IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.6.2018
COM(2018) 460 final
2018/0243(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali
{SEC(2018) 310 final}
{SWD(2018) 337 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet
Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027 kif deskritt fil-Komunikazzjoni "Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi - Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027" tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-komunikazzjoni tistabbilixxi l-prijoritajiet ewlenin u l-qafas baġitarju kumplessiv għall-programmi ta’ azzjoni esterna tal-UE taħt l-intestatura “Viċinat u d-Dinja”, inkluż il-ħolqien tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali.
L-għan tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali huwa li jsostni u jippromwovi l-valuri u l-interessi tal-Unjoni madwar id-dinja sabiex jiġu segwiti l-għanijiet u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).
L-isfidi li jridu jiġu indirizzati mill-azzjoni esterna żdiedu f’dawn l-aħħar snin. Id-dinja saret ikkaratterizzata minn fraġilità akbar, ikkawżata mid-diversi kriżijiet fil-viċinat tal-UE u lil hinn. Il-kunflitti reġjonali, it-terroriżmu, l-inugwaljanzi ekonomiċi u ż-żieda fil-pressjonijiet migratorji, huma kollha parti minn din ir-realtà ġdida aggravata mit-tkabbir fil-popolazzjoni, it-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali. Fl-istess ħin, filwaqt li l-livelli tal-faqar naqsu fuq livell dinji, l-għadd ta’ persuni li qed jgħixu fil-faqar għadu problema kbira, inkluż fl-ekonomiji emerġenti. Filwaqt li nkiseb progress sinifikanti minn xi sħab, oħrajn għadhom maqbudin f’sitwazzjonijiet fraġli.
Fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-2014-2020, jeżistu flimkien diversi strumenti ta’ finanzjament taħt l-intestatura l-Ewropa Globali, li l-biċċa l-kbira tagħhom se jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2020. L-iskop tagħhom ivarja, fl-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, fosthom:
–it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli (ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 li jistabbilixxi Strument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp),
–il-promozzjoni tal-interessi strateġiċi tal-Unjoni (ir-Regolament 234/2014 li jistabbilixxi Strument ta’ Sħubija),
–l-assistenza għal fil-viċinat tal-Unjoni (ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 li jistabbilixxi l-Istrument Ewropew tal-Viċinat),
–il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem (ir-Regolament (UE) Nru 235/2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem madwar id-dinja),
–ir-reazzjoni għall-kriżijiet, il-prevenzjoni tal-konflitti u l-attivitajiet għall-bini tal-paċi fil-pajjiżi sħab (ir-Regolament 230/2014 li jistabbilixxi Strument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi),
–il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ sikurezza nukleari (ir-Regolament (EURATOM) Nru 237/2014 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari),
–l-appoġġ għar-restawr tas-sitwazzjoni finanzjarja sostenibbli filwaqt li jinkoraġġixxi r-riformi ekonomiċi ta’ aġġustament (assistenza makrofinanzjarja),
–l-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji f’pajjiżi terzi speċifiċi u għall-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali u ekonomika u l-appoġġ għal proġetti relatati mat-tibdil fil-klima (id-Deċiżjoni (UE) 2018/412 li temenda d-Deċiżjoni 466/2014/UE dwar il-mandat ta’ self estern),
–fond ta’ garanzija għall-azzjonijiet esterni (ir-Regolament (KE/EURATOM) 480/2009), u
–Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Garanzija tiegħu u l-Fond ta’ Garanzija tiegħu (ir-Regolament (UE) 2017/1601).
Ir-Regolament Komuni ta’ Implimentazzjoni (ir-Regolament (UE) 236/2014) li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna, ukoll wasal biex jiskadi.
Il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, minkejja li bħalissa huwa finanzjat lil hinn mill-baġit tal-UE, huwa wieħed mill-akbar strumenti ta’ finanzjament estern, se jiskadi fl-aħħar tal-2020. Huwa għandu l-għan li jiżgura kooperazzjoni mal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, mal-partijiet kontraenti tal-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Cotonou, u mal-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropew.
F’konformità mal-Komunikazzjoni “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020” u kif ġie konkluż fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja dan ir-Regolament, l-istrumenti kollha msemmija hawn fuq jenħtieġ li jiġu integrati fi strument ġenerali wieħed, ħlief għall-għotjiet ta’ assistenza makrofinanzjarja u parti mill-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari.
Rieżamijiet u evalwazzjonijiet riċenti tal-istrumenti esterni wrew il-valur miżjud u r-rilevanza tagħhom. Madankollu, enfasizzaw ukoll opportunitajiet għal titjib, b’mod partikolari l-bżonn li jiġu ssimplifikati l-metodi tal-ħidma u sabiex l-UE tkun tista’ twieġeb għal ċirkostanzi mhux previsti b’aktar flessibbiltà. Il-lezzjonijiet meħuda, flimkien mal-isfidi dejjem jiżdiedu, wasslu lill-Kummissjoni biex timmodifika l-arkitettura tal-istrumenti ta’ finanzjament estern, u biex tinkorpora l-attivitajiet attwali finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit. Permezz ta’ din il-proposta, l-UE se tkompli tkun kapaċi taqdi rwol attiv fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, fl-istabbilizzazzjoni, fl-iżvilupp, fis-sigurtà, fil-ġlieda kontra l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari, fil-kummerċ, fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u fil-ħarsien tal-ambjent, fost kwistjonijiet oħra. Madankollu, hija se tkun tista’ tagħmel dan b’mod aktar komprensiv filwaqt li tipprovdi aktar flessibbiltà biex tieħu r-riżorsi fejn ikunu meħtieġa hekk kif jinbideli l-kuntest internazzjonali.
Din il-proposta tipprevedi data ta' applikazzjoni mill-1 ta' Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta' 27 Stat Membru, b'konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u mill-Euratom fuq il-bażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Marzu 2017.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti
Din il-proposta tipprovdi qafas ta’ abilitazzjoni li permezz tiegħu jistgħu jiġu implimentati l-politiki u l-obbligi tal-azzjoni esterna. L-obbligi internazzjonali jinkludu l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, l-Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Addis Ababa, il-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri (2015-2030) u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2282 (2016) dwar iż-żamma tal-paċi. Fl-UE, il-qafas ta’ politika jinkludi d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-azzjoni esterna, li huma definiti ulterjorment fl-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid, is-Sħubija UE-Afrika mġedda u l-Politika Ewropea tal-Viċinat rieżaminata, fost dokumneti politiċi oħrajn. Ir-Regolament se jikkostitwixxi wkoll il-qafas għall-implimentazzjoni tas-sħubija suċċessur tal-Ftehim ta’ Cotonou attwali, li se tistabbilixxi assoċjazzjoni u sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, se tiġi żgurata l-konsistenza ma’ oqsma oħra ta’ azzjoni esterna u ma’ politiki rilevanti oħra tal-UE, flimkien mal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp. Kif rifless fl-Aġenda 2030, dan ifisser li jiġi kkunsidrat l-impatt tal-politiki kollha dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-livelli kollha — nazzjonali, fl-UE, f’pajjiżi oħra u fil-livell dinji.
Barra minn hekk, jenħtieġ li wieħed ifittex sinerġiji ma’ azzjonijiet taħt programmi oħra tal-UE, sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt ikkombinat tal-interventi. L-interazzjonijiet u l-komplementarjetà ma’ programmi bħal dawn jenħtieġ li jippermettu impatt aktar b’saħħtu tal-Unjoni. L-azzjonijiet iffinanzjati taħt din il-proposta jenħtieġ li jkunu konsistenti ma’ dawk imwettqa permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III, id-Deċiżjoni dwar il-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej, l-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari ħalli jikkomplementaw l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom, il-politika estera u ta’ sigurtà komuni u tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi li għadha kif ġiet proposta li hija ffinanzjat lil hinn mill-baġit tal-UE. L-għajnuna umanitarja kif stabbiliti fl-Artikolu 214 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea mhijiex se tkun finanzjata minn din il-proposta; l-attivitajiet ta’ għajnuna umanitarja se jkomplu jiġu ffinanzjati fuq il-bażi tar-Regolament dwar l-Għajnuna Umanitarja.
Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, iffinanzjata minn dan ir-Regolament u mill-IPA III, se tkopri wkoll il-provvediment għall-assistenza makrofinanzjarja biex tindirizza l-kriżijiet tal-bilanċ ta’ pagamenti f’pajjiżi rilevanti. Il-provvediment għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għall-assistenza makrofinanzjarja jenħtieġ li jkun proporzjonat biex jindirizza l-isfidi politiċi u l-instabbiltà ekonomika ta’ dawn il-pajjiżi u jieħu bħala punt ta’ referenza l-volum annwali ta’ self miftiehem fir-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. Dan l-appoġġ mhux programmabbli jenħtieġ li jkun komplementari mal-modalitajiet l-oħra ta’ assistenza stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Il-finanzjament minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jintuża wkoll biex jiffinanzja azzjonijiet marbutin mal-mobbiltà fit-tagħlim lejn, minn jew bejn pajjiżi terzi taħt il-programm Erasmus, kif ukoll il-kooperazzjoni u d-djalogu politiku ma’ dawk il-pajjiżi, fl-edukazzjoni u fil-kultura b’mod li huwa konsistenti mar-Regolament Erasmus u mar-Regolament dwar Ewropa Kreattiva.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Din il-proposta hi bbażata fuq l-Artikoli 209, 212 u 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Qed tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.
Il-Parti V, Titolu III, Kapitoli 1 u 2 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jipprovdu l-qafas ġuridiku għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u reġjuni sħab.
•Sussidjarjetà
L-UE qiegħda f’pożizzjoni unika biex twassal assistenza esterna għal għadd ta’ raġunijiet. L-istatus tagħha bħala entità sopranazzjonali jġib miegħu influwenza politika u ingranaġġ konsegwenti. L-UE għandha preżenza dinjija permezz tad-delegazzjonijiet tagħha, li tiżgura netwerk vast ta’ informazzjoni dwar żviluppi li jaffettwaw pajjiżi madwar id-dinja kollha. L-UE hija wkoll parti minn ħafna proċessi multilaterali mmirati lejn l-indirizzar ta’ sfidi dinjija. Dan jippermetti lill-UE tkun kontinwament konxja ta’ ħtiġijiet u problemi ġodda u, għalhekk, li tirrialloka r-riżorsi kif meħtieġ. Il-komplementarjetajiet bejn l-azzjoni tal-UE u l-azzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri qegħdin jiżdiedu. Dan itejjeb id-djalogu u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab, li qegħdin dejjem aktar jitwettqu permezz ta’ programmazzjoni konġunta mal-Istati Membri.
L-UE għandha l-kapaċità wkoll tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri biex jiġu ttrattati sitwazzjonijiet potenzjalment perikolużi jew f’każ ta’ interventi partikolarment għaljin. F’xi oqsma fejn l-Istati Membri mhumiex attivi, l-UE tibqa’ l-attur prinċipali jew xi drabi l-uniku attur li jintervjeni. Dan huwa l-każ, pereżempju, f’kuntesti sensittivi bħad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali.
L-UE għandha l-opportunità tistabbilixxi djalogu u kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, pereżempju mal-grupp tal-pajjiżi AKP u mal-Unjoni Afrikana.
L-UE tista’ tipprovdi valur miżjud fuq il-bażi tal-ammont ta’ riżorsi direzzjonat permezz tal-istrumenti tagħha, tal-modi relattivament flessibbli ta’ ġestjoni u tal-prevedibbiltà tar-riżorsi matul il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali.
L-UE għandha esperjenza vasta f’ċerti oqsma li joriġinaw mill-istorja tal-Ewropa nnifisha (pereżempju, l-integrazzjoni reġjonali u tranżizzjoni demokratika) u minn politiki ta’ suċċess (bħal kompetenza fis-sigurtà tal-ikel miksuba permezz tal-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd, kif ukoll fl-istandards tekniċi tas-Suq Uniku). Għandha reputazzjoni internazzjonali magħrufa bħala attur tal-paċi u tal-prevenzjoni tal-konflitti u bħala sostenitur attiv ta’ elezzjonijiet ħielsa u tad-drittijiet tal-bniedem.
•Proporzjonalità
F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-Regolament propost ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu.
•Għażla tal-istrument
Skont l-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonalità tal-Unjoni Ewropea, li jistabbilixxu l-proċedura leġiżlattiva ordinarja li trid tintuża sabiex jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, il-proposta tieħu l-forma ta’ Regolament, li jiżgura l-applikazzjoni uniformi tiegħu, in-natura vinkolanti fl-intier tiegħu u l-applikabbiltà diretta tiegħu.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET RETROSPETTIVI, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet retrospettivi / kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Ir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu adottat mill-Kummissjoni dwar 10 mill-istrumenti ta’ finanzjament estern, ir-rapporti tal-evalwazzjoni ex post dwar l-assistenza makrofinanzjarja u r-rieżami ta’ nofs it-terminu dwar il-mandat ta’ self estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment kollha kkonkludew li l-istrumenti ta’ finanzjament estern kienu b’mod ġenerali adatti għall-iskop tagħhom u kienu ħerġin xejriet pożittivi fir-rigward tal-ilħuq tal-għanijiet. Ir-rapporti juru li huma meħtieġa aktar riżorsi għall-istrumenti ta’ finanzjament estern minħabba li dawn iġġebbdu sal-limitu finanzjarju tagħhom.
L-istrumenti jistabbilixxu l-kamp ta’ applikazzjoni, l-għanijiet u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-politiki. Ir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu wera li n-natura abilitanti tagħhom tippermettilhom ikopru l-biċċa l-kbira tal-ħtiġijiet u l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-UE. Huma jibbenefikaw jekk ikunu jirriflettu aħjar għadd ta’ żviluppi bħal: il-qafas ta’ politika l-ġdid li jinkludi l-kopertura universali tal-Aġenda 2030, il-kriżi tal-migrazzjoni / refuġjati u l-projezzjoni esterna tal-politiki interni. Barra minn hekk, jeħtieġ li tingħata aktar konsiderazzjoni lir-rabtiet bejn l-iżvilupp u s-sigurtà u l-livell ġenerali ta’ ambizzjoni għall-paċi u s-sigurtà fl-azzjoni esterna.
L-introduzzjoni tal-prinċipju tal-gradwazzjoni f’ċerti strumenti (jiġifieri l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp) ħalliet lakuna fil-kapaċità tal-UE li tikkoopera ma’ pajjiżi bi dħul medju superjuri permezz ta’ kooperazzjoni bilaterali. Billi xi sitwazzjonijiet f’dawk il-pajjiżi jistgħu jitolbu appoġġ simili (pereż. f’sitwazzjonijiet ta’ wara kriżi), instab li l-UE jenħtieġ issib modi ta’ kooperazzjoni innovattivi, kif stabbilit fil-Kunsens Ewropew il-ġdid dwar l-Iżvilupp mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw aktar avvanzati u ma’ sħab strateġiċi, f’konformità mal-kopertura universali tal-Aġenda 2030.
Il-promozzjoni tal-valuri fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem hija fil-qalba tal-istrumenti. Madankollu, kien hemm diffikultajiet fil-promozzjoni u t-twettiq ta’ din l-aġenda f’xi pajjiżi, u l-ispazju għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili nstab li kien qed jiċkien f’ħafna pajjiżi. Dan jagħmilha diffiċli biex wieħed jaħdem fuq dawn il-kwistjonijiet u jissottolinja t-tensjoni bejn il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-interessi prijoritarji proprji tas-sħab.
Fil-kuntest attwali ta’ diversi kriżijiet u kunflitti, l-UE trid tkun kapaċi tirreaġixxi malajr għall-avvenimenti li jinbidlu. Madankollu, għal ċerti strumenti, il-kapaċità ta’ rispons kienet imxekkla min-nuqqas ta’ flessibbiltà finanzjarja. Meta tfaċċaw prijoritajiet ġodda bħall-kriżi tal-migrazzjoni/refuġjati, instabu problemi biex jiġu riallokati fondi fl-istrumenti taħt il-baġit billi kwantitajiet kbar kienu ġew marbuta fi programmi fit-tul u dan ma ppermettiex marġni biżżejjed. Kif intqal fir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu, jeħtieġ li tiżdied il-flessibbiltà
Konsistenza hija meħtieġa bejn il-partijiet komponenti ta’ strument, bejn l-istrumenti differenti u mad-donaturi. B’mod ġenerali, ir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu jinnota sejbiet imħallta dwar il-koerenza. F’termini ta’ koerenza fl-istrumenti, is-sejbiet kienu sodisfaċenti. Kien hemm ċertu livell ta’ konsistenza bejn l-istrumenti iżda l-multipliċità tal-programmi xi drabi wasslet għal azzjonijiet duplikati, b’mod partikolari kooperazzjoni kumplessa ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw aktar avvanzati. Barra minn hekk, l-interazzjoni bejn l-approċċi ġeografiċi u tematiċi xi drabi wasslet għal risposti inkonsistenti fil-livell ta’ pajjiż. Il-feedback mid-delegazzjonijiet tal-UE wera li dawn kellhom diffikultajiet sabiex jimmaniġġaw u jisfruttaw il-komplementarjetajiet u joħolqu sinerġiji bejn l-istrumenti. B’mod ġenerali, tqis li l-UE kienet qiegħda titlef opportunitajiet għal strateġiji kkoordinati għal pajjiż / reġjun partikolari.
F’termini ta’ konsistenza mal-Istati Membri, ir-rieżami sab li hemm potenzjal biex il-programmazzjoni konġunta tissaħħaħ. Madankollu, dan ikun jirrikjedi aktar impenn f’ċerti każijiet mill-gvernijiet tal-pajjiżi sħab u mill-Istati Membri.
Ir-rapport ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu jindika t-tfaċċar ta’ xejriet pożittivi fir-rigward ta’ kisba ta’ riżultati. Madankollu, kienu nnotati diffikultajiet sabiex jitkejlu l-kisbiet. Ħafna drabi kien hemm informazzjoni limitata dwar is-sistemi ta’ monitoraġġ imsemmija fl-istrumenti. Kien hemm nuqqas ta’ data (inklużi l-linji bażi) sabiex jitkejjel jekk l-istrumenti kinux fit-triq it-tajba biex jilħqu xi wħud mill-għanijiet (partikolarment ta’ livell għoli) tagħhom, kif ukoll fehim li bosta fatturi esterni (pereż. il-politiki tal-pajjiżi sħab u donaturi oħra) jinfluwenzaw il-kisba tal-għanijiet.
F’termini ta’integrazzjoni tal-prijoritajiet tal-UE, ġie nnotat progress sinifikanti bejn l-istrumenti eżistenti fl-oqsma tat-tibdil fil-klima, filwaqt li jeħtieġ li jsir aktar biex tiġi indirizza l-iskala tal-isfidi ambjentali oħra bħat-telf tal-bijodiversità u t-tnaqqis tar-riżorsi naturali. L-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, kienet meqjusa fil-biċċa l-kbira bħala tal-każijiet xogħol għaddej, b’xi gvernijiet sħab xi drabi juru nuqqas ta’ interess jew reżistenza f’dawn l-oqsma.
Filwaqt li l-prestazzjoni organizzattiva ġenerali nstabet li kienet effiċjenti, xi atturi qiesu li l-implimentazzjoni ta’ xi wħud mill-istrumenti kienet ta’ piż amministrattiv.
F’termini ta’ effetti ta’ ingranaġġ, il-Pjan ta’ Investiment Estern kienet kapaċi jattira investiment privat sostanzjali għal proposti vijabbli ta’ negozju mfassla biex jirrispondu għall-bżonnijiet tal-iżvilupp sostenibbli, b’fondi pubbliċi limitati. Il-garanzija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli tikkontribwixxi biex jiżdied l-investiment meħtieġ f’pajjiżi sħab inkluż f’oqsma u setturi b’riskju għoli u kellha bidu promettenti. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (European Fund for Sustainable Development Plus, EFSD+) u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li jkomplu jibnu fuq din l-esperjenza pożittiva.
•Konsultazzjonijiet ma’ partijiet ikkonċernati
Fit-tfassil tad-dokumenti ta’ evalwazzjoni li kkontribwew għar-rapport ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu, saru tliet tipi ta’ konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati. L-evalwaturi wettqu madwar elf intervista strutturata u semistrutturata ma’ uffiċjali u rappreżentanti tal-UE minn istituzzjonijiet tal-UE, Stati Membri u pajjiżi sħab. Ġew organizzati diversi workshops tekniċi sabiex jiġu ppreżentati u diskussi l-abbozzi ta’ evalwazzjonijiet ma’ parteċipanti mill-Parlament Ewropew, gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill, kumitati tal-Istati Membri u organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali. Fl-2017 saret konsultazzjoni pubblika miftuħa. Din kellha l-għan li tiġbor feedback mingħand il-partijiet ikkonċernati dwar is-sejbiet li ħarġu mill-evalwazzjonijiet tal-istrumenti u dwar l-istrumenti ta’ finanzjament estern futuri ta’ wara l-2020.
Il-messaġġi ewlenin li ħarġu mingħand il-partijiet ikkonċernati kkonsultati huma miġburin fil-qosor hawn taħt:
Flessibbiltà: Il-partijiet ikkonċernati qablu li l-istrumenti ta’ finanzjament il-ġodda jenħtieġ li jkunu aktar flessibbli sabiex iwieġbu għal sfidi u kriżijiet mhux prevedibbli. B’mod partikolari, huma ssottolinjaw il-ħtieġa li jsir aktar faċili li wieħed iċaqlaq ta’ fondi minn reġjun għal ieħor u bejn il-modalijiet ta’ għajnuna. Madankollu, ġie sottolinjat ukoll li ż-żieda fil-flessibbiltà jenħtieġ li ma sseħħx askapitu ta’ inqas prevedibbiltà, dgħajfien tas-sjieda tal-pajjiżi u anqas enfasi fuq il-ksib tal-għanijiet ta’ żvilupp fuq terminu twil. Sabiex tiġi żgurta l-flessibbiltà u l-prevedibbiltà, xi rispondenti argumentaw favur li jkun hemm riżervi suffiċjenti.
Koerenza: Il-partijiet ikkonċernati qiesu li huwa neċessarju li tiġi żgurata konsistenza akbar bejn il-politiki interni u esterni tal-UE, kif ukoll bejn l-istrumenti esterni nfushom. Uħud enfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħu l-komplementarjetà u s-sinerġija bejn l-istrumenti ġeografiċi u tematiċi. Oħrajn argumentaw li l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli jipprovdu l-aktar bażi xierqa sabiex tiżdied il-konsistenza bejn il-politiki interni u esterni. Il-biċċa l-kbira rrakkomandaw li l-UE tkun minn ta’ quddiem fit-titjib tal-komplementarjetà bejn il-partijiet ikkonċernati varji, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha.
Xi rispondenti ssottolinjaw ir-riskju ta’ trikkib fejn l-istess għanijiet ta’ politika jiġu ffinanzjati minn diversi strumenti. Ir-rispondenti talbu wkoll delineazzjoni ċara tal-istrumenti, filwaqt li ssottolinjaw il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-programmi ġeografiċi u tematiċi jisfruttaw is-sinerġiji transsettorjali u r-rabtiet bejniethom.
Komplementarjetà: Dwar l-istrutturar tal-istrumenti futuri, il-partijiet ikkonċernati qablu li l-kombinazzjoni ta’ programmi ġeografiċi u tematiċi tagħti riżultati pożittivi. Huma enfasizzaw li l-valur tal-istrumenti strutturati ġeografikament jinsab fil-kapaċità tagħhom li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi sħab b’mod imfassal apposta għalihom. Dan huwa kruċjali minħabba d-diversità tal-isfidi u l-ħtiġijiet f’dawn il-pajjiżi. Interventi dinjija mmirati offruti minn strumenti bħalma huma l-Istrument ta’ Sħubija u l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi kienu apprezzati mill-partijiet ikkonċernati.
Simplifikazzjoni: L-UE ġiet imħeġġa bis-sħiħ biex tissimplifika aktar l-arkitettura ġenerali tal-istrumenti. L-UE jenħtieġ li tkompli wkoll bl-isforzi tagħha biex tissimplifika l-proċeduri amministrattivi u finanzjarji kkumplikati. Is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali enfażizzaw li l-proċeduri u r-regoli fis-seħħ bħalissa għandhom implikazzjonijiet importanti fuq l-abbiltà tagħhom li jinvolvu ruħhom aktar fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp.
Ingranaġġ: Il-partijiet ikkonċernati qablu li l-istrumenti ta’ finanzjament innovattivi jista’ jkollhom rwol importanti fl-ingranaġġ tal-finanzjament pubbliku u privat għall-assistenza esterna tal-UE. Is-sejbiet pożittivi dwar l-effetti ta’ ingranaġġ u l-addizzjonalità finanzjarja ta’ dawn l-istrumenti, li ħarġu mill-evalwazzjoni riċenti dwar it-taħlit, huma meqjusa bħala inkoraġġanti. Madankollu, ir-rispondenti mis-soċjetà ċivili esprimew tħassib li l-prijoritajiet tas-settur privat jissuperaw l-għanijiet ta’ tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi sħab.
Din il-proposta tindirizza ħafna mit-tħassib espress mill-partijiet ikkonċernati.
•Għarfien espert estern
Ir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal assoċjati kienu bbażati prinċipalment fuq sett ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni indipendenti mwettqa bejn l-2016 u l-2017 (evalwazzjoni waħda għal kull strument). Fl-istess ħin, tħejja wkoll rapport indipendenti dwar is-sett ta’ strumenti ta’ azzjoni esterna koperti fir-rapport ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu, li silet it-tagħlimiet u l-messaġġi ewlenin minnhom.
Lil hinn minn dawn ir-rapporti riċenti, ir-rieżami mill-pari tal-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE fl-2012 ħareġ sett ta’ rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-arkitettura, ir-regoli u l-proċeduri tal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-UE. Pereżempju, l-OECD ħeġġet lill-UE sabiex tissimplifika u timmodernizza aktar il-kooperazzjoni, billi tnaqqas l-għadd ta’ linji baġitarji, tallinja r-regoli tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, tissimplifika l-proċeduri tal-approvazzjoni u żżid il-konsistenza bejn il-programmi reġjonali u tematiċi. L-UE ntalbet issir aktar effettiva, pronta u flessibbli kemm fil-livell ta’ programm kif ukoll fis-sett tal-istrumenti. Dan tal-aħħar intalab b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ fraġilità u kriżi, fejn l-OECD rat lok sinifikanti għal titjib.
•Valutazzjoni tal-impatt
Fl-2018, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt li kopriet l-azzjoni esterna taħt l-intestatura “Ewropa Globali” tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 li jiffoka fuq il-bidliet ewlenin proposti għal azzjoni esterna, inkluż li jiġu ssimplifikati diversi strumenti fi strument wieħed wiesa’ u l-integrazzjoni tal-attivitajiet li bħalissa huma ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-UE.
L-analiżi kkonkludiet li l-vantaġġi li l-attivitajiet ta’ żvilupp ma jibqgħux jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp lil hinn mill-baġit tal-UE jegħlbu l-iżvantaġġi dment li jiġu ssodisfati ċerti prekundizzjonijiet. Dawn jinkludu:
–l-ammont allokat għall-azzjoni esterna jenħtieġ li ma jkunx inqas mis-somma tal-FEŻ u tal-istrumenti l-oħra ta’ finanzjament estern flimkien;
–il-flessibbiltajiet tal-FEŻ jenħtieġ li jiġu ttrasferiti sa fejn possibbli għall-baġit tal-UE; kif ukoll;
–l-operazzjonijiet militari ffinanzjati mill-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jenħtieġ li jitkomplew permezz ta’ mekkaniżmu ieħor lil hinn mill-baġit — il-Faċilità Ewropea għall-Paċi, li hija s-suġġett ta’ proposta separata.
Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet ukoll, li apparti dawk l-istrumenti li għandhom natura speċifika ħafna bħal għajnuna umanitarja, li ssegwi l-prinċipju ta’ newtralità, il-biċċa l-kbira tal-istrumenti jistgħu jingħaqdu flimkien fi strument wieħed, jiġifieri: ir-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni, l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Mandat ta’ Self Estern, l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Fond ta’ Garanzija, l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi u l-Istrument ta’ Sħubija. Dawk l-istrumenti li jenħtieġ jibqgħu separati huma: l-istrument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni; l-għajnuna umanitarja; il-baġit tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni; il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej inkluża Greenland; il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili l-iskema tal-voluntiera tal-għajnuna tal-UE; l-appoġġ lill-Komunità Ċiprijotta Torka; ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza; u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi l-ġdida.
Kif innotat mill-Kummissjoni u appoġġat b’feedback mis-sħab waqt il-konsultazzjoni pubblika miftuħa, l-arkitettura preżenti tal-istrumenti ta’ finanzjament estern hija kumplessa wisq. Is-simplifikazzjoni ta’ għadd ta’ strumenti fi strument wieħed wiesa’ tipprovdi opportunità għar-razzjonalizzazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u sorveljanza tagħhom u b’hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-partijiet ikkonċernati kollha. Sistema ta’ sorveljanza simplifikata tippermetti lill-istrumenti rilevanti li jkollhom stampa aħjar u aktar komprensiva tan-nefqa esterna tal-UE.
Strument wiesa’ jipprovdi approċċ ġeografikament u tematikament aktar komprensiv, li jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ politiki differenti b’mod transreġjonali, multisettorjali u b'mod dinji. L-UE tiffaċilita risposti u sinerġiji koerenti, u b’hekk tkisser il-kompartamentalizzazzjoni tematika u ġeografika.
Jiġi eliminat it-trikkib, b’mod partikolari bejn l-Istrument ta’ Sħubija u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, fir-rigward tal-kooperazzjoni innovattiva mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw aktar avvanzati, u bejn il-programmi ġeografiċi u tematiċi (jiġifieri l-programmi ġeografiċi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-programmi tematiċi tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp).
Fil-25 ta’ April 2018, il-valutazzjoni tal-impatt ġiet eżaminata mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, u rċeviet opinjoni pożittiva b’riżervi bil-fehim li l-valutazzjoni jenħtieġ tiġi aġġustata sabiex tintegra r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord dwar ċerti aspetti. B’riżultat ta’ dan, il-valutazzjoni kienet riveduta sabiex:
–tipprovdi aktar informazzjoni dwar l-istruttura tal-governanza tal-istrument il-ġdid, inkluża informazzjoni dwar il-proċeduri tad-teħid tad-deċiżjonijiet;
–tispjega aktar diversi kwistjonijiet ta’ finanzjament, inkluż finanzjament bażi, id-delimitazzjoni tar-reġjuni u l-oqsma tematiċi u l-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni tal-Istati Membri għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp; kif ukoll;
–telabora dwar kif se jaħdmu s-sistemi tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni.
L-opinjoni tal-Bord u l-modifiki assoċjati li saru fil-valutazzjoni tal-impatt huma deskritti aktar fil-fond fl-Anness 1 tal-valutazzjoni tal-impatt.
•Simplifikazzjoni
Prijorità għall-Kummissjoni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali hija li tissimplifika l-ambjent regolatorju tagħha.
Is-simplifikazzjoni ta’ għadd ta’ strumenti fi strument wieħed wiesa’ se tipprovdi opportunità għar-razzjonalizzazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u sorveljanza u b’hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-istituzzjonijiet tal-UE u għall-Istati Membri. Minflok ma jiffukaw fuq ħafna proċessi ta’ programmazzjoni, id-dibattiti jkunu aktar iffukati fuq l-għanijiet politiċi u l-involviment mas-sħab esterni. Barra minn hekk, l-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu awditjati darba biss, billi jiġu koperti l-programmi involuti kollha u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.
Is-simplifikazzjoni ma tfissirx li jkun hemm anqas skrutinju jew akkontabbiltà. Il-bilanċ interistituzzjonali jiġi ppreservat b’mod sħiħ. Pjuttost, is-setgħat baġitarji u ta’ skrutinju tal-Parlament Ewropew jiġu estiżi bl-inkorporazzjoni fil-baġit tal-UE tal-attivitajiet attwalment iffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp.
F’termini ta’ allinjament tar-regoli, l-inkorporazzjoni tad-dispożizzjonijiet mir-Regolament Komuni ta' Implimentazzjoni se tagħti lill-istrument il-ġdid sett koerenti ta’ prinċipji fil-partijiet komponenti kollha tiegħu u se tagħmilha aktar faċli biex jinftiehem mis-sħab u mill-aġenti ta’ implimentazzjoni.
