Brussell, 31.5.2018

COM(2018) 387 final

2018/0212(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment ta’ Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti

{SEC(2018) 277 final}
{SWD(2018) 297 final}
{SWD(2018) 298 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017 u fl-Ittra ta’ Intenzjoni ta’ akkumpanjament, il-President Juncker ħabbar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel proposti konkreti għall-ħolqien ta’ linja baġitarja ddedikata għaż-żona tal-euro fil-baġit tal-UE, li tipprovdi fost l-oħrajn għal funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni. L-idea ġiet dettaljata aktar fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar strumenti baġitarji ġodda għal żona tal-euro stabbli fil-qafas tal-Unjoni, li huwa parti minn pakkett ta’ inizjattivi li japprofondixxu l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa 1 . Il-pakkett huwa msejjes, b’mod partikolari, fuq ir-Rapport tal-Ħames Presidenti dwar it-twettiq tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa tat-22 ta’ Ġunju 2015 2 u dwar id-Dokument ta’ Riflessjoni tal-Kummissjoni dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-31 ta’ Mejju 2017 3 .

L-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) u l-immodernizzar tal-finanzi pubbliċi tal-UE huma xejriet ewlenin fid-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa mibdi mill-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Marzu 2017 4 . Dan ġie enfasizzat aktar fid-Dokument ta’ Riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE tat-28 ta’ Ġunju 2017 5 . Fl-istadju attwali, hemm tieqa ta’ opportunità biex jitnedew proposti konkreti li jħarsu ’l quddiem kemm dwar il-futur tal-UEM kif ukoll dwar kif il-finanzi pubbliċi tal-futur tal-UE jistgħu jgħinu biex iwieġbu għal sfidi identifikati.

Il-valur miżjud Ewropew huwa fil-qalba tad-dibattitu dwar il-finanzi pubbliċi Ewropej. Ir-riżorsi tal-UE jenħtieġ li jintużaw biex jiffinanzjaw il-beni pubbliċi Ewropej. Dawn il-beni huma ta’ benefiċċju għall-UE inġenerali u ma jistgħux jiġu żgurati b’mod effiċjenti minn kwalunkwe Stat Membru uniku waħdu. F’konformità mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, l-UE jenħtieġ li tieħu azzjoni meta toffri valur aħjar għal kull euro tal-kontribwenti meta mqabbel mal-azzjoni meħuda fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali waħdu.

L-approfondiment tal-UEM huwa tajjeb kemm għaż-żona tal-euro kif ukoll għall-UE inġenerali. Iż-żona tal-euro aktar integrata u bi prestazzjoni aħjar iġġib aktar stabbiltà u prosperità lil kulħadd fl-UE filwaqt li tiżgura li l-vuċi ekonomika tal-Ewropa tinstema’ b’aktar saħħa fuq livell globali. Il-funzjoni tal-istabbilizzazzjoni, wieħed mill-istrumenti baġitarji l-ġodda ppreżentati fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tfittex li tindirizza xi wħud mill-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri taż-żona tal-euro u ta’ dawk fi triqithom biex jingħaqdu mal-euro li qed jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rati tal-kambju msemmi fl-Artikolu 140(1) TFUE, filwaqt li ma jintesewx il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet usa’ tagħhom bħala Stati Membri tal-UE. Permezz ta’ dan, tfittex ukoll li timmassimizza s-sinerġiji bejn l-istrumenti eżistenti u futuri, hekk kif se jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni f’Mejju 2018 bħala parti mill-proposti tagħha għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-UE għal wara l-2020.

L-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja jeħtieġ azzjonijiet determinati minn Stati Membri individwali kif ukoll appoġġ adegwat mill-istrumenti ta’ koordinazzjoni tal-politika u baġitarji tal-UE. Dan il-ħolqien ta’ funzjonijiet ta’ stabbilizzazzjoni, huwa wieħed mill-ideat dwar kif jintuża aħjar il-baġit tal-UE bħala mod li jsaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekonomiji interdipendenti tagħna, u b’hekk jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika u soċjali. Il-progress li sar kemm mill-pajjiżi fiż-żona tal-euro kif ukoll dawk li mhumiex fl-implimentazzjoni ta’ riformi u b’konverġenza ’l fuq se jkun ta’ benefiċċju għal kulħadd.

Bil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, l-UE għandha s-setgħa li tissellef u ssellef sabiex tipprovdi assistenza finanzjarja. Dan huwa partikolarment il-każ għall-ġestjoni tas-self ipprovdut skont il-Faċilità tal-Bilanċ tal-Pagamenti biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, fil-każ ta’ diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti tagħhom. Dan huwa wkoll il-każ għal self mogħti skont il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja. Billi l-fondi ġġenerati u s-self korrispondenti huma operazzjonijiet back-to-back, ma hemmx impatt dirett fuq il-baġit tal-UE sakemm l-Istati Membri riċevituri jonoraw l-obbligi tagħhom.

Filwaqt li l-baġit tal-UE dejjem ippromwova l-konverġenza soċjali u ekonomika ’l fuq u r-robustezza tas-self disponibbli fil-livell tal-UE żdiedet fis-snin riċenti biex twieġeb għal ċirkostanzi estremi, l-istabbilizzazzjoni makroekonomika kienet għadha mhix objettiv espliċitu tal-baġit tal-UE sa issa. L-esperjenza tas-snin tal-kriżi finanzjarja wriet ukoll li l-arkitettura u l-ambitu tal-finanzi pubbliċi tal-UE għadhom ma jaqblux bis-sħiħ mal-ħtiġijiet speċifiċi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja – la għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, u lanqas għall-Istati Membri fi triqithom biex jingħaqdu maż-żona tal-euro.

