoritajiet nazzjonali, organizzazzjonijiet internazzjonali, aġenziji u organizzazzjonijiet tal-istati membri, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u tal-iżvilupp.

Il-ġestjoni indiretta mal-pajjiżi sħab se tkompli tiġi mħeġġa fi programmi li jħejju lill-benefiċjarji għall-ġestjoni tal-fondi strutturali, b’mod partikolari fil-qasam tal-iżvilupp rurali u agrikolu. It-tranżizzjoni minn ġestjoni diretta mill-Kummissjoni tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni għal ġestjoni indiretta mill-benefiċjarji se tkun progressiva u se timxi mal-kapaċitajiet rispettivi ta’ dawk il-benefiċjarji. L-assistenza se tkompli tagħmel użu mill-istrutturi u mill-istrumenti li wrew kemm huma ta’ valur fil-proċess ta’ qabel l-adeżjoni.

F’termini ta’ strumenti u modi ta’ implimentazzjoni, kull tip ta’ finanzjament previsti fir-Regolament Finanzjarju se jkun inkluż fl-IPA III (minn għotjiet, akkwist, premjijiet, kontribuzzjonijiet għal Fondi Fiduċjarji tal-UE, appoġġ baġitarju settorjali, għal strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji).

F’konformità mal-Artikolu 125 tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid], sa fejn huwa possibbli, l-IPA III jipprevedi l-użu ta’ forom ta’ kontribuzzjoni ssimplifikati permezz ta’ somom f'daqqa, kostijiet unitarji u rati fissi għar-rimborż tal-kostijiet eliġibbli kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-kostijiet għal kontribuzzjonijiet meta dan ikun rilevanti.

Id-DĠ Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir stabbilixxa proċessi ta’ kontroll intern bl-għan li jiżguraw il-ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, b’kont meħud tal-karattru pluriennali tal-programmi tiegħu kif ukoll in-natura tal-pagamenti kkonċernati.

   Kategorizzazzjoni tal-ambjent tal-kontroll ġenerali tad-DĠ NEAR.

L-ambjent operattiv tad-DĠ NEAR huwa wieħed kumpless u suxxettibbli għar-riskju, ikkaratterizzat minn:

Ġeneralment, livell għoli ta’ riskju fil-pajjiżi sħab (xi wħud aktar minn oħrajn) minħabba l-ambjent politiku, istituzzjonali, amministrattiv u soċjali. Din l-analiżi tar-riskju trid tiġi rfinata skont is-sieħeb.

-Attivitajiet imxerrda ġeografikament, li jkopru madwar 25 pajjiż, b’delegazzjonijiet li jimmaniġjaw il-fondi għad-DĠ NEAR.

-Għadd kbir ta’ operazzjonijiet u tranżazzjonijiet finanzjarji assoċjati.

-Żewġ strumenti finanzjarji ewlenin x’jiġu ġestiti, flimkien mal-predeċessuri tagħhom, kull wieħed minnhom b’bażi ġuridika u regoli ta' implimentazzjoni differenti, kif ukoll strumenti finanzjarji oħra (linji tematiċi), sottodelegati trasversalment minn direttorati ġenerali oħrajn.

-Diversità ta’ sħab fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha (benefiċjarji tal-IPA, kumpaniji privati, Entitajiet Fdati, NGOs).

-Diversità ta’ forom u modalitajiet ta’ implimentazzjoni finanzjarja (approċċ tal-proġetti, appoġġ baġitarju, approċċ settorjali, ġestjoni indiretta ma’ sħab benefiċjarji tal-IPA jew ma’ entità fdata, taħlit, fondi fiduċjarji, ġestjoni kondiviża taħt il-Kooperazzjoni Transfruntiera, eċċ.).

Għal iktar dettalji dwar l-istrateġija ta’ kontroll ara 2.2.2 iktar ’l isfel.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

L-assigurazzjoni tad-DĠ NEAR hija bbażata fuq piramida ta’ kontrolli, li tippermetti li jinqabdu biżżejjed erruri f’livelli differenti tant li jiġi żgurat li l-errur residwu jibqa’ taħt il-livell limitu ta’ 2 %.

(1)L-ewwel livell ta’ kontroll “ex ante” (qabel l-approvazzjoni tal-AOSD) jikkonsisti fis-sorveljanza u l-verifiki stretti tat-tranżazzjonijiet operazzjonali u finanzjarji kollha bbażati fuq iċ-ċirkwiti finanzjarji tad-DĠ, assistiti minn listi ta’ verifika komprensivi u dettaljati ħafna. Dan huwa sors ewlieni tal-prevenzjoni, tal-qbid u tal-korrezzjoni tal-iżbalji.

(2)Verifiki mandatorji tal-infiq li jakkumpanjaw it-talbiet għall-ħlas: verifiki rekwiżiti espliċitament f’dokumenti kuntrattwali inizjati mill-benefiċjarju: DĠ NEAR jimxi mar-Regolament Finanzjarju, li jistipula fejn it-talbiet għal pagamenti jridu jkunu akkumpanjati minn rapport dwar il-verifika tal-infiq maħruġ minn awditur estern.

(3)Awditi ibbażati fuq ir-riskju: DĠ Near jagħmel valutazzjoni tar-riskju robusta fil-livell tal-proġett fil-bidu ta’ kull sena, li hija l-bażi tal-pjan tal-awditu. L-għan huwa li jkun hemm saff addizzjonali ta’ kontrolli li l-AOSD jattiva meta jipperċepixxi riskji speċifiċi. Dawn huma awditi finanzjarji jew tas-sistemi, inkella awditi kombinati finanzjarji u tas-sistemi (awditi kompluti bl-opinjonijiet tal-awditjar); jew verifiki ta’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali (proċeduri miftiehma, li fihom il-kontrolli jkunu ġew strettament determinati fi ftehimiet (bħall-Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv), u li fihom l-awdituri ma joħorġux “opinjonijiet” iżda “rapporti dwar konstatazzjonijiet fattwali”).

(4)Il-Monitoraġġ Orjentat lejn ir-Riżultati (MOR) huwa għodda għar-rapportar dwar il-prestazzjoni u r-riżultati ta’ proġetti u programmi ffinanzjati mill-UE. Dan jagħmel referenza għal erba’ kriterji (ir-rilevanza, l-effiċjenza, l-effettività, u s-sostenibbiltà). Dan l-eżerċizzju jista’ jipprovdi informazzjoni bażika li tista’ tiġi sfruttata biex torjenta deċiżjonijiet futuri dwar monitoraġġ, evalwazzjoni, awditjar jew ġestjoni fil-livell ta’ proġett jew programm.