•Drittijiet fundamentali
L-UE hija msejsa fuq impenn qawwi li tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt. L-Unjoni tappoġġa attivament dawn id-drittijiet u l-prinċipji fil-fruntieri tagħha, iżda anki meta tkun involuta f’relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi.
Dan ir-regolament jissostitwixxi l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem eżistenti u jappoġġa interventi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet fundamentali u d-demokrazija f’pajjiżi terzi. Il-proposta hija mfassla wkoll sabiex tappoġġa lis-soċjetà ċivili bħala forza effettiva għar-riforma politika u tad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li talloka EUR 89 200 000 000 (fi prezzijiet attwali) għall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali għall-2027-2021.
5.ELEMENTI OĦRA
•Kontribuzzjoni tar-Regolament propost għall-impenn tal-Unjoni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima
Fil-qafas tal-impenji meħuda fil-Ftehim ta’ Pariġi, u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni. Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima hija fost l-akbar sfidi li qed tiffaċċja d-dinja, u fejn il-ħtieġa għal azzjoni nazzjonali u internazzjonali hija urġenti. F’dan il-kuntest, l-għan tal-Unjoni huwa li mill-inqas 25 % tal-baġit tagħha jiġu indirizzati lejn il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Sabiex jikkontribwixxu għal dan il-għan, l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament huma mistennija li jikkontribwixxu 25 % mill-pakkett finanzjarju kumplessiv għal għanijiet tal-klima.
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rappurtar
Il-Kummissjoni se timmonitorja b’mod regolari l-azzjonijiet tagħha u tirrieżamina l-progress magħmul sabiex jinkisbu r-riżultati. F’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016, fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni u tal-politika eżistenti jeħtieġ li jipprovdu l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt tal-għażliet biex tittieħed azzjoni ulterjuri, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni interim u oħra finali. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-Istrumenti fil-post fuq l-indikaturi rilevanti u analiżi tal-livell sa fejn l-Istrument jista’ jitqies rilevanti, effettiv, effiċjenti, jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u huwa koerenti ma’ politiki oħra tal-UE. L-evalwazzjonijiet se jinkludu t-tagħlimiet meħuda biex tiġi identifikata kull problema jew kull potenzjal biex jitjiebu l-azzjonijiet jew ir-riżultati tagħhom u biex jiġi mmassimizzat l-impatt tagħhom.
Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet flimkien mal-kummenti se jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Il-progress se jiġi mmonitorjat fuq il-bażi ta’ indikaturi allinjati mal-għanijiet tal-proposta. Mill-2022 ’il quddiem, il-Kummissjoni se tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-kisba tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.
L-evalwazzjonijiet se jitwettqu fil-ħin biex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. L-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali jenħtieġ li jiġi vvalutat malli jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar il-prestazzjoni tiegħu.
•Ambitu ġeografiku u parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi
Ir-Regolament propost għandu ambitu ġeografiku dinji. Għal din ir-raġuni, għadd ta’ atturi minn Stati Membri u minn barra l-Unjoni jista' jkollhom aċċess għal fondi tagħha u / jew isiru sħab biex jimplimentawhom.
F’dak li jikkonċerna r-riċevituri ta’ fondi barra mill-Unjoni, entitajiet minn pajjiżi u minn territorji li qed jiżviluppaw, li huma l-benefiċjarji ewlenin ta’ dan ir-Regolament, huma eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni. Pajjiżi terzi oħra jistgħu wkoll ikunu eliġibbli, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 ta’ din il-proposta, li huma f’konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni dwar l-effikaċja tal-għajnuna, b’mod partikolari r-Rakkomandazzjoni tal-OECD dwar in-Nuqqas ta’ Rabta u l-Forum ta’ Livell Għoli ta’ Nairobi tal-2016. L-Artikolu 24 jistabbilixxi li, bħala regola ġenerali, entitajiet minn pajjiżi terzi żviluppati jistgħu jirċievu biss fondi skont dan ir-Regolament fuq il-bażi tar-reċiproċità ta’ aċċess għal assistenza ta’ żvilupp tagħhom stess, rikonoxxuta minn deċiżjoni tal-Kummissjoni. Il-Patt ta’ Stabbiltà u Paċi u għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, kif ukoll l-azzjonijiet ta’ reazzjoni rapida, huma miftuħa għall-pajjiżi kollha minħabba l-interess tal-Unjoni li jkollha l-akbar offerta possibbli fid-dawl tal-ambitu mondjali tal-azzjonijiet, iċ-ċirkostanzi diffiċli li fihom tingħata l-għajnuna u l-ħtieġa ta’ azzjoni rapida. Organizzazzjonijiet internazzjonali huma eliġibbli wkoll.
Fir-rigward tal-għażla ta’ sħab minn barra l-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ wkoll tiddeċiedi li taħdem ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, ma’ pajjiżi sħab jew ma’ entitajiet minn pajjiżi terzi oħra taħt ġestjoni indiretta għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni speċifika, meta dan ikun fl-interess tal-Unjoni u tal-għan ta’ din l-azzjoni, u soġġett għar-regoli u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament Finanzjarju. Din l-għażla tkun teħtieġ deċiżjoni tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jistgħu jikkontribwixxu għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u għalhekk l-entitajiet tagħhom ikunu jisgħtu potenzjalment isiru kontropartijiet eliġibbli għall-implimentazzjoni tagħha. Għall-pajjiżi terzi li mhumiex partijiet kontraenti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, dawn il-kontribuzzjonijiet jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni. Il-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni bħal din jenħtieġ li jkunu riflessi fi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż terz.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Suġġett – L-Artikolu 1 jiddefinixxi l-istrument maħluq mir-Regolament, li huwa wieħed mill-programmi tal-UE għall-azzjoni esterna.
Definizzjonijiet – L-Artikolu 2 jinkludi d-definizzjoni tat-terminoloġija bażika użata fir-Regolament.
Għanijiet — l-Artikolu 3 jistabbilixxi l-għan ġenerali, applikabbli għall-pilastri kollha tal-istrument, kif ukoll l-għanijiet speċifiċi.
Kamp ta’ applikazzjoni u struttura – L-Artikolu 4 jiddeskrivi l-komponenti varji tal-istrument: ġeografiċi, tematiċi u rispons rapidu. Jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku u materjali ta’ kull komponent u jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti.
Il-komponent ġeografiku jikkonsisti minn programmi ġeografiċi għall-Viċinat tal-Ewropa, l-Afrika sub-Saħarjana, l-Asja u l-Paċifiku u l-Kontinent Amerikan u l-Karibew. Il-pajjiżi taż-żona tal-Viċinat huma elenkati fl-Anness I; il-lista sservi bħala bażi għad-definizzjoni tal-pajjiżi fiż-żoni li jmissu mal-Unjoni. Pajjiżi oħra jaqgħu fiż-żoni ġeografiċi standard. Il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-programmi ġeografiċi, bl-oqsma ta’ kooperazzjoni, huma spjegati fl-Anness II.
Il-komponent tematiku jiffoka fuq l-isfidi dinjija, b’mod partikolari permezz ta’ programmi tematiċi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili, l-Istabbiltà u l-Paċi u l-isfidi Dinjija li jkopru kwistjonijiet bħas-saħħa, l-edukazzjoni, in-nisa u t-tfal, l-impjiegi diċenti u l-protezzjoni soċjali, il-kultura, il-migrazzjoni, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-enerġija sostenibbli, it-tkabbir sostennibbli u inklużiv, is-settur privat u l-awtoritajiet lokali. Dawn il-programmi huma komplementari għall-programmi ġeografiċi, b’kopertura dinjija. Il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-programmi tematiċi, b’mod partikolari l-oqsma ta’ intervent, huma stipulati fl-Anness III.
Il-komponent ta’ rispons rapidu huwa ddedikat għall-kapaċità ta’ rispons rapidu għall-ġestjoni tal-kriżijiet, il-prevenzjoni tal-konflitti u l-bini tal-paċi; it-tisħiħ tar-reżiljenza u l-irbit tal-azzjonijiet umanitarji mal-azzjonijiet għall-iżvilupp; u l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-azzjonijiet tal-politika estera. Anki dan il-komponent għandu kopertura dinjija. L-oqsma ta’ intervent huma definiti fl-Anness IV. F'dan il-komponent, mhix meħtieġa programmazzjoni; l-implimentazzjoni tieħu l-forma ta’ adozzjoni diretta ta’ miżuri ta’ għajnuna, pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri individwali eċċezzjonali.
Koerenza, konsistenza u komplementarjetà — l-Artikolu 5 jispjega r-relazzjoni bejn dan l-istrument u strumenti oħra taħt l-azzjoni esterna, flimkien mar-rabtiet u l-konsistenza ma’ programmi interni tal-UE.
Baġit – L-Artikolu 6 jirreferi għall-pakkett kumplessiv għall-istrument u jagħti diżaggregazzjoni dettaljata skont iż-żona ġeografika, il-programmi tematiċi u l-azzjoni ta’ rispons rapidu. Jirreferi wkoll għar-riżerva “tal-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti”, li tista’ żżid l-ammonti msemmija fl-Artikolu.
Qafas ta’ Politika – L-Artikolu 7 jirreferi għall-qafas kumplessiv ta’ politika għall-implimentazzjoni tal-Istrument. Il-ftehimiet, l-istrateġiji, il-konklużjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet eżistenti, u dokumenti oħra simili, huma l-politika li fuqha se tkun ibbażata l-implimentazzjoni tal-istrument.
Prinċipji ġenerali – L-Artikolu 8 jelenka d-diversi prinċipji applikabbli għall-istrument kollu, bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, approċċ ibbażat fuq id-drittijiet, il-kooperazzjoni, id-djalogu, is-sħubija, l-effettività tal-iżvilupp, l-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-ambjent u l-ugwaljanza bejn is-sessi. L-Artikolu jissottolinja wkoll il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni mal-Istati Membri. Huwa inkluż l-obbligu ta’ informazzjoni u ta’ skambji regolari mal-Parlament Ewropew, li jippermettu lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew ikollhom diskussjonijiet regolari dwar il-politika u l-implimentazzjoni tal-istrument.
Il-bini tal-kapaċitajiet ta' atturi militari b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp
— L-Artikolu 9 għandu l-għan li jiddelimita l-attivitajiet relatati mas-sigurtà li jistgħu jiġu appoġġati permezz ta’ dan l-Istrument minn attivitajiet li ma jistgħux jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE.
TITOLU II – IMPLIMENTAZZJONI TAL-ISTRUMENT
Titolu II jiġbor il-kapitoli relatati mal-implimentazzjoni tal-istrument, li jinkludi l-programmazzjoni pluriennali.
Il-Kapitolu I - Programmazzjoni (l-Artikoli 10-15) jkopri d-diversi dispożizzjonijiet dwar il-programmazzjoni pluriennali, b’mod partikolari l-approċċ ġenerali, il-prinċipji speċifiċi għall-programmi ġeografiċi, il-kontenut tad-dokumenti ta’ programmazzjoni għall-programmi kemm ġeografiċi kif ukoll tematiċi, kif ukoll il-proċedura tal-adozzjoni tagħhom. L-Artikolu 15 jistabbilixxi kif taħdem ir-riżerva għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti.
Il-Kapitolu II – Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Viċinat (l-Artikoli 16-18) jinkludi regoli speċifiċi għall-qasam tal-Viċinat, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji tal-allokazzjoni, l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni, u l-kooperazzjoni transfruntiera.
Il-Kapitolu III – Pjanijiet ta’ azzjoni, miżuri u metodi ta’ implimentazzjoni (l-Artikoli 19-25) jinkludi dispożizzjonijiet li jissuplimentaw ir-Regolament Finanzjarju minħabba n-natura speċifika tal-azzjoni esterna. L-Artikolu 25 fih id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiġu importati l-flessibbiltajiet tal-FEŻ.
Kapitolu IV — EFSD + garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi (l-Artikoli 26-30) jgħaqqad u jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Mandat ta’ Self Estern u l-Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni.
Il-Kapitolu V – Monitoraġġ, rappurtar u evalwazzjoni (l-Artikoli 31-32) fih dispożizzjonijiet dwar l-indikaturi u l-oqfsa tar-riżultati użati fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni tal-azzjoni esterna, kif ukoll dwar ir-rapport annwali, interim u r-rapport ta’ evalwazzjoni finali.
TITOLU III - DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
It-Titolu III (l-Artikoli 33-41) jsegwi fil-biċċa l-kbira d-dispożizzjonijiet tal-programmi tal-politika interna fir-rigward ta’ kwistjonijiet istituzzjonali, informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità, it-tħassir u d-dħul fis-seħħ. Fih ukoll deroga fir-rigward tal-viżibbiltà, klawżola dwar is-Servizz Ewropew ta’ Azzjoni Esterna, u dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni ta’ pajjiż jew territorju mhux kopert mir-Regolament.
L-Artikolu 34 ta’ dan it-Titolu jkopri l-eżerċizzju tad-delega ta’ setgħat fir-rigward tar-rata ta’ proviżjonament (delega ta’ setgħa li tinsab fl-Artikolu 26(3), l-oqsma ta’ kooperazzjoni u intervent fl-Anness II, fl-Anness III u fl-Anness IV (delega ta’ setgħa li tinsab fl-Artikolu 4(6), l-oqsma ta’ prijorità tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli + l-operazzjonijiet u l-governanza tiegħu fl-Annessi V u VI (delega ta’ setgħa li tinsab fl-Artikolu 27(9); l-indikaturi fl-Anness VII u l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni (delega ta’ setgħa li tinsab fl-Artikolu 31(9).
Kwistjoni oħra ta’ sustanza hija relatata mal-proċedura tal-kumitat: L-Artikolu 35 jistabbilixxi kumitat “ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali”, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Dak il-Kumitat huwa responsabbli biex jagħti opinjoni dwar id-dokumenti ta’ programmazzjoni pluriennali u dwar il-programmi ta' ħidma annwali (pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri).
Il-proposta għandha seba’ annessi, kif ġej:
- Anness I – Lista tal-pajjiżi u t-territorji fil-qasam tal-viċinat
- Anness II – Oqsma ta’ kooperazzjoni għall-programmi ġeografiċi
- Anness III – Oqsma ta’ intervent għall-programmi tematiċi
- Anness IV – Oqsma ta’ intervent għall-azzjonijiet ta’ rispons rapidu
- Anness V — Oqsma ta’ prijorità tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli + l-operazzjonijiet
- Anness V — Il-governanza tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli +
- Anness VI – Lista ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
2018/0243 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 209, 212 u 322(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri,
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja,
Billi:
(1)L-għan ġenerali tal-Programm “Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonalit (l-“Istrument”) jenħtieġ li jkun li jsostni u jippromwovi l-valuri u l-interessi tal-Unjoni madwar id-dinja sabiex jiġu segwiti l-għanijiet u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 3(5), fl-Artikoli 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
(2)Skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni jenħtieġ li tfittex li jkun hemm konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tagħha u bejn dawn u l-politiki l-oħra tagħha, kif ukoll li taħdem lejn grad għoli ta’ kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali. Il-firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet permessi minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-għanijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu tat-Trattat.
(3)Skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni jenħtieġ li tiżviluppa mal-pajjiżi viċini tagħha relazzjonijiet speċjali, bl-għan li tistabbilixxi żona ta’ prosperità u ta’ viċinat tajjeb, ibbażata fuq il-valuri tal-Unjoni u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi bbażati fuq il-kooperazzjoni. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għal dan il-għan.
(4)L-għan primarju tal-politika tal-Unjoni għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, kif stabbilit fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa li jitnaqqas il-faqar u, fuq terminu twil, il-qerda tiegħu. Il-politika tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni tikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, b’mod partikolari li jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan primarju li jinqered il-faqar, kif stabbilit fl-Artikolu 21(2)(d) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
(5)L-Unjoni jenħtieġ li tiżgura l-koerenza politika fl-iżvilupp kif meħtieġ mill-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Unjoni jenħtieġ li tqis l-għanijiet tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li x’aktarx jolqtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li se jkun element kruċjali tal-istrateġija biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli definiti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (“l-Aġenda 2030”) tan-Nazzjonijiet Uniti adottati f’Settembru 2015. L-iżgurar tal-koerenza politika fl-iżvilupp sostenibbli kif inkorporat fl-Aġenda 2030 jeħtieġ li jitqies l-impatt tal-politiki kollha dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-livelli kollha – nazzjonali, fl-Unjoni, f’pajjiżi oħra u fil-livell dinji.
(6)Dan l-istrument jipprevedi azzjonijiet li jappoġġaw dawk l-għanijiet u dawk il-politiki ta’ azzjoni esterna u jibni fuq l-azzjonijiet li qabel kienu appoġġati permezz tar-Regolament (UE) Nru 233/2014; il-Ftehim Intern tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni; Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 230/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 235/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 234/2014; Ir-Regolament (Euratom) Nru 237/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 236/2014; Id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE; Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 u r-Regolament (UE) Nru 2017/1601.
(7)Il-kuntest dinji għall-azzjoni huwa li tiġi segwita ordni dinji bbażat fuq ir-regoli, bil-multilateraliżmu bħala l-prinċipju ewlieni tiegħu u bin-Nazzjonijiet Uniti fil-qalba tiegħu. L-Aġenda 2030, flimkien mal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Addis Ababa hija r-rispons tal-komunità internazzjonali għall-isfidi u x-xejriet dinjija fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli. Bl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fil-qalba tagħha, l-Aġenda 2030 hija qafas trasformattiv biex jeqred il-faqar u jikseb żvilupp sostenibbli fuq livell dinji. Hija għandha ambitu universali, billi tipprovdi qafas komprensiv kondiviż għal azzjonijiet li japplikaw għall-Unjoni, għall-Istati Membri tagħha u għas-sħab tagħha. Hija tibbilanċja d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali, u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tirrikonoxxi l-interkonnessjonijiet essenzjali bejn l-għanijiet u l-miri tagħha. L-Aġenda 2030 għandha l-għan li ma tħalli lil ħadd lura. L-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 se tkun koordinata mill-qrib mal-impenji internazzjonali rilevanti l-oħra tal-Unjoni. L-azzjonijiet imwettqa minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lill-interkonnessjonijiet bejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u lill-azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu kobenefiċċji u jilħqu għanijiet multipli b’mod koerenti.
(8)L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun iggwidata mill-ħames prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni (l-“Istrateġija Globali”), ippreżentata fid-19 ta’ Ġunju 2016, li tirrappreżenta l-viżjoni tal-Unjoni u l-qafas għal involviment estern magħqud u responsabbli fi sħubija ma’ oħrajn, biex tmexxi ’l quddiem il-valuri u l-interessi tagħha. L-Unjoni jenħtieġ li ssaħħaħ is-sħubijiet, tippromwovi d-djalogu dwar il-politika u r-rispons kollettiv għall-isfidi ta’ tħassib dinji. L-azzjoni tagħha jenħtieġ li tappoġġa l-interessi u l-valuri tal-Unjoni fl-aspetti kollha tagħhom, inklużi l-preservazzjoni tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti, it-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, il-ġlieda kontra kawżi fl-għeruq tal-migrazzjoni irregolari u l-assistenza lil popolazzjonijiet, pajjiżi u reġjuni biex jikkonfrontaw diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, l-appoġġ għall-politika kummerċjali, il-kooperazzjoni ekonomika, il-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet u teknoloġiji diġitali u t-trawwim tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki tal-Unjoni. Fil-promozzjoni tal-interessi tagħha, l-Unjoni jenħtieġ li tikkonforma mal-prinċipji tar-rispett għal standards soċjali u ambjentali għolja, għall-istat tad-dritt, għad-dritt internazzjonali u għad-drittijiet tal-bniedem u tippromwovihom.
(9)Il-Kunsens Ewropew il-ġdid għall-Iżvilupp (“il-Kunsens”), iffirmat fis-7 ta’ Ġunju 2017, jipprovdi l-qafas għal approċċ komuni dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha biex jimplimentaw l-Aġenda 2030 u l-Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Addis Ababa. Il-qerda tal-faqar, l-indirizzar tad-diskriminazzjonijiet u l-inugwaljanzi, li ħadd ma jitħalla lura huma u t-tisħiħ tar-reżiljenza jinsabu fil-qalba tal-politika tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp.
(10)Sabiex jiġi implimentat il-qafas internazzjonali ġdid stabbilit mill-Aġenda 2030, mill-Istrateġija Globali u mill-Kunsens, dan ir-Regolament jenħtieġ li jimmira lejn li jżid il-koerenza u jassigura l-effettività tal-azzjoni esterna tal-Unjoni billi jikkonċentra l-isforzi tiegħu permezz ta’ strument simplifikat ħalli jtejjeb l-implimentazzjoni tal-politiki differenti tal-azzjoni esterna.
(11)Skont l-Istrateġija Globali u l-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri (2015-2030) kif adottat fit-18 ta’ Marzu 2015, jenħtieġ li jingħata rikonoxximent lill-ħtieġa li nimxu lil hinn mir-reazzjonijiet għall-kriżijiet u l-konteniment tagħhom u nersqu lejn approċċ aktar strutturali u fuq terminu twil li jindirizza b’mod aktar effettiv is-sitwazzjonijiet ta’ fraġilità, id-diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem, u l-kriżijiet fit-tul. Huma meħtieġa enfażi akbar u approċċi kollettivi fuq it-tnaqqis tar-riskju, il-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u t-tħejjija; u huma meħtieġa sforzi ulterjuri biex jissaħħaħ ir-rispons rapidu u l-irkupru durabbli. Dan ir-Regolament jenħieġ għalhekk li jikkontribwixxi biex tissaħħaħ ir-reżiljenza u biex jorbot l-għajnuna umanitarja u l-azzjoni ta’ żvilupp permezz ta’ azzjonijiet ta’ rispons rapidu.
(12)F’konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni dwar l-effettività tal-iżvilupp kif adottati f’Busan fl-2011 u mġedda fil-Forum ta’ Livell Għoli ta’ Nairobi fl-2016 u mfakkra fil-Kunsens, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni jenħtieġ li tapplika l-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, jiġifieri s-sjieda tal-prijoritajiet għall-iżvilupp mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fokus fuq ir-riżultati, sħubijiet inklużivi għall-iżvilupp kif ukoll it-trasparenza u l-akkontabilità.
(13)Skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-monitoraġġ u għar-rappurtar b’enfażi fuq ir-riżultati, li jkopru l-outputs, l-eżiti u l-impatti f’pajjiżi sħab li jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja esterna tal-Unjoni. B’mod partikolari, kif miftiehem fil-Kunsens, l-azzjonijiet permezz ta' dan ir-Regolament huma mistennija li jikkontribwixxu 20 % tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp iffinanzjata skont dan ir-Regolament għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem, inklużi l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa.
(14)Kull meta jkun possibbli u xieraq, ir-riżultati tal-azzjoni esterna tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u vvalutati fuq il-bażi ta’ indikaturi predefiniti, trasparenti, speċifiċi għall-pajjiżi u miżurabbli, adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-għanijiet tal-Istrument u preferibbilment ibbażati fuq il-qafas tar-riżultati tal-pajjiż sieħeb.
(15)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-għan kollettiv tal-Unjoni li tipprovdi 0.7% mill-Introjtu Nazzjonali Gross bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp fil-perjodu tal-Aġenda 2030. F’dak ir-rigward, mill-anqas 92 % tal-finanzjament skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għal azzjonijiet imfassla b’mod li jissodisfaw il-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp kif stabbiliti mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.
(16)Sabiex ikun żgurat li r-riżorsi jmorru fejn hemm l-akbar ħtieġa, speċjalment għand il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-pajjiżi f’sitwazzjoni ta’ fraġilità u kunflitt, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-mira kollettiva li sa 0.20 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni jmur lejn il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati fil-perjodu tal-Aġenda 2030.
(17)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrifletti l-ħtieġa ta’ konċentrazzjoni fuq prijoritajiet strateġiċi, kemm ġeografikament — il-Viċinat Ewropew u l-Afrika, kif ukoll pajjiżi li huma fraġli u li huma l-aktar fil-bżonn, iżda wkoll tematikament — is-sigurtà, il-migrazzjoni, it-tibdil fil-klima u d-drittijiet tal-bniedem.
(18)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif rieżaminata fl-2015, u l-implimentazzjoni ta’ oqfsa ta’ kooperazzjoni reġjonali, bħall-kooperazzjoni transfruntiera u l-aspetti esterni ta’ strateġiji u politiki makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar tal-rilevanti. Dawn l-inizjattivi joffru oqfsa politiċi għall-approfondiment tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab u bejniethom, fuq il-bażi tal-prinċipji tal-akkontabbiltà reċiproka, is-sjieda u r-responsabbiltà kondiviżi.
(19)Il-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif rieżaminata fl-2015, timmira lejn li tistabbilizza l-pajjiżi ġirien u li ssaħħaħ ir-reżiljenza, b’mod partikolari billi ssaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku, bħala l-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-Unjoni. Biex tilħaq l-għan tagħha, il-Politika Ewropea tal-Viċinat rieżaminata ffukat fuq erba’ oqsma ta’ prijorità: governanza tajba, demokrazija, stat tad-dritt u drittijiet tal-bniedem, b’enfażi partikolari fuq involviment akbar mas-soċjetà ċivili; l-iżvilupp ekonomiku; is-sigurtà; il-migrazzjoni u l-mobilità, inkluż l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u tal-ispostament furzat. Id-differenzazzjoni u s-sjieda reċiproka akbar huma l-karatteristika tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li tirrikonoxxi l-livelli differenti ta’ involviment, u tirrifletti l-interessi ta’ kull pajjiż fir-rigward tan-natura u l-fokus tas-sħubija tiegħu mal-Unjoni.
(20)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ ftehim ta’ assoċjazzjoni modernizzat mal-pajjiżi mill-Grupp ta’ Stati mill-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u jippermetti lill-UE u lis-sħab tagħha tal-AKP biex ikomplu jiżviluppaw alleanzi b’saħħithom dwar sfidi dinjija ewlenin. B’mod partikolari, dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-kontinwazzjoni tal-kooperazzjoni stabbilita bejn l-Unjoni u l-Unjoni Afrikana f’konformità mal-Istrateġija Konġunta UE-Afrika u jibni fuq il-ftehim futur bejn l-UE u l-AKP wara l-2020, inkluż permezz ta’ approċċ kontinentali lejn l-Afrika.
(21)L-Unjoni jenħtieġ li tfittex l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli biex tottimizza l-impatt tal-azzjoni esterna tagħha. Dan jenħtieġ li jinkiseb permezz ta’ koerenza u komplementarjetà bejn l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III, l-Istrument tal-Għajnuna Umanitarja, id-Deċiżjoni dwar il-Pajjiż u Territorji extra-Ewropew, l-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari biex jikkomplementa l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat tal-Euratom, il-politika estera u ta’ sigurtà komuni u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi li għadha kif ġiet proposta li hija ffinanzjata lil hinn mill-baġit tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien ta’ sinerġiji ma’ politiki u Programmi oħra tal-Unjoni. Dan jinkludi koerenza u komplementarjetà mal-assistenza makrofinanzjarja, fejn rilevanti. Sabiex jiġi massimizzat l-impatt ikkombinat tal-interventi biex jintlaħaq għan komuni, dan ir-Regolament jenħtieġ jippermetti t-taħlit ta’ finanzjament ma’ Programmi oħra tal-Unjoni, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet.
(22)Il-finanzjament minn dan ir-Regolament jenħtieġ jintuża biex jiffinanzja azzjonijiet taħt id-dimensjoni internazzjonali ta’ Erasmus, li l-implimentazzjoni tagħhom jenħtieġ li ssir skont ir-Regolament dwar Erasmus.
(23)L-approċċ ewlieni għall-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun permezz ta’ programmi ġeografiċi, sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-assistenza tal-Unjoni u l-azzjoni tal-Unjoni tinġieb eqreb tal-pajjiżi u l-popolazzjonijiet sħab. Dan l-approċċ ġenerali jenħtieġ li jiġi kkumplimentat minn programmi tematiċi u minn azzjonijiet ta’ rispons rapidu, fejn rilevanti.
(24)F’konformità mal-Kunsens, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jtejbu l-programmazzjoni konġunta sabiex iżidu l-impatt kollettiv tagħhom billi jiġbru flimkien ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tagħhom. Il-programmazzjoni konġunta jenħtieġ li tibni fuq l-involviment, l-approprjazzjoni u s-sjieda tal-pajjiżi sħab. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jfittxu li jappoġġaw lill-pajjiżi sħab permezz ta’ implimentazzjoni konġunta, kull meta xieraq.
(25)Filwaqt li d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, fosthom l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa jenħtieġ li jiġu riflessi matul l-implimentazzjoni kollha ta’ dan ir-Regolament, l-assistenza tal-Unjoni permezz tal-programmi tematiċi għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jkollha rwol speċifiku komplementari u addizzjonali minħabba n-natura dinjija tagħha, u l-indipendenza tal-azzjoni tagħha mill-kunsens tal-gvernijiet u tal-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiżi terzi kkonċernati.
(26)L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jinkludu firxa wiesgħa ta’ atturi bi rwoli u mandati differenti li jinkludi l-istrutturi kollha mhux Statali, mhux għall-profitt, mhux partiġġjani u mhux vjolenti, li bihom persuni jorganizzaw ruħhom sabiex isegwu għanijiet u ideali komuni, sew politiċi, kulturali, soċjali jew ekonomiċi. Huma joperaw mil-livell lokali sal-livell nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, u jinkludu organizzazzjonijiet urbani u rurali, formali u informali.
(27)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għal dan l-istrument, li se jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.
(28)Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni li jimplimentaw il-Ftehim ta’ Pariġi u l-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan ir-Regolament se jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tintlaħaq il-mira ġenerali li 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE ikunu b’appoġġ għal għanijiet tal-klima. L-azzjonijiet permezz ta' dan ir-Regolament huma mistennija li jikkontribwixxu 25 % mill-pakkett finanzjarju kumplessiv għal għanijiet tal-klima. Azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u l-kontribuzzjoni kumplessiva minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun parti mill-evalwazzjonijiet rilevanti u mill-proċessi ta’ rieżami.
(29)Huwa essenzjali li tiżdied il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni ma’ pajjiżi sħab, ħalli jitgawdew il-benefiċċji ta’ migrazzjoni ġestita tajjeb u regolari u tiġi indirizzata effettivament il-migrazzjoni irregolari. Tali kooperazzjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi biex jiġi żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari, it-titjib tal-ġestjoni tal-fruntieri u li jsiru sforzi fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta’ migranti, u ssir ħidma fuq ir-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni meta rilevanti, fuq il-bażi tal-akkontabbiltà reċiproka u r-rispett sħiħ tal-obbligi umanitarji u tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk, il-kooperazzjoni effettiva tal-pajjiżi terzi mal-Unjoni f’dan il-qasam jenħtieġ li ssir element integrali mill-prinċipji ġenerali ta’ dan ir-Regolament. Aktar koerenza bejn il-migrazzjoni u l-politiki tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp hija importanti biex jiġi żgurat li l-assistenza għall-iżvilupp tappoġġa lill-pajjiżi sħab jimmaniġġaw il-migrazzjoni b’mod aktar effettiv. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għal approċċ koordinat, olistiku u strutturat għall-migrazzjoni, billi jimmassimizza s-sinerġiji u japplika l-ingranaġġ meħtieġ.
(30)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi għall-isfidi, il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet relatati mal-migrazzjoni, f’komplementarjetà mal-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni. Sabiex jikkontribwixxi għal dan il-għan, u mingħajr preġudizzju għaċ-ċirkustanzi mhux previsti, 10 % mill-pakkett finanzjarju tiegħu huma mistennija jkunu ddedikati biex jiġu indirizzati l-għeruq tal-migrazzjoni irregolari u tal-ispostament sfurzat u biex tiġi appoġġata l-ġestjoni u l-governanza tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tar-refuġjati u d-drittijiet tal-migranti fl-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.
(31)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, appoġġ baġitarju, fondi fiduċjarji, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati rigward l-istat tad-dritt fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u finanzjament effettiv tal-UE.