Biex l-Istati Membri taż-żona tal-euro jingħataw appoġġ biex iwieġbu aħjar għal ċirkostanzi ekonomiċi li qed jinbidlu u jistabbilizzaw l-ekonomija tagħhom fil-każ ta’ xokkijiet asimetriċi kbar, jenħtieġ li tinħoloq funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni. Bħala riżultat tal-unifikazzjoni tal-politika monetarja fiż-żona tal-munita unika, l-istrumenti tal-politika makroekonomika f’idejn l-Istati Membri parteċipanti ma għadhomx l-istess. Filwaqt li kull pajjiż huwa differenti u d-daqs u l-istruttura tal-ekonomija huma importanti f’termini ta’ probabbiltà li jkunu esposti għal xokkijiet, il-kriżi enfasizzat il-limitazzjonijiet tal-mezzi disponibbli għal Stati Membri individwali biex jassorbu l-impatt ta’ xokkijiet asimetriċi kbar, b’uħud minnhom jitilfu l-aċċess għas-suq biex jerġgħu jiffinanzjaw lilhom infushom. F’bosta każijiet, dan irriżulta f’reċessjonijiet fit-tul u effetti ta’ riperkussjoni negattivi għal Stati Membri oħra.

B’dan il-ħsieb, u bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jaqblu, hemm modi kif jiġu żviluppati strumenti baġitarji fil-livell tal-UE li jistgħu jikkontribwixxu għall-istabbiltà taż-żona tal-euro u anki jkunu ta’ benefiċċju għall-UE kollha. Biex jiġu żgurati s-suċċess u l-effikaċja tagħhom, u biex tiġi mmassimizzata l-effiċjenza tagħhom għall-kontribwent, dawn l-istrumenti jridu jiġu konċeputi f’sinerġija sħiħa ma’ strumenti baġitarji oħra li jeżistu fil-qafas usa’ tal-Unjoni. Barra minn hekk, fil-futur, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) jew is-suċċessur legali tiegħu fil-forma ta’ Fond Monetarju Ewropew jista’ jaqdi r-rwol fl-appoġġ tal-istabbilizzazzjoni makroekonomika jekk mixtieq mill-Istati Membri taż-żona tal-euro li huma l-azzjonisti tiegħu.

Ir-Regolament propost dwar l-istabbiliment tal-Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti (FESI) huwa wieħed mill-inizjattivi li jirrispondu għat-talba biex tiġi stabbilita funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni, li tgħin biex jittaffew l-effetti tax-xokkijiet asimetriċi u jiġi evitat ir-riskju ta’ effetti kollaterali negattivi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Strumenti baġitarji ġodda għal żona tal-euro stabbli fil-qafas tal-Unjoni” 6 . Il-funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni hija maħsuba għall-Istati Membri taż-żona tal-euro u jenħtieġ li tkun miftuħa għall-Istati Membri mhux taż-żona tal-euro, li jkunu daħlu fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju II wara deċiżjoni pożittiva għal dan il-għan mill-membri tal-ERM II.

L-inizjattiva tieħu l-forma ta’ proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont l-Artikolu 175(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-Artikolu 175(3) TFUE jippermetti l-ħolqien ta’ strument li jappoġġja l-investiment pubbliku eliġibbli fl-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma’ xokk asimetriku kbir bil-għan li tissaħħaħ il-koeżjoni. Din l-azzjoni hija meħtieġa barra mill-Fondi Strutturali li ma jipprovdux għal strument speċifiku li jappoġġja l-istabbilizzazzjoni makroekonomika billi jżomm l-investiment pubbliku fil-każ ta’ xokkijiet asimetriċi kbar u hija mingħajr preġudizzju għal miżuri li jiġu deċiżi fil-qafas ta’ politiki oħra tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom interess biex jiksbu u jżommu kwalità għolja fis-sistemi u l-prattiki tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku tagħhom. Il-proposta għalhekk hija kkomplementata minn Anness li jiddetermina l-metodoloġija u l-kriterji għall-valutazzjoni ta’ dawn is-sistemi u l-prattiki tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku bil-għan li jiġi identifikat fejn għandhom jissaħħu biex iżidu l-impatt tal-investiment pubbliku u tal-appoġġ potenzjali taħt l-istrument propost.

Bil-proposta tal-lum, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tagħti assistenza finanzjarja lill-Istati Membri li jkunu qed iħabbtu wiċċhom ma’ xokk asimetriku kbir, billi tikkuntratta s-self mis-swieq finanzjarji jew ma’ atturi finanzjarji, bil-għan li terġa’ ssellef it-tali dħul biex tappoġġja lill-Istat Membru kkonċernat fiż-żamma tal-investiment pubbliku eliġibbli. Barra minn hekk, is-sussidju tar-rata tal-imgħax li jkopri l-kostijiet tar-rata tal-imgħax imġarrba fuq is-self mill-Istat Membru benefiċjarju huwa previst.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi appoġġ skont l-istrument hija bil-kundizzjoni li l-Istat Membru kkonċernat jissodisfa l-kriterji stretti tal-eliġibbiltà fuq il-bażi tal-konformità mad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet skont il-qafas ta’ sorveljanza fiskali u makroekonomiku. Ta’ min wieħed jiftakar li l-Istati Membri jenħtieġ li jsegwu politiki fiskali sodi u jibnu buffers fiskali fi żminijiet ekonomiċi ta’ prosperità. Il-kriterji għall-attivazzjoni tal-appoġġ taħt l-istrument huma bbażati fuq skattatur doppju tal-qgħad. Dan tal-aħħar jintgħażel għaliex żidiet qawwija fir-rati tal-qgħad nazzjonali huma indikatur rilevanti tal-impatt ta’ xokk asimetriku kbir fi Stat Membru speċifiku.

Barra minn hekk, obbligu li l-appoġġ li jingħata jintuża għall-investiment f’objettivi ta’ politika skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u li jinżamm il-livell medju ta’ investiment pubbliku tal-aħħar ħames snin, jiżgura li l-għan tar-Regolament propost, jiġifieri li jiżgura li l-koeżjoni ma tiġix ipperikolata mix-xokk asimetriku kbir, ikun jista’ jintlaħaq.

Il-proposta tinkludi wkoll formuli għad-determinazzjoni awtomatika tal-ammont tal-appoġġ tas-self u tas-sussidju tar-rata tal-imgħax. Fir-rigward tal-komponent tas-self, l-ammont huwa ddeterminat billi jitqies il-livell massimu tal-investiment pubbliku eliġibbli li jista’ jiġi appoġġjat u s-severità tax-xokk asimetriku kbir.