(5)L-evalwazzjonijiet huma valutazzjonijiet sistematiċi u oġġettivi ta’ proġett, programm jew politika li jkun għaddejjin jew lesti, u tat-tifsila, tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tagħhom. L-evalwazzjonijiet is-soltu jsiru minn esperti esterni indipendenti li jiflu intervent fil-konfront ta’ kriterji definiti bħalma huma r-rilevanza, l-effiċjenza, l-effettività, is-sostenibbiltà, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE (f'konformità mal-kriterji tal-evalwazzjoni OECD-DAC u mal-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolamentazzjoni Aħjar).

(6)Verifiki fuq il-post: Tali verifiki jikkomplementaw il-monitoraġġ fis-sens li jiżguraw li r-riżultati tanġibbli ta’ kuntratt jew proġett jiġu vverifikati adegwatament fil-post, flimkien ma’ aspetti ta’ legalità u regolarità, biex tiġi appoġġata l-viża operattiva (“iċċertifikat korrett”) jew biex tingħata assigurazzjoni supplementari fil-ġestjoni indiretta mal-pajjiż benefiċjarju (“Indirect Management with Beneficiary Country”– IMBC) li l-monitoraġġ u l-kontrolli tal-awtoritajiet nazzjonali jew l-entitajiet fdati biex isostnu l-viżi tal-ħlas tagħhom jistgħu jiġu fdati. Il-verifiki fuq il-post jistgħu wkoll jinkludu dimensjoni kuntrattwali jew finanzjarja bbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju, u f’dan il-każ jinvolvu kemm persunal operattiv kif ukoll dak tal-kuntratti u tal-finanzi.

(7)Valutazzjoni tal-pilastri tal-Ġestjoni Indiretta ma’ Entitajiet Fdati (“Indirect Management with Entrusted Entities” – IMEEs): id-DĠ NEAR jista’ jafda attivitajiet lil entitajiet li jkunu ġew valutati skont il-pilastri, jew minn DĠ NEAR jew minn servizzi oħrajn tal-Kummissjoni. Dawn l-entitajiet iridu jissodisfaw rekwiżiti relatati ma’ oqsma identifikati fir-Regolament Finanzjarju.

(8)    Awditi tas-sistemi IMBC: Dawn isiru jew minn persunal tal-Kummissjoni jew inkella minn kuntratturi esterni.

(9)Il-Kummissjoni tiġbor evidenza li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Ftehim Qafas ikunu ġew issodisfati, b’mod partikolari permezz tal-appoġġ imsaħħaħ lill-Awtoritajiet tal-Awditjar. Jingħataw opinjonijiet dwar it-tifsila u l-affidabilità tas-sistemi u s-sottosistemi nazzjonali. Fl-2017, id-DĠ NEAR wettaw awditi IMBC (u/jew segwitu) għall-ħames pajjiżi benefiċjarji kollha li jibbenefikaw mill-proċess IMBC. Ditta tal-awditjar esterna li ġiet imqabbda fl-2016 iffinalizzat l-eżami limitat fil-qasam tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) fil-ħames pajjiżi kollha. Dawn l-eżamijiet ġew segwiti bit-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ azzjoni dwar l-ICT.

(10)Missjonijiet ta’ sorveljanza għad-Delegazzjonijiet: jirrappreżentaw għodda ta’ ġestjoni fil-livell tad-Diretturi. Dawn jagħtu assigurazzjoni lill-AOSD, kif ukoll tagħrif dwar il-kapaċità tad-Delegazzjonijiet li jimmaniġjaw l-assistenza esterna tal-UE u li jiksbu l-għanijiet tagħhom. Issir żjara lil kull Delegazzjoni bejn kull sentejn (2) u kull erba’(4) snin.

(11)Servizz tal-Awditjar Intern u l-QEA: isiru wkoll kontrolli minn korpi tal-awditjar esterni, is-SAI u l-QEA, u r-riżultati jgħinu biex isaħħu s-sistema ta’ kontroll tad-DĠ. L-awditi li jsiru mis-SAI u mill-Qorti — awditi tal-prestazzjoni u Dikjarazzjonijiet tal-Assigurazzjoni (DAS) — ukoll huma għodod utli biex jappoġġaw l-assigurazzjoni. Fil-qafas tad-DAS, il-Qorti kull sena tagħti l-iżball l-aktar probabbli (MLE), li jagħti indikazzjoni ċara tal-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll.

(12)Validazzjoni tas-sistemi lokali: Id-DĠ BUDG, li jaħdem għall-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni, jeżamina l-aspetti funzjonali tal-IT kif ukoll dawk proċedurali tas-sistemi lokali tad-DĠ operattivi kollha, inkluż id-DĠ NEAR, biex jiżgura li l-informazzjoni ppreżentata mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b’delegazzjoni hija affidabbli. Dawn l-eżamijiet isiru skont l-Artikolu 68 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 56 tar-Regoli ta’ Applikazzjoni. Minkejja li dawn it-testijiet primarjament isiru biex jagħtu assigurazzjoni lill-Uffiċjal tal-Kontabilità, rapport ta’ validazzjoni pożittiv jagħti wkoll grad ta’ assigurazzjoni lill-maniġment tad-DĠ NEAR li s-sistemi soġġetti għal dak ir-rapport ġew iddisinjati b’mod adegwat u li qed jaħdmu kif suppost. Fl-2017, id-DĠ BUDG eżamina s-sistemi lokali tad-DĠ NEAR għall-istima u l-istabbiliment tal-ammonti riċevibbli u l-fondi minn operazzjonijiet preċedenti mill-istrumenti finanzjarji.

(13)Rieżami tal-Kwalità tal-Kontabilità: Id-DĠ NEAR iwettaq l-eżami tal-kwalità tal-kontabilità kull sena biex jiżgura li r-rapport finanzjarju annwali tiegħu u l-kontribut tiegħu għall-kontijiet konsolidati tal-Kummissjoni Ewropea jippreżentaw ħarsa vera u ġusta tal-attivitajiet finanzjarji sottostanti tiegħu.