(32)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ ammonti f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
(33)Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli + ("EFSD+") il-ġdid, li jibni fuq il-predeċessur ta’ suċċess tiegħu, l-EFSD, jenħtieġ li jikkostitwixxi pakkett finanzjarju integrat li jipprovdi kapaċità ta’ finanzjament fil-forom ta’ għotjiet, garanziji u strumenti finanzjarji oħra madwar il-dinja kollha. L-EFSD+ jenħtieġ li jappoġġa l-Pjan ta' Investiment Estern u jikkombina operazzjonijiet ta’ taħlit u ta’ garanziji baġitarji koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, inklużi dawk li jkopru r-riskji sovrani assoċjati ma’ operazzjonijiet ta’ self, preċedentement imwettqa taħt il-mandat ta’ self estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Minħabba r-rwol tiegħu skont it-Trattati u l-esperjenza tiegħu matul dawn l-aħħar deċennji jappoġġa l-politiki tal-Unjoni, il-Bank Ewropew tal-Investiment jenħtieġ jibqa’ sieħeb naturali tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet taħt il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.
(34)L-EFSD + jenħtieġ li jkollu l-għan li jappoġġaw l-investimenti bħala mezz li jikkontribwixxu biex jinkisbu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli permezz tat-trawwim ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli u inklużiv u billi jippromwovi r-reżiljenza soċjoekonomika tal-pajjiżi sħab, b’enfasi partikolari fuq il-qerda tal-faqar, it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien ta’ impjiegi diċenti, l-opportunitajiet ekonomiċi, il-ħiliet u l-intraprenditorija, is-setturi soċjoekonomiċi, l-intrapriżi mikro, żgħar u medji, kif ukoll billi jiġu indirizzati l-kawżi soċjoekonomiċi speċifiċi tal-migrazzjoni irregolari, f’konformità mad-dokumenti rilevanti ta’ programmazzjoni indikattiva. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, lill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u lill-pajjiżi fqar b’ħafna dejn.
(35)Jenħtieġ li l-EFSD+ jimmassimizza l-addizjonalità tal-finanzjament, jindirizza l-fallimenti tas-suq u s-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, irendi prodotti innovattivi u jattira fondi mis-settur privat. Jenħtieġ li l-involviment tas-settur privat fil-kooperazzjoni tal-Unjoni mal-pajjiżi sħab permezz tal-EFSD+ iħalli impatt addizzjonali u li jkun jista’ jitkejjel fuq l-iżvilupp mingħajr distorsjoni fis-suq u jenħtieġ li dan ikun kosteffikaċi bbażat fuq l-akkontabbiltà reċiproka u l-kondiviżjoni tar-riskju u tal-kostijiet. Jenħtieġ li l-EFSD+ jopera bħala "one-stop-shop", billi jirċievi proposti ta’ finanzjament mingħand istituzzjonijiet finanzjarji u investituri pubbliċi jew privati u li jagħti firxa wiesgħa ta’ appoġġ finanzjarju għall-investimenti eliġibbli.
(36)Jenħtieġ li tiġi stabbilita Garanzija għall-Azzjoni Esterna li tibni fuq il-Garanzija tal-EFSD u fuq il-Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni. Jenħtieġ li l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tappoġġa l-operazzjonijiet tal-EFSD+ koperti mill-garanziji baġitarji, mill-assistenza makrofinanzjarja u mis-self lil pajjiżi terzi fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom. Dawn l-operazzjonijiet jenħtieġ li jkunu appoġġati minn approprjazzjonijiet permezz ta' dan ir-Regolament, flimkien ma’ dawk permezz tar-Regolament (UE) Nru.../... (IPA III) u permezz tar-Regolament (UE) Nru.../... (EINS), li jenħtieġ li jkopru wkoll il-proviżjonament u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn self ta’ assistenza makrofinanzjarja u minn self lil pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament EINS, rispettivament. Meta tiffinanzja operazzjonijiet EFSD+, jenħtieġ li tingħata prijorità lil dawk li jkollhom impatt għoli fuq il-ħolqien tal-impjiegi u li l-proporzjon tal-kostijiet u l-benefiċċji tagħhom itejjeb is-sostenibbiltà tal-investiment. Jenħtieġ li l-operazzjonijiet appoġġati bil-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jkunu akkumpanjati b’valutazzjoni ex ante dettaljata tal-aspetti ambjentali, finanzjarji u soċjali, kif ikun xieraq u f’konformità mar-rekwiżiti għal regolamentazzjoni aħjar. Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li ma tintużax biex tipprovdi servizzi pubbliċi essenzjali, li jibqgħu r-responsabbiltà tal-gvern nazzjonali.
(37)Sabiex tiġi prevista l-flessibbiltà, tiżdied l-attrazzjoni għas-settur privat u jiġi mmassimizzat l-impatt tal-investimenti, jenħtieġ li tingħata deroga mir-regoli relatati mal-metodi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju, fir-rigward tal-kontropartijiet eliġibbli. Dawk il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu jkunu wkoll korpi li ma jkunux fdati bl-implimentazzjoni ta’ xi sħubija pubblika privata u jistgħu jkunu wkoll korpi regolati b’liġi privata ta’ pajjiż sieħeb.
(38)Sabiex jiżdied l-impatt tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-partijiet kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jkollhom il-possibbiltà jipprovdu kontribuzzjonijiet fil-forma ta’ flus jew garanzija. Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni fil-forma ta’ garanzija ma taqbiżx il-50 % tal-ammont tal-operazzjonijiet iggarantiti mill-Unjoni. Jenħtieġ li l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn din il-garanzija ma jiġux proviżjonati u r-riżerva ta’ likwidità jenħtieġ li tiġi proviżjonata mill-fond komuni ta’ proviżjonament.
(39)Azzjonijiet esterni huma ta’ spiss implimentati f’ambjent volatili ħafna li jkun jeħtieġ adattament kontinwu u rapidu għall-ħtiġijiet li jevolvu tas-sħab tal-Unjoni u għall-isfidi dinjija għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba, is-sigurtà u l-istabbiltà, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, l-oċeani, u l-kriżi tal-migrazzjoni u l-kawżi ewlenin tagħha. Ir-rikonċiljazzjoni tal-prinċipju tal-prevedibbiltà mal-ħtieġa ta’ reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda konsegwentement ifisser l-adattament tal-implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi. Biex tiżdied il-kapaċità tal-UE li tirrispondi għal ħtiġijiet mhux previsti, u billi jibni fuq l-esperjenza ta’ suċċess tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), ammont jenħtieġ li jitħalla mhux allokat bħala riżerva għall-isfidi u l-prijoritajiet li jinħolqu. Jenħtieġ li din ir-riżerva tiġi mobilizzata skont il-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament.
(40)Għalhekk, filwaqt li jirrispetta l-prinċipju li l-baġit tal-Unjoni jiġi stipulat kull sena, dan ir-Regolament jenħtieġ li jippreserva l-possibbiltà li l-flessibbiltajiet li diġà huma permessi mir-Regolament Finanzjarju jiġu applikati għal politiki oħra, jiġifieri r-riporti u r-riimpenn ta’ fondi, sabiex jiġi assigurat użu effiċjenti tal-fondi tal-UE kemm għaċ-ċittadini tal-UE kif ukoll għall-pajjiżi sħab, u b’hekk jiġu massimizzati l-fondi disponibbli tal-Unjoni għall-interventi ta’ azzjoni esterna.
(41)Skont l-Artikolu 83 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill …/… (PTEE), persuni u entitatijiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal finanzjament skont dan ir-Regolament, soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tiegħu u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti jkun marbut. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi sħab u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropew kif ukoll ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi mħeġġa f’oqsma ta’ interess komuni.
(42)Sabiex jissaħħu s-sjieda tal-proċessi ta’ żvilupp min-naħa tal-pajjiżi sħab u s-sostenibbiltà tal-assistenza esterna, jenħtieġ li l-Unjoni, fejn ikun rilevanti, tiffavorixxi l-użu tal-istituzzjonijiet proprji tal-pajjiżi sħab u tas-sistemi u l-proċeduri tal-pajjiżi sħab għal kull aspett taċ-ċiklu tal-proġett għall-kooperazzjoni.
(43)Pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew pluriennali u miżuri msemmija fl-Artikolu 19 jikkostitwixxu programmi ta’ ħidma skont ir-Regolament Finanzjarju. Pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew pluriennali jikkonsistu f’sett ta’ miżuri miġbura f’dokument wieħed.
(44)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri effettivi u proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera kompletament fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. għal din ir-raġuni, il-ftehimiet ma’ pajjiżi u territorji terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u kwalunkwe kuntratt jew ftehim ta’ għotja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun fihom dispożizzjonijiet li b’mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF iwettqu tali awditjar, verifiki u spezzjonijiet fil-post, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom u jiżguraw li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni jagħti drittijiet ekwivalenti.
(45)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(46)Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward mir-rati ta’ proviżjonament stipulati fl-Artikolu 26(3), l-oqsma ta’ kooperazzjoni u ta’ intervent elenkati fl-Annessi II, III u IV, l-oqsma ta’ prijorità tal-operazzjonijiet EFSD+ elenkati fl-Anness V, il-governanza tal-EFSD+ fl-Anness VI, biex tirrieżamina jew tikkumplimenta l-indikaturi fl-Anness VII meta jkun hemm bżonn u biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.
(47)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li dan il-programm jiġi evalwat fuq l-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjoni u piżijiet amministrattivi żejda, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Fejn xieraq, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(48)Ir-referenzi għall-istrumenti tal-Unjoni fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE, u li huma ssostitwiti b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jinqraw bħala referenzi għal dan ir-Regolament u l-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li dan ir-Regolament jiġi implimentat f’konformità mar-rwol tas-SEAE kif previst f’dik id-Deċiżjoni.
(49)L-azzjonijiet ippjanati kif previst hawn taħt jenħtieġ li jsegwu strettament il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-miżuri restrittivi tal-Unjoni,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm “Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali” (l-“Istrument”).
Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Istrument, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.
Jistabbilixxi wkoll il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (l-“EFSD+”) u Garanzija għall-Azzjoni Esterna.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“programm għall-pajjiż” għandha tfisser programm indikattiv li jkopri pajjiż wieħed;
(2)“programm għal diversi pajjiżi” għandha tfisser programm indikattiv li jkopri aktar minn pajjiż wieħed;
(3)“kooperazzjoni transfruntiera” għandha tfisser kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz u territorju wieħed jew aktar tul il-fruntieri esterni tal-Unjoni.
(4)“programm reġjonali” għandha tfisser programm indikattiv għal diversi pajjiżi li jkopri aktar minn pajjiż wieħed fl-istess żona ġeografika kif stabbilit fl-Artikolu 4 (2);
(5)“programm transreġjonali” għandha tfisser programm indikattiv għal diversi pajjiżi li jkopri aktar minn pajjiż terz wieħed minn żoni differenti kif stabbilit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament;
(6)"entità ġuridika" għandha tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista’, meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju;
(7)“tieqa ta’ investiment” għandha tfisser qasam fil-mira għall-appoġġ mill-Garanzija tal-EFSD+ għal portafolji ta’ investimenti f’reġjuni, pajjiżi jew setturi speċifiċi;
(8)“kontributur” għandha tfisser Stat Membru, istituzzjoni finanzjarja internazzjonali jew istituzzjoni pubblika ta’ Stat Membru, aġenzija pubblika jew entitajiet oħrajn li jikkontribwixxu bi flus jew b’garanziji għall-fond komuni ta’ proviżjonament.
Artikolu 3
Għanijiet
1.L-għan ġenerali ta’ dan ir-Regolament huwa li jsostni u jippromwovi l-valuri u l-interessi tal-Unjoni madwar id-dinja sabiex jiġu segwiti l-għanijiet u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif stabbiliti fl-Artikoli 3(5), fl-Artikolu 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
2.Skont il-paragrafu 1, l-għanijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament huma dawn li ġejjin:
(a)li jappoġġa u jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u reġjuni fil-Viċinat, fl-Afrika sub-Saħarjana, fl-Asja u fil-Paċifiku, u fil-Kontinent Amerikan u fil-Karibew;
(b)fil-livell dinji, li jikkonsolida u jappoġġa d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, aktar stabbiltà u paċi u li jindirizza sfidi dinjija oħra, inkluż il-migrazzjoni u l-mobbiltà;
(c)li jirrispondi b’ħeffa għal: sitwazzjonijiet ta’ kriżi, instabbiltà u kunflitt; sfidi għar-reżiljenza u jorbot l-għajnuna umanitarja u l-azzjoni ta’ żvilupp; u l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika estera.
L-ilħuq ta’ dawn l-għanijiet għandu jitkejjel permezz ta’ indikaturi rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 31.
3.Mill-anqas 92 % tan-nefqa skont dan ir-Regolament għandha tissodisfa l-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, stabbiliti mill-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.
Artikolu 4
Kamp ta’ applikazzjoni u struttura
1.Il-finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat permezz ta’:
(a)programmi ġeografiċi;
(b)programmi tematiċi;
(c)azzjonijiet ta’ rispons rapidu.
2.Il-programmi ġeografiċi għandhom jinkludu kooperazzjoni ma’ pajjiż wieħed u ma’ diversi pajjiżi fiż-żoni li ġejjin:
(a)Il-viċinat;
(b)l-Afrika sub-Saħarjana;
(c)l-Asja u l-Paċifiku;
(d)il-Kontinent Amerikan u l-Karibew.
Il-programmi ġeografiċi jistgħu jkopru l-pajjiżi terzi kollha, ħlief il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali kif definiti fir-Regolament (UE) Nru …/…. (IPA) u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropew kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill …/… (UE).
Il-programmi ġeografiċi fiż-żona tal-Viċinat tista’ tkopri kull pajjiż imsemmi fl-Anness I.
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, il-programmi ġeografiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-oqsma ta’ kooperazzjoni elenkati fl-Anness II.
3.Il-programmi tematiċi għandhom jinkludu azzjonijiet marbuta mal-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fuq livell dinji, fl-oqsma li ġejjin:
(a)Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija;
(b)Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili;
(c)Stabbiltà u Paċi;
(d)Sfidi Dinjija.
Il-programmi tematiċi jistgħu jkopru l-pajjiżi terzi kollha kif ukoll il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej kollha kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill …/… (UE).
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, il-programmi tematiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-oqsma ta’ intervent elenkati fl-Anness III.
4.L-azzjonijiet ta’ rispons rapidu għandhom jippermettu azzjoni bikrija biex:
(a)jikkontribwixxu għall-istabbiltà u għall-prevenzjoni ta’ kunflitti f’sitwazzjonijiet ta’ urġenza, kriżi emerġenti, kriżi u wara kriżi;
(b)jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-istati, tas-soċjetajiet, tal-komunitajiet u tal-individwi u biex jorbtu l-azzjoni tal-għajnuna umanitarja u tal-iżvilupp;
(c)jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika estera.
L-azzjonijiet ta’ rispons rapidu jistgħu jkopru l-pajjiżi terzi kollha kif ukoll il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej kollha kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill …/… (UE).
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, l-azzjonijiet ta’ rispons rapidu għandhom ikunu bbażati fuq l-oqsma ta’ intervent elenkati fl-Anness IV.
5.L-azzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati primarjament permezz ta’ programmi ġeografiċi.
L-azzjonijiet implimentati permezz tal-programmi tematiċi għandhom ikunu komplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati bil-programmi ġeografiċi u għandhom jindirizzaw inizjattivi dinjija u transreġjonali biex jintlaħqu għanijiet miftehma internazzjonalment, b’mod partikolari l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, jiġu protetti beni pubbliċi dinjija jew jiġu indirizzati sfidi dinjija. L-azzjonijiet permezz ta’ programmi tematiċi jistgħu jitwettqu wkoll fejn ma jkunx hemm programm ġeografiku, jew fejn dan ikun ġie sospiż, jew fejn ma jkunx hemm ftehim dwar l-azzjoni mal-pajjiż sieħeb ikkonċernat, jew fejn l-azzjoni ma tkunx tista’ tiġi indirizzata adegwatament mill-programmi ġeografiċi.
L-azzjonijiet ta’ rispons rapidu għandhom ikunu komplementari għall-programmi ġeografiċi u tematiċi. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu mfassla u implimentati biex jippermettu, fejn rilevanti, il-kontinwità tagħhom taħt programmi ġeografiċi jew tematiċi.
6.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 34 fir-rigward ta’ supplimenti jew emendi fl-Annessi II, III u IV.
Artikolu 5
Koerenza, konsistenza u komplementarjetà
1.Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu assigurati l-konsistenza, is-sinerġiji u l-komplimentarjetà ma’ oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, ma’ politiki u programmi rilevanti oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.
2.Azzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 ma għandhomx ikunu ffinanzjati b'dan ir-Regolament.
3.Fejn xieraq, Programmi oħra tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu għal azzjonijiet stabbiliti skont dan ir-Regolament, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Dan ir-Regolament jista’ wkoll jikkontribwixxi għal miżuri stabbiliti taħt Programmi oħra tal-Unjoni, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. F’każijiet bħal dawn, il-programm ta’ ħidma li jkopri dawk l-azzjonijiet għandu jistabbilixxi liema sett ta’ regoli għandhom jiġu applikati.
Artikolu 6
Baġit
1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta’ EUR89 200 miljun fi prezzijiet attwali.
2.Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun magħmul minn:
(a)EUR 68 000 miljun għall-programmi ġeografiċi:
–Il-viċinat mill-inqas EUR 22 000 miljun,
–l-Afrika sub-Saħarjana mill-anqas EUR 32 000 miljun,
–l-Asja u l-Paċifiku EUR 10 000 miljun,
–il-kontinent Amerikan u l-Karibew EUR 4 000 miljun,
(b)EUR 7 000 miljun għall-programmi tematiċi:
–Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija EUR 1 500 miljun,
–Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili EUR 1 500 miljun,
–Stabbiltà u Paċi EUR 1 000 miljun,
–Sfidi Dinjija EUR 3 000 miljun,
(c)EUR 4 000 miljun għal azzjonijiet ta’ rispons rapidu.
3.Ir-riżervi ta’ EUR 10 200 miljun għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti għandhom iżidu l-ammonti msemmija fil-paragrafu 2 f’konformità mal-Artikolu 15.
4.Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 2(a) għandu jikkorrispondi għal mill-anqas 75% tal-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 7
Qafas ta' politika
Il-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta’ sħubija u ta’ kooperazzjoni, il-ftehimiet multilaterali u ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti ma’ pajjiżi sħab, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-konklużjonijiet tal-Kunsill, id-dikjarazzjonijiet ta’ summits jew il-konklużjonijiet ta’ laqgħat ta’ livell għoli ma’ pajjiżi sħab, ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Komunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, għandhom jikkostitwixxu l-qafas kumplessiv ta’ politika għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Prinċipji ġenerali
1.L-Unjoni għandha tfittex li tippromwovi, tiżviluppa u tikkonsolida l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali li fuqhom hija mibnija, permezz ta’ djalogu u kooperazzjoni ma’ pajjiżi u reġjuni sħab.
2.Għandu jiġi applikat approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet kollha tal-bniedem, sew ċivili u politiċi jew ekonomiċi, soċjali u kulturali sabiex jiġu integrati l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex id-detenturi tad-dritt jiġu appoġġati fil-pretensjoni tad-drittijiet tagħhom b’enfasi fuq gruppi aktar foqra u aktar vulnerabbli u sabiex il-pajjiżi sħab jiġu appoġġati fl-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem. Dan ir-Regolament għandu jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa.
3.L-Unjoni għandha tappoġġa, kif xieraq, l-implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni u djalogu bilaterali, reġjonali u multilaterali, ftehimiet ta’ sħubija u kooperazzjoni triangolari.
L-Unjoni għandha tippromwovi approċċ multilaterali u bbażat fuq ir-regoli għall-beni u l-isfidi dinjija u għandha tikkoopera mal-Istati Membri, il-pajjiżi sħab, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u donaturi oħra f’dak ir-rigward.
L-Unjoni għandha tippromwovi l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u donaturi oħra.
Fir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi sħab għandhom jiġu kkunsidrati r-rekord fl-implimentazzjoni tal-impenji, il-ftehimiet internazzjonali u r-relazzjonijiet kontrattwali mal-Unjoni tagħhom.
4.Il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-pajjiżi sħab, fuq in-naħa l-oħra, għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp u għandha tippromwovihom, fejn applikabbli, jiġifieri: is-sjieda tal-prijoritajiet tal-iżvilupp mill-pajjiżi sħab, fowkus fuq ir-riżultati, sħubijiet inklużivi għall-iżvilupp, it-trasparenza u l-akkontabbiltà reċiproka. L-Unjoni għandha tippromwovi mobilizzazzjoni u użu effettivi u effiċjenti tar-riżorsi.
F’konformità mal-prinċipju ta’ sħubija inklużiva, fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tassigura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti tal-pajjiżi sħab, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali, jiġu kkonsultati kif dovut u jkollhom aċċess f’waqtu għall-informazzjoni rilevanti li jippermettilhom li jkollhom rwol siewi matul it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-proċessi assoċjati ta’ monitoraġġ tal-programmi.
F’konformità mal-prinċipju tas-sjieda, il-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, għandha tiffavorixxi l-użu tas-sistemi tal-pajjiżi sħab għall-implimentazzjoni tal-programmi.
5.Sabiex jippromwovu l-komplementarjetà u l-effiċjenza tal-azzjoni tagħhom, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-politiki tagħhom u għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-programmi tagħhom ta’ għajnuna, inkluż f’organizzazzjonijiet internazzjonali u f’konferenzi internazzjonali.
6.Il-programmi u l-azzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jintegraw it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni ambjentali u l-ugwaljanza bejn is-sessi u għandhom jindirizzaw l-interkonnessjonijiet bejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, biex jippromwovu azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu kobenefiċċji u jilħqu għanijiet multipli b’mod koerenti. Dawn il-programmi u l-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq analiżi tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet, jintegraw approċċ ta’ reżiljenza u jkunu sensittivi għall-kunflitti. Huma għandhom ikunu ggwidati mill-prinċipju li ħadd ma jitħalla lura.
7.Għandu jiġi segwit approċċ aktar koordinat, olistiku u strutturat għall-migrazzjoni mas-sħab u l-effikaċja tiegħu tiġi vvalutata regolarment.
8.Il-Kummissjoni għandha tinforma u għandu jkollha skambji ta' opinjonijiet regolari mal-Parlament Ewropew.
Artikolu 9
Tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi militari b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp
1.F’konformità mal-Artikolu 41(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament ma għandux jintuża biex jiġi ffinanzjat l-akkwist ta’ armi jew munizzjon jew operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża.
2.Sabiex tikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli, li jirrikjedi l-kisba ta’ soċjetajiet stabbli, paċifiċi u inklużivi, l-assistenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament tista’ tintuża fil-kuntest ta’ riforma aktar wiesgħa fis-settur tas-sigurtà jew biex tibni l-kapaċità tal-atturi militari fil-pajjiżi sħab, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4, biex jitwettqu attivitajiet ta’ żvilupp u sigurtà għall-attivitajiet ta’ żvilupp.
3.L-għajnuna skont dan l-Artikolu tista' tkopri b'mod partikolari l-forniment ta' programmi ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp, inklużi taħriġ, mentoring u pariri, kif ukoll il-forniment ta' tagħmir, titjib tal-infrastruttura u servizzi relatati direttament ma' dik l-għajnuna.
4.L-għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tingħata biss:
(a)fejn ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati rekwiżiti b'rikors għal atturi mhux militari biex adegwatament jintlaħqu għanijiet tal-Unjoni skont dan ir-Regolament u jkun hemm theddida serja għall-eżistenza ta' istituzzjonijiet Statali li jiffunzjonaw jew għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-istituzzjonijiet Statali ma jkunux jistgħu jlaħħqu ma' dik it-theddida; u
(b)fejn ikun hemm konsensus bejn il-pajjiż sieħeb ikkonċernat u l-Unjoni li l-atturi militari huma kruċjali għall-preservazzjoni, l-istabbiliment jew l-istabbiliment mill-ġdid tal-kundizzjonijiet essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli, inkluż fi kriżijiet u f'kuntesti u sitwazzjonijiet fraġli jew destabilizzati.
5.L-għajnuna tal-Unjoni skont dan l-Artikolu ma għandhiex tintuża biex jiġi ffinanzjat it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' atturi militari għal skopijiet oħra għajr it-twettiq ta' attivitajiet ta' żvilupp u s-sigurtà għal attivitajiet ta' żvilupp. B'mod partikolari, din ma għandhiex tintuża biex tiffinanzja:
(a)nefqa militari rikorrenti;
(b)l-akkwist ta' armi u munizzjon, jew kwalunkwe apparat ieħor imfassal biex iwassal forza letali;
(c)taħriġ li huwa maħsub biex jikkontribwixxi speċifikament għall-kapaċità ta' ġlied tal-forzi armati.
6.Waqt it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżuri skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tippromwovi s-sjieda tal-pajjiż sieħeb. Hija għandha tiżviluppa wkoll l-elementi neċessarji u l-prattiki tajbin meħtieġa biex tkun żgurata s-sostenibbiltà fuq terminu medju u twil u għandha tippromwovi l-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali stabbiliti.
7.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri xierqa ta' valutazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tar-riskju għall-miżuri skont dan l-Artikolu.
TITOLU II
IMPLIMENTAZZJONI TA’ DAN IR-REGOLAMENT
Kapitolu I
Programmazzjoni
Artikolu 10
Approċċ ġenerali għall-programmazzjoni
1.Il-kooperazzjoni u l-interventi skont dan ir-Regolament għandhom jiġu pprogrammati, ħlief l-azzjonijiet ta’ rispons rapidu msemmija fl-Artikolu 4(4).
2.Fuq il-bażi tal-Artikolu 7, il-programmazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq dan li ġej:
(a)id-dokumenti ta’ programmazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi jew ir-reġjuni sħab, konsistenti mal-għan ġenerali u mal-ambitu, l-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti f’dan ir-Regolament.
(b)l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi stadju bikri u matul il-proċess kollu tal-programmazzjoni sabiex jippromwovu l-koerenza, il-komplementarjetà u l-konsistenza bejn l-attivitajiet ta' kooperazzjoni tagħhom. Il-programmazzjoni konġunta għandha tkun l-approċċ preferut għall-programmazzjoni tal-pajjiżi. Il-programmazzjoni konġunta għandha tkun miftuħa għal donaturi oħra fejn rilevanti;
(c)l-Unjoni għandha tikkonsulta wkoll donaturi u atturi oħra, inklużi rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali, fejn rilevanti;
(d)il-programmi tematiċi tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija u tas-Soċjetà Ċivili msemmija fl-Artikolu 4(3)(a) u (b) għandhom jipprovdu assistenza indipendentement mill-kunsens tal-gvernijiet u awtoritajiet pubbliċi oħra tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Dawn il-programmi tematiċi għandhom jappoġġaw prinċipalment organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
Artikolu 11
Prinċipji ta’ programmazzjoni għall-programmi ġeografiċi
1.Il-programmazzjoni tal-programmi ġeografiċi għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:
(a)mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati, sal-punt possibbli, fuq djalogu bejn l-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi sħab ikkonċernati, inklużi awtoritajiet nazzjonali u lokali, bl-involviment tas-soċjetà ċivili, tal-parlamenti nazzjonali u lokali u ta’ partijiet ikkonċernati oħra, sabiex tittejjeb is-sjieda tal-proċess u biex jiġi inkoraġġit l-appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali u reġjonali;
(b)fejn ikun xieraq, il-perjodu ta’ programmazzjoni għandu jiġi sinkronizzat maċ-ċikli ta’ strateġija tal-pajjiżi sħab;
(c)il-programmazzjoni tista’ tipprevedi attivitajiet ta’ kooperazzjoni ffinanzjati minn allokazzjonijiet differenti elenkati fl-Artikolu 6(2) u minn Programmi oħra tal-Unjoni skont l-atti bażiċi tagħhom.
2.Il-programmazzjoni tal-programmi ġeografiċi għandha tipprovdi qafas speċifiku, imfassal apposta għall-kooperazzjoni, ibbażat fuq:
(a)il-ħtiġijiet tas-sħab, stabbiliti fuq il-bażi ta’ kriterji speċifiċi li jqisu l-popolazzjoni, il-faqar, l-inugwaljanza, l-iżvilupp tal-bniedem, il-vulnerabbiltà ekonomika u ambjentali, u r-reżiljenza tal-istat u tas-soċjetà;
(b)il-kapaċitajiet tas-sħab li jiġġeneraw u jaċċessaw riżorsi finanzjarji u l-kapaċitajiet tagħhom ta’ assorbiment;
(c)l-impenji u l-prestazzjoni tas-sħab, stabbiliti fuq kriterji bħar-riforma politika u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali;
(d)l-impatt potenzjali tal-finanzjament tal-Unjoni fil-pajjiżi u r-reġjuni sħab;
(e)
il-kapaċità u l-impenn tas-sħab li jippromwovu interessi u valuri kondiviżi, u li jappoġġaw għanijiet komuni u alleanzi multilaterali, kif ukoll li l-prijoritajiet tal-Unjoni jitmexxew 'il quddiem.
3.Il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn, b’mod partikolari l-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, il-pajjiżi b’introjtu baxx, il-pajjiżi fi stati ta’ kriżi, ta’ wara kriżi u f’sitwazzjoni fraġli u vulnerabbli, inkluż Stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, għandhom jingħataw prijorità fil-proċess tal-allokazzjoni tar-riżorsi.
4.Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi industrijalizzati għandha tiffoka fuq il-promozzjoni tal-interessi tal-Unjoni u tal-interessi reċiproċi.
5.Id-dokumenti ta’ programmazzjoni għall-programmi ġeografiċi għandhom ikunu bbażati fuq ir-riżultati u għandhom jikkunsidraw, fejn ikun xieraq, il-miri u l-indikaturi miftehma fuq livell internazzjonali, b’mod partikolari dawk stabbiliti għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll l-oqfsa tar-riżultati fil-livell ta’ pajjiż, sabiex jiġi valutat u komunikat il-kontribut tal-Unjoni għar-riżultati, fil-livell tal-outputs, tal-eżiti u tal-impatt.
6.Meta jkunu qegħdin jitfasslu d-dokumenti ta’ programmazzjoni għal pajjiżi u reġjuni f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew ta’ wara kriżi, u f’sitwazzjonijiet fraġli u vulnerabbli, għandhom jiġu kkunsidrati b’mod xieraq il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi speċjali tal-pajjiżi jew tar-reġjuni kkonċernati.
Fejn pajjiżi jew reġjuni sħab ikunu direttament involuti fi, jew affettwati minn sitwazzjoni ta’ kriżi, ta’ wara kriżi jew ta’ fraġilità, għandha titpoġġa enfasi speċjali sabiex tiżdied il-koordinazzjoni bejn l-atturi rilevanti kollha biex tiġi megħjuna t-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-fażi ta’ żvilupp.
7.Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxu għal azzjonijiet stabbiliti taħt ir-Regolament (UE) Nru.../... (Erasmus). Minn dan ir-Regolament għandu jitfassal dokument wieħed ta’ programmazzjoni għal seba’ snin, li jinkludi fondi mir-Regolament (UE) Nru.../... (IPA III). Ir-Regolament (UE) …/… (Erasmus) għandu japplika għall-użu ta’ dawk il-fondi.
Artikolu 12
Dokumenti tal-programmazzjoni tal-programmi ġeografiċi
1.Fil-każ tal-programmi ġeografiċi, l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha titwettaq permezz ta’ programmi indikattivi pluriennali għall-pajjiż u għal diversi pajjiżi.
2.Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula għal finanzjament mill-Unjoni, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija, indikaturi tal-prestazzjoni ċari u speċifiċi, u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm kumplessivament kif ukoll għal kull qasam ta’ prijorità.
3.Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom ikunu mibnija fuq:
(a)
strateġija nazzjonali jew reġjonli fil-forma ta’ pjan nazzjonali ta’ żvilupp jew dokument simili aċċettat mill-Kummissjoni bħala bażi għall-programm indikattiv pluriennali korrispondenti, meta jiġi adottat dan id-dokument tal-aħħar;
(b)
dokument qafas li jistabbilixxi l-politika tal-Unjoni lejn is-sieħeb jew is-sħab ikkonċernati, li jinkludi dokument konġunt bejn l-Unjoni u l-Istati Membri;
(c)
dokument konġunt bejn l-Unjoni u s-sieħeb jew is-sħab kkonċernati li jistabbilixxi l-prijoritajiet komuni.
4.Sabiex jiżdied l-impatt tal-kooperazzjoni kollettiva tal-Unjoni, fejn ikun possibbli, dokument ta’ programmazzjoni konġunta għandu jissostitwixxi d-dokumenti ta’ programmazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Dokument ta’ programmazzjoni konġunta jista’ jissostitwixxi l-programm indikattiv pluriennali tal-Unjoni, dment li jikkonforma mal-Artikoli 10 u 11, ikun fih l-elementi elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u jistabbilixxi t-tqassim tax-xogħol bejn l-Unjoni u l-Istati Membri.