Madankollu, hija prevista diskrezzjoni limitata u ristretta għall-Kummissjoni biex iżżid l-ammont tas-self sal-livell massimu tal-investiment pubbliku eliġibbli. Dan tal-aħħar jiġi ddeterminat ukoll fuq il-bażi ta’ formula li tirrifletti l-proporzjon tal-investiment pubbliku eliġibbli għall-PDG fl-UE fuq perjodu ta’ ħames snin qabel l-Istat Membru kkonċernat ikun talab l-appoġġ u l-PDG tal-Istat Membru kkonċernat fuq l-istess perjodu.

Ir-Regolament propost huwa akkompanjat minn abbozz ta’ ftehim intergovernattiv għall-Istati Membri biex jaqblu bejniethom dwar it-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali kkalkulati fuq il-bażi tas-sehem tal-introjtu monetarju allokat għall-banek ċentrali nazzjonali tagħhom għall-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni stabbilit skont ir-Regolament. L-għan ewlieni ta’ dan il-Fond, li jkun mogħni bil-kontribuzzjonijiet nazzjonali huwa li jiġu ffinanzjati s-sussidji tar-rata tal-imgħax li l-Istati Membri huma intitolati għalihom. Tali sussidji tar-rata tal-imgħax ikopru 100 fil-mija tal-kost tal-imgħax imġarrab fuq is-self.

Il-kriterji dettaljati tal-eliġibbiltà u tal-attivazzjoni kif ukoll il-formuli għall-kalkolu tal-appoġġ tas-self u tas-sussidji tar-rata tal-imgħax jippermettu proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet malajr u effiċjenti mill-Kummissjoni.

Mhuwiex eskluż li l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) jew is-suċċessur legali tiegħu jiddeċiedi b’mod awtonomu f’ċertu punt fil-futur li jipprovdi l-appoġġ b’mod parallel għall-istrument stabbilit fir-Regolament propost. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li din l-assistenza tingħata b’mod li huwa konsistenti mar-Regolament propost.

Biex taħseb għal din l-interazzjoni parallela potenzjali bejn kwalunkwe assistenza futura tal-MES u dan l-istrument, il-proposta tagħmilha possibbli għall-Kummissjoni li tadotta atti delegati f’numru limitat ta’ oqsma. B’mod partikolari, l-att delegat huwa previst li jirregola l-iskambju tal-informazzjoni fir-rigward tal-elementi importanti tas-self taħt din l-iskema. Barra minn hekk, il-possibbiltà li jiġu adottati atti delegati hija prevista biex tissupplimenta jew temenda r-Regolament propost billi tiddetermina regoli ta’ komplementarjetà bejn l-assistenza tal-MES u l-ammonti tal-appoġġ mill-FESI kkalkulati fuq il-bażi tal-istrument propost u biex taħseb għall-għoti ta’ sussidji tar-rata tal-imgħax għall-kost tal-imgħax imġarrab fuq l-assistenza tal-MES.

Huwa importanti wkoll li nfakkru li l-istrument tal-FESI stabbilit fir-Regolament propost jenħtieġ li jitqies bħala l-ewwel pass fl-iżvilupp matul iż-żmien ta’ mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni volontarja għall-finijiet tal-istabbilizzazzjoni makroekonomika. Il-mekkaniżmu tal-aħħar ikun ibbażat fuq kontribuzzjonijiet volontarji mill-Istati Membri taż-żona tal-euro u jista’ jkollu l-kapaċità tas-self. Ir-rieżami tar-Regolament propost huwa previst ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament biex jiġu vvalutati u indirizzati kwistjonijiet possibbli f’dan ir-rigward.

Din il-proposta tipprevedi data ta' applikazzjoni mill-1 ta' Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta' 27 Stat Membru, b'konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom fuq il-bażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Marzu 2017.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-istrument tal-FESI skont ir-Regolament propost huwa konsistenti ma’ strumenti oħra li jaqgħu taħt il-politika ta’ koeżjoni. L-istrument jikkomplementa l-programmi appoġġjati mill-Unjoni skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew Soċjali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali li fis-snin riċenti kienu responsabbli għal aktar min-nofs tal-investiment pubbliku totali, b’kontribuzzjoni b’saħħitha għall-proċess tat-tisħiħ tal-irkupru ekonomiku u soċjali tar-reġjuni u tal-pajjiżi madwar l-UE. F’dan ir-rigward qed jiġi nnutat li ġiet stabbilita wkoll rabta akbar bejn il-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew u l-programmi appoġġjati mill-Unjoni skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, bl-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet ex ante u makroekonomiċi permezz tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni 7 . Kundizzjonijiet simili jiddeterminaw l-eliġibbiltà għall-appoġġ skont l-istrument tal-FESI. Barra minn hekk, l-istrument tal-FESI jikkomplementa wkoll strumenti oħra fil-livell tal-UE li jistgħu speċifikament jgħinu biex jittaffew ix-xokkijiet ekonomiċi fuq livell nazzjonali jew lokali bħall-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri / reġjuni milquta minn diżastri ewlenin; u l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, li jipprovdi appoġġ lin-nies li jitilfu l-impjiegi tagħhom bħala riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew bħala riżultat tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-istrument skont ir-Regolament propost huwa konsistenti mar-regoli għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, inkluż il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. L-eliġibbiltà skont l-istrument tal-FESI hija bbażata fuq il-konformità ma’ deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet taħt il-qafas ta’ sorveljanza fiskali u makroekonomika. Is-Semestru Ewropew huwa l-għodda prinċipali għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri fil-livell tal-UE fejn l-Istati Membri jiddiskutu l-prijoritajiet ekonomiċi, soċjali u baġitarji tagħhom u l-progress jiġi mmonitorjat fi żminijiet speċifiċi matul is-sena. Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u l-Proċedura ta’ Żbilanċi Makroekonomiċi jservu biex jiżguraw finanzi pubbliċi sodi u biex jevitaw riskji ta’ żbilanċi. Barra minn hekk, billi jsir l-aħjar użu mill-flessibilità mibnija fir-regoli eżistenti tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, kien hemm tisħiħ fir-rabta bejn l-investiment, ir-riformi strutturali u r-responsabilità fiskali, filwaqt li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet ekonomiċi ċikliċi ffaċċjati mill-Istati Membri.