(14)Manwali/Gwida u taħriġ tal-persunal: Id-DĠ NEAR regolarment jorganizza taħriġ għall-persunal tiegħu fil-Kwartieri Ġenerali u fid-Delegazzjonijiet tiegħu, b’mod partikolari fil-Ġranet ta’ Kooperazzjoni u fil-laqgħat tal-Kapijiet tal-Finanzi u tal-operazzjonijiet jew seminars reġjonali. Fil-bidu tal-2017 ġie ffinalizzat Manwal tal-Proċeduri ġdid u sar disponibbli għall-persunal.

(15)Rata ta' Erruri Residwi: Erruri Residwi huma dawk li jkunu żgiċċaw mill-kontrolli ta’ prevenzjoni, ta’ detezzjoni u ta’ korrezzjoni fil-qafas ta’ kontroll eżistenti. Ix-xogħol li jsir b'appoġġ għall-kejl tar-RER huwa intiż li jidentifika l-erruri li ma jkunux ġew identifikati permezz tas-sistema ta’ kontroll intern u jikkonkludi dwar l-effiċjenza tagħha.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

I.    Kostijiet/Benefiċċji tal-kontrolli f’DĠ NEAR

Is-sistema ta’ kontroll proposta għall-istrument il-ġdid tal-IPA mhijiex differenti wisq minn dik li tapplika taħt l-istrument attwali. L-istruttura tal-kostijiet tagħha għalhekk se tkun simili.

Il-kostijiet tal-kontrolli fl-2017, bi prezzijiet tal-2017, huma mistennija li jinżammu:

Il-kost tal-kontrolli f’DĠ NEAR ġie stmat li hu ta’ EUR 89 miljun għall-2017. Din l-istima saret permezz tal-valutazzjoni tan-nefqa fuq ir-riżorsi umani relatati mal-kontroll intern, kif ukoll dwar l-evalwazzjoni u l-awditu.

Il-kostijiet tar-riżorsi umani ġew stmati li huma ta’ EUR 74 miljun u jinkludu kostijiet diretti, indiretti, u tal-operat. Dan il-kalkolu huwa bbażat fuq l-għadd ta’ uffiċjali u aġenti kuntrattwali fil-kwartieri ġenerali, u l-uffiċjali, l-aġenti kuntrattwali u l-aġenti lokali fid-delegazzjonijiet, immultiplikati bil-kostijiet medji pprovduti mis-servizzi ċentrali (DĠ BUDG), bl-użu ta’ koeffiċjenti tal-kontribuzzjoni għal kull unità. Il-koeffiċjent jiġi determinat mill-ħin imqatta’ minn kull unità fuq l-attivitajiet tal-kontroll, fejn il-kontroll jiġi definit skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju: "kontroll" tfisser kwalunkwe miżura meħuda biex tingħata assikurazzjoni raġonevoli rigward l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet, l-affidabilità tar-rappurtar, is-salvagwardjar tal-assi u tal-informazzjoni, il-prevenzjoni u s-sejba u l-korrezzjoni tal-frodi u l-ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, fejn jittieħed kont tan-natura pluriennali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-ħlasijiet ikkonċernati. Il-kontrolli jistgħu jinvolvu diversi verifiki, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe politika u proċedura għall-kisba tal-għanijiet deskritti fl-ewwel sentenza. Il-kost tal-kalkolu tal-kontrolli jirreferi biss għall-kostijiet tal-Kummissjoni.

Il-kostijiet tal-kontrolli bħala proporzjon tal-valur tal-fondi relatati ġestiti fl-2017 huwa 2,9 %.

Barra minn hekk, l-ammont assolut tal-kost tal-kontrolli jrid jinqara fid-dawl tal-benefiċċju tal-kontrolli (ġestjoni finanzjarja tajba kif ikkonfermata mir-Rata ta' Erruri Residwi taħt it-2 %) u benefiċċji finanzjarji kwantitattivi tal-kontrolli, li jammontaw għal EUR 189 miljun.

Il-kostijiet imġarrba mis-sistemi nazzjonali fil-pajjiżi li jimplimentaw l-IPA taħt ġestjoni indiretta mhumiex inklużi. Ta' min jiġi nnutat li sehem sinifikanti tal-ispejjeż ta’ investiment u taħriġ imġarrba sabiex jiġu stabbiliti sistemi bħal dawn huwa ffinanzjat min-nefqa operattiva tal-IPA.

II.    Rata ta’ erruri fid-DĠ NEAR

F’termini tar-rata/i ta' erruri mistennija, fl-istadju tal-proposti leġiżlattivi l-għan hu li r-rata ta' erruri tinżamm taħt il-livell limitu ta’ 2 %.

Stima tar-Rata ta' Erruri Residwi (“RER”) fid-DĠ NEAR

Id-DĠ NEAR żviluppa studju li jippermett li ssir evalwazzjoni tal-effettività tal-qafas kumplessiv ta’ kontroll, u li jifforma parti importanti mill-informazzjoni li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu d-Direttur Ġenerali meta jiffirma d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni.

Dan l-indikatur huwa mfassal biex jivvaluta l-objettiv ta’ kontroll ewlieni tad-DĠ u biex ikejjel l-erruri residwi li ma jkunux inqabdu mis-sistema ta’ kontroll kumplessiva. Din trid tibqa’ taħt 2 % tal-ammont totali ta’ tranżazzjonijiet rieżaminati.

L-istudju RER huwa bbażat fuq kampjun (mislut minn kampjunar minn unitajiet monetarji) b’minimu ta’ 720 intervall f’popolazzjoni ta’ kuntratti magħluqa fil-perjodu bejn Settembru 2016 u Awwissu 2017. In-natura pluriennali tal-programmi tad-DĠ NEAR titqies f’din il-metodoloġija, minħabba li l-kuntratti magħluqin tul il-perjodu msemmi u meqjusin għall-kampjunar minn unitajiet monetarji kienu ġew awtorizzati fuq perjodu ta’ bosta snin.

Ir-Rata ta' Erruri Residwi għall-2017 (0,67 %) għad-DĠ hija sodisfaċenti ħafna. Dan huwa sinjal b’saħħtu li l-piramida ta’ kontrolli li tqiegħdu fil-livelli kollha tad-DĠ qed taħdem.