Artikolu 13
Dokumenti ta’ programmazzjoni għal programmi tematiċi
1.Fil-każ tal-programmi tematiċi, l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha titwettaq permezz ta’ programmi indikattivi pluriennali.
2.Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi tematiċi għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Unjoni, il-prijoritajiet magħżula għall-finanzjament mill-Unjoni, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija, indikaturi tal-prestazzjoni ċari u speċifiċi, u s-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tas-sħab ewlenin għat-tema kkonċernata.
Fejn ikun applikabbli, għandhom jiġu stabbiliti prijoritajiet fir-rigward tar-riżorsi u tal-interventi għall-parteċipazzjoni f'inizjattivi dinjija.
Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi tematiċi għandhom jistabbilixxu l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kumplessivament, skont il-qasam ta’ kooperazzjoni u skont il-prijorità. L-allokazzjoni finanzjarja indikattiva tista’ tingħata fil-forma ta’ firxa.
Artikolu 14
Adozzjoni u emenda tal-programmi indikattivi pluriennali
1.Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi indikattivi pluriennali msemmija fl-Artikoli 12 u 13 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 35(2). Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għar-rieżamijiet imsemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, li għandhom l-effett li jimmodifikaw b’mod sinifikanti l-kontenut tal-programm indikattiv pluriennali.
2.Meta jiġu adottati d-dokumenti ta’ programmazzjoni pluriennali konġunta msemmija fl-Artikolu 12, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tapplika biss għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għad-dokument ta’ programmazzjoni pluriennali konġunta.
3.Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi ġeografiċi jistgħu jiġu rieżaminati fejn ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva, b’mod partikolari fejn ikun hemm bidliet sostanzjali fil-qafas ta’ politika msemmi fl-Artikolu 7 jew wara sitwazzjoni ta’ kriżi jew ta’ wara kriżi.
4.Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi tematiċi jistgħu jiġu rieżaminati fejn ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva, b’mod partikolari fejn ikun hemm bidliet sostanzjali fil-qafas ta’ politika msemmi fl-Artikolu 7.
5.Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati jew theddid immedjat għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, il-Kummissjoni tista’ temenda l-programmi indikattivi pluriennali msemmija fl-Artikoli 12 u 13 ta’ dan ir-Regolament b’atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 35(4).
Artikolu 15
Riżervi għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġent
1.L-ammont imsemmi fl-Artikolu 6(3) għandu jintuża fost affarijiet oħra:
(a)biex jassigura rispons xieraq tal-Unjoni f’każ ta’ ċirkustanzi mhux previsti;
(b)biex jindirizza ħtiġijiet ġodda jew sfidi emerġenti, bħal dawk fil-fruntieri tal-Unjoni jew tal-ġirien tagħha marbuta ma’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ wara kriżi jew ta’ pressjoni migratorja;
(c)biex jippromwovi inizjattivi jew prijoritajiet internazzjonali ġodda mmexxija mill-Unjoni.
2.L-użu ta’ dawn il-fondi għandu jiġi deċiż skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 14 u 21.
Kapitolu II
Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Viċinat
Artikolu 16
Dokument ta’ programmazzjoni u kriterji tal-allokazzjoni
1.Għall-pajjiżi sħab elenkati fl-Anness I, l-oqsma ta’ prijorità għall-finanzjament tal-Unjoni għandhom jintgħażlu prinċipalment minn dawk inklużi fid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 12(3)(c), jew skont l-oqsma ta’ kooperazzjoni taż-żona tal-Viċinat stipulati fl-Anness II.
2.B’deroga mill-Artikolu 11(2), l-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-programmi ġeografiċi fiż-żona tal-Viċinat għandu jiġi differenzjat fil-forma u fl-ammonti, billi jiġu kkunsidrati dawn l-elementi, li jirriflettu l-pajjiż sieħeb:
(a)il-ħtiġijiet, bl-użu ta' indikaturi bħall-popolazzjoni u l-livell ta' żvilupp;
(b)l-impenn lejn u l-progress fl-implimentazzjoni ta’ għanijiet ta’ riforma politika, ekonomika u soċjali miftehma b’mod konġunt;
(c)l-impenn lejn u l-progress fil-bini ta' demokrazija profonda u sostenibbli;
(d)is-sħubija mal-Unjoni, inkluż il-livell ta' ambizzjoni għal dik is-sħubija;
(e)il-kapaċità ta' assorbiment u l-impatt potenzjali tal-appoġġ tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.
3.L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi rifless fid-dokumenti ta’ programmazzjoni msemmija fl-Artikolu 12.
Artikolu 17
Approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni
1.B’mod indikattiv 10 % tal-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 4(2)(a) biex jissupplimenta l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 12 għandu jiġi allokat lill-pajjiżi sħab elenkati fl-Anness I sabiex jimplimentaw l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni. L-allokazzjonijiet ibbażati fuq il-prestazzjoni għandhom jiġu deċiżi fuq il-progress tagħhom lejn id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni, il-governanza ekonomika u r-riformi. Il-progress tal-pajjiżi sħab għandu jiġi valutat kull sena.
2.L-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni ma għandux japplika għall-appoġġ lis-soċjetà ċivili, lill-kuntatti bejn il-persuni, inkluża l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet lokali, l-appoġġ għat-titjib tad-drittijiet tal-bniedem, jew miżuri ta' appoġġ marbutin ma' kriżijiet. F’każ ta’ degradazzjoni serja jew persistenti tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, l-appoġġ għal dawn l-azzjonijiet jista’ jiżdied.
Artikolu 18
Kooperazzjoni Transfruntiera
1.Il-kooperazzjoni transfruntiera, kif definit fl-Artikolu 2(3), għandu jkopri l-kooperazzjoni dwar il-fruntieri bejn artijiet biswit xulxin, il-kooperazzjoni transnazzjonali fuq territorji transnazzjonali ikbar, kooperazzjoni marittima madwar il-baċiri tal-baħar, kif ukoll il-kooperazzjoni interreġjonali.
2.Iż-żona tal-Viċinat għandha tikkontribwixxi għall-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera msemmija fil-paragrafu 1 kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fil-qafas tar-Regolament tal-ETC. Sa 4 % tal-pakkett finanzjarju għall-qasam tal-Viċinat għandu jiġi allokat b’mod indikattiv b’appoġġ għal dawk il-programmi.
3.Kontribuzzjonijiet għal programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera għandhom jiġu determinati u użati skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-ETC.
4.Ir-rata ta’ kofinanzjament tal-Unjoni ma għandhiex tkun ogħla minn 90 % tan-nefqa eliġibbli ta’ programm ta’ kooperazzjoni transfruntiera. Għal assistenza teknika r-rata ta' kofinanzjament tkun ta' 100 %.
5.Il-prefinanzjament għal programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera għandu jiġi stabbilit fil-programm ta’ ħidma skont il-ħtiġijiet tal-pajjiżi u t-territorji terzi parteċipanti u ma jistax jaqbeż il-perċentwali msemmi fl-Artikolu 49 tar-Regolament tal-ETC.
6.Id-dokument ta’ strateġija indikattiva pluriennali għall-kooperazzjoni transfruntiera, li jistabbilixxi l-elementi msemmija fl-Artikolu 12(2) ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-ETC.
7.Meta l-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera ma jitkomplewx skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ETC, l-appoġġ mill-qasam tal-Viċinat għall-programm li ma jitkompliex u li jibqa’ disponibbli, jista’ jintuża biex jiffinanzja kwalunkwe attività oħra taħt il-qasam tal-Viċinat.
Kapitolu III
Pjanijiet ta’ azzjoni, miżuri u metodi ta’ implimentazzjoni
Artikolu 19
Pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri
1.Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta’ azzjoni jew miżuri annwali jew pluriennali. Il-miżuri jistgħu jieħdu l-forma ta’ miżuri individwali, miżuri speċjali, miżuri ta’ appoġġ jew miżuri ta’ assistenza eċċezzjonali. Il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri għandhom jispeċifikaw, għal kull azzjoni, l-għanijiet segwiti, ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet prinċipali, il-metodi ta’ implimentazzjoni, il-baġit u kwalunkwe nefqa ta’ appoġġ assoċjata.
2.Il-pjanijiet ta’ azzjoni għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta’ programmazzjoni, ħlief għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u 4.
Fejn ikun meħtieġ, azzjoni tista’ tiġi adottata bħala miżura individwali qabel jew wara l-adozzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni. Il-miżuri individwali għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta’ programmazzjoni, ħlief għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u f’każijiet oħra debitament ġustifikati.
Fil-każ ta’ ħtiġijiet jew ċirkostanzi mhux previsti, u meta ma jkunx possibbli finanzjament minn sorsi aktar xierqa, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri speċjali mhux previsti fid-dokumenti ta’ programmazzjoni.
3.Jistgħu jintużaw pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew pluriennali u miżuri individwali biex jiġu implimentati azzjonijiet ta’ rispons rapidu msemmija fl-Artikolu 4(4)(b) u (c).
4.Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ assistenza eċċezzjonali għal azzjonijiet ta’ rispons rapidu kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)(a).
Miżura ta' assistenza eċċezzjonali jista' jkollha tul sa 18-il xahar, li jista' jiġi estiż darbtejn b'perjodu ieħor li ma jaqbiżx is-sitt xhur, sa żmien massimu ta' 30 xahar, fil-każ ta' ostakli oġġettivi u mhux mistennija għall-implimentazzjoni tagħha, dment li ma jkun hemm l-ebda żieda fl-ammont finanzjarju tal-miżura.
F'każijiet ta' kriżijiet u konflitti mtawla, il-Kummissjoni tista' tadotta t-tieni miżura ta' assistenza eċċezzjonali b’perjodu ta' żmien ta' sa 18-il xahar. F’każijiet debitament ġustifikati meta l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni tkun essenzjali u ma tistax tiġi żgurat b’mezzi oħra, ikunu jistgħu jiġu adottati iktar miżuri.
Artikolu 20
Miżuri ta' appoġġ
1.Il-finanzjament tal-Unjoni jista’ jkopri n-nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrument u għall-kisba tal-għanijiet tiegħu, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat mal-attivitajiet ta’ tħejjija, segwitu, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni meħtieġa għal dik l-implimentazzjoni, kif ukoll in-nefqa fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fuq l-appoġġ amministrattiv meħtieġ għall-programm, u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni u s-sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.
2.Meta n-nefqa ta’ appoġġ ma tkunx inkluża fil-pjanijiet ta’ azzjoni jew fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 21, il-Kummissjoni għandha tadotta, fejn xieraq, miżuri ta’ appoġġ. Il-finanzjament tal-Unjoni taħt il-miżuri ta’ appoġġ jista’ jkopri:
(a)studji, laqgħat, informazzjoni, sensibilizzazzjoni, taħriġ, tħejjija u skambju tat-tagħlimiet miksuba u tal-aqwa prattiki, attivitajiet ta’ pubblikazzjoni u kwalunkwe nefqa amministrattiva u ta’ assistenza teknika oħra meħtieġa għall-programmazzjoni u l-ġestjoni tal-azzjonijiet, inklużi esperti esterni remunerati;
(b)attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni u studji dwar kwistjonijiet rilevanti u d-disseminazzjoni tagħhom;
(c)infiq relatat mal-provvediment ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ komunikazzjoni u l-komunikazzjoni u l-viżibbiltà korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni.
Artikolu 21
Adozzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri
1.Il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 35(2).
2.Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun meħtieġa għal:
(a)pjanijiet ta’ azzjoni, miżuri individwali u miżuri ta’ appoġġ, li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun;
(b)miżuri speċjali kif ukoll pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri adottati sabiex jiġu implimentati azzjonijiet ta’ rispons rapidu li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni li ma jaqbiżx l-EUR 20 miljun;
(c)emendi tekniċi, dment li dawk l-emendi ma jaffettwawx b’mod sostanzjali l-għanijiet tal-pjan ta’ azzjoni jew tal-miżura kkonċernata, bħalma huma:
(i) bidla fil-metodu tal-implimentazzjoni;
(ii) tqassim mill-ġdid tal-fondi bejn l-azzjonijiet kontenuti fi pjan ta’ azzjoni;
(iii) żidiet jew tnaqqis tal-baġit tal-pjanijiet ta’ azzjoni u tal-miżuri b’mhux aktar minn 20 % tal-baġit inizjali u li ma jaqbżux l-EUR 10 miljun;
Fil-każ ta’ pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri pluriennali, il-limiti msemmija fil-paragrafi 2(a), (b) u (c) (iii) għandhom ikunu applikabbli fuq bażi annwali.
Meta jiġu adottati skont dan il-paragrafu, il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri, ħlief il-miżuri ta’ assistenza eċċezzjonali u l-emendi tekniċi, għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri permezz tal-kumitat rilevanti msemmi fl-Artikolu 35 fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom.
3.Qabel l-adozzjoni jew l-estensjoni ta’ miżuri ta’ assistenza eċċezzjonali li ma jaqbżux l-EUR 20 miljun, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill dwar in-natura u l-għanijiet tagħhom u l-ammonti finanzjarji previsti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill qabel ma tagħmel bidliet sostantivi sinifikanti f’miżuri ta’ assistenza eċċezzjonali diġà adottati. Il-Kummissjoni għandha tqis l-approċċ ta’ politika rilevanti tal-Kunsill għall-ippjanar u l-implimentazzjoni sussegwenti ta’ dawn il-miżuri, fl-interessi tal-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew debitament infurmat, u b’mod f’waqtu, dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ assistenza eċċezzjonali skont dan l-Artikolu, inklużi l-ammonti finanzjarji previsti, u għandha tinforma wkoll lill-Parlament Ewropew meta tagħmel bidliet jew estensjonijiet sostanzjali għal dik l-assistenza.
4.Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament iġġustifikati, bħal kriżijiet inklużi diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem, theddid immedjat għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, il-Kummissjoni tista' tadotta pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri, bħal atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(4).
5.Għandu jsir skrutinju ambjentali xieraq, fil-livell tal-azzjonijiet, inkluż għall-impatti fuq it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità, f’konformità mal-atti leġiżlattivi applikabbli tal-Unjoni, inklużi d-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, li jinkludi, fejn applikabbli, valutazzjoni tal-impatt ambjentali għal azzjonijiet ta’ sensittività ambjentali, b’mod partikolari għal infrastruttura ġdida maġġuri.
Fejn ikun rilevanti, fl-implimentazzjoni ta' programmi settorjali għandhom jintużaw valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi. Għandhom jiġu żgurati l-involviment tal-partijiet interessati fil-valutazzjonijiet ambjentali u l-aċċess pubbliku għar-riżultati ta' tali valutazzjonijiet.
Artikolu 22
Metodi ta’ kooperazzjoni
1.Il-finanzjament taħt dan l-Istrument għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni, kif previst mir-Regolament Finanzjarju, jew direttament mill-Kummissjoni stess, mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u minn aġenziji eżekuttivi jew indirettament permezz ta’ xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1) c) tar-Regolament Finanzjarju.
2.Il-finanzjament taħt dan l-Istrument jista’ jiġi pprovdut ukoll permezz ta’ kontribuzzjonijiet għal fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-BEI, mill-Istati Membri, mill-pajjiżi u r-reġjuni sħab jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, jew donaturi oħra.
3.L-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1) c) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 29(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw annwalment l-obbligi ta’ rapportar tagħhom skont l-Artikolu 155 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għal kull waħda minn dawk l-entitajiet huma stabbiliti fil-ftehim qafas ta’ sħubija, fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni, fil-ftehim dwar il-garanziji baġitarji jew fil-ftehim ta’ finanzjament.
4.L-azzjonijiet iffinanzjati permezz tal-Istrumenti jistgħu jiġu implimentati permezz ta' kofinanzjament parallel jew konġunt.
5.Fil-każ ta' kofinanzjament parallel, azzjoni tinqasam f'għadd ta' komponenti identifikabbli b'mod ċar li kull wieħed minnhom ikun iffinanzjat minn sħab differenti li jipprovdu kofinanzjament b'tali mod li l-użu aħħari tal-finanzjament jista' dejjem jiġi identifikat.
6.Fil-każ ta' kofinanzjament konġunt, il-kost totali ta' azzjoni tinqasam bejn is-sħab li jipprovdu l-kofinanzjament u r-riżorsi jinġabru f’pula b'tali mod li ma jibqax possibbli li jiġi identifikat s-sors ta' finanzjament ta’ kwalunkwe attività partikolari mwettqa bħala parti mill-azzjoni.
7.Il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u s-sħab tagħha tista’ tieħu l-forma, fost affarijiet oħra, ta’:
(a)
arranġamenti triangolari li permezz tagħhom l-Unjoni tikkoordina ma’ pajjiżi terzi l-finanzjament tal-assistenza tagħha lil pajjiż jew reġjun sieħeb;
(b)miżuri ta' kooperazzjoni amministrattivi bħal ġemellaġġ bejn istituzzjonijiet pubbliċi, awtoritajiet lokali, korpi pubbliċi nazzjonali jew entitajiet tad-dritt privat responsabbli għal kompiti ta' servizz pubbliku ta' Stat Membru u dawk ta' pajjiż jew reġjun sieħeb, kif ukoll miżuri ta' kooperazzjoni li jinvolvu esperti tas-settur pubbliku mibgħuta mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom;
(c)kontribuzzjonijiet għall-kostijiet neċessarji biex tiġi stabbilita u amministrata sħubija pubblik privata;
(d)programmi ta’ appoġġ għall-politika tas-settur li permezz tagħhom l-Unjoni tipprovdi appoġġ għall-programm tas-settur ta’ pajjiż sieħeb
(e)kontribuzzjonijiet għall-kost tal-parteċipazzjoni f’programmi u azzjonijiet tal-Unjoni implimentati minn aġenziji u korpi tal-Unjoni, kif ukoll korpi jew persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
(f)sussidji tar-rati tal-imgħax.
Artikolu 23
Forom ta’ finanzjament mill-UE u metodi ta’ implimentazzjoni
1.Il-finanzjament mill-Unjoni jista’ jiġi pprovdut permezz tat-tipi ta’ finanzjament previsti mir-Regolament Finanzjarju, u b’mod partikolari:
(a)għotjiet;
(b)kuntratti ta' akkwist għal servizzi, provvisti jew xogħlijiet;
(c)appoġġ baġitarju;
(d)kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji stabbiliti mill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 234 tar-Regolament Finanzjarju;
(e)strumenti finanzjarji;
(f)garanziji baġitarji;
(g)taħlit;
(h)ħelsien mid-dejn fil-kuntest ta’ programm miftiehem internazzjonalment dwar il-ħelsien mid-dejn;
(i)assistenza finanzjarja;
(j)esperti esterni b’remunerazzjoni.
2.Fil-ħidma mal-partijiet ikkonċernati tal-pajjiżi sħab, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet tagħhom, inklużi l-ħtiġijiet tagħhom u l-kuntest rilevanti, meta tiddefinixxi l-modalitajiet ta' finanzjament, it-tip ta' kontribuzzjoni, il-modalitajiet tal-għotja u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-ġestjoni tal-għotjiet, bil-ħsieb li jinkiseb u li jingħata l-aħjar rispons għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' tali partijiet ikkonċernati. Għandhom jiġu inkoraġġiti modalitajiet speċifiċi skont ir-Regolament Finanzjarju, bħal ftehimiet ta’ sħubija, awtorizzazzjonijiet ta’ appoġġ finanzjarju lil terzi persuni, għoti dirett jew sejħiet għall-proposti ristretti għall-eliġibbiltà, jew somom f’daqqa, kostijiet unitarji u finanzjament b’rata fissa kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif previst fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
3.Minbarra l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju, il-proċedura ta’ għoti dirett tista’ tintuża għal;
(a)għotjiet ta' valur baxx lil difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għall-finanzjament ta' azzjonijiet ta' protezzjoni urġenti, fejn xieraq mingħajr il-ħtieġa għal kofinanzjament;
(b)għotjiet, fejn ikun xieraq mingħajr il-ħtieġa ta’ kofinanzjament, sabiex jiġu ffinanzjati azzjonijiet fl-aktar kundizzjonijiet diffiċli fejn il-pubblikazzjoni ta’ sejħa għall-proposti ma tkunx xierqa, inklużi sitwazzjonijiet fejn ikun hemm nuqqas serju ta’ libertajiet fundamentali, fejn is-sigurtà tal-bniedem tkun l-aktar f’riskju jew fejn l-organizzazzjonijiet u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem joperaw fl-aktar kundizzjonijiet diffiċli. Għotjiet bħal dawn ma għandhomx jaqbżu l-EUR 1 000 000 u għandu jkollhom tul ta' żmien ta' mhux aktar minn 18-il xahar, li tista' tiġi estiża bi 12-il xahar ieħor fl-eventwalità ta' ostakli oġġettivi u mhux previsti għall-implimentazzjoni tagħhom;
(c)għotjiet lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll lill-Global Campus, liċ-Ċentru Interuniversitarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni, li jipprovdi Lawrja Ewropea ta’ Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni, u n-netwerk assoċjat tiegħu ta’ universitajiet li jipprovdu diplomi postgraduate dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi boroż ta’ studju lil studenti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minn pajjiżi terzi.
L-appoġġ baġitarju kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, inkluż permezz ta’ kuntratti ta’ prestazzjoni ta’ riforma strutturali, għandu jkun ibbażat fuq is-sjieda tal-pajjiż, l-akkontabbiltà reċiproka u impenji kondiviżi għall-valuri universali, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sħubijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab. Għandu jinkludi djalogu msaħħaħ ta’ politika, tisħiħ tal-kapaċitajiet, u governanza mtejba, li jikkomplementaw l-isforzi tal-isħab biex jiġbru aktar u jonfqu aħjar bil-għan li jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv u l-impjiegi u l-qerda tal-faqar.
Kwalunkwe deċiżjoni biex jiġi pprovdut appoġġ baġitarju għandha tkun ibbażata fuq politiki ta' appoġġ baġitarju miftehma mill-Unjoni, sett ċar ta' kriterji ta' eliġibbiltà u evalwazzjoni bir-reqqa tar-riskji u l-benefiċċji.
4.L-appoġġ baġitarju għandu jiġi differenzjat b’mod li jwieġeb aħjar għall-kuntest politiku, ekonomiku u soċjali tal-pajjiż sieħeb, b’kont meħud tas-sitwazzjonijiet ta’ fraġilità.
Meta tipprovdi appoġġ baġitarju skont l-Artikolu 236 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi b’mod ċar u timmonitorja l-kriterji għall-kondizzjonalità tal-appoġġ baġitarju, inkluż il-progress fir-riformi u t-trasparenza, u għandha tappoġġa l-iżvilupp tal-kontroll parlamentari, il-kapaċitajiet nazzjonali ta’ awditjar u ż-żieda fit-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.
5.L-iżborż tal-appoġġ baġitarju għandu jkun ibbażat fuq indikaturi li juru li jkun qiegħed isir progress sodisfaċenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet miftehma mal-pajjiż sieħeb.
6.L-istrumenti finanzjarji skont dan ir-Regolament jistgħu jieħdu forom, bħal self, garanziji, ekwità jew kważi ekwità, investimenti jew parteċipazzjonijiet, u strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskji, kull meta jkun possibbli u skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 209 (1) tar-Regolament Finanzjarju taħt it-tmexxija tal-BEI, istituzzjoni finanzjarja Ewropea multilaterali, bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, jew istituzzjoni finanzjarja Ewropea bilaterali, bħal banek bilaterali tal-iżvilupp, possibbilment magħquda ma’ forom addizzjonali oħra ta’ appoġġ finanzjarju, kemm mill-Istati Membri kif ukoll minn terzi persuni.
Il-kontribuzzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni skont dan ir-Regolament jistgħu jsiru mill-Istati Membri kif ukoll minn kwalunkwe entità msemmija fl-Artikolu 62(1)c) tar-Regolament Finanzjarju.
7.Dawn l-istrumenti finanzjarj jistgħu jinġabru f'faċilitajiet għall-għanijiet tal-implimentazzjoni u tar-rappurtar.
8.Il-finanzjament mill-Unjoni ma għandux jiġġenera jew jattiva l-ġbir ta’ taxxi, dazji jew imposti speċifiċi.
9.It-taxxi, dazji u imposti debitati mll-pajjiżi sħab, jistgħu jkunu eliġibbli għall-finanzjament skont dan ir-Regolament.
Artikolu 24
Persuni u entitajiet eliġibbli
1.Il-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist, ta’ għotjiet u ta’ għoti ta’ premijiet għal azzjonijiet iffinanzjati bi programmi ġeografiċi u bi programmi ta’ Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u Sfidi Dinjija għandha tkun miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali u l-entitajiet legali l-oħra kollha li huma ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin, u fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, li huma wkoll stabbiliti b’mod effettiv fihom:
(a)l-Istati Membri, il-benefiċjarji tar-Regolament (UE) …/…(IPA III), u l-partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;
(b)Pajjiżi sħab tal-viċinat u l-Federazzjoni Russa meta l-proċedura rilevanti sseħħ fil-kuntest ta’ programmi msemmija fl-Anness I li tipparteċipa fihom;
(c)pajjiżi u territorji li qed jiżviluppaw, kif inklużi fil-lista ta’ riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, ippubblikata mill-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, li ma jkunux membri tal-grupp G-20, u pajjiżi u territorji extra-Ewropej kif definiti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill …/… (UE);
(d)pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif inklużi fil-lista ta’ riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, li huma membri tal-grupp G-20, u pajjiżi u territorji oħra, meta l-proċedura rilevanti sseħħ fil-kuntest ta’ azzjoni ffinanzjata mill-Unjoni skont dan ir-Regolament li huma jipparteċipaw fiha;
(e)pajjiżi li għalihom ikun stabbilit aċċess reċiproku għall-finanzjament estern mill-Kummissjoni; dak l-aċċess reċiproku jista' jingħata, għal perjodu limitat ta' mill-inqas sena, kull meta pajjiż jikkonċedi eliġibbiltà fuq termini ugwali lil entitajiet mill-Unjoni u minn pajjiżi eliġibbli skont dan ir-Regolament; il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-aċċess reċiproku u dwar it-tul ta' żmien tiegħu wara konsultazzjoni mal-pajjiż jew il-pajjiżi riċevituri kkonċernati;
(f)membri sħab tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, fil-każ ta' kuntratti implimentati f'wieħed mill-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati jew f'Pajjiż Fqir b'Ħafna Dejn, kif inkluż fil-lista ta' riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp.
2.Mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet inerenti fin-natura u fl-għanijiet tal-azzjoni, il-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist, għotja u għoti ta’ premjijiet għal azzjonijiet iffinanzjati bil-programmi tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija u tal-Istabbiltà u tal-Paċi kif ukoll azzjonijiet ta’ rispons rapidu, għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet.
3.Il-provvisti u l-materjali kollha ffinanzjati taħt dan ir-Regolament jistgħu joriġinaw minn kwalunkwe pajjiż.
4.Ir-regoli stipulati f’dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw, u ma għandhomx joħolqu restrizzjonijiet ta’ nazzjonalità għal persuni fiżiċi impjegati jew ikkuntrattati legalment b’mod ieħor minn kuntrattur eliġibbli jew, fejn applikabbli, minn subkuntrattur.
5.Għall-azzjonijiet kofinanzjati konġuntament minn entità, jew implimentati b’ġestjoni diretta jew indiretta ma’ entitajiet kif imsemmi fil-punti minn (c)(ii) sa (viii) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju, għandhom japplikaw ukoll ir-regoli ta’ eliġibbiltà ta’ dak l-entitajiet.
6.Meta d-donaturi jipprovdu finanzjament għal fond fiduċjarju stabbilit mill-Kummissjoni jew permezz ta’ dħul assenjat estern, għandhom japplikaw ir-regoli ta’ eliġibbiltà fl-att kostituttiv tal-fond fiduċjarju jew fil-ftehim mad-donatur fil-każ ta’ dħul assenjat estern.
7.Fil-każ ta’ azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament u minn Programm ieħor tal-Unjoni, l-entitajiet eliġibbli taħt xi wieħed minn dawk il-Programmi għandhom jitqiesu bħala eliġibbli.
8.Fil-każ ta’ azzjonijiet minn diversi pajjiżi, l-entitajiet ġuridiċi li jkunu ċittadini ta’, u fl-każ ta’ entitajiet ġuridiċi li jkunu wkoll effettivament stabbiliti fil-pajjiżi u t-territorji koperti mill-azzjoni, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli.
9.Ir-regoli tal-eliġibbiltà ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu ristretti fir-rigward tan-nazzjonalità, il-pożizzjoni ġeografika jew in-natura tal-applikanti, fejn tali restrizzjonijiet ikunu meħtieġa min-natura u l-għanijiet speċifiċi tal-azzjoni u fejn ikunu neċessarji għall-implimentazzjoni effettiva tagħha.
10.Offerenti, applikanti u kandidati minn pajjiżi mhux eliġibbli jistgħu jiġu aċċettati bħala eliġibbli fil-każ ta’ urġenza jew in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ servizzi fis-swieq tal-pajjiżi jew it-territorji kkonċernati, jew f’każijiet oħra debitament sostanzjati fejn l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-eliġibbiltà tirrendi t-twettiq ta’ azzjoni impossibbli jew eċċessivament diffiċli.
11.Sabiex jiġu promossi kapaċitajiet, swieq u xiri lokali, għandha tingħata prijorità lill-kuntratturi lokali u reġjonali meta r-Regolament Finanzjarju jipprevedi għotja fuq il-bażi ta' offerta waħda. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-parteċipazzjoni ta' kuntratturi lokali u reġjonali għandha tiġi promossa f' konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dak ir-Regolament.
12.Skont il-programm tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, kwalunkwe entità li ma tkunx koperta mid-definizzjoni ta’ entità ġuridika fl-Artikolu 2(6) għandha tkun eliġibbli meta dan ikun neċessarju biex issir ħidma fl-oqsma ta’ intervent ta’ dan il-programm.
Artikolu 25
Riporti, pagamenti akkont annwali, approprjazzjonijiet ta’ impenn u dħul iġġenerat minn strumenti finanzjarji
1.Minbarra l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament li ma jintużawx skont dan ir-Regolament għandhom jiġu riportati awtomatikament u jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja ta’ wara. L-ammont riportat għandu jintuża l-ewwel fis-sena finanzjarja ta’ wara.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet ta’ impenn riportati f’konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament Finanzjarju.
2.Minn barra r-regoli stipulati fl-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju dwar li l-approprjazzjonijiet jerġgħu isiru disponibbli, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jikkorrispondu għall-ammont ta’ diżimpenji magħmula b’riżultat tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni totali jew parzjali ta’ azzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jerġgħu jsiru disponibbli għall-benefiċċju tal-linja baġitarja tal-oriġini.
Referenzi għall-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju fl-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament li jistabbilixxi il-qafas finanzjarju pluriennali għandha tinftiehem bħala li tinkludi referenza għal dan il-paragrafu għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.
3.L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta’ aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f’pagamenti akkont annwali, f’konformità mal-Artikolu 112(2) tar-Regolament Finanzjarju.
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 114(2) tar-Regolament Finanzjarju ma għandux japplika għal dawn l-azzjonijiet pluriennali. Il-Kummissjoni għandha awtomatikament tiddiżimpenja kwalunkwe porzjon ta’ impenn baġitarju għal azzjoni li sal-31 ta’ Diċembru tal-ħames sena wara dik tal-impenn baġitarju, ma jkunx intuża għall-fini ta’ prefinanzjament jew biex isiru pagamenti interim jew li għalih ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa jew xi talba għall-pagament.
Il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal pagamenti akkont annwali.
4.B’deroga mill-Artikolu 209(3) tar-Regolament Finanzjarju, ir-ripagamenti u d-dħul iġġenerati minn strument finanzjarju għandhom jiġu assenjati lil-linja baġitarja tal-oriġini bħala dħul assenjat intern wara li jitnaqqsu l-kostijiet u t-tariffi ta’ ġestjoni. Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kontribuzzjoni li tkun saret biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni, kif ukoll l-effikaċja, tal-istrumenti finanzjarji eżistenti.
Kapitolu IV
EFSD+, garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi
Artikolu 26
Kamp ta’ applikazzjoni u finanzjament
1.Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu (6)(2)(a) għandu jiffinanzja l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+) u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.