2.BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 175(3) TFUE. Biex jintuża dan l-Artikolu, iridu jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet li jirriżulta li huma kollha ssodisfati.

L-ewwel kundizzjoni hija li l-azzjonijiet speċifiċi jridu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Ir-Regolament propost jistabbilixxi qafas effiċjenti li jippermetti li tingħata assistenza finanzjarja lill-Istati Membri taż-żona tal-euro u lill-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro, li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II) bħala appoġġ għall-investiment pubbliku eliġibbli fil-forma ta’ self u sussidji tar-rata tal-imgħax biex itaffu x-xokk asimetriku kbir u jsaħħu l-koeżjoni. Dan l-istrument huwa għodda komplementari li jgħin lill-Istati Membri benefiċjarji jżommu l-investiment pubbliku favur it-tkabbir fil-każ ta’ instabbiltà makroekonomika. Dan min-naħa tiegħu jgħin biex itaffi l-aġġustament ekonomiku fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri taż-żona tal-euro kkonċernati u jgħin biex ireġġagħhom lura fit-triq tat-tkabbir sostenibbli aktar milli japprofondixxu u jtawlu r-reċessjoni li jkollha impatt negattiv fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali tagħhom. L-istrument jenħtieġ li jiġi attivat fil-każ ta’ xokk asimetriku kbir fi Stat Membru, jew f’bosta Stati Membri, meta l-limiti ta’ mekkaniżmi u politiki nazzjonali oħra jimmaterjalizzaw, u jkun soġġett għal kriterji ta’ eliġibbiltà stretti bbażati fuq il-qafas ta’ sorveljanza fiskali u makroekonomika tal-Unjoni. Barra minn hekk, biex ikun effettiv, l-appoġġ taħt l-istrument jenħtieġ li jkun immirat biex jappoġġja l-investiment pubbliku eliġibbli bħala appoġġ għal temi skont il-Fondi SIE. L-indirizzar tal-effetti ta’ xokk asimetriku kbir permezz tal-istrumenti billi tiġi appoġġjata ż-żamma tal-livell tal-investiment pubbliku, għaldaqstant, jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali.

It-tieni kundizzjoni hija li l-azzjoni tkun meħtieġa barra mill-Fondi Strutturali. La l-Fondi Strutturali u lanqas l-ebda strument speċifiku ieħor ma jkopru l-finijiet tal-istabbilizzazzjoni makroekonomika fil-każ ta’ xokk asimettriku kbir billi jżommu l-investiment pubbliku fl-Istati Membri. Il-ħtieġa ta’ tali strument hija bbażata fuq elementi fattwali minħabba li r-riformi strutturali, l-istabilizzaturi fiskali awtomatiċi, il-miżuri tal-politika fiskali diskrezzjonarji kif ukoll il-politika monetarja unika tal-Eurosistema ma jistgħux jimmitigaw bis-sħiħ xokkijiet makroekonomiċi kbar.

It-tielet, il-proposta hija mingħajr preġudizzju għall-miżuri deċiżi fil-qafas ta’ politiki oħra tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-eliġibbiltà għal kwalunkwe appoġġ skont l-istrument hija bbażata b’mod espliċitu fuq il-premessa ta’ konformità mad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet previsti fil-qafas ta’ sorveljanza fiskali u makroekonomika tal-Unjoni skont it-Titolu VIII tal-Parti III tat-TFUE.

Il-miżura bbażata fuq l-Artikolu 175(3) TFUE li hija maħsuba biex issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tista’ tkun imfassla b’tali mod li subsett biss ta’ Stati Membri jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa tal-eliġibbiltà għall-appoġġ, fejn il-limitazzjoni sserraħ fuq raġuni oġġettiva. Il-promozzjoni ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-istabbiliment ta’ unjoni ekonomika u monetarja t-tnejn huma objettivi ewlenin taħt l-Artikolu 3 tat-TUE. L-unjoni monetarja, min-natura tal-arkitettura attwali tagħha, mhix mgħammra bil-possibbiltà li timmitiga xokkijiet asimetriċi kbar permezz ta’ mekkaniżmu li jippermetti l-iżgurar b’mod effettiv taż-żamma tal-livell ta’ investiment pubbliku tal-Istati Membri. In-nuqqas ta’ politika monetarja u l-kanali ta’ aġġustament tar-rata tal-kambju fil-livell nazzjonali jillimitaw l-għodda disponibbli biex jindirizzaw xokkijiet asimetriċi fl-Istati Membri taż-żona tal-euro filwaqt li jqiegħdu kull rispons biex jiġi indirizzat tali xokk fuq l-istrumenti nazzjonali li jifdal tal-politika ekonomika, jiġifieri r-riformi strutturali u l-politika fiskali, iżda l-aktar fuq il-politika monetarja unika. Minkejja li l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jibqgħu responsabbli għall-politika monetarja u tar-rata tal-kambju nazzjonali tagħhom, dawk li jadottaw l-euro fil-futur prevedibbli u jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II) bħala parti mit-twettiq tal-obbligi tagħhom rigward il-kisba tal-unjoni ekonomika u monetarja huma de facto diġà limitati fil-politika monetarja u tar-rata tal-kambju tagħhom.

   Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

L-istabbiltà ekonomika tal-unjoni ekonomika u monetarja (UEM) u tal-Istati Membri li adottaw l-euro għandhom dimensjoni għall-Unjoni kollha. L-Istati Membri taż-żona tal-euro huma ekonomikament marbutin ma’ xulxin sew. Jenħtieġ li jiġi evitat li x-xokkijiet ekonomiċi u t-tnaqqis sinifikanti fir-ritmu ekonomiku jwasslu għal sitwazzjonijiet aktar profondi u usa’ ta’ stress, li jħallu impatt negattiv fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali. Madankollu, minħabba l-arkitettura tal-UEM b’politika monetarja unika ċentralizzata iżda politika fiskali deċentralizzata fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri taż-żona tal-euro mhumiex kapaċi biżżejjed jassorbu xokkijiet asimetriċi kbar. Hemm il-ħtieġa li tiġi rinfurzata d-disponibbiltà tal-għodod meta l-UEM tkun iffaċċjata bi problemi kritiċi kull meta jinħoloq tfixkil ekonomiku kbir fi Stati Membri individwali. Minkejja li l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jibqgħu responsabbli għall-politika monetarja u tar-rata tal-kambju nazzjonali tagħhom, dawk li se jadottaw l-euro fil-futur prevedibbli u jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II) bħala parti mit-twettiq tal-obbligi tagħhom rigward il-kisba tal-unjoni ekonomika u monetarja huma de facto wkoll diġà limitati fil-politika monetarja u tar-rata tal-kambju tagħhom. Il-kriżi finanzjarja u sussegwentement ekonomika fiż-żona tal-euro wriet limiti b’saħħithom għall-funzjonament ta’ stabilizzaturi fiskali awtomatiċi u miżuri tal-politika fiskali diskrezzjonarji fil-livell nazzjonali, anki fi Stati Membri b’livelli baxxi ta’ dejn pubbliku u dawk li jidhru bħala finanzi pubbliċi sodi. Dan wassal għal xejra pro-ċiklika għall-politiki fiskali, li kienet detrimentali għall-kwalità tal-finanzi pubbliċi u b’mod partikolari għall-investiment pubbliku. Is-sekwenza tal-avvenimenti turi wkoll li jista’ jitqiegħed wisq piż fuq il-politika monetarja unika biex tipprevedi għall-istabbilizzazzjoni f’ċirkostanzi ekonomiċi severi. Dawn l-osservazzjonijiet jindikaw il-ħtieġa li jiġi stabbilit strument komuni fil-livell tal-Unjoni biex jassorbi dawn ix-xokkijiet bil-għan li jiġu evitati differenzi dejjem jikbru fil-prestazzjoni makroekonomika bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro u anki Stati Membri mhux taż-żona tal-euro li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II), li jipperikola l-koeżjoni ekonomika u soċjali.

L-objettiv ta’ dan ir-Regolament propost ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri b’mod individwali u għalhekk jista’, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 5(3) tat-TUE.

Proporzjonalità

Il-proposta għandha l-għan li tappoġġja l-investiment pubbliku bil-ħsieb li ssaħħaħ il-koeżjoni fl-Istati Membri li jiffaċċjaw xokk asimetriku kbir. Din tistabbilixxi qafas simplifikat għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja fil-forma ta’ self u sussidju tar-rata tal-imgħax. L-istrument huwa għodda komplementari għall-istrumenti eżistenti tal-Unjoni għall-finanzjament ta’ impjiegi, tkabbir u investiment, politiki fiskali nazzjonali iżda wkoll assistenza finanzjarja biex jiġu indirizzati żminijiet ta’ kriżi bħall-EFSM u l-MES.

Il-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tippermetti l-mobilizzazzjoni u l-iżborż effiċjenti u malajr tal-appoġġ mill-Kummissjoni wara t-twettiq tal-kriterji ddefiniti b’mod ċar tal-eliġibbiltà u tal-attivazzjoni kif ukoll il-kriterju li jiddetermina l-investiment pubbliku li jenħtieġ li jiġi appoġġjat.

Fl-istess ħin, il-proposta tillimita għal dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tal-indirizzar ta’ xokk asimetriku kbir billi tappoġġja l-investiment pubbliku. Kull appoġġ skont l-istrument propost huwa soġġett għal kriterji tal-eliġibbiltà stretti bbażati fuq il-konformità ma’ deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet taħt il-qafas ta’ sorveljanza fiskali u makroekonomika tal-Unjoni u għal kriterji tal-attivazzjoni ċari u ddefiniti tajjeb ibbażati fuq l-iskattatur doppju tal-impjiegi. Barra minn hekk, l-Istat Membru benefiċjarju jkollu l-obbligu li juża l-assistenza li jirċievi għall-investiment pubbliku eliġibbli bħala appoġġ għall-objettivi ta’ politika tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni. Huwa previst mekkaniżmu ta’ kontroll u korretiv. L-ammont ta’ self u sussidji tar-rata tal-imgħax huwa ddeterminat fuq il-bażi ta’ formula li tqis kif xieraq il-livell massimu tal-investiment pubbliku eliġibbli li jista’ jiġi appoġġjat u s-severità tax-xokk asimetriku kbir. Barra minn hekk, bil-għan li jiġi żgurat li kemm jista’ jkun Stati Membri possibbli jkunu jistgħu jikkwalifikaw għall-appoġġ ta’ self taħt l-istrument, qed jiġi stabbilit limitu massimu li jkun funzjoni tal-mezzi disponibbli li jifdal fil-baġit tal-UE. Is-sussidji tar-rata tal-imgħax ikopru l-kost tal-imgħax imġarrab mill-Istati Membri fuq is-self li jirċievu mill-istrument. Finalment, bil-għan li jiżdied l-impatt tal-investiment pubbliku u l-appoġġ potenzjali taħt l-iskema, qed jiġi previst proċess li jsaħħaħ il-kwalità tas-sistemi u tal-prattiki tal-investiment pubbliku tal-Istat Membru.

Għażla tal-istrument

Dan l-att jieħu l-forma ta’ Regolament minħabba li joħloq strument ġdid li jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni makroekonomika u għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-valutazzjoni tal-mekkaniżmu propost kienet tiddependi l-aktar fuq il-kompetenza interna. Biex tiġi vvalutata l-attività potenzjali tal-funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni jew tal-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni, saru simulazzjonijiet ibbażati fuq data tal-passat (mill-1985 sal-2017). Dan l-approċċ huwa konformi mal-istandards tal-letteratura dwar is-suġġett (Carnot et al. 2017; Arnold et al. 2018; Claveres and Stráský, 2018). L-impatt ta’ stabbilizzazzjoni kemm tal-funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni kif ukoll tal-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni huwa vvalutat permezz ta’ simulazzjonijiet ta’ mudell makroekonomiku (QUEST huwa żviluppat mill-Kummissjoni u spiss jiġi mmobilizzat biex jivvaluta l-impatt tar-riformi ta’ politika). Ir-riżultati huma konformi ma’ eżerċizzju simili mwettaq mill-FMI (Arnold et al., 2018). B’mod aktar ġenerali, tqieset kif xieraq il-letteratura rilevanti b’orjentament ekonomiku u politiku rigward ir-raġunijiet għal funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni. Id-diskussjonijiet jinsabu għaddejjin ukoll fil-livell tal-Unjoni.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-proposta hija sostnuta minn Valutazzjoni tal-Impatt. Fis-27 ta’ April 2018, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ opinjoni pożittiva b’xi riżervi. [meħtieġa l-inklużjoni ta’ hyperlink rigward l-opinjoni tal-RSB] Il-kwistjonijiet imqajma mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ġew indirizzati fil-verżjoni riveduta tal-Valutazzjoni tal-Impatt Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal [meħtieġa l-inklużjoni ta’ hyperlink rigward l-opinjoni tal-RSB]. Id-deskrizzjoni tal-għażla ta’ politika ewlenija u l-interazzjoni ma’ strumenti oħra ġew elaborati ulterjorment, inklużi l-kompożizzjoni u l-arranġamenti ta’ finanzjament. Il-konklużjoni rigward l-għażla ppreferuta issa hija ppreżentata f’aktar dettall. Anness speċifiku fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Valutazzjoni tal-Impatt jagħti aktar dettalji dwar il-bidliet li saru wara l-opinjoni tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju.