Fl-2017, ir-rata ta' erruri residwi kienet kif ġej:

Erruri SEV:                0,65 %

Erruri IPA (ħlief IMBC):    0,90 %

Erruri IPA IMBC:            0,36 %

DĠ NEAR                0,67 %

Limiti superjuri u inferjuri tal-erruri

Ir-rata ta' erruri ponderata superjuri hija 2,33 % u r-rata inferjuri ta’ erruri hija ta’ 0,06 %. Dan ifisser li nistgħu ngħidu b’kunfidenza ta’ 95 % li r-rata ta' erruri taqa bejn dawn iż-żewġ limiti. Id-diżaggregazzjoni tal-limitu superjuri tal-erruri hija kif ġej:

           Limitu superjuri tal-erruri        Ponderat

SEV            2,25 %                1,55 %

IPA            2,62 %                0,55 %

IMBC        2,31 %                0,23 %

Total                            2,33 %

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Minħabba l-ambjent ta’ riskju fil-pajjiżi tal-IPA li fihom jopera d-DĠ NEAR, is-sistemi għandhom bżonn jantiċipaw l-okkorrenza ta’ errur ta’ konformità potenzjali fit-tranżazzjonijiet u hemm bżonn li jintegraw il-kontrolli ta’ prevenzjoni, ta’ detezzjoni u ta’ korrezzjoni l-iktar kmieni possibbli. Dan ifisser fil-prattika li l-kontrolli ta’ konformità tad-DĠ NEAR se jistrieħu aktar fuq verifiki ex ante sinifikanti mill-persunal tal-Kummissjoni fuq it-tranżazzjonijiet, kif ukoll fuq l-awditi tas-sistemi sistematiċi tas-sistemi ta’ ħlas tal-ġestjoni indiretta (filwaqt li xorta jsiru xi verifiki u kontrolli ex post), u dan imur ferm lil hinn mis-salvagwardji rikjesti meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju. Il-qafas ta’ konformità tad-DĠ NEAR huwa magħmul mill-komponenti sinifikanti li ġejjin:

Miżuri preventivi

-Taħriġ li jkopri kwistjonijiet ta’ frodi għall-persunal tal-ġestjoni tal-għajnuna;

-Għoti ta’ gwida bl-użu tal-manwal ta’ proċeduri (MAP – manual of procedures) tad-DĠ NEAR;

-Proċess annwali tal-IMBC inkluża verifika tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li jkun hemm fis-seħħ, inkluża valutazzjoni biex tiżgura li hemm il-miżuri xierqa għall-prevenzjoni u l-qbid tal-frodi fil-ġestjoni tal-Fondi tal-UE fl-awtoritajiet li jimmaniġjaw il-fondi rilevanti;

-Skrinjar ex ante tal-mekkaniżmi ta’ kontra l-frodi disponibbli fis-sieħeb benefiċjarju bħala parti mill-valutazzjoni tal-kriterju tal-eliġibbiltà tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi sabiex sieħeb jirċievi appoġġ baġitarju (jiġifieri impenn attiv fil-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, awtoritajiet ta’ spezzjoni adegwati, kapaċità ġudizzjarja suffiċjenti u rispons u mekkaniżmi ta' sanzjoni effiċjenti);

-Kontrolli ex ante ta’ kull kuntratt prokurat nazzjonalment; irrinunzjati wara li s-sistemi nazzjonali jilħqu l-punti ta’ riferiment stretti tal-ġestjoni u l-kontroll;

Miżuri ta' detezzjoni u miżuri korrettivi

-Verifiki ex ante tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-persunal tal-Kummissjoni;

-Awditi u verifiki interni u esterni, inkluż mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

-Verifiki u rkupri retrospettivi.

Barra minn hekk meta jkun hemm suspett ta’ irregolarità intenzjonata (frodi) id-DĠ NEAR għandu miżuri oħra għad-dispożizzjoni tiegħu, li jinkludu:

-Sospensjoni tal-limitu ta’ żmien għall-ħlasijiet u n-notifika lill-entità;

-Awditi speċifiċi (awditi ad hoc/forensiċi);

-EDES (Sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni);

-Sospensjoni/tmiem tal-kuntratt;

-Proċedura ta’ esklużjoni.

-Sospensjoni ta’ talbiet ta’ manutenzjoni għall-fondi minn fondi nazzjonali;

   

Id-DĠ NEAR żviluppa u implimenta l-istrateġija kontra l-frodi tiegħu stess, maħduma fuq il-bażi tal-metodoloġija pprovduta mill-OLAF. Ġiet aġġornata fl-2016 u ġiet approvata għas-snin 2016–2017.

L-għanijiet ġenerali ta’ din l-istrateġija kontra l-frodi huma:

§Netwerk, ġbir ta’ data u gwida kontra l-frodi: li jiġi stabbilit netwerk ta’ Punti Fokali tal-OLAF fi ħdan id-DĠ NEAR, kif ukoll li jiġu żviluppati data u statistika dwar il-każi tal-OLAF li jikkonċernaw id-DĠ.

§Rapportar tal-maniġment u ġestjoni mal-partijiet ikkonċernati tal-UE: li jiġu stabbiliti ċikli regolari ta’ rapportar dwar kwistjonijiet kontra l-frodi fil-livell anzjan ta’ maniġment u fil-livell ta’ Kummissarju, kif ukoll li jiġu żviluppati l-għodod li jiffaċilitaw dan ir-rapportar u biex jikkoordinaw ir-relazzjonijiet bejn id-DĠ NEAR u l-OLAF.

§Sensibilizzazzjoni, proċeduri u l-ġestjoni tad-dokumenti: li jitqajjem iktar għarfien dwar il-frodi fost il-persunal tad-DĠ NEAR, inkluż li jiżdiedu l-għarfien u l-kapaċità tagħhom biex jagħmlu kontrolli preventivi u ta’ detezzjoni u biex jiżviluppaw proċeduri u gwidi dwar ir-rapportar tal-frodi u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ta’ kontra l-frodi għall-Pjan ta' Ġestjoni.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i ġdida/ġodda tan-nefqa proposta/i

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
Intestatura 6

Diff./Mhux diff. 40 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 41

mill-pajjiżi kandidati 42

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

Intestatura 6

16 01
Għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva

AMD

LE

LE

LE

LE

Intestatura 6

16 02
Assistenza ta’ qabel l-adeżjoni — Krediti operazzjonali

AD

IVA

IVA

IVA

IVA

Intestatura 6

16 02.01
Appoġġ għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt, tad-demokrazija, tas-soċjetà ċivili, tad-drittijiet fundamentali u tad-drittijet tal-bniedem, tal-ġestjoni tal-migrazzjoni inkluża l-ġestjoni tal-fruntieri, kif ukoll is-sigurtà.