L-għan tal-EFSD+ bħala pakkett finanzjarju integrat, li jipprovdi kapaċità finanzjarja li tuża l-metodi ta’ implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 23(1)(a), (e), (f) u (g), għandu jkun li jappoġġa l-investimenti u jżid l-aċċess għall-finanzjament, bil-għan li jrawwem żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli u inklużiv u jippromwovi r-reżiljenza soċjoekonomika fil-pajjiżi sħab b’enfasi partikolari fuq il-qerda tal-faqar, it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien ta’ impjiegi diċenti, l-opportunitajiet ekonomiċi, il-ħiliet u l-intraprenditorija, is-setturi soċjoekonomiċi, l-intrapriżi mikro, żgħar u medji, kif ukoll jindirizza l-kawżi fundamentali soċjoekonomiċi speċifiċi tal-migrazzjoni irregolari, skont id-dokumenti ta’ programmazzjoni indikattiva rilevanti. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, lill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u lill-pajjiżi fqar b’ħafna dejn.
2.Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tappoġġa l-operazzjonijiet tal-EFSD+ koperti minn garanziji baġitarji skont l-Artikoli 27, 28 u 29 ta’ dan ir-Regolament, l-assistenza makrofinanzjarja u s-self lil pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament EINS.
3.Bil-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, l-Unjoni tista’ tiggarantixxi operazzjonijiet, iffirmati bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2027, sa EUR 60 000 000 000.
4.Ir-rata ta’ proviżjonament għandha tvarja bejn 9 % u 50 % skont it-tip ta’ operazzjonijiet.
Ir-rata ta’ proviżjonament għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tkun ta’ 9 % għall-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni u għall-garanziji baġitarji li jkopru r-riskji sovrani assoċjati mal-operazzjonijiet ta’ self.
Ir-rati ta’ proviżjonament għandha tkun rieżaminata kull tliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament stabbilita fl-Artikolu 40. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 biex tissupplimenta jew temenda dawn ir-rati.
5.Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha titqies bħala garanzija unika fil-fond komuni ta’ proviżjonament stabbilit mill-Artikolu 212 tar-Regolament Finanzjarju.
6.L-EFSD+ u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jistgħu jappoġġaw operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment f’pajjiżi sħab fiż-żoni ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 4(2). Il-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-programmi ġeografiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(2)(a) u għandu jiġi ttrasferit fil-fond komuni ta’ proviżjonament. L-EFSD+ u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jistgħu wkoll jappoġġaw operazzjonijiet f’benefiċjarji elenkati fl-Anness I tar-Regolament IPA III. Il-finanzjament għal dawn l-operazzjonijiet taħt l-EFSD+ u għall-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi ffinanzjat mir-Regolament IPA. Il-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għal self lil pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament EINS għandu jiġi ffinanzjat mir-Regolament EINS.
7.Il-proviżjonament imsemmi fl-Artikolu 211(2) tar-Regolament Finanzjarju għandu jiġi kostitwit fuq il-bażi tal-obbligazzjonijiet pendenti totali tal-Unjoni li jirriżultaw minn kull operazzjoni, inklużi l-operazzjonijiet iffirmati qabel l-2021 u ggarantiti mill-Unjoni. L-ammont annwali ta’ proviżjonament meħtieġ jista’ jiġi kostitwit matul perjodu sa seba’ snin.
8.Il-bilanċ tal-assi sal-31 ta’ Diċembru 2020 fil-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD u fil-fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni stabbiliti rispettivament mir-Regolament UE 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 għandu jiġi ttrasferit fil-fond komuni ta’ proviżjonament għall-iskop ta’ proviżjonament tal-operazzjonijiet rispettivi tiegħu taħt l-istess garanzija unika prevista fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 27
Eliġibbiltà u għażla tal-operazzjonijiet u tal-kontropartijiet
1.L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment eliġibbli għall-appoġġ permezz tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom ikunu konsistenti u allinjati mal-politiki tal-Unjoni, kif ukoll mal-istrateġiji u l-politiki tal-pajjiżi sħab. B’mod partikolari huma għandhom jappoġġaw l-għanijiet, il-prinċipji ġenerali u l-qafas ta’ politika ta’ dan ir-Regolament u d-dokumenti ta’ programmazzjoni indikattiva rilevanti, bil-konsiderazzjoni dovuta għall-oqsma ta’ prijorità stabbiliti fl-Anness V.
2.Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tappoġġa l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (a) sa (c) tal-Artikolu 209(2) tar-Regolament Finanzjarju u li:
(a)jassiguraw il-komplementarjetà ma’ inizjattivi oħra;
(b)ikunu ekonomikament u finanzjarjament vijabbli, b’kont dovut tal-appoġġ u l-kofinanzjament possibbli mis-sħab pubbliċi u privati fil-proġett, filwaqt li jitqiesu l-ambjent operattiv u l-kapaċitajiet speċifiċi tal-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-pajjiżi fqar b’ħafna dejn, li jistgħu jibbenefikaw minn termini aġevoli;
(c)ikunu teknikament vijabbli u sostenibbli minn perspettiva soċjali u ambjentali.
3.Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tintuża sabiex tkopri r-riskji għall-istrumenti li ġejjin:
(a)self, inkluż self fil-munita lokali u self għall-assistenza makrofinanzjarja;
(b)garanziji;
(c)kontrogaranziji;
(d)strumenti tas-suq tal-kapital;
(e)kwalunkwe forma oħra ta’ finanzjament jew titjib tal-kreditu, assigurazzjoni, u parteċipazzjonijiet f’ekwità jew kważi ekwità.
4.Il-kontropartijiet eliġibbli għall-finijiet tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom ikunu dawk identifikati fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju, inklużi dawk minn pajjiżi terzi li jikkontribwixxu għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, soġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, u b’deroga mill-Artikolu 62(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju, korpi rregolati mid-dritt privata ta’ Stat Membru jew pajjiż terz li kkontribwixxa għall-Garanzija għall-Azzjoni Esternza skont l-Artikolu 28, u li jipprovdu assigurazzjoni adegwata tal-kapaċità finanzjarja tagħhom għandhom ikunu eliġibbli għall-fini tal-Garanzija.
5.Il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jikkonformaw mar-regoli u l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 62(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju. Fil-każ ta’ korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew pajjiż terz li jkun ikkontribwixxa għall-Garanzija għall-Azzjoni Esternza skont l-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata preferenza lil dawk il-korpi li jiżvelaw informazzjoni relatata mal-kriterji ambjentali, soċjali u tal-governanza korporattiva.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm użu effikaċi, effiċjenti u ekwu tar-riżorsi disponibbli bejn il-kontropartijiet eliġibbli, filwaqt li tippromwovi l-kooperazzjoni bejniethom.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura trattament ekwu għall-kontropartijiet eliġibbli kollha u għandha tiżgura li l-kunflitti ta’ interess jiġu evitati matul il-perjodu kollu ta’ implimentazzjoni tal-EFSD+. Sabiex tiżgura l-komplementarjetà, il-Kummissjoni tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti mill-kontropartijiet eliġibbli dwar l-operazzjonijiet tagħhom li mhumiex tal-EFSD+.
6.Il-Kummissjoni għandha tagħżel il-kontropartijiet eliġibbli skont l-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju u billi tqis:
(a)il-parir tal-bordijiet tal-operazzjonijiet strateġiċi u reġjonali, f’konformità mal-Anness VI;
(b)l-għanijiet tat-tieqa tal-investiment;
(c)l-esperjenza u l-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskji tal-kontroparti eliġibbli;
(d)l-ammont ta’ riżorsi proprji, kif ukoll ta’ kofinanzjament mis-settur privat, li l-kontroparti eliġibbli lesta timmobilizza għat-tieqa tal-investiment.
7.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi twieqi ta’ investiment għal reġjuni, pajjiżi sħab speċifiċi, jew it-tnejn li huma, għal setturi speċifiċi, jew għal proġetti speċifiċi, kategoriji speċifiċi ta’ benefiċjarji finali, jew it-tnejn li huma, li se jiġu ffinanzjati minn dan ir-Regolament li se jiġu koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna sa ammont fiss. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif it-twieqi ta’ investiment ikkonformaw ma’ dan l-Artikolu u l-prijoritajiet ta’ finanzjament dettaljati tagħhom. It-talbiet kollha għal appoġġ finanzjarju fit-twieqi ta’ investiment għandhom isiru lill-Kummissjoni.
L-għażla tat-twieqi ta’ investiment għandha tkun debitament ġustifikata b’analiżi tal-falliment tas-suq jew tas-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali. Din l-analiżi għandha titwettaq mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-kontropartijiet u l-partijiet ikkonċernati potenzjalment eliġibbli.
Il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu jipprovdu l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3 taħt tieqa ta’ investiment jew proġett individwali amministrat minn kontroparti eliġibbli. L-istrumenti jistgħu jiġu pprovduti għall-benefiċċju ta’ pajjiżi sħab, inklużi pajjiżi fraġli jew affettwati minn konflitt jew pajjiżi li qed jiffaċċjaw sfidi fir-rikostruzzjoni u fl-irkupru wara konflitt, għall-benefiċċju ta’ dawk l-istituzzjonijiet tal-pajjiżi sħab, inklużi l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji lokali privati u nazzjonali pubbliċi tagħhom, kif ukoll għall-benefiċċju tal-entitajiet fis-settur privat ta’ dawk il-pajjiżi sħab.
8.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-operazzjonijiet appoġġati mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fid-dawl tal-kriterji ta’ eliġibbiltà stipulati fil-paragrafi 2 u 3, u meta jkun possibbli tibbaża ruħha fuq is-sistemi eżistenti għall-kejl tar-riżultati tal-kontropartijiet eliġibbli. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultat tal-valutazzjoni tagħha għal kull tieqa ta’ investiment fuq bażi annwali.
9.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 34 biex tissupplimenta jew temenda l-oqsma ta’ prijorità fl-Anness V u l-governanza tal-EFSD+ fl-Anness VI.
Artikolu 28
Kontribuzzjoni minn donaturi oħra għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna
1.Stati Membri, pajjiżi terzi u terzi persuni oħra jistgħu jikkontribwixxu għall-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna.
B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu jikkontribwixxu fil-forma ta’ garanziji jew flus.
Il-kontribuzzjoni minn pajjiżi terzi għajr il-partijiet kontreanti taż-Żona Ekonomika Ewropea u minn terzi persuni oħra għandha tkun fil-forma ta’ flus u tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien dwar il-kontribuzzjonijiet ikkonfermati.
B'talba tal-Istati Membri, il-kontribuzzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu allokati għall-bidu ta’ azzjonijiet f’reġjuni, pajjiżi, setturi jew twieqi ta' investiment eżistenti speċifiċi.
2.Il-kontribuzzjonijiet fil-forma ta’ garanzija ma għandhomx jaqbżu l-50 % tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 26(2) ta’ dan ir-Regolament.
Il-kontribuzzjonijiet magħmula mill-Istati Membri u mill-partijiet kontreanti tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea fil-forma ta’ garanzija jistgħu jissejħu biss għal sejħiet ta’ pagament ta’ garanzija wara li l-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, miżjud bi kwalunkwe kontribuzzjonijiet oħrajn fi flus, ikun intuża fuq sejħiet ta’ pagamenti ta’ garanziji.
Kwalunkwe kontribuzzjoni tista’ tintuża biex tkopri sejħiet ta’ garanzija, irrispettivament mill-allokazzjoni.
Għandu jiġi konkluż ftehim ta’ kontribuzzjoni bejn il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u l-kontributur, u għandu jinkludi, b’mod partikolari, dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tal-pagamenti.
Artikolu 29
Implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna
1.Il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, għandha tikkonkludi ftehimiet ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna mal-kontropartijiet eliġibbli magħżula skont l-Artikolu 27. Il-ftehimiet jistgħu jiġu konklużi ma’ konsorzju ta’ żewġ kontropartijiet eliġibbli jew aktar.
2.Għandu jiġi konkluż ftehim ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna wieħed jew aktar għal kull tieqa ta’ investiment bejn il-Kummissjoni u l-kontroparti jew il-kontropartijiet eliġibbli magħżula. Barra minn hekk, biex jiġu indirizzati ħtiġijiet speċifiċi, il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tista’ tingħata għal operazzjonijiet ta’ finanzjament jew ta’ investiment individwali.
Il-ftehimiet kollha ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom, wara talba, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, filwaqt li jittieħed kont tal-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva.
3.Ftehimiet ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom jinkludu, b’mod partikolari:
(a)regoli dettaljati dwar il-kopertura, ir-rekwiżiti, l-eliġibbiltà, il-kontropartijiet eliġibbli, u l-proċeduri;
(b)regoli dettaljati dwar l-għoti tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, inklużi l-arranġamenti tagħha dwar il-kopertura u l-kopertura definita tagħha ta’ portafolli u ta’ proġetti ta’ tipi speċifiċi ta’ strumenti, kif ukoll analiżi tar-riskju tal-proġetti u l-portafolli tal-proġetti, inkluż fil-livelli settorjali, reġjonali u nazzjonali;
(c)referenza għall-għanijiet u l-fini ta’ dan ir-Regolament, valutazzjoni tal-ħtiġijiet u indikazzjoni tar-riżultati mistennija, b’kont meħud tal-promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-imġiba responsabbli fin-negozju;
(d)ir-remunerazzjoni tal-garanzija, li għandha tirrifletti l-livell ta’ riskju, u l-possibbiltà li r-remunerazzjoni tiġi parzjalment issussidjata sabiex jingħataw termini aġevoli f’każijiet debitament ġustifikati;
(e)ir-rekwiżiti għall-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, inklużi l-kundizzjonijiet tal-pagamenti, bħall-oqfsa speċifiċi ta’ żmien, l-imgħax li jrid jitħallas fuq l-ammonti dovuti, l-infiq u l-kostijiet tal-irkupru u, possibbilment, l-arranġamenti meħtieġa b’rabta mal-likwidità;
(f)il-proċeduri tal-pretensjonijet, inkluż iżda mhux limitat għal, avvenimenti skattaturi u perjodi ta’ stennija, u l-proċeduri li jirrigwardaw l-irkupru tal-pretensjonijiet;
(g)l-obbligi ta’ monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni;
(h)proċeduri ta’ lmenti ċari u aċċessibbli għal terzi persuni li jistgħu jiġu affettwati mill-implimentazzjoni ta’ proġetti appoġġati mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.
4.Il-kontroparti eliġibbli għandha tapprova l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment skont ir-regoli u l-proċeduri tagħha stess u f’konformità mat-termini tal-ftehim ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna.
5.Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tista’ tkopri:
(a)għall-istrumenti tad-dejn, il-kapital u l-imgħax kollu u l-ammonti dovuti lill-kontroparti eliġibbli magħżula, iżda li din ma tkunx irċeviet f’konformità mat-termini tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament wara li jkun seħħ avveniment ta’ inadempjenza;
(a)għall-investimenti ta’ ekwità, l-ammonti investiti u l-kostijiet ta’ finanzjament assoċjati magħhom;
(b)għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment oħrajn imsemmija fl-Artikolu 27(2), l-ammonti użati u l-kostijiet ta’ finanzjament assoċjati magħhom;
(c)l-infiq u l-kostijiet ta’ rkupru rilevanti kollha relatati ma’ avveniment ta’ inadempjenza, sakemm ma jkunux tnaqqsu mir-rikavati tal-irkupru.
6.Għall-finijiet tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, tar-rapportar tagħha dwar ir-riskji koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u f’konformità mal-Artikolu 209(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-kontropartijiet eliġibbli li magħhom ġie konkluż ftehim ta’ garanzija għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri kull sena bir-rapporti finanzjarji dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament u awditjati minn awditur estern indipendenti, li jkun fihom, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar:
(a)il-valutazzjoni tar-riskji tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment tal-kontropartijiet eliġibbli, inkluża informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet tal-Unjoni mkejla f’konformità mar-regoli tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju u tal-IPSAS;
(b)l-obbligu finanzjarju pendenti għall-Unjoni, li jirriżulta mill-operazzjonijiet EFSD+ ipprovduti lill-kontropartijiet eliġibbli u l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment tagħhom, diżaggregati skont l-operazzjonijiet individwali;
7.Meta jintalbu, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom, jipprovdu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-Kummissjoni b’rabta ma’ dan ir-Regolament.
8.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji, l-assistenza finanzjarja f’konformità mal-Artikolu 241 u 250 tar-Regolament Finanzjarju. Għal dik il-fini, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jipprovdu kull sena l-informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi tar-rapportar.
Artikolu 30
Parteċipazzjoni kapitali f’bank għall-iżvilupp
Il-pakkett għall-programmi ġeografiċi, imsemmi fl-Artikolu 6(2)(a), jista’ jintuża biex jikkontribwixxi għad-dotazzjoni kapitali ta’ istituzzjonijiet finanzjarji tal-iżvilupp Ewropej u oħrajn.
Kapitolu V
Monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni
Artikolu 31
Monitoraġġ u rapportar
1.L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress skont dan ir-Regolament lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness VII, f’konformità mal-indikaturi tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Il-valuri tal-indikaturi fl-1 ta' Jannar 2021 għandhom jintużaw bħala bażi għall-valutazzjoni tal-punt sa fejn inkunu ntlaħqu l-għanijiet.
2.Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-azzjonijiet tagħha regolarment u tirrieżamina l-progress li jkun sar lejn il-kisba ta' riżultati mistennija u tkopri l-outputs u l-eżiti.
Il-progress fir-rigward tar-riżultati mistennija għandu jiġi mmonitorjat fuq il-bażi ta’ indikaturi ċari, trasparenti u, fejn ikun xieraq, miżurabbli. L-għadd ta’ indikaturi għandu jkun limitat biex jiffaċilita r-rapportar f’waqtu.
3.L-oqfsa tar-riżultati konġunti inklużi f’dokumenti ta’ programmazzjoni konġunti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(4) għandhom jipprovdu l-bażi għall-monitoraġġ konġunt mill-Unjoni u mill-Istati Membri tal-implimentazzjoni tal-appoġġ kollettiv tagħhom lil pajjiż sieħeb.
Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.
4.Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Mill-2022 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-kisba tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ indikaturi li jkejlu r-riżultati miksuba mir-Regolament u l-effiċjenza tiegħu. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
5.Ir-rapport annwali għandu jkollu informazzjoni relatata mas-sena ta' qabel dwar il-miżuri finanzjati, ir-riżultati tal-eżerċizzji tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni, l-involviment tas-sħab rilevanti, u l-implimentazzjoni tal-obbligi baġitarji u tal-approprjazzjonijiet ta' pagamenti, diżaggregati skont il-pajjiż, ir-reġjun u s-settur ta' kooperazzjoni. Ir-rapport għandu jivvaluta r-riżultati tal-finanzjament tal-Unjoni billi juża, sa fejn ikun possibbli, indikaturi speċifiċi u miżurabbli tar-rwol tiegħu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, ir-rapport għandu jivvaluta wkoll, fejn possibbli u rilevanti, l-aderenza għal prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, inkluż għal strumenti finanzjarji innovattivi.
6.Ir-rapport annwali mħejji fl-2021 għandu jinkludi informazzjoni konsolidata mir-rapporti annwali li jirrigwardaw il-perjodu mill-2014 sal-2020 dwar il-finanzjament kollu mir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 40(2), inklużi dħul assenjat estern u l-kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji, u joffri diżaggregazzjoni tal-infiq skont il-pajjiż, l-użu tal-istrumenti finanzjarji, l-impenji u l-pagamenti. Ir-rapport għandu jirrifletti t-tagħlimiet ewlenin u s-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-eżerċizzji esterni ta’ evalwazzjoni li jkunu saru fis-snin preċedenti.
7.Għandha ssir stima annwali tal-infiq kumplessiv relatat mal-azzjoni klimatika u l-bijodiversità fuq il-bażi tad-dokumenti ta' programmazzjoni indikattiva adottati. Il-finanzjament allokat taħt dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal sistema ta’ traċċabbiltà annwali bbażata fuq il-metodoloġija tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, ("indikaturi ta’ Rio"), mingħajr ma jkun eskluż l-użu ta’ metodoloġiji aktar preċiżi meta dawn ikunu disponibbli, integrati fil-metodoloġija eżistenti għal ġestjoni tal-prestazzjoni ta’ programmi tal-Unjoni, biex tkun kwantifikata n-nefqa relatata mal-azzjoni klimatika u mal-bijodiversità fil-livell tal-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 19 u rreġistrata fl-evalwazzjonijiet u r-rapporti annwali.
8.Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp permezz ta’ standards internazzjonali rikonoxxuti.
9.Biex tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress ta’ dan ir-Regolament lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 34 biex temenda l-Anness VII biex tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies meħtieġ u li tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-monitoriraġġ u l-evalwazzjoni.
Artikolu 32
Evalwazzjoni
1.Evalwazzjoni interim ta’ dan ir-Regolament għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-istrument.
Fejn xieraq, l-evalwazzjonijiet għandhom jużaw il-prinċipji ta’ prattika tajba tal-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, li jfittxu li jaċċertaw jekk ikunux intlaħqu l-għanijiet u li jifformulaw rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jittejbu l-azzjonijiet futuri.
2.Fi tmiem l-implimentazzjoni tar-Regolament, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tar-Regolament mill-Kummissjoni. Din l-evalwazzjoni għandha tħares lejn il-kontribuzzjoni tal-Unjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament u tqis l-indikaturi li jkejlu r-riżultati miksuba u kwalunkwe sejba u konklużjoni dwar l-impatt ta’ dan ir-Regolament.
Ir-rapport tal-evalwazzjoni finali għandu jindirizza wkoll l-effiċjenza, il-valur miżjud, il-lok għal simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna, u r-rilevanza kontinwa tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.
Ir-rapport tal-evalwazzjoni finali għandu jsir bil-għan speċifiku li titjieb l-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni. Huwa għandu jinforma d-deċiżjonijiet dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tat-tipi ta’ azzjonijiet implimentati taħt ir-Regolament.
Ir-rapport tal-evalwazzjoni finali għandu jinkludi ukoll informazzjoni kkonsolidata minn rapporti annwali rilevanti dwar il-finanzjament kollu regolat minn dan ir-Regolament, inkluż id-dħul u l-kontribuzzjonijiet assenjati esterni lill-fondi fiduċjarji u joffri diżaggregazzjoni tal-infiq mill-pajjiż benefiċjarju, l-użu tal-istrumenti finanzjarji, l-impenji u l-pagamenti.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet flimkien mal-kummenti tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri permezz tal-kumitat rilevanti msemmi fl-Artikolu 35. L-evalwazzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu diskussi f'dak il-kumitat fuq talba tal-Istati Membri. Ir-riżultati għandhom jintużaw fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.
Il-Kummissjoni għandha, sa punt xieraq, tassoċja lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-proċess tal-evalwazzjoni tal-finanzjament mill-Unjoni previst f'dan ir-Regolament, u tista’, fejn ikun xieraq, tfittex li twettaq evalwazzjonijiet konġunti mal-Istati Membri u s-sħab fl-iżvilupp bl-involviment mill-qrib tal-pajjiżi sħab.
3.F’konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ rappurtar fir-Regolament Finanzjarju, sal-31 ta’ Diċembru 2025 u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-użu u l-funzjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jkun akkumpanjat minn opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri.
TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 33
Parteċipazzjoni minn pajjiż jew territorju mhux kopert minn dan ir-Regolament
1.F’każijiet debitament ġustifikati u meta l-azzjoni għall-implimentazzjoni tkun ta’ natura dinjija, transreġjonali jew reġjonali, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fil-programmi indikattivi pluriennali rilevanti jew fil-pjanijiet ta’ azzjoni jew il-miżuri rilevanti, li testendi l-ambitu tal-azzjonijiet għal pajjiżi u territorji mhux koperti minn dan ir-Regolament skont l-Artikolu 4 sabiex tassigura l-koerenza u l-effettività tal-finanzjament tal-Unjoni jew biex tippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali jew transreġjonali.
2.Il-Kummissjoni tista’ tinkludi allokazzjoni finanzjarja speċifika sabiex tassisti pajjiżi u reġjuni sħab isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom ma’ reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni ġirien tagħhom u ma’ pajjiżi u territorji extra-Ewropej koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Deċiżjoni dwar il-PTEE. Għal dan il-għan, dan ir-Regolament jista’ jikkontribwixxi, fejn ikun xieraq u fuq il-bażi ta’ reċiproċità u proporzjonalità fir-rigward tal-livell ta’ finanzjament mid-Deċiżjoni dwar il-PTEE u / jew ir-Regolament ETC, għal azzjonijiet implimentati minn pajjiż jew reġjun sieħeb jew kwalunkwe entità oħra taħt dan ir-Regolament, minn pajjiż, territorju jew kwalunkwe entità oħra skont id-Deċiżjoni dwar il-PTEE jew minn reġjun ultraperiferiku tal-Unjon fil-qafas ta’ programmi operazzjonali konġunti jew għal programmi jew miżuri ta’ kooperazzjoni interreġjonali stabbiliti u implimentati skont ir-Regolament ETC.
Artikolu 34
Eżerċizzju tad-delega
1.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa li tadottata atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(6), l-Artikolu 26(3), l-Artikolu 27(9) u l-Artikolu 31(9) għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-validità ta’ dan ir-Regolament.
3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(6), fl-Artikolu 26(3), fl-Artikolu 27(9) u fl-Artikolu 31(9) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4.Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.
5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 26(3), l-Artikolu 27(9) u l-Artikolu 31(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 35
Kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat tal-Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.Meta l-opinjoni tal-kumitat trid tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, sal-iskadenza taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew jekk maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob li jsir dan.
4.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
5.Id-deċiżjoni adottata għandha tibqa’ fis-seħħ għat-tul ta’ żmien tad-dokument, il-programm ta’ azzjoni jew il-miżura adottata jew modifikata.
6.Osservatur mill-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jieħu sehem fil-proċeduri tal-Kumitat dwar dawk il-kwistjonijiet li jkunu jikkonċernaw lill-Bank Ewropew tal-Investiment.
Artikolu 36
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1.Ir-riċevituri ta’ finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.
2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati ma’ dan ir-Regolament, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawk il-prijoritajiet ikunu direttament relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 37
Deroga mir-rekwiżiti tal-viżibbiltà
Kwistjonijiet ta’ sigurtà jew sensittivitajiet politiċi lokali jistgħu jagħmluha preferibbli jew neċessarja li l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà jiġu limitati f’ċerti pajjiżi jew żoni jew matul ċerti perjodi. F’każijiet bħal dawn, l-udjenza mmirata u l-għodod, il-prodotti u l-kanali ta’ viżibbiltà li għandhom jintużaw għall-promozzjoni ta’ azzjoni partikolari għandhom jiġu determinati fuq bażi ta’ każ b’każ, b’konsultazzjoni u qbil mal-Unjoni. Meta jkun meħtieġ intervent rapidu b’reazzjoni għal kriżi għal għarrieda, mhuwiex neċessarju li jiġi prodott pjan sħiħ ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà immedjatament. F’każijiet bħal dawn, madankollu, l-appoġġ tal-UE xorta waħda għandu jiġi indikat b’mod xieraq mill-bidu.
Artikolu 38
Klawżola dwar is-SEAE
Dan ir-Regolament għandu japplika skont id-Deċiżjoni 2010/427/UE.
Artikolu 39
Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1.Id-Deċiżjoni 466/2014/UE, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 u r-Regolament (UE) 2017/1601 huma mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.
2.Il-pakkett finanzjarju għal dan ir-Regolament jista’ jkopri wkoll infiq għall-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn dan ir-Regolament u l-miżuri adottati skont il-predeċessuri tiegħu: Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 230/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 235/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 234/2014, ir-Regolament (Euratom) Nru 237/2014, ir-Regolament (UE) Nru 236/2014, id-Deċiżjoni 466/2014/UE, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 u r-Regolament (UE) 2017/1601.
3.Il-pakkett finanzjarju għal dan ir-Regolament jista’ jkopri n-nefqa relatata mat-tħejjija ta’ kwalunkwe suċċessur għal dan ir-Regolament.
4.Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-infiq previst fl-Artikolu 20(1), ħalli tkun possibbli l-ġestjoni ta' azzjonijiet li ma jkunux lesti sal-31 ta’ Diċembru 2027.
Artikolu 40
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva
1.2.Qasam(oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)
1.3.Natura tal-proposta / tal-inizjattiva
1.4.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva
1.5.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju
1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata(i)
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva
L-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)
Azzjoni Esterna
L-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali
1.3.Il-proposta / L-inizjattiva hija relatata ma’:
◻ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota / azzjoni preparatorja
◻ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
☑ fużjoni jew dirottar ta' azzjoni waħda jew aktar lejn / ma' azzjoni oħra jew azzjoni ġdida
1.4.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva
1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Fuq terminu twil, l-għan ġenerali tal-istrument propost huwa li jħares u jippromwovi l-valuri u l-interessi tal-UE fid-dinja kollha.
F’konformità mal-Artikoli 3(5), 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-għanijiet speċifiċi jinkludu dan li ġej:
(a)
Li jappoġġa u jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u reġjuni fil-Viċinat, fl-Afrika sub-Saħarjana, fl-Asja u fil-Paċifiku, u fil-Kontinent Amerikan u fil-Karibew;
(b)
Fuq livell dinji, li jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, jappoġġa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, isaħħaħ l-istabbiltà u l-paċi u jindirizza sfidi dinjija oħra;
(c)
Li jirrispondi b’ħeffa għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi, instabbiltà u kunflitt; it-tisħiħ tar-reżiljenza u li jorbot l-azzjonijiet umanitarji mal-azzjonijiet għall-iżvilupp; u l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika estera.
Mill-anqas 90 % tan-nefqa skont dan ir-Regolament għandha tissodisfa l-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, stabbiliti mill-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.
1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.
Raġunijiet għal azzjoni f’livell Ewropew (ex ante)
Dawn l-aħħar snin raw kunflitti reġjonali, terroriżmu, pressjonijiet migratorji, użu mhux sostenibbli ta’ riżorsi u żieda fil-protezzjoniżmu. B’mod individwali, l-Istati Membri ma setgħux iwieġbu b’mod effettiv għal dawn id-dinamiċi dinjija, iżda l-UE tinsab f’pożizzjoni unika biex tindirizza l-isfidi, biex tiżviluppa opportunitajiet għal dinja li qed tinbidel b’rata mgħaġġla u biex twassal assistenza esterna minħabba l-kompetenzi prinċipali tagħha li jirriżultaw mit-Trattati, mill-valuri u mill-kredibbiltà tagħha bħala attur tal-paċi u difensur tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem u mexxejja fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-ħarsien tal-ambjent, l-influwenza politika u n-natura sopranazzjonali tagħha, l-ambitu, il-koerenza u t-taħlita ta’ strumenti u l-firxa wiesgħa ta’ għodod għad-dispożizzjoni tagħha biex timplimentata fil-post.
L-UE għandha l-opportunità li tistabbilixxi djalogu bħala pari sħiħ ma’ organizzazzjonijiet reġjonali oħra, pereżempju mal-Unjoni Afrikana.
F’xi oqsma fejn l-Istati Membri mhumiex attivi, l-UE tibqa’ l-attur prinċipali jew xi drabi l-uniku attur li jintervjeni. Dan huwa l-każ, pereżempju, f’kuntesti sensittivi bħad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali.
L-UE tista’ tipprovdi valur miżjud fuq il-bażi tal-ammont ta’ riżorsi direzzjonat permezz tal-istrumenti tagħha, tal-modi relattivament flessibbli ta’ ġestjoni u tal-prevedibbiltà tar-riżorsi matul il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali.
L-UE għandha esperjenza vasta f’ċerti oqsma li joriġinaw mill-istorja tal-Ewropa nnifisha (pereżempju, l-integrazzjoni reġjonali u tranżizzjoni demokratika) u minn politiki ta’ suċċess (bħal kompetenza fis-sigurtà tal-ikel miksuba permezz tal-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd, kif ukoll fl-istandards tekniċi tas-Suq Uniku). Għandha reputazzjoni internazzjonali magħrufa bħala attur tal-paċi u tal-prevenzjoni tal-konflitti u bħala sostenitur attiv ta’ elezzjonijiet ħielsa u tad-drittijiet tal-bniedem.