Il-valutazzjoni tal-impatt eżaminat tliet għażliet ta’ politika għal funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni, minbarra l-għażla 1, l-istatus quo:

L-għażla 2 tikkorrispondi għal skema ta’ self u tislif, iffokata fuq l-investiment pubbliku. Aġent ċentrali, jiġfieri l-Unjoni Ewropea tipprovdi s-self flimkien ma’ għotjiet limitati lill-Istati Membri milquta minn xokkijiet kbar sabiex tinżamm l-attività tal-investiment pubbliku. Dan jikkorrispondi fil-biċċa l-kbira għall-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investiment.

L-għażla 3 hija mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni. Il-kontribuzzjonijiet regolari, b’mod partikolari fi żminijiet ekonomiċi normali u tajbin, jew ir-riżorsi proprji jiġu akkumulati fil-fond. Meta Stat Membru jiġi affettwat minn xokk kbir, huwa jibbenefika mill-appoġġ fil-forma ta’ ħlasijiet/għotjiet. Il-kapaċità tas-self limitata aktarx li tkun meħtieġa biex tiżgura l-operat kredibbli u kontinwu.

L-għażla 4 hija baġit iddedikat għaż-żona tal-euro. Il-baġit komuni ma jkunx primarjament immirat lejn l-istabbilizzazzjoni ekonomika, iżda pjuttost lejn il-provvista tal-beni pubbliċi Ewropej. Madankollu, id-dipendenza fuq id-dħul ċikliku (eż. it-taxxa fuq il-kumpaniji) u l-infiq kontroċikliku (pereż. il-benefiċċji tal-qgħad) jikkontribwixxu għall-istabbilizzazzjoni makroekonomika permezz ta’ stabilizzaturi awtomatiċi fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, wieħed seta’ jbassar elementi diskrezzjonarji, li jistgħu jrawmu aktar il-karatteristiċi tal-istabbilizzazzjoni.

Il-Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investiment (l-għażla 2) tikkontribwixxi għall-objettiv tal-koeżjoni billi toffri appoġġ ta’ finanzjament fil-każ ta’ xokk asimetriku kbir li jolqot Stat Membru. Dan l-appoġġ ikun immirat lejn l-investimenti pubbliċi f’setturi ta’ prijorità u jkun soġġett għall-iskattar ekonomiku u għall-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà. Dan l-għoti tal-appoġġ se jipprovdi inċentiv b’saħħtu biex jipproteġi l-investimenti pubbliċi ewlenin u b’hekk iżomm f’livell xieraq l-infiq li huwa essenzjali għat-tkabbir futur tal-ekonomija. Bħala tali l-iskema se trawwem riżultati f’kuntrast qawwi mal-kriżi tal-passat f’xi pajjiżi fejn l-investiment pubbliku kien inqata’ b’mod imdaqqas. L-impatt makroekonomiku tal-istabbilizzazzjoni f’din l-għażla huwa limitat mill-fatt li l-appoġġ jieħu l-forma ta’ self. Meta jkun iffaċċjat b’xokk kbir, l-Istat Membru kkonċernat xorta se jiffaċċja kompromess bejn l-appoġġ tal-attività permezz tal-infiq defiċitarju jew il-kontroll taż-żieda fid-dejn pubbliku tiegħu. Dan il-kompromess madankollu jiġi mmitigat mill-fatt li l-Istat Membru jingħata aċċess għall-finanzjament orħos minn dak tas-suq. Barra minn hekk, l-għoti ta’ finanzjament tal-UE jista’ jeżerċita effett ta’ senjalar b’saħħtu lill-parteċipanti fis-suq, li jista’ jkun katalist biex jiġi evitat it-telf tal-aċċess għas-suq u programm ta’ aġġustament finanzjarju sħiħ. Din l-għażla hija konsistenti ma’ rekwiżit għall-ebda trasferiment permanenti, fis-sens li s-self huwa fin-natura tiegħu appoġġ temporanju u l-Istat Membru kkonċernat huwa legalment meħtieġ li jħallsu lura. Din il-kundizzjoni hija partikolarment importanti. Il-fehma tal-partijiet kkonċernati għadha maqsuma f’dan l-istadju rigward il-ħtieġa u l-forma ta’ funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni, speċjalment minħabba t-tħassib dwar in-newtralità bejn il-pajjiżi. L-għażla 2, għaldaqstant, tista’ tkun aktar vijabbli poltikament, għall-inqas fil-futur qrib.