AD

IVA

IVA

IVA

IVA

Intestatura 6

16 02.02
Appoġġ għat-tisħiħ tal-effettività tal-amministrazzjoni pubblika, għar-riformi strutturali u għall-governanza tajba.

AD

IVA

IVA

IVA

IVA

Intestatura 6

16 02.03
Appoġġ għat-tiswir tar-regoli, tal-istandards, tal-politiki u tal-prattiki f’allinjament ma’ dawk tal-Unjoni

AD

IVA

IVA

IVA

IVA

Intestatura 6

16 02.04
Appoġġ għat-tisħiħ tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku

AD

IVA

IVA

IVA

IVA

Intestatura 6

16 02.05
Appoġġ għall-kooperazzjoni territorjali u transfruntiera

AD

IVA

IVA

IVA

IVA

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 43  

Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

6

Viċinat u d-Dinja

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(1)

1 899,300

1 938,665

1 978,014

2 018,145

2 058,259

2 100,355

2 143,433

14 136,171

Pagamenti

(2)

94,239

337,482

591,552

995,238

1 460,304

1 589,081

1 678,593

7 389,681

14 136,171

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 44  

Impenji = Pagamenti

(3)

49,700

50,335

50,986

51,855

52,741

53,645

54,567

363,829

Approprjazzjonijiet totali għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

1 949,000

1 989,000

2 029,000

2 070,000

2 111,000

2 154,000

2 198,000

14 500,000

Pagamenti

=2+3

143,939

387,817

642,538

1 047,093

1 513,045

1 642,726

1 733,160

7 389,681

14 500,000



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

41,128

41,950

42,789

43,645

44,518

45,408

46,316

305,755

Nefqa amministrattiva oħra

3,532

3,602

3,674

3,748

3,823

3,899

3,977

26,255

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

44,659

45,552

46,464

47,393

48,341

49,307

50,294

332,010

f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

1 993,659

2 034,552

2 075,464

2 117,393

2 159,341

2 203,307

2 248,294

14 832,010

Pagamenti

188,598

433,369

689,002

1 094,486

1 561,386

1 692,033

1 783,454

7 389,682

14 832,010

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

41,128

41,950

42,789

43,645

44,518

45,408

46,316

305,755

Nefqa amministrattiva oħra

3,532

3,602

3,674

3,748

3,823

3,899

3,977

26,255

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

44,659

45,552

46,464

47,393

48,341

49,307

50,294

332,010

Barra mill-INTESTATURA 7 45
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

41,750

42,585

43,436

44,305

45,191

46,095

47,017

310,379

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

7,950

7,750

7,550

7,550

7,550

7,550

7,550

53,450

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

49,700

50,335

50,986

51,855

52,741

53,645

54,567

363,829

TOTAL

94,359

95,887

97,450

99,248

101,082

102,953

104,861

695,839



3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

199

199

199

199

199

199

199

Delegazzjonijiet

50

50

50

50

50

50

50

Riċerka indiretta

Riċerka diretta

Persunal estern (f’Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) — AC, AL, ENS, INT u JED  46

Intestatura 7

Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

25

25

25

25

25

25

25

- fid-Delegazzjonijiet

8

8

8

8

8

8

8

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  47

- fil-Kwartieri Ġenerali

97

97

97

97

97

97

97

- fid-Delegazzjonijiet

482

482

482

482

482

482

482

Riċerka indiretta

Riċerka diretta

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

861

861

861

861

861

861

861

Deskrizzjoni tal-kompliti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Ippjanar, ipprogrammar, ġestjoni u monitoraġġ tal-assistenza finanzjarja

Persunal estern

Ippjanar, ipprogrammar, ġestjoni u monitoraġġ tal-assistenza finanzjarja

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

Il-proposta/l-inizjattiva:

    ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 48

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    COM (2018) 321 final, jinsab fuq: https://ec.europa.eu/commission/priorities/democratic-change/future-europe/eu-budget-future_mt
(2)    L-approċċ tal-“fundamentali l-ewwel” jorbot l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali maż-żewġ oqsma kruċjali l-oħrajn tal-proċess ta’ adeżjoni: il-governanza ekonomika — enfasi msaħħa fuq l-iżvilupp ekonomiku u kompetittività mtejba — u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika. Kull wieħed minn dawn it-tliet prinċipji fundamentali huwa ta’ importanza kruċjali għall-proċessi ta’ riforma fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali u jindirizza t-tħassib ewlieni taċ-ċittadini.
(3)    COM(2015) 611 final, jinsab fuq: https://ec.europa.eu/neighbourhood-enlargement/sites/near/files/20151110_strategy_paper_en.pdf
(4) *    Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(5)    COM(2018) 65 final, jinsab fuq:  http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52018DC0065
(6)    C(2018) 460 final Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali.
(7)    Rieżami ta' nofs it-terminu tal-istrumenti ta’ finanzjament estern – https://ec.europa.eu/europeaid/evaluation-instrument-pre-accession-assistance-ipa-ii-draft-report_en
(8)    Ir-Rapport tar-Rieżami ta' Nofs it-Terminu u d-dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni assoċjat miegħu jinsabu fuq: https://ec.europa.eu/europeaid/mid-term-review-report-external-financing-instruments_en
(9)    Ir-Rapport dwar il-Koerenza jista’ jinstab hawn: https://ec.europa.eu/europeaid/coherence-report-insights-external-evaluation-external-financing-instruments_en  
(10)    COM(2018) 321 final, 2.5.2018
(11)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14.
(12)    ĠU C , , p. .
(13)    ĠU C , , p. .
(14)    Ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11).
(15)    L-approċċ tal-“fundamentali l-ewwel” jorbot l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali maż-żewġ oqsma kruċjali l-oħrajn tal-proċess ta’ adeżjoni: il-governanza ekonomika — enfasi msaħħa fuq l-iżvilupp ekonomiku u kompetittività mtejba — u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika. Kull wieħed minn dawn it-tliet prinċipji fundamentali huwa ta’ importanza kruċjali għall-proċessi ta’ riforma fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali u jindirizza t-tħassib ewlieni taċ-ċittadini.
(16)    COM(2018) 65 final jinsab fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1528453761095&uri=CELEX:52018DC0065
(17)    Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali pproklamat solennement mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir li sar f’Gothenburg fis-17 ta’ Novembru 2017.
(18)    Ir-referenza trid tiġi aġġornata: ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. Il-ftehim huwa disponibbli fuq http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32013Q1220(01)&from=EN
(19)    Ir-Regolament Erasmus il-ġdid.
(20)    Ir-Regolament (UE, Euratom ) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.
(21)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).
(22)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996 , p. 2).
(23)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(24)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(25)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(26)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82)
(27)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/2006 tas-27 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi strument ta’ sostenn finanzjarju għall-inkoraġġiment tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Turko-Ċiprijotta u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2667/2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 5).
(28)    COM(2018) 374 final – Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern
(29)    COM (2018) 367 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013.
(30)    COM(2018) 372 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni.
(31)    COM(2018) 382 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+).
(32)    COM (2018) 392 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(33)    COM(2018) 372 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni.
(34)    https://ec.europa.eu/europeaid/policies/sustainable-development-goals_en
(35)    https://ec.europa.eu/europeaid/policies/eu-approach-aid-effectiveness_en
(36)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.*    Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(37)    Ir-rapport tar-rieżami ta' nofs it-terminu COM(2017) 720 final kien ibbażat fuq għaxar dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, wieħed għal kull strument (ara l-lista iktar ’l isfel), li min-naħa tagħhom kienu bbażati fuq għaxar evalwazzjonijiet indipendenti. Ir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu, id-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni u l-evalwazzjonijiet indipendenti jistgħu jinstabu fuq: https://ec.europa.eu/europeaid/public-consultation-external-financing-instruments-european-union_en
(38)    L-għaxar strumenti kienu: l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (SKŻ); il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ); l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (SEV); l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II – Instrument for Pre-Accession); l-Istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (IcSP – Instrument contributing to stability and Peace); l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR – European Instrument for Democracy and Human Rights); l-Istrument ta’ Sħubija (PI – Partnership Instrument); l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (INSC – Instrument for Nuclear Safety Cooperation); id-Deċiżjoni dwar Greenland (GD – Greenland Decision); ir-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni (CIR – Common Implementing Regulation).
(39)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(40)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(41)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(42)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(43)    It-totali jista’ jkun li ma jaqblux bl-eżatt minħabba l-arrotondament.
(44)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(45)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(46)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; ENS = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Persunal tal-aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(47)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
(48)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % tal-kostijiet tal-ġbir.