L-UE għandha preżenza dinjija permezz tad-delegazzjonijiet tagħha, li tiżgura netwerk vast ta’ informazzjoni dwar żviluppi li jaffettwaw pajjiżi madwar id-dinja kollha. L-UE hija wkoll parti minn ħafna proċessi multilaterali mmirati lejn l-indirizzar ta’ sfidi dinjija. Dan jippermetti lill-UE tkun kontinwament konxja ta’ ħtiġijiet u problemi ġodda u, għalhekk, li tirrialloka r-riżorsi kif meħtieġ. Il-komplementarjetajiet bejn l-azzjoni tal-UE u l-azzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri qegħdin jiżdiedu. Dan itejjeb id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni, li hija inkanalata dejjem aktar permezz ta’ programmazzjoni konġunta mal-Istati Membri.
L-UE għandha l-kapaċità wkoll tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri biex jiġu ttrattati sitwazzjonijiet potenzjalment perikolużi jew f’każ ta’ interventi partikolarment għaljin.
Valur miżjud għall-Unjoni mistenni li jkun iġġenerat (ex post)
Il-valur miżjud mistenni ġġenerat tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali għandu jkompli wara s-sejbiet tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-istrumenti ta’ finanzjament estern. Matul ir-rieżami ta’ nofs it-terminu, l-analiżi tal-indikaturi tal-livell tal-impatt fir-regolamenti attwali (pereż. l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli) urew tendenzi pożittivi emerġenti. Dawn ix-xejriet huma mistennija jkomplu wara l-2020 b’miri internazzjonali stabbiliti għall-2030
1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Ir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu adottat mill-Kummissjoni dwar 10 mill-istrumenti ta’ finanzjament estern, ir-rapporti tal-evalwazzjoni ex post dwar l-assistenza makrofinanzjarja u r-rieżami ta’ nofs it-terminu dwar il-mandat ta’ self estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment kollha kkonkludew li l-istrumenti ta’ finanzjament estern kienu b’mod ġenerali adatti għall-iskop tagħhom u kienu ħerġin xejriet pożittivi fir-rigward tal-ilħuq tal-għanijiet. Ir-rapporti juru li huma meħtieġa aktar riżorsi għall-istrumenti ta’ finanzjament estern minħabba li dawn iġġebbdu sal-limitu finanzjarju tagħhom.
L-istrumenti jistabbilixxu l-kamp ta’ applikazzjoni, l-għanijiet u l-proċeduri sabiex jippermettu l-implimentazzjoni tal-politiki. Ir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu wera li n-natura abilitanti tagħhom tippermettilhom ikopru l-biċċa l-kbira tal-ħtiġijiet u l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-UE. Huma jibbenefikaw jekk ikunu jirriflettu aħjar għadd ta’ żviluppi bħal: il-qafas ta’ politika l-ġdid li jinkludi l-kopertura universali tal-Aġenda 2030, il-kriżi tal-migrazzjoni / refuġjati u l-projezzjoni esterna tal-politiki interni. Barra minn hekk, jeħtieġ li tingħata aktar konsiderazzjoni lir-rabtiet bejn l-iżvilupp u s-sigurtà u l-livell ġenerali ta’ ambizzjoni għall-paċi u s-sigurtà fl-azzjoni esterna.
L-introduzzjoni tal-prinċipju tal-gradwazzjoni f’ċerti strumenti (jiġifieri l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp) ħalliet lakuna fil-kapaċità tal-UE li tikkoopera ma’ pajjiżi bi dħul medju superjuri permezz ta’ kooperazzjoni bilaterali. Billi xi sitwazzjonijiet f’dawk il-pajjiżi jistgħu jitolbu appoġġ simili (pereż. f’sitwazzjonijiet ta’ wara kriżi), instab li l-UE jenħtieġ issib modi ta’ kooperazzjoni innovattivi, kif stabbilit fil-Kunsens Ewropew il-ġdid dwar l-Iżvilupp mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw aktar avvanzati u ma’ sħab strateġiċi, f’konformità mal-kopertura universali tal-Aġenda 2030.
Il-promozzjoni tal-valuri fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem hija fil-qalba tal-istrumenti. Madankollu, kien hemm diffikultajiet fil-promozzjoni u t-twettiq ta’ din l-aġenda f’xi pajjiżi, u l-ispazju għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili nstab li kien qed jiċkien f’ħafna pajjiżi. Dan jagħmilha diffiċli biex wieħed jaħdem fuq dawn il-kwistjonijiet u jissottolinja t-tensjoni bejn il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-interessi prijoritarji proprji tas-sħab.
Fil-kuntest attwali ta’ diversi kriżijiet u kunflitti, l-UE trid tkun kapaċi tirreaġixxi malajr għall-avvenimenti li jinbidlu. Madankollu, għal ċerti strumenti, il-kapaċità ta’ rispons kienet imxekkla min-nuqqas ta’ flessibbiltà finanzjarja. Meta tfaċċaw prijoritajiet ġodda bħall-kriżi tal-migrazzjoni / refuġjati, kien hemm problemi biex jiġu riallokati fondi fl-istrumenti taħt il-baġit billi kwantitajiet kbar kienu ġew marbuta fi programmi fit-tul u dan ma ppermettiex marġni suffiċjenti mhux allokat. Kif intqal fir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu, jeħtieġ li tiżdied il-flessibbiltà
Konsistenza hija meħtieġa bejn il-partijiet komponenti ta’ strument, bejn l-istrumenti differenti u mad-donaturi. B’mod ġenerali, ir-rapport tar-rieżami ta’ nofs it-terminu jinnota sejbiet imħallta dwar il-koerenza. F’termini ta’ koerenza fl-istrumenti, is-sejbiet kienu sodisfaċenti. Kien hemm ċertu livell ta’ konsistenza bejn l-istrumenti iżda l-multipliċità tal-programmi xi drabi wasslet għal azzjonijiet duplikati, b’mod partikolari kooperazzjoni kumplessa ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw aktar avvanzati. Barra minn hekk, l-interazzjoni bejn l-approċċi ġeografiċi u tematiċi xi drabi wasslet għal risposti inkonsistenti fil-livell ta’ pajjiż. Il-feedback mid-delegazzjonijiet tal-UE wera li dawn kellhom diffikultajiet sabiex jimmaniġġaw u jisfruttaw il-komplementarjetajiet u joħolqu sinerġiji bejn l-istrumenti. B’mod ġenerali, tqis li l-UE kienet qiegħda titlef opportunitajiet għal strateġiji kkoordinati għal pajjiż / reġjun partikolari.
F’termini ta’ konsistenza mal-Istati Membri, ir-rieżami sab li hemm potenzjal biex il-programmazzjoni konġunta tissaħħaħ. Madankollu, dan ikun jirrikjedi aktar impenn f’ċerti każijiet mill-gvernijiet tal-pajjiżi sħab u mill-Istati Membri.
Ir-rapport ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu jindika t-tfaċċar ta’ xejriet pożittivi fir-rigward ta’ kisba ta’ riżultati. Madankollu, kienu nnotati diffikultajiet sabiex jitkejlu l-kisbiet. Ħafna drabi kien hemm informazzjoni limitata dwar is-sistemi ta’ monitoraġġ imsemmija fl-istrumenti. Kien hemm nuqqas ta’ data (inklużi l-linji bażi) sabiex jitkejjel jekk l-istrumenti kinux fit-triq it-tajba biex jilħqu xi wħud mill-għanijiet (partikolarment ta’ livell għoli) tagħhom, kif ukoll fehim li bosta fatturi esterni (pereż. il-politiki tal-pajjiżi sħab u donaturi oħra) jinfluwenzaw il-kisba tal-għanijiet.
F’termini ta’integrazzjoni tal-prijoritajiet tal-UE, ġie nnotat progress sinifikanti bejn l-istrumenti eżistenti fl-oqsma tat-tibdil fil-klima, filwaqt li jeħtieġ li jsir aktar biex tiġi indirizzata l-iskala tal-isfidi ambjentali oħra bħat-telf tal-bijodiversità u t-tnaqqis tar-riżorsi naturali. L-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, kienet meqjusa fil-biċċa l-kbira bħala tal-każijiet xogħol għaddej, b’xi gvernijiet sħab xi drabi juru nuqqas ta’ interess jew reżistenza f’dawn l-oqsma.
Filwaqt li l-prestazzjoni organizzattiva ġenerali nstabet li kienet effiċjenti, xi atturi qiesu li l-implimentazzjoni ta’ xi wħud mill-istrumenti kienet ta’ piż amministrattiv. Xi drabi l-Kummissjoni kienet perċepita bħala aktar iffukata fuq il-proċess pjuttost milli fuq l-għanijiet u r-riżultati tal-politika.
1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa
Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, se tiġi żgurata l-konsistenza ma’ oqsma oħra ta’ azzjoni esterna u ma’ politiki rilevanti oħra tal-UE, flimkien mal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp. Kif inkorporat fl-Aġenda 2030, dan ifisser li jiġi kkunsidrat l-impatt tal-politiki kollha dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-livelli kollha — nazzjonali, fl-UE, f’pajjiżi oħra u fil-livell dinji.
Barra minn hekk, wieħed għandu jimmira lejn sinerġiji ma’ azzjonijiet taħt programmi oħra tal-UE, sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt ikkombinat tal-interventi, bi programmi bħal dawn jinkludu l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u Orizzont Ewropa.
L-azzjonijiet iffinanzjati taħt din il-proposta għandhom ikunu konsistenti ma’ dawk imwettqa taħt l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III, id-Deċiżjoni dwar il-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej, il-politika estera u ta’ sigurtà komuni u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi li għadha kif ġiet proposta u li hija lil hinn mill-baġit tal-UE. L-għajnuna umanitarja kif stabbilit fl-Artikolu 214 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea mhijiex se tkun iffinanzjata taħt din il-proposta għax se tkompli tiġi ffinanzjata mir-Regolament dwar l-Għajnuna Umanitarja.
Il-finanzjament minn dan ir-Regolament għandu li jintuża wkoll biex jiffinanzja azzjonijiet marbutin mal-mobbiltà fit-tagħlim lejn, minn jew bejn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm Erasmus, kif ukoll il-kooperazzjoni u d-djalogu politiku ma’ dawk il-pajjiżi, b’mod li huwa konsistenti tar-Regolament Erasmus.
1.5.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju
◻ Tul ta’ żmien limitat
–◻
fis-seħħ minn [DD/MM]SSSS sa [DD/MM]SSSS
–◻
Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta' pagament.
☑ tul ta' żmien illimitat
–Implimentazzjoni b'perjodu ta' inizjalizzazzjoni mill-2021 'l hemm
1.6.Mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i
☑ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–☑ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–☑
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
☑ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil:
–☑ pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–☑ organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–☑il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
–☑ korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
–☑ korpi tal-liġi pubblika;
–☑ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–☑ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–☑ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, ipprovdi d-dettalji fit-Taqsima “Kummenti”.
Kummenti
In-nefqa esterna teħtieġ il-kapaċità li jintużaw il-modi ta’ ġestjoni previst kollha kif rilevanti u deċiżi waqt l-implimentazzjoni.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Is-sistemi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Kummissjoni huma dejjem aktar iffokati fuq ir-riżultati. Dawn jinvolvu persunal intern kif ukoll sħab ta’ implimentazzjoni u għarfien espert estern.
It-Task Managers fid-Delegazzjonijiet u fil-Kwartieri ġenerali jimmonitorjaw kontinwament l-implimentazzjoni tal-proġetti u l-programmi, bl-użu tal-informazzjoni pprovduta mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, bħala parti mir-rappurtar regolari tagħhom u inkluż kull meta jkun possibbli permezz ta’ żjarat fil-post. Il-monitoraġġ intern jipprovdi informazzjoni prezzjuża dwar il-progress; huwa jgħin lill-maniġers biex jidentifikaw l-ostakli attwali u dawk potenzjali, u biex jieħdu azzjoni korrettiva.
Barra minn hekk, jiġu kkuntrattati esperti esterni indipendenti biex jevalwaw il-prestazzjoni tal-azzjonijiet esterni tal-UE permezz ta’ tliet sistemi differenti. Dawn l-evalwazzjonijiet jikkontribwixxu għall-akkontabbiltà u għat-titjib tal-interventi li jkunu għaddejjin; barra minn hekk huma jisieltu wkoll tagħlimiet mill-esperjenza tal-passat biex jinformaw lill-politiki u l-azzjonijiet futuri. Sistemi bħal dawn ġeneralment jużaw il-kriterji tal-evalwazzjoni rikonoxxuti internazzjonalment tal-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, inkluż l-impatt (potenzjali). Pereżempju, għal kooperazzjoni għall-iżvilupp, fuq il-livell tal-proġett, is-sistema tas-Sorveljanza Orjentata lejn ir-Riżultati (SOR) ġestita mill-Kwartieri Ġenerali tipprovdi stampa qasira u ffukata fuq il-kwalità ta’ kampjun tal-intervenzjonijiet. Bl-użu ta’ metodoloġija strutturata u standardizzata ħafna, l-esperti indipendenti tas-SOR jivvalutaw il-prestazzjoni tal-proġett skont il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kif tista’ titjieb l-implimentazzjoni futura.
L-evalwazzjonijiet fuq il-livell tal-proġett, li huma ġestiti prinċipalment mid-Delegazzjoni tal-UE inkarigata mill-proġett, iwasslu għal analiżi aktar dettaljata u fil-fond u jgħinu lill-maniġers tal-proġett biex itejbu l-interventi attwali u jħejju għal dawk tal-ġejjieni. Jitqabbdu esperti esterni indipendenti b'għarfien espert ġeografiku u tematiku biex iwettqu l-analiżi u biex jiġbru feedback u evidenza mill-partijiet ikkonċernati kollha, speċjalment mill-benefiċjarji finali. Il-Kummissjoni twettaq ukoll evalwazzjonijiet strateġiċi tal-politiki tagħha, mill-programmazzjoni u l-istrateġija għall-implimentazzjoni tal-interventi f’settur speċifiku (bħas-saħħa jew l-edukazzjoni), f’pajjiż jew f’reġjun jew ta’ Strument speċifiku. Dawn il-valutazzjonijiet jikkostitwixxu input importanti għall-formulazzjoni tal-politiki u għat-tfassil ta' strumenti u proġetti. Dawn l-evalwazzjonijiet huma kollha ppubblikati fuq is-sit tal-Kummissjoni u sommarju tas-sejbiet hi inkluża fir-Rapport Annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti
Il-modi ta’ ġestjoni
Rigward il-metodi ta’ ġestjoni, ma hemmx bidliet fundamentali previsti u l-esperjenza miksuba mis-servizzi tal-Kummissjoni u mill-atturi implimentattivi taħt il-programmi preċedenti se jikkontribwixxu għal riżultati aħjar fil-futur.
L-azzjonijiet li se jiġu ffinanzjati taħt dan ir-Regolament se jiġu implimentati b’ġestjoni diretta mill-Kummissjoni mill-Kwartieri ġenerali u / jew permezz tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u b’ġestjoni indiretta minn kwalunkwe entità elenkata fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid biex jintlaħqu aħjar l-għanijiet tar-Regolament.
Rigward il-ġestjoni indiretta, kif iddikjarat fl-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid, dawn l-entitajiet iridu jiżguraw livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ekwivalenti għal dak taħt ġestjoni diretta. Il-valutazzjoni tal-pilastru ex ante tas-sistemi u tal-proċeduri tal-entitajiet se jitwettqu, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità u bil-kunsiderazzjoni xierqa għan-natura tal-azzjoni u tar-riskji finanzjarji involuti. Fejn l-implimentazzjoni teħtieġ hekk jew jekk kien hemm riżervi espressi fir-Rapporti Annwali dwar l-Attivitajiet, jiġu ddefiniti u implimentati pjanijiet ta’ azzjoni b’miżuri speċifiċi ta’ mitigazzjoni. Barra minn hekk, miżuri superviżorji xierqa imposti mill-Kummissjoni jistgħu jakkumpanjaw l-implimentazzjoni.
L-Istrument jipprevedi li l-ġestjoni indiretta tista’ wkoll tiġi fdata lil pajjiżi sħab jew lill-korpi nnominati minnhom. Tali ġestjoni indiretta minn pajjiż sieħeb tista’ tieħu l-forma ta’ gradi varji ta’ delega: delega parzjali fejn il-Kummissjoni żżomm kontroll ex ante fuq id-deċiżjonijiet tal-pajjiż sieħeb u tesegwixxi pagamenti f’isem il-pajjiż sieħeb li bis-saħħa tal-Artikolu 154(6)(b) tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid ma teħtieġx valutazzjoni tal-pilastru ex ante. Jew delega sħiħa fejn, wara l-valutazzjoni tal-pilastru ex ante, il-pajjiż sieħeb ikun jista’ jimplimenta l-azzjoni tiegħu billi juża s-sistemi u l-proċeduri ta’ evalwazzjoni tiegħu stess, mingħajr kontroll ex ante mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-azzjoni mill-pajjiż sieħeb.
Appoġġ baġitarju se jintuża wkoll.
Strumenti finanzjarji innovattivi, fosthom bi sħubija mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), mal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri u ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra se jintużaw għall-attivitajiet ta’ taħlit. L-użu ta’ fondi fiduċarji huwa previst ukoll.
L-istruttura tal-Kontroll Intern
Il-kontroll intern / il-proċess tal-ġestjoni huwa mfassal biex jipprovdi aċċertament raġonevoli rigward il-kisba tal-għanijiet fl-effettività u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet, l-affidabbiltà tar-rapportar finanzjarju u l-konformità mal-qafas leġiżlattiv u proċedurali rilevanti.
Effettività u effiċjenza
Biex jiġu żgurati l-effettività u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet (u biex jiġi mmitigat il-livell għoli ta' riskju fl-ambjent ta' assistenza esterna), b'żieda mal-elementi kollha tal-proċess ta' Politika u Ppjanar Strateġiku fil-Kummissjoni kollha, mal-ambjent tal-awditjar intern u ma’ rekwiżiti oħra tal-Qafas tal-Kontroll Intern tal-Kummissjoni, is-servizzi ta’ implimentazzjoni se jibqgħu jkollhom qafas ta' ġestjoni mfassal apposta taħt l-istrumenti kollha li se jinkludi:
–
Ġestjoni devoluta tal-maġġoranza tal-assistenza esterna mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam;
–
Linji ċari u formalizzati ta’ akkontabbiltà finanzjarja (mill-uffiċjal Awtorizzanti Delegat (Direttur Ġenerali)) permezz ta’ sottodelega mill-Uffiċjal Awtorizzanti Sottodelegat (Direttur) fil-Kwartieri Ġenerali lill-Kap tad-Delegazzjoni;
–
Rappurtar regolari mid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni lill-Kwartieri Ġenerali (Rapporti dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna) fosthom Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni annwali mill-Kap tad-Delegazzjoni;
–
L-għoti ta’ programm sostanzjali ta’ taħriġ għall-persunal kemm fil-kwartieri ġenerali kif ukoll fid-delegazzjonijiet,
–
Appoġġ u gwida sinifikanti għall-kwartieri ġenerali / għad-delegazzjonijiet (inkluż permezz tal-internet);
–
Żjarat ta’ sorveljanza regolari lid-delegazzjonijiet kull tlieta (3) sa sitt (6) snin;
–
Metodoloġija tal-ġestjoni taċ-ċiklu tal-proġett u tal-programm inkluż: għodda ta’ kwalità ta’ appoġġ għat-tfassil tal-intervent, il-metodu tat-twettiq tiegħu, il-mekkaniżmu ta’ finanzjament, is-sistema ta’ ġestjoni, il-valutazzjoni u l-għażla ta’ kwalunkwe sħab tal-implimentazzjoni, eċċ.; il-ġestjoni ta' programmi u proġetti, l-għodod ta' monitoraġġ u rappurtar għal implimentazzjoni effikaċi inkluż il-monitoraġġ estern regolari tal-proġetti fil-post; u komponenti sinifikanti ta' evalwazzjoni u ta' awditjar. Is-simplifikazzjonijiet se ssir billi jiġi estiż l-użu tal-għażliet tal-kost issimplifikati u l-kontrodipendenza fuq ħidma ta’ awditjar ta’ organizzazzjonijiet sħab. Se jkun hemm kontinwazzjoni ta’ kontrolli differenzjati skont ir-riskji f’konformità mar-riskji sottostanti.
Rappurtar Finanzjarju u Kontabbiltà
Is-servizzi tal-implimentazzjoni se jkomplu jaħdmu biex jilħqu l-ogħla standards ta' rappurtar tal-kontabbiltà u finanzjarju bl-użu tas-sistema tal-Kummissjoni ta' kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti (accruals based accounting, ABAC) kif ukoll għodod speċifiċi ta’ assistenza esterna bħas-Sistema ta' Informazzjoni Komuni Relex (Common Relex Information System, CRIS) u s-suċċessur tagħha (OPSYS).
Fir-rigward tal-konformità mal-qafas leġiżlattiv u proċedurali rilevanti, il-metodi ta’ kontroll tal-konformità huma stabbiliti fit-Taqsima 2.3 (miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet).
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
L-ambjent operazzjonali tal-kooperazzjoni taħt dan l-istrument huwa kkaratterizzat mir-riskji li ma jintlaħqux l-għanijiet tal-istrument, ġestjoni finanzjarja subottimali u / jew li ma jkunx hemm konformità mar-regoli applikabbli (żbalji ta’ legalità u ta’ regolarità) marbuta ma’:
–
l-instabbiltà ekonomika / politika u / jew id-diżastri naturali li jistgħu jwasslu għal diffikultajiet u dewmien fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' interventi, partikolarment fi stati fraġli;
–
in-nuqqas ta' kapaċità istituzzjonali u amministrattiva fil-pajjiżi sħab jista' jwassal għal diffikultajiet u dewmien fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' interventi;
–
proġetti u programmi mxerrdin fuq bażi ġeografika (li jkopru bejn wieħed u ieħor ħafna stati / territorji / reġjuni) jistgħu joħolqu sfidi ta' loġistika jew ta' riżorsi għall-monitoraġġ - partikolarment matul kwalunkwe attività ta' segwitu fil-post;
–
id-diversità tas-sħab / tal-benefiċjarji potenzjali flimkien mal-varji strutturi u kapaċitajiet interni ta' kontroll tagħhom jistgħu jifframmentaw, u għalhekk inaqqsu, l-effettività u l-effiċjenza tar-riżorsi disponibbli tal-Kummissjoni għall-appoġġ u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni;
–
il-kwalità fqira u n-nuqqas ta' kwantità ta’ data disponibbli dwar l-eżiti u l-impatt tal-implimentazzjoni tal-assitenza esterna fil-pajjiżi sħab jistgħu jfixklu l-abbiltà tal-Kummissjoni li tirrapporta dwar ir-riżultati u biex tkun akkontabbli għalihom;
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)
Il-kostijiet tal-ġestjoni / il-kontroll intern jirrappreżentaw madwar 4 % tal-medja annwali stmata ta’ EUR 12.78 biljun ippjanati għall-impenji kumplessivi (operazzjonali + amministrattivi) tal-portafoll tan-nefqa ffinanzjat mill-Baġit Ġenerali tal-UE u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-perjodu 2021-2027. Dan il-kost tal-kalkolu tal-kontroll jirreferi biss għall-kostijiet tal-Kummissjoni, bl-esklużjoni tal-Istati Membri jew tal-entitajiet fdati. L-entitajiet fdati jistgħu jżommu sa 7 % tal-fondi għall-amministrazzjoni, li jistgħu jiġu parzjalment użati għal skopijiet ta’ kontroll.
Dawn il-kostijiet tal-ġestjoni jqisu l-persunal kollu fil-Kwartieri Ġenerali u fid-delegazzjonijiet, l-infrastruttura, l-ivvjaġġar, it-taħriġ, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-kuntratti tal-awditjar (inklużi dawk mnedija mill-benefiċjarji).
Il-proporzjon tal-attivitajiet tal-ġestjoni / operazzjonali jista’ jitnaqqas maż-żmien b’arranġamenti aħjar u simplifikati tal-istrument il-ġdid, li jibni fuq bidliet li għandhom jiġu introdotti mir-Regolament Finanzjarju l-ġdid. Il-benefiċċji ewlenin ta’ dawn il-kostijiet ta’ ġestjoni jinkisbu billi jintlaħqu l-għanijiet tal-politika, użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi, u l-eżerċizzju ta' miżuri preventivi kosteffettivi u robusti u verifiki oħra biex jiżguraw l-użu legali u regolari tal-fondi.
Filwaqt li se tkompli l-ħidma għat-titjib fin-natura u fl-immirar tal-attivitajiet ta' ġestjoni u tal-kontrolli ta' konformità fir-rigward tal-portafoll, dawn il-kostijiet huma ġeneralment meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrumenti b'mod effikaċi u effiċjenti, b’riskju minimu ta' nuqqas ta' konformità (żball residwu taħt it-2 %). Dawn huma sinifikament inqas minn riskji involuti fit-tneħħija jew fit-tnaqqis tal-kontrolli interni f'dan il-qasam ta' riskju għoli.
Il-livell ta’ riskju mistenni ta’ nonkonformità mar-regoli applikabbli
L-għan tal-konformità għall-istrument huwa li jinżamm livell storiku ta’ riskju ta’ nuqqas ta’ konformità (rata ta’ żball) li huwa livell reżidwu kumplessiv "nett" ta’ żball (fuq bażi multiannwali wara li jkunu saru l-kontrolli u l-korrezzjonijiet ippjanati kollha fuq il-kuntratti magħluqa) ta’ inqas minn 2 %. Dan tradizzjonalment jikkorrespondi għal firxa stmata ta' żball ta' 2-5 % f’termini ta' kampjun aleatorju annwali ta' tranżazzjonijiet imwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-finijiet tad-Dikjarazzjoni annwali ta' Assigurazzjoni (DAS). Il-Kummissjoni tqis li dan huwa l-aktar riskju ta' nuqqas ta' konformità baxx, li jista' jintlaħaq meta jiġi kkunsidrat l-ambjent ta' riskju għoli tiegħu u billi jitqiesu l-piż amministrattiv u l-effikaċja f'termini tal-kost meħtieġ għall-kontrolli tal-konformità. Meta jiġu identifikati xi nuqqasijiet, se jiġu implimentati miżuri korrettivi mmirati ħalli jiżguraw rati ta’ żball minimi.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Minħabba l-ambjent ta’ riskju għoli, jeħtieġ li s-sistemi jantiċipaw okkorrenza sinifikanti ta’ żbalji ta’ konformità (irregolaritajiet) potenzjali fit-tranżazzjonijiet u jibnu livell għoli ta’ kontrolli ta’ prevenzjoni, skoperta u korrezzjoni malajr kemm jista’ jkun fil-proċess tal-pagamenti. Dan ifisser fil-prattika li l-kontrolli tal-konformità se jiddependu l-aktar fuq kontrolli ex ante sinifikanti fuq bażi multiannwali kemm mill-awdituri esterni kif ukoll mill-persunal tal-Kummissjoni fil-post qabel il-pagamenti finali tal-proġett (filwaqt li xorta jitwettqu xi verifiki u kontrolli ex post), u dan imur ferm lil hinn mis-salvagwardji finanzjarji meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju. Il-qafas tal-konformità hu magħmul fost l-oħrajn mill-komponenti sinifikanti li ġejjin:
Miżuri preventivi
- Taħriġ ewlieni obbligatorju li jkopri kwistjonijiet ta' frodi minn persunal inkarigat mill-ġestjoni tal-għajnuna u l-awdituri;
- Għoti ta’ gwida (inkluż permezz tal-internet) inkluż manwal eżistenti tal-proċeduri bħall-Manwal tad-DEVCO u s-sett ta' għodod għall-Ġestjoni tal-Finanzi (għas-sħab tal-implimentazzjoni);
- Valutazzjoni ex ante sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet responsabbli mill-ġestjoni tal-fondi rilevanti taħt ġestjoni konġunta u deċentralizzata, jieħdu l-miżuri xierqa ta' kontra l-frodi li bihom jipprevjenu u jikxfu l-frodi fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni;
- Skinjar ex ante tal-mekkaniżmi ta' kontra l-frodi disponibbli fil-pajjiż sieħeb bħala parti mill-valutazzjoni tal-kriterju tal-eliġibbiltà tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi biex jirċievi appoġġ mill-baġit (jiġifieri impenn attiv fil-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, awtoritajiet ta' spezzjoni xierqa, kapaċità ġudizzjarja suffiċjenti u rispons effiċjenti u mekkaniżmi ta' sanzjonijiet);
Miżuri ta' detezzjoni u miżuri korrettivi
- Verifiki ex ante tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-persunal tal-Kummissjoni;
- Awditjar u verifiki (kemm dawk obbligatorji kif ukoll dawk ibbażati fuq ir-riskju), inkluża l-Qorti Ewropea tal-Awdituri;
- Kontrolli retrospettivi (ibbażati fuq ir-riskju) u rkupri;
- Sospensjoni tal-finanzjament tal-UE fejn ikun hemm każ serju ta’ frodi, inkluża korruzzjoni fuq skala kbira, sakemm l-awtoritajiet jieħdu azzjoni xierqa bil-għan li jikkoreġu u jipprevjenu tali frodi fil-futur.
- EDES (Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni);
- Sospensjoni / Tmiem tal-kuntratt;
- Proċedura ta’ esklużjoni
L-istrateġiji kontra l-frodi tas-servizzi kkonċernati, li huma riveduti regolarment, se jiġu adattati kif meħtieġ ladarba l-verżjoni l-ġdida tal-istrateġija kontra l-frodi tal-Kummissjoni (Commission’s Anti-Fraud Strategy, CAFS) tkun ġiet ippubblikata sabiex tiżgura fost l-oħrajn li;
- Is-sistemi użati biex jintefqu l-fondi tal-UE f’pajjiżi terzi jippermettu li tiġi rkuprata data rilevanti bil-ħsieb li din id-data tintuża għall-ġestjoni tar-riskju tal-frodi (pereż. finanzjament doppju);
- Fejn meħtieġ, jistgħu jiġu stabbiliti gruppi ta’ netwerking u għodod xierqa tal-IT dedikati għall-analiżi tal-każijiet tal-frodi marbuta mas-settur tal-assistenza esterna
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Intestatura VI. Viċinat u d-Dinja
|
Diff./mhux diff.
|
mingħand il-pajjiżi tal-EFTA
|
mingħand il-pajjiżi kandidati
|
mingħand pajjiżi terzi
|
fis-sens tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju
|
VI
|
15 01 01 Nefqa ta’ appoġġ għall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
VI
|
15 02 01 Kooperazzjoni ġeografika ma’ pajjiżi terzi u reġjuni
|
Diff.