Il-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni (l-għażla 3) joffri ħlasijiet sinifikanti fil-każ ta’ xokk asimetriku kbir li jolqot Stat Membru, soġġett għall-iskattar ekonomiku u l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà. Dawn “il-ħlasijiet tal-assigurazzjoni” jnaqqsu b’mod sinifikanti l-kompromess fuq żmien qasir iffaċċjat mill-Istati Membri kkonċernati bejn l-attività ta’ appoġġ u l-kontroll taż-żieda fid-dejn u fid-defiċits tagħhom. Il-ħlasijiet għalhekk jikkomplementaw l-istabilizzaturi awtomatiċi nazzjonali f’ċirkostanzi avversi. Dawn jiffaċilitaw it-twettiq ta’ politika fiskali mingħajr xkiel u aktar kontroċiklika tul iċ-ċiklu kollu, li jkun ta’ benefiċċju wkoll għall-kwalità tal-finanzi pubbliċi nazzjonali u għall-evitar ta’ żminijiet tajbin u żminijiet ħżiena fl-investimenti pubbliċi. Skont il-parametrizzazzjoni tagħha, din l-għażla tista’ toffri impatt ta’ stabbilizzazzjoni tad-domanda b’saħħtu, anki għal ammont limitat ta’ kontribuzzjonijiet. L-għażla 3 hija madankollu relattivament ta’ sfida biex tirrikonċilja mal-objettiv ta’ newtralità bejn il-pajjiżi, minħabba xi Stati Membri jistgħu jibbenefikaw minn ħlasijiet aktar spiss jew aktar minn oħrajn, pereżempju għax l-ekonomiji tagħhom jinkludu aktar ċikli volatili. Xi karatteristiċi tat-tfassil jistgħu jkunu importanti biex itejbu l-objettiv tan-newtralità tal-pajjiż, bħall-kontribuzzjonijiet ogħla fi żminijiet tajbin (li jiżguraw li l-ekonomiji volatili jikkontribwixxu aktar u jaċċelleraw il-kostituzzjoni tal-buffers), u forma ta’ klassifikazzjoni tal-esperjenza (kontribuzzjonijiet modulati bħala funzjoni tal-użu fil-passat). Madankollu, l-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati għal din l-għażla tidher imħallta f’dan l-istadju, minħabba li xi wħud jistgħu jarawha li tinvolvi wisq riskji u tmur lil hinn minn rispons proporzjonat għall-isfidi preżenti.

Il-baġit għaż-żona tal-euro (l-għażla 4) jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni ta’ xokkijiet kbar permezz ta’ varjazzjonijiet awtomatiċi maċ-ċiklu tad-dħul u/jew tal-infiq ta’ dak il-baġit. L-effikaċja ta’ dan il-mekkaniżmu tiddependi fuq is-sensittività ċiklika tal-kompożizzjoni tal-baġit u fuq id-daqs tiegħu. L-implikazzjonijiet tal-għażla 4 imorru b’xi mod lil hinn milli jipprovdu funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni, minħabba li baġit sħiħ jimplika li l-kompetenzi allokattivi fuq in-naħat tad-dħul u tal-infiq qed jimxu mil-livell nazzjonali għal dak Ewropew, minbarra l-baġit attwali tal-UE. L-istabbiliment ta’ dan il-baġit ikun għalhekk jenħtieġ rieda politika b’saħħitha u kunsens. Ikunu meħtieġa aktar riflessjonijiet u diskussjonijiet biex jiġi vvalutat il-kontenut tiegħu u tiżdied l-aċċettabbiltà politika.

Jenħtieġ li jiġi nnutat li l-għażliet ta’ politika differenti mhumiex reċiprokament esklussivi u jistgħu jiġu kkombinati. F’dan l-istadju, Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investiment (l-għażla 2) hija l-għażla preferuta. Dan se jġib kontribuzzjoni importanti għall-objettivi elenkati fit-Taqsima 4 tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Għaldaqstant, inżammet mill-Kummissjoni bħala parti mill-proposta tagħha. Il-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni (l-għażla 3) jista’ joffri karatteristiċi ta’ stabbilizzazzjoni effettivi ħafna u jista’ jkun konsistenti man-newtralità tal-pajjiż jekk ikun imfassal tajjeb, iżda jenħtieġu aktar riflessjonijiet u diskussjonijiet biex tiġi vvalutata l-vijabbiltà tiegħu u tiżdied l-aċċettabilità politika tiegħu. Il-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni se jsaħħaħ b’mod sinifikanti l-arkitettura tal-UEM u għalhekk ikun siewi ħafna. Filwaqt li l-Kummissjoni mhix qed tagħmel proposta formali f’dan l-istadju, il-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni jenħtieġ li jitqies bħala parti mill-funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni bħala pakkett, li jżid fuq l-għażla 2 u jikkomplementaha. Dan il-pakkett joħloq ġabra konsistenti li tippermetti stabbilizzazzjoni sinifikanti. L-għażla 4 tista’ toffri xi karatteristiċi ta’ stabbilizzazzjoni, li l-livell tagħhom jiddependi ħafna fuq id-daqs u l-kompożizzjoni tagħha, iżda huma meħtieġa aktar riflessjonijiet u diskussjonijiet biex jiġi vvalutat il-kontenut tagħha u tiżdied l-aċċettabilità politika tagħha.

L-impatt ta’ skema ta’ stabbilizzazzjoni tal-investiment (l-għażla 2) u ta’ mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni (l-għażla 3) ikunu primarjament ta’ natura makroekonomika, skont il-linji diskussi hawn fuq. Barra minn hekk, l-għażla 2, l-istrument ta’ stabbilizzazzjoni tal-investiment, ittejjeb il-kompożizzjoni tal-finanzi pubbliċi billi tipproteġi l-attività tal-investiment pubbliku. Hija taqbad parzjalment dimensjoni ta’ manutenzjoni/titjib tal-ħiliet u għalhekk tinkludi xi benefiċċju soċjali. Fl-għażla 3, il-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni, l-impatt ambjentali u soċjali se jkun pjuttost indirett u diffiċli biex jiġi vvalutat. Fl-għażla 4, il-baġit għaż-żona tal-euro, l-impatt ambjentali u soċjali x’aktarx li jkun pożittiv, imma d-definizzjoni tal-għażla mhix dettaljata biżżejjed biex tippermetti valutazzjoni dettaljata.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta jista’ jkollha implikazzjonijiet baġitarji. Is-self li l-Kummissjoni tista’ tagħti fl-ambitu ta’ dan l-istrument propost lill-Istati Membri huwa funzjoni ta’ livell massimu fiss ta’ EUR 30 biljun. Dan is-self jikkostitwixxi obbligazzjonijiet kontinġenti għall-baġit tal-UE fil-każ li Stat Membru jfalli fuq il-ħlas lura tas-self mogħti taħt l-iskema.