Brussell,14.6.2018

COM(2018) 465 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)


ANNESS I

l-Albanija

il-Bożnija-Ħerzegovina

l-Iżlanda

il-Kosovo 1* 

il-Montenegro

is-Serbja

it-Turkija

l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

ANNESS II

Prijoritajiet tematiċi għall-assistenza

L-assistenza tista’, kif ikun xieraq, tindirizza l-prijoritajiet tematiċi li ġejjin:

(a)It-twaqqif u l-promozzjoni sa minn stadju bikri tal-funzjonament korrett tal-istituzzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi żgurat l-istat tad-dritt. L-interventi f’dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li: jistabbilixxu sistemi ġudizzjarji indipendenti, responsabbli u effiċjenti, inkluż reklutaġġ trasparenti u bbażat fuq il-mertu u jippromwovu kooperazzjoni ġudizzjarja, sistemi ta’ evalwazzjoni u promozzjoni u proċeduri dixxiplinari effettivi f’każijiet ta' għemil ħażin; jiżguraw it-twaqqif ta’ sistemi robusti ta’ protezzjoni tal-fruntieri, jimmaniġjaw il-flussi migratorji u jipprovdu ażil għal dawk fil-bżonn; jiżviluppaw strumenti effettivi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, il-ħasil tal-flus/il-finanzjament tat-terroriżmu u l-korruzzjoni, jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi, inklużi r-Rom kif ukoll persuni lesbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali, u l-libertajiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-mezzi ta’ komunikazzjoni u l-protezzjoni tad-data.

(b)Ir-riforma tal-amministrazzjonijiet pubbliċi f’konformità mal-Prinċipji tal-Amministrazzjoni Pubblika. L-interventi għandu jkollhom l-għan li: jsaħħu l-oqfsa ta’ riforma tal-amministrazzjoni pubblika; itejbu l-ippjanar strateġiku u l-iżvilupp politiku u l-iżvilupp leġiżlattiv inklużiv u bbażat fuq l-evidenza; itejbu l-professjonalizzazzjoni u depolitiċizzazzjoni tas-servizz pubbliku billi jinkorporaw prinċipji meritokratiċi; jippromwovu t-trasparenza u r-responsabbiltà; itejbu l-kwalità u l-għoti ta’ servizzi, inklużi proċeduri amministrattivi xierqa u l-użu ta’ gvern elettroniku ffukat fuq iċ-ċittadini; isaħħu l-amministrazzjoni finanzjarja pubblika u l-produzzjoni ta’ statistika affidabbli.

(c)It-tisħiħ tal-governanza ekonomika: L-interventi għandu jkollhom l-għan li jappoġġaw il-parteċipazzjoni fil-proċess tal-programm ta’ riforma ekonomika (ERP – economic reform process) u l-kooperazzjoni sistematika mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali rigward il-prinċipji fundamentali tal-politika ekonomika. It-titjib tal-kapaċità ta’ tisħiħ tal-istabbiltà makroekonomika u l-appoġġ tal-progress ta' żvilupp ta' ekonomija tas-suq li tiffunzjona bil-kapaċità li tlaħħaq mal-pressjonijiet kompettitivi u l-forzi tas-suq ġewwa l-Unjoni.

(d)It-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni u tas-sħab tagħha biex jipprevjenu l-kunflitti, jibnu l-paċi u jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ qabel u ta’ wara l-kriżi, inkluż permezz ta’ twissija bikrija u analiżi tar-riskju sensittiva għall-kunflitti; il-promozzjoni tal-kuntatti bejn in-nies, ir-rikonċiljazzjoni, il-miżuri għall-bini tal-paċi u għall-bini tal-fiduċja, l-appoġġ tal-azzjonijiet tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għas-sigurtà u l-iżvilupp (CBSD — capacity building in support of security and development).

(e)It-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali, inklużi l-assoċjazzjonijiet professjonali, tal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I u l-inkoraġġiment ta’ kuntatti fil-livelli kollha fost l-organizzazzjonijiet ibbażati fl-Unjoni u dawk ta’ benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, biex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom fi djalogu effettiv mal-atturi pubbliċi u privati.