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
VI
|
15 02 02 Interventi Tematiċi
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
VI
|
15 02 03 Azzjonijiet ta’ rispons rapidu
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
VI
|
15 02 04 Riżervi għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġent
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
<VI>
|
Intestatura VI. Viċinat u d-Dinja
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali (maqsuma skont il-linji baġitarji elenkati taħt 3.1)
|
Impenji
|
(1)
|
10,735.497
|
11,013.405
|
11,408.197
|
11,938.063
|
12,630.804
|
13,527.578
|
14,619.798
|
|
85,873.342
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
1,460.701
|
3,419.496
|
5,288.668
|
7,159.359
|
8,903.375
|
10,178.560
|
11,279.598
|
38,183.585
|
85,873.342
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm
|
Impenji = Pagamenti
|
(3)
|
447.475
|
456.425
|
465.553
|
474.864
|
484.362
|
494.049
|
503.930
|
|
3,326.658
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm
|
Impenji
|
=1+3
|
11,182.972
|
11,469.830
|
11,873.750
|
12,412.927
|
13,115.166
|
14,021.627
|
15,123.728
|
|
89,200.000
|
|
Pagamenti
|
=2+3
|
1,908.176
|
3,875.921
|
5,754.221
|
7,634.223
|
9,387.737
|
10,672.609
|
11,783.528
|
38,183.585
|
89,200.000
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
VII
|
“Nefqa amministrattiva”
|
EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
Riżorsi umani
|
266.098
|
266.098
|
266.098
|
266.098
|
266.098
|
266.098
|
266.098
|
|
1,862.688
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
34.958
|
34.958
|
34.958
|
34.958
|
34.958
|
34.958
|
34.958
|
|
244.703
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
301.056
|
301.056
|
301.056
|
301.056
|
301.056
|
301.056
|
301.056
|
|
2,107.391
|
EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
11,484.028
|
11,770.886
|
12,174.806
|
12,713.983
|
13,416.222
|
14,322.683
|
15,424.784
|
|
91,307.391
|
|
Pagamenti
|
2,209.232
|
4,176.977
|
6,055.277
|
7,935.279
|
9,688.793
|
10,973.665
|
12,084.584
|
38,183.584
|
91,307.391
|
3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–◻
Il-proposta / L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–☑
Il-proposta / L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
Snin
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
266.098
|
266.098
|
266.098
|
266.098
|
266.098
|
266.098
|
266.098
|
1,862.688
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
34.958
|
34.958
|
34.958
|
34.958
|
34.958
|
34.958
|
34.958
|
244.703
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
301.056
|
301.056
|
301.056
|
301.056
|
301.056
|
301.056
|
301.056
|
2,107.391
|
Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
353.505
|
353.505
|
353.505
|
353.505
|
353.505
|
353.505
|
353.505
|
2,474.538
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
93.970
|
102.919
|
112.048
|
121.359
|
130.856
|
140.543
|
150.424
|
852.120
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
447.475
|
456.425
|
465.553
|
474.864
|
484.362
|
494.049
|
503.930
|
3,326.658
|
TOTAL
|
748.531
|
757.481
|
766.609
|
775.920
|
785.417
|
795.105
|
804.986
|
5,434.049
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–◻
Il-proposta / L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–☑
Il-proposta / L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time
Snin
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)
|
Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni
|
1,019
|
1,019
|
1,019
|
1,019
|
1,019
|
1,019
|
1,019
|
Delegazzjonijiet
|
536
|
536
|
536
|
536
|
536
|
536
|
536
|
Riċerka
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED
Intestatura 7
|
Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
107
|
107
|
107
|
107
|
107
|
107
|
107
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
39
|
39
|
39
|
39
|
39
|
39
|
39
|
Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
515
|
515
|
515
|
515
|
515
|
515
|
515
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
3,237
|
3,237
|
3,237
|
3,237
|
3,237
|
3,237
|
3,237
|
Riċerka
|
|
|
|
|
|
|
|
Oħrajn (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
5,453
|
5,453
|
5,453
|
5,453
|
5,453
|
5,453
|
5,453
|
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompliti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u aġenti temporanji
|
Il-kompiti ser ikunu l-istess bħal fil-preżent (politika, programmazzjoni, finanzi u kuntratti, kompiti orizzontali oħra)
|
Persunal estern
|
Il-kompiti ser ikunu l-istess bħal fil-preżent (politika, programmazzjoni, finanzi u kuntratti, kompiti orizzontali oħra)
|
3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni
Il-proposta / L-inizjattiva:
–☑
ma tipprevedix il-kofinanzjament minn terzi persuni
–◻
tipprevedi l-kofinanzjament minn terzi persuni u li qed jiġi stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
Snin
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–☑
Il-proposta / L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta / L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–
◻
fuq ir-riżorsi proprji
–
◻
fuq dħul ieħor
indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa ◻
EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Impatt tal-proposta / tal-inizjattiva
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell,14.6.2018
COM(2018) 460 final
ANNESSI
ta' [...]
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali
{SEC(2018) 310 final}
{SWD(2018) 337 final}
ANNESS I
LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI FIŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA TAL-VIĊINAT
L-Alġerija
L-Armenja
L-Ażerbajġan
Il-Belarussja
L-Eġittu
Il-Georgia
Iżrael
Il-Ġordan
Il-Libanu
Il-Libja
Ir-Repubblika tal-Moldova
Il-Marokk
it-territorju okkupat Palestinjan
Is-Sirja
It-Tuneżija
L-Ukrajna
L-appoġġ mill-Unjoni f’dan il-qasam jista’ jintuża wkoll biex il-Federazzjoni Russa tkun tista’ tipparteċipa fi programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera u fi programmi rilevanti oħra b’diversi pajjiżi.
ANNESS II
OQSMA TA' KOOPERAZZJONI GĦALL-PROGRAMMI ĠEOGRAFIĊI
A. Għar-reġjuni ġeografiċi kollha
NIES
1. Governanza tajba, demokrazija, stat tad-dritt u drittijiet tal-bniedem
(a)Tisħiħ tad-demokrazija u tal-proċessi demokratiċi, tal-governanza u tas-sorveljanza, inklużi proċessi elettorali trasparenti u kredibbli;
(b)Tisħiħ tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali;
(c)Promozzjoni tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-forom kollha tagħha, kif ukoll tal-prinċipju tal-ugwaljanza, b’mod partikolari l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi;
(d)Għoti ta’ appoġġ lil soċjetà ċivili li qed tikseb riżultati u lir-rwol tagħha fi proċessi ta’ riforma u fi trasformazzjonijiet demokratiċi, kif ukoll il-promozzjoni ta’ spazju li jippermetti li s-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini jkunu involuti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi;
(e)Titjib tal-pluraliżmu, l-indipendenza u l-professjonaliżmu ta’ midja libera u indipendenti;
(f)Bini ta’ reżiljenza tal-istati, tas-soċjetajiet, tal-komunitajiet u tal-individwi għal pressjonijiet u skossi politiċi, ekonomiċi, ambjentali, tal-ikel, demografiċi u soċjetali;
(g)Tisħiħ tal-iżvilupp tal-istituzzjonijiet pubbliċi demokratiċi fil-livelli nazzjonali u sottonazzjonali, inklużi sistema ġudizzjarja indipendenti, effettiva, effiċjenti u responsabbli, il-promozzjoni tal-istat tad-dritt, u l-aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd;
(h)Għoti ta’ appoġġ lill-proċessi ta’ riforma tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż permezz ta’ approċċi tal-Gvern elettroniku ċċentrati fuq iċ-ċittadin, it-tisħiħ tal-oqfsa ġuridiċi u tal-istruttura istituzzjonali, is-sistemi nazzjonali tal-istatistika, il-kapaċitajiet, il-ġestjoni tajba tal-finanzi pubbliċi, u l-kontribut għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
(i)Promozzjoni ta’ politiki territorjali u urbani inklużivi, bilanċjati u integrati, permezz tat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-korpi pubbliċi fil-livelli nazzjonali u sottonazzjonali kif ukoll bl-għoti ta’ appoġġ għal deċentralizzazzjoni u ristrutturar effiċjenti tal-istat;
(j)Aktar trasparenza u obbligu ta’ rendikont tal-istituzzjonijiet pubbliċi, tisħiħ tal-akkwist pubbliku u tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, żvilupp tal-gvern elettroniku u tisħiħ tal-għoti ta’ servizzi;
(k)Għoti ta’ appoġġ lil ġestjoni sostenibbli, akkontabbli u trasparenti tas-setturi tar-riżorsi naturali u dħul relatat, kif ukoll lir-riformi, biex jiġu żgurati politiki ta’ tassazzjoni ġusti u sostenibbli.
2. Qerda tal-faqar, ġlieda kontra l-inugwaljanzi u żvilupp tal-bniedem
(a)Qerda tal-faqar fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, indirizzar tad-diskriminazzjoni u tal-inugwaljanzi, u sforzi biex ħadd ma jaqa’ lura;
(b)Tisħiħ tal-isforzi għall-adozzjoni ta’ politiki u għal investiment xieraq biex jiġu promossi d-drittijiet tan-nisa u taż-żgħażagħ, biex jiġi ffaċilitat l-involviment tagħhom fil-ħajja soċjali, ċivika u ekonomika, u biex jiġi żgurat il-kontribut sħiħ tagħhom għat-tkabbir inklużiv u għall-iżvilupp sostenibbli;
(c)Promozzjoni tal-protezzjoni u l-issodisfar tad-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, inklużi drittijiet ekonomiċi, drittijiet tax-xogħol u drittijiet soċjali, is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, kif ukoll il-prevenzjoni ta’ vjolenza sesswali u sessista fil-forom kollha tagħha;
(d)Attenzjoni speċjali għal persuni żvantaġġati, vulnerabbli u marġinalizzati, fost l-oħrajn tfal, persuni ta’ età avvanzata, persuni b’diżabbiltà, persuni LGBTI u popli indiġeni. Dan jinkludi l-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn indukrar istituzzjonali tat-tfal għal indukrar tat-tfal ibbbażat fil-komunità;
(e)Promozzjoni ta’ appoċċ integrat għall-għoti ta’ appoġġ lil komunitajiet, b’mod partikolari l-ifqar fosthom, biex jitjieb l-aċċess għall-ħtiġijiet u s-servizzi bażiċi;
(f)Għoti ta’ appoġġ biex jinħoloq ambjent li jsostni lit-tfal bħala element importanti fit-trawwim ta’ popolazzjoni żgħażugħa b’saħħitha li tkun kapaċi tilħaq il-potenzjal kollu tagħha;
(g)Għoti ta’ appoġġ lil aċċess universali għal biżżejjed ikel affordabbli, sikur u sustanzjuż, b’mod partikolari għal dawk fl-aktar sitwazzjonijiet vulnerabbli, kif ukoll it-tisħiħ tas-sigurtà alimentari u n-nutrizzjoni, b’mod partikolari f’pajjiżi li qed jiffaċċjaw kriżijiet fit-tul jew rikorrenti
(h)Għoti ta’ appoġġ lil aċċess universali għal sanità sikura u suffiċjenti tal-ilma tax-xorb, kif ukoll iġjene u ġestjoni tal-ilma sostenibbli u integrata;
(i)Ksib ta’ kopertura universali tas-saħħa b’aċċess ekwu għal servizzi tas-saħħa ta’ kwalità u affordabbli, inkluż permezz tal-għoti ta’ appoġġ għall-bini ta’ sistemi tas-saħħa b’saħħithom, ta’ kwalità u reżiljenti, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċità għal twissija bikrija, tnaqqis tar-riskju, ġestjoni tar-riskju u rkupru;
(j)Għoti ta’ appoġġ għal protezzjoni soċjali universali u ekwa kif ukoll tisħiħ ta’ xbieki ta’ sikurezza soċjali biex jiġi ggarantit introjtu bażiku, jiġi evitat il-faqar estrem u tinbena r-reżiljenza;
(k)Promozzjoni ta’ żvilupp urban inklużiv u sostenibbli biex tiġi indirizzata l-inugwaljanza urbana, b’fokus fuq dawk li jinsabu l-aktar fil-bżonn.
(l)Għoti ta’ appoġġ lill-awtoritajiet lokali biex itejbu, fil-livell tal-bliet, il-forniment ta’ servizzi bażiċi u ta’ aċċess ekwu għas-sigurtà alimentari, kif ukoll għal abitazzjoni u għal kwalità tal-ħajja aċċessibbli, deċenti u affordabbli, b’mod partikolari għal dawk li jgħixu f’residenzi informali u f’bassifondi.
(m)Promozzjoni ta’ edukazzjoni ta’ kwalità tajba li tkun inklużiva u ekwa, formali, informali u mhux formali għal kulħadd fil-livelli kollha u li tkun tinkludi taħriġ tekniku u vokazzjonali, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u ta’ kriżi, u wkoll permezz tal-użu ta’ teknoloġiji diġitali biex jittejbu t-tagħlim u l-apprendiment fl-edukazzjoni;
(n)Appoġġ għal azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċità, għall-mobilità fit-tagħlim lejn, minn jew bejn pajjiżi sħab, kif ukoll għall-kooperazzjoni u d-djalogu politiku ma’ istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet, korpi u awtoritajiet lokali ta’ implimentazzjoni, minn dawk il-pajjiżi;
(o)Promozzjoni tal-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tar-riċerka, kif ukoll tad-data miftuħa u tal-innovazzjoni;
(p)Titjib tal-koordinazzjoni fost l-atturi rilevanti kollha biex tingħata għajnuna lit-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-fażi ta’ żvilupp;
(q)Il-promozzjoni ta’ djalogu interkulturali u diversità kulturali fil-forom kollha tagħhom, u l-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali, u l-isfruttar tal-potenzjal tal-industriji kreattivi għal żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli;
(r)Promozzjoni tad-dinjità u tar-reżiljenza ta’ persuni spostati fit-tul u bil-forza, kif ukoll tal-inklużjoni tagħhom fil-ħajja ekonomika u soċjali tal-pajjiżi u tal-komunitajiet ospitanti.
3. Migrazzjoni u mobbiltà
(a)It-tisħiħ tas-sħubijiet dwar il-migrazzjoni u l-mobilità abbażi ta’ approċċ integrat u bilanċjat, li jkopri l-aspetti kollha tal-migrazzjoni, inkluż assistenza fl-implimentazzjoni tal-Unjoni għall-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali jew reġjonali, inkluż is-sħubijiet għall-mobbiltà;
(b)Għoti ta’ appoġġ għar-riintegrazzjoni sostenibbli ta’ migranti ritornati;
(c)Indirizzar u mitigazzjoni tal-kawżi fl-għeruq tal-migrazzjoni irregolari u ċ-ċaqliq sfurzat;
(d)Indirizzar tal-migrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin, il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, it-titjib tal-kooperazzjoni dwar il-ġestjoni integrata tal-fruntieri;
(e)It-tisħiħ xjentifiku, tekniku, tal-kapaċità umana u istituzzjonali għall-ġestjoni tal-migrazzjoni;
(f)Għoti ta’ appoġġ lil politiki tal-migrazzjoni effettivi u bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem inkluż programmi ta’ protezzjoni;
(g)Promozzjoni ta’ kundizzjonijiet li jiffaċilitaw il-migrazzjoni legali u l-mobbiltà mmaniġġjata sew, kif ukoll il-kuntatti bejn il-persuni, biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-iżvilupp tal-migrazzjoni;
(h)Żgurar tal-protezzjoni tal-migranti u tal-persuni spostati bil-forza;
(i)Għoti ta’ appoġġ lil soluzzjonijiet ibbażati fuq l-iżvilupp għal persuni spostati bil-forza u għall-komunitajiet ospitanti tagħhom;
(j)Għoti ta’ appoġġ lill-involviment tad-dijaspora fil-pajjiżi ta’ oriġini;
(k)Promozzjoni ta’ trasferimenti ta’ rimessa aktar veloċi, irħas u aktar sikuri kemm fil-pajjiżi ta’ oriġini kif ukoll fil-pajjiżi riċevituri, biex b’hekk jiġi sfruttat il-potenzjal tagħhom għall-iżvilupp.
IL-PJANETA
4. Ambjent u tibdil fil-klima
(a)Tisħiħ tal-kapaċità xjentifika, teknika, umana u istituzzjonali għall-ġestjoni, l-integrazzjoni u l-monitoraġġ tal-klima u tal-ambjent; It-tisħiħ tal-governanza reġjonali u nazzjonali tal-klima.
(b)Kontribut għall-isforzi tas-sħab biex isegwu l-impenji tagħhom rigward it-tibdil fil-klima f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, inkluża l-implimentazzjoni tal-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali (NDCs) u tal-pjanijiet ta’ azzjoni rigward il-mitigazzjoni u l-adattament, inklużi sinerġiji bejn l-adattament u l-mitigazzjoni;
(c)Żvilupp u/jew tisħiħ ta’ tkabbir ekoloġiku u tkabbir blu sostennibbli fis-setturi ekonomiċi kollha;
(d)Tisħiħ tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-enerġija sostenibbli. Promozzjoni u żieda tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-effiċjenza fl-enerġija u fl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;
(e)Titjib tan-netwerks u s-servizzi lokali, nazzjonali, reġjonali u kontinentali tat-trasport multimodali biex ikomplu jissaħħu l-opportunitajiet għal żvilupp ekonomiku u ħolqien tal-impjiegi sostenibbli u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, bil-ħsieb li jsir żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Tisħiħ tal-faċilitazzjoni u l-liberalizzazzjoni tat-trasport, titjib tas-sostenibbiltà, tas-sigurtà fit-toroq u tar-reżiljenza tad-dominji tat-trasport;
(f)Tisħiħ tal-involviment tal-komunitajiet lokali fir-risponsi għat-tibdil fil-klima, fil-konservazzjoni ta’ ekosistemi u fil-governanza ta’ riżorsi naturali. Promozzjoni ta’ żvilupp urban sostenibbli u tar-reżiljenza fiż-żoni urbani;
(g)Promozzjoni tal-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-użu sostenibbli, u r-restawr tar-riżorsi naturali, ekosistemi b’saħħtihom u biex jieqaf it-telf tal-bijodiversità, kif ukoll il-protezzjoni tal-ħajja selvaġġa;
(h)Promozzjoni tal-ġestjoni integrata u sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-kooperazzjoni transfruntiera rigward l-ilma;
(i)Promozzjoni tal-konservazzjoni u t-tisħiħ tal-ħażniet tal-karbonju permezz ta’ ġestjoni sostenibbli tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, kif ukoll ġlieda kontra d-degradazzjoni ambjentali, id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art;
(j)Limitazzjoni tad-deforestazzjoni u promozzjoni tal-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali (FLEGT), kif ukoll il-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u kontra l-kummerċ illegali tal-injam u ta’ prodotti tal-injam;
(k)L-appoġġ għall-governanza tal-oċeani, inkluż il-protezzjoni, ir-restawr u l-preservazzjoni taż-żoni kostali u tal-baħar f’kull forma tagħha, inkluż l-ekosistemi, il-ġlieda kontra l-iskart tal-baħar, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) u l-protezzjoni tal-bijodiversità marittima;
(l)It-tisħiħ reġjonali għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri (DRR) u r-reżiljenza, b’sinerġija ma’ politiki u azzjonijiet ta’ adattament għat-tibdil fil-klima;
(m)Promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi u fil-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, inkluż l-indirizzar tat-tniġġis u l-ġestjoni soda tal-kimiċi u tal-iskart;
(n)Għoti ta’ appoġġ lill-isforzi għat-titjib tad-diversifikazzjoni ekonomika, il-kompetittività u l-kummerċ sostenibbli, lill-iżvilupp tas-settur privat b’fokus partikolari fuq tkabbir ekoloġiku b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, kif ukoll lil mikrointrapriżi, SMEs u kooperattivi, fejn jittieħed vantaġġ mill-ftehimiet kummerċjali eżistenti mal-UE.
PROSPERITÀ
5. Tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli, kif ukoll impjieg deċenti
(a)Għoti ta’ appoġġ lill-intraprenditorija, lill-impjieg deċenti u lill-impjegabbiltà permezz tal-iżvilupp ta’ ħiliet u kompetenzi, inklużi l-edukazzjoni, it-titjib tal-istandards tax-xogħol u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll il-ħolqien ta’ opportunitajiet, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ;
(b)Għoti ta’ appoġġ lill-perkorsi għall-iżvilupp nazzjonali li jimmassimizzaw l-eżiti u l-impatti soċjali pożittivi u jippromwovu tassazzjoni progressiva u politiki pubbliċi ridistributtivi;
(c)Titjib tal-klima kummerċjali u tal-investiment biex jinħoloq ambjent regolatorju li jippermetti l-iżvilupp ekonomiku kif ukoll l-għoti ta’ appoġġ lil kumpaniji, b’mod partikolari intrapriżi mikro, żgħar u medji biex jespandu n-negozju tagħhom u joħolqu l-impjiegi;
(d)Tisħiħ tas-sostennibbiltà soċjali u ambjentali, ir-responsabbiltà soċjali korporattiva u ta’ kondotta kummerċjali responsabbli tul il-ktajjen kollha tal-valur;
(e)Żieda fl-effettività tan-nefqa pubblika u promozzjoni ta’ użu aktar strateġiku tal-finanzi pubbliċi, inklużi permezz ta’ strumenti ta’ taħlit biex jiġi attirat investiment addizzjonali mis-settur pubbliku u mis-settur privat;
(f)Tingħata spinta lill-potenzjal tal-bliet bħala ċentri għal tkabbir u innovazzjoni sostenibbli u inklużivi;
(g)Il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali interna, li ssawwar rabtiet aktar b’saħħithom bejn iż-żoni urbani u rurali u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tas-settur tat-turiżmu bħala ingranaġġ għall-iżvilupp sostenibbli;
(h)Tingħata spinta u jiġu diversifikati l-ktajjen tal-valur tal-agrikoltura u tal-ikel, promozzjoni tad-diversifikazzjoni ekonomika, żieda tal-valur, integrazzjoni, kompetittività u kummerċ reġjonali, kif ukoll tisħiħ ta’ innovazzjonijiet sostenibbli, b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima;
(i)Għoti ta’ appoġġ lil ġestjoni sostenibbli tas-sajd u lil akkwakultura sostenibbli;
(j)Trawwim ta’ aċċess universali għall-enerġija sostenibbli, promozzjoni ta’ ekonomija ċirkolari b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, reżiljenti għat-tibdil fil-klima u effiċjenti fir-riżorsi, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima;
(k)Il-promozzjoni ta’ mobbiltà intelliġenti, sostenibbli, inklużiv u sikura, kif ukoll it-titjib tal-konnettività tat-trasport mal-Unjoni;
(l)Promozzjoni ta’ konnettività diġitali affordabbli, inklużiva u affidabbli, kif ukoll tisħiħ tal-ekonomija diġitali;
(m)Żvilupp u tisħiħ tas-swieq u tas-setturi b’tali mod li jsaħħaħ it-tkabbir inklużiv u sostenibbli;
(n)Għoti ta’ appoġġ lill-aġenda dwar l-integrazzjoni reġjonali u lill-politiki kummerċjali ottimali, kif ukoll għoti ta’ appoġġ lill-konsolidazzjoni u lill-implimentazzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali bejn l-UE u s-sħab tagħha;
(o)Promozzjoni tal-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tar-riċerka, kif ukoll tad-data miftuħa u tal-innovazzjoni;
(p)Promozzjoni ta’ djalogu interkulturali u diversità kulturali fil-forom kollha tagħha, kif ukoll il-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-patrimonju kulturali;
(q)Għoti ta’ setgħa lin-nisa biex ikollhom rwol akbar fl-ekonomija u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet;
(r)Titjib tal-aċċess għal impjieg deċenti u ħolqien ta’ swieq tax-xogħol u politiki tal-impjiegi aktar inklużivi u li jiffunzjonaw sew, li jkunu orjentati lejn impjieg deċenti għal kulħadd, speċjalment iż-żgħażagħ;
(s)Il-promozzjoni ta’ aċċess ġust, sostenibbli u mingħajr distorsjoni għas-setturi estrattivi.
PAĊI
6. Sigurtà, stabbiltà u paċi
(a)Kontribut għall-paċi u l-istabbiltà permezz tal-bini tar-reżiljenza tal-istati, is-soċjetajiet, il-komunitajiet u l-individwi għal pressjonijiet u skossi politiċi, ekonomiċi, ambjentali, demografiċi u soċjetali;
(b)Għoti ta’ appoġġ lill-prevenzjoni ta’ konflitti, lit-twissija bikrija u lill-konsolidazzjoni tal-paċi permezz ta’ medjazzjoni, maniġġar ta’ kriżijiet u stabilizzazzjoni;
(c)Għoti ta’ appoġġ lir-riforma tas-settur tas-sigurtà li gradwalment tipprovdi lill-individwi u lill-istat aktar sigurtà effettiva u akkontabbli għall-iżvilupp sostenibbli;
(d)Għoti ta’ appoġġ lill-bini tal-kapaċitajiet ta’ atturi militari b’sostenn għas-sigurtà u l-iżvilupp (CBSD);
(e)Għoti ta’ appoġġ lill-inizjattivi reġjonali u internazzjonali li jikkontribwixxu għas-sigurtà, l-istabbiltà u l-paċi;
(f)Prevenzjoni u ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti u għat-terroriżmu;
(g)Glieda kontra kull forma ta’ vjolenza, korruzzjoni, kriminalità organizzata u ħasil tal-flus;
(h)Promozzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera rigward il-ġestjoni sostennibbli ta’ riżorsi naturali kondiviżi;
(i)Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fil-qasam tal-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, b’mod partikolari permezz tal-bini ta’ kapaċità u l-iżvilupp tal-infrastruttura f’pajjiżi terzi fl-oqsma tas-saħħa, l-agrikoltura u s-sikurezza tal-ikel; kif ukoll appoġġ għall-azzjonijiet soċjali li jindirizzaw il-konsegwenzi fuq il-popolazzjoni l-iktar vulnerabbli esposta għal xi inċident radjoloġiku u bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom; il-promozzjoni tal-ġestjoni tal-għarfien, it-taħriġ u l-edukazzjoni f’oqsma relatati man-nukleari;
(j)It-tisħiħ tas-sigurtà marittima sabiex ikunu possibbli oċeani bla periklu, sikuri, nodfa u ġestiti b’mod sostenibbli;
(k)Appoġġa għall-bini tal-kapaċità fiċ-ċibersigurtà, f’netwerks diġitali reżiljenti, fil-protezzjoni u l-privatezza tad-data.
SĦUBIJA
7.Sħubija
(a)Tisħiħ tas-sjieda mill-pajjiżi, tas-sħubija u tad-djalogu, sabiex jingħata kontribut għal aktar effettività fid-dimensjonijiet kollha tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (b’kunsiderazzjoni speċjali għall-isfidi speċifiċi tal-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u l-pajjiżi affettwati minn kunflitti, kif ukoll għall-isfidi tranżizzjonali speċifiċi ta’ pajjiżi fil-fażi aktar avvanzata ta’ żvilupp);
(b)Approfondiment tad-djalogu politiku, ekonomiku, soċjali, ambjentali u kulturali bejn l-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet reġjonali, kif ukoll għoti ta’ appoġġ lill-implimentazzjoni ta’ impenji bilaterali u internazzjonali;
(c)Tisħiħ ta’ relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien, integrazzjoni reġjonali, u konnettività, kooperazzjoni u djalogu msaħħa;
(d)Il-promozzjoni ta’ ambjent abilitanti għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż fondazzjonijiet, it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni sinifikanti u strutturata tagħhom fil-politiki domestiċi u l-kapaċità tagħhom li jwettqu r-rwoli tagħhom bħala atturi indipendenti fl-iżvilupp u l-governanza; u t-tisħiħ ta’ modi ġodda ta’ sħubiji ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-promozzjoni ta’ djalogu sostantiv u strutturat mal-Unjoni u l-użu effettiv ta’ pjanijiet direzzjonali tal-pajjiżi għall-involviment tal-UE mas-soċjetà ċivili;
(e)Involviment mal-awtoritajiet lokali u għoti ta’ appoġġ lir-rwol tagħhom bħala dawk li jfasslu l-politika u jieħdu d-deċiżjonijiet, biex tingħata spinta lill-iżvilupp lokali u lill-governanza aħjar;
(f)Involviment aktar effettiv maċ-ċittadini f’pajjiżi terzi, inkluż billi jsir użu sħiħ mid-diplomazija ekonomika, kulturali u pubblika;
(g)Involviment ta’ pajjiżi industrijalizzati u f’fażi aktar avvanzata ta’ żvilupp fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, beni pubbliċi u sfidi globali, inkluż fil-qasam tal-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u triangolari;
(h)Tħeġġiġ ta’ integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali b’mod orjentat lejn ir-riżultati, permezz ta’ appoġġ għall-integrazzjoni reġjonali u d-djalogu.
B.Speċifikament għaż-Żona tal-Viċinat
(a)Promozzjoni ta’ kooperazzjoni politika msaħħa;
(b)Għoti ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jew ftehimiet oħra eżistenti jew fil-futur, kif ukoll ta’ aġendi ta’ assoċjazzjoni miftiehma b’mod konġunt u prijoritajiet ta’ sħubija jew dokumenti ekwivalenti;
(c)Promozzjoni ta’ sħubija msaħħa ma’ soċjetajiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab, inkluż permezz ta’ kuntatti bejn il-persuni;
(d)Tisħiħ ta’ kooperazzjoni reġjonali, b’mod partikolari fi ħdan il-qafas tas-Sħubija tal-Lvant, l-Unjoni għall-Mediterran u l-kollaborazzjoni mal-Viċinat Ewropew kollu, kif ukoll il-kooperazzjoni transfruntiera;
(e)Kisba ta’ integrazzjoni progressiva fis-suq intern tal-Unjoni u kooperazzjoni settorjali u transsettorjali msaħħa, inkluż permezz ta’ approssimazzjoni leġislattiva u konverġenza regolatorja lejn l-istandards tal-Unjoni u standards internazzjonali rilevanti oħra, kif ukoll aċċess aħjar għas-suq inkluż permezz ta’ oqsma profondi u komprensivi ta’ kummerċ ħieles, il-bini ta’ istituzzjonijiet u l-investiment relatati.
ANNESS III
OQSMA TA’ INTERVENT GĦALL-PROGRAMMI TEMATIĊI
1. OQSMA TA’ INTERVENT GĦAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM U D-DEMOKRAZIJA
·Kontribut għall-avvanz tal-valuri fundamentali tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tal-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem, tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, tal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u tar-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali.
·Possibbiltà ta’ kooperazzjoni u sħubija mas-soċjetà ċivili fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u kwistjonijiet relatati mad-demokrazija, inkluż f’sitwazzjonijiet sensittivi u urġenti. Biex jintlaħqu l-għanijet ta’ hawn taħt, għandha tiġi żviluppata strateġija koerenti u olistika fil-livelli kollha.
·Rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd, li jikkontribwixxi għall-bini ta’ soċjetajiet li fihom ikunu prevalenti l-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja u l-akkontabbilta, is-solidarjetà u l-ugwaljanza. Ir-rispett u l-osservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd għandhom jiġu mmonitorjati, promossi u msaħħa f’konformità mal-prinċipji tal-universalità, l-indiviżibbiltà u l-interdipendenza tad-drittijiet tal-bniedem. L-ambitu tal-programm jinkludi d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali. L-isfidi għad-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu indirizzati filwaqt li tissaħħaħ is-soċjetà ċivili u jiġu protetti u jingħataw is-setgħa d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, anke fir-rigward tal-ambitu dejjem iżgħar għall-azzjonijiet tagħhom.
·Żvilupp, tisħiħ u protezzjoni tad-demokrazija, fejn jiġu indirizzati b’mod komprensiv l-aspetti kollha tal-governanza demokratika, inkluż ir-rinforz tal-pluraliżmu demokratiku, it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-għoti ta’ appoġġ lil proċessi elettorali kredibbli, inklużivi u trasparenti. Id-demokrazija għandha tissaħħaħ permezz tar-rispett għall-pilastri prinċipali tas-sistemi demokratiċi, inkluż l-istat tad-dritt, l-istandards u l-valuri demokratiċi, il-midja indipendenti, istituzzjonijiet akkontabbli u inklużivi, inklużi l-partiti politiċi u l-parlamenti, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. L-osservazzjoni elettorali għandha rwol sħiħ fl-appoġġ usa’ għall-proċessi demokratiċi. F'dan il-kuntest, l-osservazzjoni elettorali tal-UE għandha tkompli tkun komponent ewlieni tal-programm, bħalma għandu jkun il-każ ukoll tas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE.
·Promozzjoni ta’ multilateraliżmu u sħubija strateġika effettivi, li jikkontribwixxu biex jiġu rinforzati l-kapaċitajiet tal-oqfsa internazzjonali, reġjonali u nazzjonali fil-promozjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt. Is-Sħubiji Strateġiċi għandhom jingħataw spinta, b’attenzjoni partikolari għall-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) u l-mekkaniżmi reġjonali u nazzjonali rilevanti għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, il-programm għandu jippromwovi l-edukazzjoni u r-riċerka dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, inkluż permezz tal-Kampus Globali għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija.
2. OQSMA TA’ INTERVENT GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI
1. Spazju ċiviku inklużiv, parteċipatorju, mogħi s-setgħa u indipendenti għas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab
(a)Ħolqien ta’ ambjent li jippermetti l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-azzjoni minn naħa tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz ta’ fondazzjonijiet;
(b)Bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi fondazzjonijiet, biex jaġixxu bħala atturi kemm tal-iżvilupp kif ukoll tal-governanza;
(c)Żieda fil-kapaċità tan-netwerks, tal-pjattaformi u tal-alleanzi tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab.
2. Djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar il-politika tal-iżvilupp u bejniethom
(a)Promozzjoni ta’ fora ta’ djalogu inklużivi b’diversi partijiet ikkonċernati, inkluż l-interazzjoni bejn iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet lokali, l-Istati Membri, il-pajjiżi sħab u partijiet ikkonċernati ewlenin oħra;
(b)Possibbiltà ta’ kooperazzjoni u skambju tal-esperjenza bejn l-atturi fis-soċjetà ċivili;
(c)Żgurar ta’ djalogu strutturat u ta’ sħubiji sostantivi u kontinwi mal-UE.
3. Sensibilizzazzjoni, għarfien u involviment taċ-ċittadini Ewropej fir-rigward ta’ kwistjonijijiet relatati mal-iżvilupp
(a)Għoti ta’ setgħa lin-nies biex jiżdied l-involviment tagħhom;
(b)Mobilizzazzjoni tal-appoġġ pubbliku fl-Unjoni, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali għal strateġiji ta’ żvilupp sostenibbli u inklużivi fil-pajjiżi sħab.