(f)Il-promozzjoni tal-allinjament tar-regoli, tal-istandards, tal-politiki u tal-prattiki tal-pajjiżi sħab ma’ dawk tal-Unjoni inklużi r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(g)It-tisħiħ fl-aċċess għall-edukazzjoni, għat-taħriġ u għat-tagħlim tul il-ħajja u l-kwalità tagħhom fil-livelli kollha, u l-offerta ta’ appoġġ lis-setturi kulturali u kreattivi. L-interventi f’dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li: jippromwovu aċċess ugwali għall-edukazzjoni u kura bikrija ta’ kwalità tat-tfal, għall-edukazzjoni primarja u sekondarja, itejbu l-għoti tal-ħiliet bażiċi; iżidu l-livelli edukattivi milħuqa, inaqqsu t-tluq bikri mill-iskola u jsaħħu t-taħriġ tal-għalliema. jiżviluppaw sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET — vocational and educational training) u jippromwovu sistemi ta’ tagħlim imsejsin fuq ix-xogħol biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol; itejbu l-kwalità u r-relevanza tal-edukazzjoni għolja; jinkoraġġixxu attivitajiet relatati mal-alumni; itejbu l-aċċess għal tagħlim tul il-ħajja u jappoġġaw l-investiment fl-infrastruttura tal-edukazzjoni u t-taħriġ, b’mod partikolari bil-għan li jnaqqsu l-ispariġġi territorjali u jrawmu edukazzjoni mhux segregata u wkoll permezz tal-użu tat-teknoloġiji diġitali.

(h)It-trawwim ta’ impjiegi ta’ kwalità u l-aċċess għas-suq tax-xogħol. L-interventi f’dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li: jindirizzaw il-qgħad u l-inattività għoljin billi japoġġaw l-integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari taż-żgħażagħ (speċjalment dawk barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET), in-nisa, il-persuni qiegħda fit-tul u l-gruppi kollha li huma l-inqas rappreżentati. Il-miżuri għandhom jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi u japoġġaw l-infurzar effettiv tar-regoli u l-istandards tax-xogħol fit-territorju kollu. Oqsma oħrajn ta’ intervent għandhom ikunu l-appoġġ għall-ugwaljanza bejn is-sessi, il-promozzjoni tal-impjegabbiltà u l-produttività, l-adattament tal-ħaddiema u l-intrapriżi għall-bidla, it-twaqqif ta’ djalogu soċjali sostenibbli u l-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol bħas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u l-ispettorati tax-xogħol.

(i)Il-promozzjoni tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar. L-interventi f'dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li jimmodernizzaw is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali biex jipprovdu protezzjoni effettiva, effiċjenti u adegwata fl-istadji kollha tal-ħajja ta’ persuna, irawmu l-inklużjoni soċjali, jippromwovu l-opportunitajiet indaqs u jindirizzaw l-inugwaljanzi u l-faqar. L-interventi f'dan il-qasam għandhom ukoll jiffukaw fuq: l-integrazzjoni tal-komunitajiet emarġinati bħar-Rom; il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali; it-titjib fl-aċċess għal servizzi affordabbli, sostenibbli u ta’ kwalità għolja, bħall-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, is-settur tal-abitazzjoni, il-kura tas-saħħa, servizzi soċjali essenzjali u kura fit-tul, inkluż permezz tal-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali.

(j)Il-promozzjoni ta’ trasport intelliġenti, sostenibbli, inklużiv u sikur u t-tneħħija ta’ konġestjoni fl-infrastrutturi tan-netwerk prinċipali, b’mod partikolari permezz ta’ investiment fi proġetti b’valur Ewropew għoli miżjud. Jenħtieġ li l-investimenti jiġu pprijoritizzati skont ir-relevanza tagħhom għall-konnessjonijiet TEN-T mal-UE, il-kontribuzzjoni għall-mobilità sostenibbli, it-tnaqqis fl-emissjonijiet, l-impatt ambjentali, il-mobilità sikura, f’sinerġija mar-riformi promossi mit-Trattat dwar il-Komunità tat-Trasport.

(k)It-titjib tal-ambjent tas-settur privat u l-kompetittività tal-intrapriżi, inkluża l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, bħala muturi ewlenin għat-tkabbir, għall-ħolqien tal-impjiegi u għall-koeżjoni. Għandha tingħata prijorità għal proġetti li jtejbu l-ambjent tan-negozju.

(l)It-titjib fl-aċċess għal teknoloġiji u servizzi diġitali u t-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni billi jsir investiment fil-konnettività diġitali, il-fiduċja u s-sigurtà diġitali, il-ħiliet diġitali u l-intraprenditorija, kif ukoll fl-infrastruttura tar-riċerka u ambjent favorevoli, u billi jiġu promossi n-netwerkjar u l-kollaborazzjoni.

(m)Jingħata kontribut għas-sigurtà u s-sikurezza tal-provvista alimentari u ż-żamma ta ' sistemi ta ' biedja diversifikati u vijabbli f’komunitajiet rurali vibranti u fil-kampanja.

(n)Il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, l-indirizzar tad-degradazzjoni ambjentali u t-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità, il-promozzjoni tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi tal-baħar u tal-art u ta’ riżorsi naturali rinnovabbli, il-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi, il-konsum u produzzjoni sostenibbli, u l-appoġġ tat-tranżizzjoni għal ekonomiji ekoloġiċi u ċirkulari, il-kontribuzzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, iż-żieda fir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-promozzjoni tal-governanza u informazzjoni relatati mal-azzjoni klimatika u l-effiċjenza enerġetika. L-IPA III għandu jippromwovi politiki ta’ appoġġ għat-tibdil lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi, sikura u sostenibbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u jsaħħaħ ir-reżiljenza għad-diżastri, kif ukoll il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għad-diżastri Għandu jippromwovi wkoll livell għoli ta’ sikurezza nukleari, protezzjoni mir-radjazzjoni, u l-applikazzjoni ta’ salvagwardji effiċjenti u effettivi ta’ materjal nukleari f’pajjiżi terzi, kif ukoll l-istabbiliment ta’ oqfsa u metodoloġiji għall-applikazzjoni ta’ salvagwardji effiċjenti u effettivi għall-materjal nukleari.