3. OQSMA TA’ INTERVENT GĦALL-ISTABBILTÀ U L-PAĊI
1. Assistenza għall-prevenzjoni tal-konflitti, il-konsolidazzjoni tal-paċi u t-tħejjija għall-kriżijiet
L-Unjoni għandha tipprovdi assistenza teknika u finanzjarja li tkopri l-appoġġ għal miżuri mmirati lejn il-bini u t-tisħiħ tal-kapaċità tas-sħab tagħha biex jevitaw il-kunflitt, jikkonsolidaw il-paċi u jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ qabel u wara kriżijiet f’koordinazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u sottoreġjonali oħra, kif ukoll mal-Istat u mal-atturi fis-soċjetà ċivili, b’relazzjoni mal-isforzi tagħhom prinċipalment fl-oqsma li ġejjin, inkluż attenzjoni speċifika għall-parteċipazzjoni tan-nisa:
(a)twissija bikrija u analiżi tar-riskju sensittiva għall-kunflitti; bini tal-fiduċja, medjazzjoni, djalogu u miżuri ta’ rikonċiljazzjoni;
(b)irkupru wara konflitt kif ukoll irkupru wara diżastru;
(c)konsolidazzjoni tal-paċi u azzjonijiet ta’ appoġġ għall-bini tal-istat;
(d)prevenzjoni tal-kunflitti u r-rispons għall-kriżijiet;
(e)Bini tal-Kapaċità fil-qasam tas-Sigurtà u l-Iżvilupp (CBSD).
2. Assistenza fl-indirizzar ta’ theddid u thedded emerġenti globali u transreġjonali
L-Unjoni għandha tipprovdi assistenza teknika u finanzjarja biex tappoġġa l-isforzi tas-sħab u l-azzjonijiet tal-Unjoni fl-indirizzar ta’ theddid u theddid emerġenti globali u transreġjonali, prinċipalment fl-oqsma li ġejjin:
(a)theddid għal-liġi u l-ordni, u għas-sigurtà u s-sikurezza tal-individwi, inkluż it-terroriżmu, l-estremiżmu vjolenti, il-kriminalità organizzata, iċ-ċiberkriminalità, it-theddid ibridu u t-traffikar, il-kummerċ u t-tranżitu illeċiti;
(b)theddid għall-ispazji pubbliċi, l-infrastruttura kritika, is-sigurtà ċibernetika, is-saħħa pubblika jew għall-istabbiltà ambjentali, theddidt għas-sigurtà marittima, theddid ġej minn impatti tat-tibdil fil-klima;
(c)mitigazzjoni kontra riskji, kemm jekk ikunu ta’ oriġini intenzjonali, aċċidentali jew naturali, relatati ma’ materjali kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, jew inkella aġenti u riskji relatati ma’ installazzjonijiet jew siti;
(d)Bini tal-Kapaċità fil-qasam tas-Sigurtà u l-Iżvilupp (CBSD).
4. OQSMA TA’ INTERVENT GĦALL-ISFIDI GLOBALI
A. NIES
1.Saħħa
(a)Żvilupp tal-elementi kruċjali ta’ sistema tas-saħħa effettiva u komprensiva li jistgħu jiġu indirizzati l-aħjar fil-livell supranazzjonali, biex jiġi żgurat aċċess ekwu għas-servizzi tas-saħħa u għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi;
(b)Rinforz ta’ inizjattivi globali ewlenin li jippermettu kopertura universali tas-saħħa, permezz ta’ tmexxija globali f’approċċ “is-saħħa fil-politiki kollha” b’kontinwità tal-kura, inkluż il-promozzjoni tas-saħħa mill-prevenzjoni sa wara t-trattament;
(c)Indirizzar tas-sigurtà globali tas-saħħa permezz tar-riċerka u l-kontroll tal-mard li jittieħed, il-konkretizzazzjoni tal-għarfien fi prodotti u f’politiki li jindirizzaw il-piż tal-mard dejjem jinbidel (mard mhux komunikabbli, il-forom kollha ta’ malnutrizzjoni u l-fatturi ta’ riskju ambjentali), u l-forma tas-swieq globali biex jitjieb l-aċċess għall-komoditajiet essenzjali tas-saħħa u għas-servizzi tas-saħħa, speċjalment fir-rigward tas-saħħa sesswali u riproduttiva.
2.Edukazzjoni
(a)Promozzjoni tal-isforzi globali konġunti għal edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità tajba li jkunu inklużivi u ekwi fil-livelli kollha, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u ta’ kriżi;
(b)Tisħiħ tal-għarfien, il-ħiliet u l-valuri permezz ta’ sħubiji u alleanzi, għall-finijiet ta’ ċittadinanza attiva u produttiva kif ukoll ta’ soċjetajiet inklużivi u reżiljenti;
(c)Għoti ta’ appoġġ lill-azzjoni globali għat-tnaqqis tal-inugwaljanza fid-dimensjonijiet kollha tagħha, bħad-diskrepanzi bejn il-bniet/in-nisa u s-subien/l-irġiel, biex jiġi żgurat li kulħadd ikollu opportunità ugwali biex jipparteċipa fil-ħajja ekonomika u soċjali.
3.Nisa u tfal
(a)Tmexxija u għoti ta’ appoġġ lill-isforzi globali, lis-sħubiji u l-alleanzi biex jiġu eliminati l-forom kollha ta’ vjolenza fil-konfront tan-nisa u l-bniet; dan jinkludi vjolenza fiżika, psikoloġika, sesswali, ekonomika u tipi oħra ta’ vjolenza u diskriminazzjoni, inkluża l-esklużjoni li n-nisa jiffaċċjaw fl-oqsma differenti tal-ħajja privata u pubblika tagħhom;
(b)Promozzjoni ta’ inizjattivi ġodda biex jiġu ffurmati sistemi aktar b’saħħithom ta’ protezzjoni tat-tfal f’pajjiżi terzi, l-iżgurar li t-tfal ikunu protetti mill-vjolenza, l-abbuż u n-negliġenza fl-oqsma kollha, inkluż billi tiġi promossa t-tranżizzjoni minn indukrar istituzzjonali tat-tfal għal indukrar tat-tfal ibbbażat fil-komunità.
4.Migrazzjoni u ċaqliq sfurzat
(a)Żgurar ta’ tmexxija kontinwata tal-UE fil-formazzjoni tal-aġenda globali dwar il-governanza tal-migrazzjoni u taċ-ċaqliq sfurzat fid-dimensjonijiet kollha tagħhom;
(b)Tmexxija u għoti ta’ appoġġ lid-djalogi ta’ politika globali u transreġjonali, inkluż l-iskambju u l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni u ċ-ċaqliq sfurzat;
(c)Għoti ta’ appoġġ lill-implimentazzjoni ta’ impenji internazzjonali u tal-UE rigward il-migrazzjoni u ċ-ċaqliq sfurzat, inkluż bħala segwitu għall-Patt Globali għall-Migrazzjoni u l-Patt Globali dwar ir-Rifuġjati;
(d)Titjib tal-bażi globali tal-evidenza, inkluż ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp, u bidu ta’ azzjonijiet ta’ karattru pilota bl-għan li jiġu żviluppati approċċi operazzjonali innovattivi fil-qasam tal-migrazzjoni u taċ-ċaqliq sfurzat.
5.Impjieg deċenti, protezzjoni soċjali u inugwaljanza
(a)Formazzjoni tal-aġenda globali u għoti ta’ appoġġ lill-inizjattivi tal-integrazzjoni ta’ pilastru b’saħħtu dwar l-ekwità u l-ġustizzja soċjali, f’konformità mal-valuri Ewropej;
(b)Kontribut għall-aġenda globali dwar l-impjieg deċenti, b’mod partikolari fi ktajjen globali tal-valur, u t-tisħiħ tal-għarfien dwar politiki tal-impjiegi effettivi li jirreaġixxu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, inklużi l-ETV u t-tagħlim tul il-ħajja;
(c)Għoti ta’ appoġġ lill-inizjattivi globali dwar il-protezzjoni soċjali universali li jirrispettaw il-prinċipji tal-effiċjenza, tas-sostenibbiltà u tal-ekwità; inklużjoni ta’ appoġġ biex tiġi indirizzata l-inugwaljanza u tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali;
(d)Kontinwità tar-riċerka u l-iżvilupp globali permezz tal-innovazzjoni soċjali li ssaħħaħ l-inklużjoni soċjali u tindirizza l-ħtiġijiet tat-taqsimiet l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà.
6.Kultura
(a)Promozzjoni ta’ inizjattivi għad-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali għal relazzjonijiet interkomunitarji paċifiċi;
(b)Għoti ta’ appoġġ lill-kultura bħala katalist għal żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli u għar-rinforz tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-patrimonju kulturali.
B. IL-PJANETA
1.Żgurar ta’ ambjent b’saħħtu u indirizzar tat-tibdil fil-klima
(a)Tisħiħ tal-klima globali u tal-governanza ambjentali, l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, il-Konvenzjonijiet ta’ Rio u ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali oħra;
(b)Kontribut għall-projezzjoni esterna tal-politiki ambjentali u l-politiki dwar it-tibdil fil-klima tal-Unjoni;
(c)Integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali, tat-tibdil fil-klima u tat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri fil-politiki, il-pjanijiet u l-investimenti, inkluż permezz ta’ għarfien u informazzjoni aħjar;
(d)Implimentazzjoni tal-inizjattivi internazzjonali u tal-UE għall-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, kif ukoll għal żvilupp b'emissjonijiet baxxi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali (NDCs) u ta’ strateġiji reżiljanti għall-klima b’emissjonijiet baxxi, il-promozzjoni tat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, l-indirizzar tad-degradazzjoni ambjentali u t-telf tal-bijodiversità, il-promozzjoni tal-konservazzjoni, l-użu u l-ġestjoni sostenibbli ta’ ekosistemi terrestri u marini u ta’ riżorsi naturali rinnovabbli - inklużi l-art, l-ilma, l-oċeani, is-sajd u l-foresti, l-indirizzar tad-deforestazzjoni, id-degredazzjoni tal-art, il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u t-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi, l-indirizzar tat-tniġġis u l-iżgurar ta’ ambjent b’saħħtu, l-indirizzar ta’ kwistjonijiet emerġenti relatati mal-klima u mal-ambjent, il-promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli u l-ġestjoni soda tal-kimiċi u tal-iskart, u l-għoti ta’ appoġġ lit-tranżizzjoni għal ekonomiji ekoloġiċi u ċirkolari b'emissjonijiet baxxi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima.
2.Enerġija Sostenibbli
(a)Għoti ta’ appoġġ lill-isforzi globali, l-impenji, is-sħubiji u l-alleanzi, inkluż it-tranżizzjoni lejn l-enerġija sostenibbli;
(b)Tħeġġiġ ta’ gvernijiet sħab biex jadottaw politika għas-settur tal-enerġija u riformi tas-suq sabiex jistabbilixxu ambjent li jwassal biex l-investimenti jżidu l-aċċess għal servizzi tal-enerġija li jkunu affordabbli, moderni, affidabbli u sostenibbli, b’fokus qawwi fuq l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija;
(c)Esplorazzjoni, identifikazzjoni, integrazzjoni globali u għoti ta’ appoġġ lil mudelli kummerċjali finanzjarjament sostenibbli b’potenzjal li jiġu skalati jew replikati li jipprovdu teknoloġiji diġitali u innovattivi permezz ta’ riċerka innovativa li tiżgura aktar effiċjenza b’mod partikolari għal approċċi deċentralizzati li jipprovdu aċċess għall-enerġija permezz ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż f’żoni fejn il-kapaċità tas-suq lokali tkun limitata.
C. PROSPERITÀ
1.Tkabbir sostenibbli u inklużiv, impjiegi deċenti u involviment tas-settur pubbliku
(a)Promozzjoni ta’ investiment privat sostenibbli permezz ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattivi u kondiviżjoni tar-riskju;
(b)Titjib tal-ambjent kummerċjali u tal-klima tal-investiment, għoti ta’ appoġġ lil djalogu msaħħaħ bejn is-settur pubbliku u s-settur privat, u bini tal-kapaċitajiet ta’ Intrapriżi Mikro, Żgħar u Medji,
(c)Appoġġ għall-politika kummerċjali tal-Unjoni u għall-ftehimiet kummerċjali u l-implimentazzjoni tagħhom; u t-titjib tal-aċċess għas-swieq tal-pajjiżi sħab u l-għoti ta ' spinta lill-opportunitajiet ta ' kummerċ, investiment u negozju għall-kumpanniji mill-Unjoni, filwaqt li jiġu eliminati l-ostakoli għall-aċċess għas-suq u l-investiment
(d)Promozzjoni ta’ taħlita ta’ politika effettiva li tappoġġa d-diversifikazzjoni ekonomika, iż-żieda fil-valur u l-integrazzjoni reġjonali, u l-ekonomiji ekoloġiċi u blu sostennibbli;
(e)Trawwim ta’ aċċess għal teknoloġiji diġitali, inkluż il-promozzjoni tal-aċċess għall-finanzi u l-inklużjoni finanzjarja;
(f)Li jiġu promossi l-konsum u l-produzzjoni sostennibbli u teknoloġiji u prattiki innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, effiċjenti fir-riżorsi, u l-ekonomija ċirkolari.
2.Sigurtà alimentari u nutrizzjoni
(a)Għoti ta’ appoġġ u influwenzar ta’ strateġiji, organizzazzjonijiet, mekkaniżmi u atturi internazzjonali li jniedu kwistjonijiet u oqfsa ta’ politika globali maġġuri relatati mas-sigurtà alimentari u nutrizzjonali;
(b)Titjib tal-beni pubbliċi globali bil-ħsieb li jintemmu l-ġuħ u l-malnutrizzjoni; għodda bħan-Netwerk Globali dwar il-Kriżijiet tal-Ikel isaħħu l-kapaċità ta’ rispons adegwat għall-kriżijiet tal-ikel u tan-nutrizzjoni fil-kuntest tar-rabta bejn l-għajnuna umanitarja, l-iżvilupp u l-paċi (b’hekk jgħin fil-mobilitazzjoni ta’ riżorsi tal-Pilastru 3);
(c)Riaffermazzjoni, fil-livell globali, tar-rwol ċentrali tal-agrikoltura u s-sajd u l-akkwakultura sostenibbli għal sigurtà alimentari akbar, għall-qerda tal-faqar, il-ħolqien tal-impjiegi, il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, ir-reżiljenza u ekosistemi b’saħħithom;
(d)Forniment ta’ innovazzjonijiet permezz ta’ riċerka internazzjonali u rinforz tal-għarfien u tal-għarfien espert globali, b’mod partikolari dak relatat mal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, mal-agrobijodiversità, mal-ktajjen tal-valur globali u inklużivi, mas-sikurezza alimentari, ma’ investimenti responsabbli, mal-governanza tal-art u mal-pussess ta’ riżorsi naturali.
D. SĦUBIJIET
1.Tisħiħ tar-rwol tal-Awtoritajiet Lokali bħala atturi tal-iżvilupp, permezz ta’:
(a)Żieda fil-kapaċità tan-netwerks, tal-pjattaformi u tal-alleanzi tal-awtoritajiet lokali Ewropej u tan-Nofsinhar, biex jiġi żgurat djalogu ta’ politika sostantiv u kontinwat fil-qasam tal-iżvilupp u biex tiġi promossa governanza demokratika, b’mod notevoli permezz tal-Approċċ Territorjali għall-Iżvilupp Lokali;
(b)Żieda fl-interazzjonijiet maċ-ċittadini Ewropej dwar kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp (sensibilizzazzjoni, kondiviżjoni tal-għarfien, involviment), b’mod notevoli b’relazzjoni mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u inkluż fl-Unjoni, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali.
2.Promozzjoni ta’ soċjetajiet inklużivi u ta’ governanza ekonomika tajba, inklużi mobilizzazzjoni ġusta u inklużiva tad-dħul domestiku, ġestjoni trasparenti tal-finanzi pubbliċi, u nefqa pubblika effettiva u inklużiva.
ANNESS IV
OQSMA TA’ INTERVENT GĦAL AZZJONIJIET TA’ RISPONS RAPIDU
1. Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-istabbiltà u għall-prevenzjoni ta’ konflitti f’sitwazzjonijiet ta’ urġenza, ta’ kriżi emerġenti, waqt kriżi u wara kriżi
L-azzjonijiet ta’ rispons rapidu li jissemmew fil-punt a) tal-Artikolu 4(4) għandhom jitfasslu għal rispons rapidu tal-Unjoni f’każ li jseħħu dawn is-sitwazzjonijiet eċċezzjonali u imprevisti:
(a)sitwazzjoni ta’ urġenza, ta’ kriżi, ta’ kriżi emerġenti jew ta’ diżastri naturali;
(b)sitwazzjoni li tippreżenta theddida għad-demokrazija, għal-liġi u l-ordni, għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, jew għas-sigurtà u s-sikurezza ta’ individwi, b’mod partikolari dawk esposti għal vjolenza abbażi tas-sess f’sitwazzjonijiet ta’ instabbiltà;
(c)sitwazzjoni li thedded li jkun hemm eskalazzjoni għal konflitt armat jew għal destabbilizzazzjoni severa f’pajjiż terz jew fil-pajjiżi kkonċernati.
2. Azzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza u għall-irbit flimkien tal-azzjoni umanitarja u dik għall-iżvilupp
L-azzjonijiet ta’ rispons rapidu msemmija fil-punt b) tal-Artikolu 4(4) għandhom jitfasslu biex effettivament isaħħu r-reżiljenza u biex jorbtu flimkien l-azzjonijiet umanitarji u dawk tal-iżvilupp, li ma jistgħux jiġu indirizzati b’ħeffa permezz ta’ programmi ġeografiċi u tematiċi.
Dawn l-azzjonijiet jistgħu jkopru dan li ġej:
(a)it-tisħiħ tar-reżiljenza permezz tal-appoġġ lil individwi, komunitajiet, istituzzjonijiet u pajjiżi biex issir tħejjija, ikun hemm ilqugħ, adattament għal u rkupru minn pressjonijiet u skossi politiċi, ekonomiċi u soċjetali, kif ukoll minn diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem, kunflitti u theddid globali; inkluż bir-riforz tal-kapaċità ta’ stat - li jkun qed jiffaċċa pressjonijiet sinifikanti biex jifformula, iżomm jew jirrestawra l-funzjonijiet ewlenin tiegħu, kif ukoll il-koeżjoni bażika soċjali u politika, u ta’ soċjetajiet, komunitajiet u individwi biex jimmaniġġjaw opportunitajiet u riskji b’mod paċifiku u stabbli, u biex jibnu, iżommu jew jirrestawraw l-għajxien tagħhom meta jiffaċċjaw pressjonijiet kbar;
(b)il-mitigazzjoni tal-effetti avversi fit-terminu qasir li jirriżultaw minn skossi eżoġeni u li joħolqu instabbiltà makroekonomika, bl-għan li jiġu ssalvagwardjati r-riformi soċjoekonomiċi u n-nefqa pubblika ta’ prijorità għall-iżvilupp soċjoekonomiku u t-tnaqqis tal-faqar;
(c)it-twettiq ta’ riabilitazzjoni u rikostruzzjoni fit-terminu qasir biex il-vittmi ta’ diżastri naturali jew ta’ dawk ikkawżati mill-bniedem, ta’ kunflitti u ta’ theddid globali jkunu jistgħu jibbenefikaw minn livell minimu ta’ integrazzjoni soċjoekonomika u, mill-aktar fis possibbli joħolqu l-kundizzjonijiet għat-tkomplija tal-iżvilupp abbażi ta’ għanijiet fit-tul stabbiliti mill-pajjiżi u r-reġjuni kkonċernati; dan jinkludi l-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti u immedjati li jirriżultaw mill-ispostament ta’ nies (rifuġjati, persuni spostati u persuni ritornati) wara diżastri naturali u diżastri kkawżati mill-bniedem; u
(d)l-għoti ta’ assistenza lill-istat jew ir-reġjun fl-istabbiliment ta’ mekkaniżmi fit-terminu qasir għall-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija għalihom, inkluż għat-tbassir u għat-twissija bikrija, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-konsegwenzi tad-diżastri.
3. Azzjonijiet li jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika estera
L-azzjonijiet ta’ rispons rapidu biex jingħata appoġġ lill-għanijiet stipulati fil-punt c) tal-Artikolu 4(4) għandhom jappoġġaw il-politika estera tal-Unjoni fi kwistjonijiet relatati mal-politika, mal-ekonomija u mas-sigurtà. Huma għandhom jippermettu li l-Unjoni taġixxi fejn ikun hemm interess urġenti jew imperattiv għall-politika estera, jew inkella opportunità temporanja biex tikseb l-għanijiet tagħha li tkun teħtieġ reazzjoni rapida u li ma tkunx tista’ tiġi indirizzata faċilment b’mezzi oħra.
Dawn l-azzjonijiet jistgħu jkopru dan li ġej:
(a)appoġġ għall-istrateġiji bilaterali, reġjonali u interreġjonali ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni, promozzjoni tad-djalogu ta’ politika u żvilupp ta’ approċċi u reazzjonijiet kollettivi għal sfidi ta’ tħassib globali, inklużi kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni u mas-sigurtà, kif ukoll sfruttament ta’ opportunitajiet temporanji f’dan ir-rigward;
(b)appoġġ għall-politika kummerċjali tal-Unjoni u għall-ftehimiet kummerċjali u l-implimentazzjoni tagħhom; u għat-titjib tal-aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi sħab u l-għoti ta’ spinta lill-opportunitajiet għal kummerċ, ta’ investiment u ta’ negozju għal kumpaniji mill-Unjoni, b’mod partikolari SMEs, filwaqt li jiġu eliminati l-ostakli għall-aċċess għas-suq u l-investiment permezz ta’ diplomazija ekonomika kif ukoll ta’ kooperazzjoni kummerċjali u regolatorja;
(c)kontribuzzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki interni tal-Unjoni bħal fost l-oħrajn l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-enerġija u l-kooperazzjoni fir-rigward tal-ġestjoni u tal-governanza tal-oċeani;
(d)promozzjoni ta’ fehim u viżibbiltà wiesgħa tal-Unjoni u tar-rwol tagħha fix-xena dinjija, permezz ta’ komunikazzjoni strateġika, diplomazija pubblika, kuntatti bejn il-persuni, diplomazija kulturali, kooperazzjoni fi kwistjonijiet edukazzjonali u akkademiċi, u attivitajiet ta’ outreach biex jiġu promossi l-valuri u l-interessi tal-Unjoni.
Dawn l-azzjonijiet għandhom jimplimentaw politiki jew inizjattivi innovattivi, li jikkorrispondu għal ħtiġijiet, opportunitajiet u prijoritajiet attwali jew evolventi fit-terminu qasir jew medju, inkluż bil-potenzjal li jinfurmaw azzjonijiet fil-futur taħt programmi ġeografiċi jew tematiċi. Huma għandhom jiffukaw fuq l-approfondiment tar-relazzjonijiet u d-djalogu tal-Unjoni kif ukoll fuq il-bini ta’ sħubiji u ta’ alleanzi ma’ pajjiżi ewlenin ta’ interess strateġiku, speċjalment dawk l-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi bi dħul medju li għandhom rwol dejjem aktar importanti fix-xena dinjija, fil-governanza globali, fil-politika estera, fl-ekonomija internazzjonali u fil-fora multilaterali.
ANNESS V
OQSMA TA’ PRIJORITÀ TAL-OPERAZZJONIJIET TAL-EFSD+ KOPERTI MILL-GARANZIJA TAL-AZZJONI ESTERNA
B’mod partikolari, l-operazzjonijiet tal-EFSD+ eliġibbli għall-appoġġ mill-Garanzija tal-Azzjoni Esterna għandhom ikunu mmirati lejn l-oqsma ta’ prijorità li ġejjin:
(a)jipprovdu finanzjament u appoġġ għall-iżvilupp tas-setturi privati u dawk kooperattivi li jkunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 209(2) tar-[Regolament Finanzjarju], b’fokus partikolari fuq kumpaniji lokali u fuq intrapriżi mikro, żgħar u medji, fuq il-promozzjoni tal-ħolqien ta’ impjiegi diċenti u fuq l-inkoraġġiment għall-kumpaniji Ewropej biex jikkontribwixxu għall-iskop tal-EFSD+;
(b)jindirizzaw konġestjonijiet għal investimenti privati billi jipprovdu strumenti finanzjarji, li jistgħu jkunu ddenominati fil-munita lokali tal-pajjiż sieħeb ikkonċernat, inklużi garanziji kontra l-ewwel telf għall-portafolli, garanziji għal proġetti fis-settur pubbliku bħal garanziji għal self għal intrapriżi żgħar u medji, u garanziji għal riskji speċifiċi għal proġetti ta’ infrastruttura u kapital ta’ riskju ieħor;
(c)ikollhom effett ta’ ingranaġġ fuq il-finanzjament mis-settur privat, b’fokus partikolari fuq intrapriżi mikro, żgħar u medji, billi jindirizzaw konġestjonijiet u ostakli għall-investiment;
(d)isaħħu s-setturi u l-oqsma soċjoekonomiċi u l-infrastruttura pubblika u privata relatata u l-konnettività sostennibbli, inklużi l-enerġija rinnovabbli u sostenibbli, l-ilma u l-ġestjoni tal-ilma, it-trasport, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, kif ukoll l-ambjent, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, l-agrikoltura sostenibbli u l-ekonomija blu, l-infrastruttura soċjali, is-saħħa u l-kapital uman, sabiex jitjieb l-ambjent soċjoekonomiku;
(e)jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika u għall-ħarsien u l-ġestjoni tal-ambjent;
(f)jikkontribwixxu, billi jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, biex jiġu indirizzati kawżi speċifiċi fl-għeruq tal-migrazzjoni irregolari, kif ukoll irawmu r-reżiljenza tal-komunitajiet ta’ tranżitu u dawk ospitanti, u jikkontribwixxu għar-riintegrazzjoni sostenibbli tal-migranti li jirritornaw fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, bl-attenzjoni dovuta għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem.
ANNESS VI
GOVERNANZA TAL-EFSD+
1. Struttura tal-EFSD+
1.L-EFSD għandu jkun magħmul minn pjattaformi ta’ investiment reġjonali stabbiliti fuq il-bażi tal-metodi ta’ ħidma, il-proċeduri u l-istrutturi tal-faċilitajiet esterni ta’ taħlit eżistenti tal-Unjoni, li jistgħu jikkombinaw l-operazzjonijiet ta’ taħlit tagħhom u l-operazzjonijiet ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna taħt l-EFSD+.
2.Il-ġestjoni tal-EFSD+ għandha tiġi żgurata mill-Kummissjoni.
2. Il-bord strateġiku tal-EFSD+
1. Fil-ġestjoni tal-EFSD+, il-Kummissjoni għandha tingħata pariri minn bord strateġiku, ħlief fil-każ tal-operazzjonijiet li jkopru l-politika tat-Tkabbir tal-UE u ffinanzjati mill-[IPA III], li għandu jkollhom bord strateġiku għalihom kif żgurata mill-Qafas ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent (WBIF).
2. Il-bord strateġiku għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-orjentament strateġiku u l-prijoritajiet ta' investimenti tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna taħt l-EFSD+ u jikkontribwixxi għall-allinjament tagħhom mal-prinċipji gwida u l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, tal-politika tal-iżvilupp, tal-politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll mal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u mal-iskop tal-EFSD+ kif stabbilit fl-Artikolu 26. Dan għandu wkoll jappoġġja lill-Kummissjoni meta tistabbilixxi l-miri kumplessivi tal-investiment fir-rigward tal-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna f’appoġġ għall-operazzjonijiet tal-EFSD u timmonitorja kopertura ġeografika u tematika xierqa u diversifikata għat-twieqi ta’ investiment.
3. Il-Bord strateġiku għandu jappoġġa wkoll il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u l-koerenza ġenerali bejn il-pjattaformi ta’ investiment reġjonali, bejn it-tliet pilastri tal-Pjan ta’ Investiment Ewropew, bejn il-Pjan ta’ Investiment Ewropew u l-isforzi l-oħra tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, kif ukoll ma’ programmi oħra stabbiliti f’dan ir-Regolament.
4. Il-bord strateġiku għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli, tal-Istati Membri kollha u tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-Parlament Ewropew għandu jkollu status ta’ osservatur. Il-kontributuri, il-kontropartijiet eliġibbli, il-pajjiżi sħab, l-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti u partijiet ikkonċernati oħra, jistgħu jingħataw status ta’ osservaturi, meta jkun xieraq. Il-bord strateġiku għandu jiġi kkonsultat qabel l-inklużjoni ta’ kwalunkwe osservatur ġdid. Il-bord strateġiku għandu jkun kopresedut mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli.
5. Il-bord strateġiku għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena u, meta jkun possibbli, jadotta opinjonijiet b’kunsens. Laqgħat addizzjonali jistgħu jiġu organizzati fi kwalunkwe ħin mill-president jew fuq it-talba ta’ terz tal-membri tiegħu. F’każ li ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, għandhom japplikaw id-drittijiet tal-vot kif maqbula matul l-ewwel laqgħa tal-bord strateġiku u stipulati fir-regoli ta’ proċedura tiegħu. Dawk id-drittijiet tal-vot għandhom jieħdu kont dovut tas-sors tal-finanzjament. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jistabbilixxu qafas rigward ir-rwol tal-osservaturi. Il-minuti u l-aġendi tal-laqgħat tal-bord strateġiku għandhom, wara li jiġu adottati, isiru pubbliċi.
6. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-bord strateġiku dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-EFSD+. Il-bord strateġiku tad-WBIF għandu jipprovdi l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-istrument ta’ garanzija għar-reġjun tat-Tkabbir biex jikkomplementa r-rappurtar imsemmi hawn fuq. Il-bord strateġiku għandu jorganizza regolarment konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar l-orjentazzjoni strateġika u l-implimentazzjoni tal-EFSD+.
7. L-eżistenza taż-żewġ bordijiet strateġiċi ma jkollhiex influwenza fuq il-ħtieġa li jkun hemm qafas ta’ ġestjoni tar-riskji wieħed, unifikat għall-EFSD+.
3. Bordijiet operazzjonali reġjonali
Il-bordijiet operazzjonali tal-pjattaformi tal-investiment reġjonali għandhom jappoġġjaw lill-Kummissjoni fil-livell ta' implimentazzjoni, fl-istabbiliment tal-miri ta' investiment reġjonali u settorjali, u tat-twieqi ta' investiment settorjali u tematiċi u għandhom jifformulaw opinjonijiet dwar l-operazzjonijiet ta' taħlit u dwar l-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna li tkopri l-operazzjonijiet tal-EFSD+.
ANNESS VII
LISTA TA’ INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI
F’koerenza mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, il-lista li ġejja ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għandha tintuża biex tgħin fil-kejl tal-kontribut tal-Unjoni biex jinkisbu l-għanijiet speċifiċi tagħha.
(1)Punteġġ tal-Istat tad-Dritt
(2)Proporzjon tal-popolazzjoni taħt il-linja internazzjonali tal-faqar
(3)Għadd ta’ nisa ta’ età riproduttiva, tfajliet adolexxenti, u tfal ta’ inqas minn 5 snin li għandhom aċċess għal programmi ta’ nutrizzjoni bl-appoġġ tal-UE
(4)Għadd ta’ trabi ta’ sena li huma kompletament immunizzati bl-appoġġ tal-UE
(5)Għadd ta’ studenti rreġistrati f’edukazzjoni primarja u/jew sekondarja u f’taħriġ bl-appoġġ tal-UE
(6)Emissjonijiet ta’ gass serra mnaqqsa jew evitati (Ktons CO2eq) bl-appoġġ tal-UE
(7)Ekosistemi tal-baħar, terrestri u tal-ilma ħelu protetti u/jew li jinsabu taħt ġestjoni sostenibbli bl-appoġġ tal-UE
(8)L-ingranaġġ ta’ investimenti u l-effett multiplikatur milħuq
(9)L-indikatur tal-istabbiltà politika u n-nuqqas ta’ vjolenza
(10)Għadd ta’ proċessi relatati mal-prattiki tal-pajjiż sieħeb fir-rigward tal-kummerċ, tal-investiment u tan-negozju, jew li jippromwovu d-dimensjoni esterna tal-politiki interni tal-UE, li ġew influwenzati
L-indikaturi kollha għandhom jiġu disaggregati skont is-sess kull meta rilevanti.