(o)Il-promozzjoni tal-ogħla standards ta’ sikurezza nukleari, inkluż kultura ta’ sikurezza nukleari, tħejjija għall-emerġenzi, ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil nukleari użat u skart radjuattiv, id-dekummissjonament u r-rimedju ta’ siti nukleari u ta’ installazzjonijiet preċedenti; il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-kontabilità u l-kontroll ta’ materjali nukleari;

(p)Iż-żieda tal-kapaċità tas-setturi agroalimentari u tas-sajd sabiex ilaħħqu mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq, kif ukoll sabiex jallinjaw irwieħhom progressivament mar-regoli u l-istandards tal-Unjoni, filwaqt li jfittxu li jiksbu l-għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali fi żvilupp territorjali bbilanċjat taż-żoni rurali u tal-kosta.

ANNESS III

Prijoritajiet tematiċi għal assistenza għal kooperazzjoni transfruntiera

L-assistenza għal kooperazzjoni transfruntiera tista’, skont kif ikun il-każ, tindirizza l-prijoritajiet tematiċi li ġejjin:

(a)il-promozzjoni tal-impjiegi, il-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali u kulturali transfruntiera, fost l-oħrajn permezz ta’: l-integrazzjoni tas-swieq transfruntiera tax-xogħol, inkluża l-mobilità transfruntiera; inizjattivi konġunti ta' impjieg lokali; servizzi ta’ informazzjoni u konsulenza u taħriġ konġunt; l-ugwaljanza bejn is-sessi; l-opportunitajiet indaqs; l-integrazzjoni tal-komunitajiet tal-immigranti u tal-gruppi vulnerabbli; l-investiment fis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi; u l-appoġġ tal-investiment fis-saħħa pubblika u s-servizzi soċjali;

(b)il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji, fost l-oħrajn permezz ta': azzjonijiet konġunti għall-protezzjoni tal-ambjent; il-promozzjoni tal-użu sostenibbli ta' riżorsi naturali, ippjanar spazjali marittimu kkoordinat, l-effiċjenza fir-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari, sorsi ta' enerġija rinnovabbli u t-tranżizzjoni lejn ekonomija sikura u sostenibbli ekoloġika b’livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju; il-promozzjoni tal-investiment biex jindirizza riskji speċifiċi, l-iżgurar tar-reżiljenza għad-diżastri u l-prevenzjoni, tħejjija u rispons għad-diżastri;

(c)il-promozzjoni ta’ trasport sostenibbli u t-titjib fl-infrastrutturi pubbliċi, fost l-oħrajn permezz ta’: it-tnaqqis tal-iżolament permezz ta' aċċess imtejjeb għat-trasport, in-netwerks u s-servizzi diġitali u l-investiment f'sistemi u faċilitajiet transfruntiera tal-ilma, l-iskart u l-enerġija;

(d)il-promozzjoni tal-ekonomija u s-soċjetà diġitali billi fost l-oħrajn, jintużaw il-konnettività diġitali, l-iżvilupp ta’ servizzi tal-gvern elettroniku, ta' fiduċja u sigurtà diġitali, kif ukoll ta' ħiliet diġitali u intraprenditorija;

(e)l-inkoraġġiment tat-turiżmu u tal-patrimonju kulturali u naturali;

(f)l-investiment fiż-żgħażagħ, fl-edukazzjoni u fil-ħiliet, fost l-oħrajn permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' edukazzjoni konġunta, taħriġ vokazzjonali, skemi ta’ taħriġ u infrastruttura li tappoġġa l-attivitajiet konġunti favur iż-żgħażagħ;

(g)il-promozzjoni tal-governanza lokali u reġjonali u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-ippjanar u amministrattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

(h)it-tisħiħ tal-kompetittività, tal-ambjent tan-negozju u tal-iżvilupp ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, tal-kummerċ u l-investiment fost l-oħrajn permezz tal-promozzjoni u tal-appoġġ tal-intraprenditorija, b'mod partikolari tal-intrapriżi żgħar u medji, u tal-iżvilupp ta' swieq transfruntiera lokali u l-internazzjonalizzazzjoni;

(i)it-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, fost l-oħrajn permezz tal-promozzjoni tal-kondiviżjoni tar-riżorsi umani u l-faċilitajiet għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

ANNESS IV

Lista ta’ Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni

Il-lista’ ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għandha tintuża biex tgħin biex jitkejjel il-kontribut tal-Unjoni għall-kisba tal-għanijiet speċifiċi tagħha:

1.Indikatur kompost 2 dwar l-istat ta’ tħejjija tal-pajjiżi tat-tkabbir dwar oqsma fundamentali tal-kriterji politiċi tal-adeżjoni (inklużi d-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt (il-Ġudikatura, il-Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata) u d-Drittijiet tal-Bniedem )(sors: il-Kummissjoni Ewropea).

2.Stat ta’ tħejjija tal-pajjiżi tat-tkabbir dwar ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika (sors: il-Kummissjoni Ewropea).

3.Indikatur kompost dwar l-istat ta' tħejjija tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għall-acquis tal-UE (sors: il-Kummissjoni Ewropea).

4.Indikatur kompost dwar l-istat ta’ tħejjija tal-pajjiżi kandidati u tal-kandidati potenzjali fir-rigward tal-oqsma fundamentali tal-kriterji ekonomiċi (ekonomija tas-suq li tiffunzjona u l-kompetittività) (sors: il-Kummissjoni Ewropea).

5.Nefqa pubblika fuq is-sigurtà soċjali (perċentwal tal-PDG) (sors: ILO) jew ir-Rata ta’ Impjieg (sors: statistika nazzjonali)

6.Distakk diġitali bejn il-benefiċjarji u l-medja tal-UE (sors: l-indiċi DESI tal-Kummissjoni Ewropea)

7.Punteġġ tad-distanza għall-fruntiera (Doing Business) (sors: il-Bank Dinji)

8.Intensità enerġetika mkejla f’termini ta’ enerġija primarja u PDG (sors: EUROSTAT)

9.Emissjonijiet tal-gassijiet serra mnaqqsa jew evitati (Ktons CO2 eq) bl-appoġġ tal-UE

10.Għadd ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera konklużi bejn benefiċjarji tal-IPA u IPA/Stati Membri tal-UE (sors: il-Kummissjoni Ewropea)

L-indikaturi, meta jkun rilevanti, se jkunu diżaggregati skont is-sess.

(1) *    Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(2)    It-tliet indikaturi komposti inħadmu mill-Kummissjoni Ewropea abbażi tar-rapporti dwar it-Tkabbir, li jagħmlu użu wkoll minn bosta sorsi indipendenti.