Is-sussidju tar-rata tal-imgħax se jkun iffinanzjat minn Fond ta’ Appoġġ għall-Istabilizzazzjoni mogħni b’kontribuzzjonijiet nazzjonali annwali bbażati fuq is-sehem tal-bank ċentrali nazzjonali ta’ kull Stat Membru taż-żona tal-euro fl-introjtu monetarju tal-Eurosistema. L-istess valur referenzjarju se jintuża għall-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro, li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II). Dawn il-kontribuzzjonijiet nazzjonali jikkostitwixxu dħul assenjat estern u ma għandhomx piż fuq il-baġit tal-UE.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-att jipprevedi għal rapportar u rieżami tal-applikazzjoni tiegħu kull ħames snin. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni li jivvaluta, fost l-oħrajn, l-effikaċja tar-Regolament kif ukoll il-kontribuzzjonijiet tiegħu għat-twettiq tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri taż-żona tal-euro b’tali mod li jsaħħaħ il-koeżjoni fl-Unjoni, biex tintlaħaq l-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u għall-impjiegi, u għall-investiment pubbliku fl-Istati Membri taż-żona tal-euro li jibbenefikaw mill-appoġġ taħt l-att. Ir-rapport għandu jeżamina wkoll l-adegwatezza tal-iżvilupp ta’ mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni li jaqdi l-għan tal-istabbilizzazzjoni makroekonomika. Fejn meqjus xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn emendi proposti għal dan l-att. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Grupp tal-Euro jirċievu r-rapport.

L-evalwazzjonijiet se jsiru skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 8 , fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni u l-politika eżistenti jenħtieġ li jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ għażliet għal azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-programm fil-post fuq il-bażi tal-indikaturi / miri tal-programm u analiżi dettaljata tal-livell sa fejn il-programm jista’ jkun rilevanti, effettiv, effiċjenti, jipprovdi valur miżjud tal-UE biżżejjed u jkun koerenti mal-politiki l-oħra tal-UE. Dawn se jinkludu tagħlimiet meħuda li jidentifikaw kull nuqqas / problema identifikati jew kull potenzjal biex ikomplu jitjiebu l-azzjonijiet jew ir-riżultati tagħhom u biex jiġi mmassimizzat l-użu / l-impatt tagħhom.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-Parti I tar-Regolament propost (l-Artikoli 1 u 2) tipprovdi għall-istabbiliment tal-Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investiment (FESI) bħala strument ta’ assistenza finanzjarja skont l-Artikolu [220] tar-Regolament Finanzjarju bħala appoġġ għall-investiment pubbliku tal-Istati Membri li jkunu qed jiffaċċjaw xokk asimetriku kbir, bil-għan li tissaħħaħ il-koeżjoni. Barra minn hekk, hija tindika l-forom li din l-assistenza finanzjarja tista’ tieħu, jiġifieri s-self u s-sussidji tar-rata tal-imgħax. Barra minn hekk, din il-parti tenfasizza wkoll li r-Regolament jenħtieġ li japplika għall-Istati Membri taż-żona tal-euro kif ukoll għall-Istati Membri, li mhumiex fiż-żona tal-euro, li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II). Din il-parti tipprovdi wkoll għall-aktar definizzjonijiet importanti li jintużaw fl-att kollu.

Il-Parti II tar-Regolament propost (l-Artikoli minn 3 sa 5) tinkludi l-kriterji li jenħtieġ li jiġu ssodisfati minn Stat Membru sabiex jibbenefika mill-appoġġ tal-FESI. Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn żewġ settijiet ta’ kriterji.

L-ewwel nett, l-att propost jinkludi l-kriterji tal-eliġibbiltà bbażati fuq il-konformità ma’ deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet skont il-qafas fiskali tal-Unjoni previst fl-Artikoli 126(8) u 126(11) TFUE u r-Regolament (UE) Nru 1466/97, kif ukoll skont il-qafas ta’ sorveljanza makroekonomika stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1176/2011. Jenħtieġ li jiġi ddeterminat ukoll li fil-każ li Stat Membru taż-żona tal-euro jkun taħt programm ta’ aġġustament makroekonomiku, dan ma jibbenefikax mill-appoġġ ta’ din l-iskema iżda li kwalunkwe ħtiġijiet ta’ finanzjament bħala appoġġ għall-investiment pubbliku jitqiesu bħala parti mill-programm. L-istess sistema hija prevista għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-att propost li jibbenefikaw mill-appoġġ għall-bilanċ tal-pagamenti. Finalment, fil-każ li l-Istati Membri jiftiehmu li jikkonkludu ftehim intergovernattiv għall-finanzjament tas-sussidju tar-rata tal-imgħax, il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet annwali għandu jikkostitwixxi kriterju tal-eliġibbiltà qabel l-Istat Membru jkun jista’ jibbenefika mis-sussidju tar-rata tal-imgħax taħt l-iskema.

It-tieni, jenħtieġ li jiġu previsti l-kriterji tal-attivazzjoni biex ikopru għall-attivazzjoni f’waqtha u effettiva tal-appoġġ tal-FESI. Din l-attivazzjoni jenħtieġ li tiġi ddeterminata permezz ta’ skattatur doppju tal-qgħad li jkun ibbażat kemm fuq ir-rata tal-qgħad nazzjonali meta mqabbla mal-medja tal-passat tagħha, kif ukoll fuq it-tibdil fil-qgħad meta mqabbel ma’ ċertu livell limitu fl-aħħar sena. L-ewwel nett, l-għażla għall-kriterji tal-attivazzjoni bbażati fuq ir-rati tal-qgħad titqies għal bosta raġunijiet. Ir-rata tal-qgħad isservi ta’ indikatur eċċellenti taċ-ċiklu kummerċjali. Barra minn hekk, l-effetti tax-xokkijiet fuq il-finanzi pubbliċi għandhom tendenza li jsegwu wara xi żmien iċ-ċiklu tat-tkabbir u fil-fatt bejn wieħed u ieħor jaqblu maċ-ċiklu tal-qgħad. Barra minn hekk, id-dewmien li jirrifletti l-użu tar-rata tal-qgħad ma jimminax l-utilità tal-għan tal-istabbilizzazzjoni tal-istrument minħabba li għall-ewwel l-Istati Membri jkunu jeħtieġu li jirrikorru għall-istabilizzaturi awtomatiċi u l-politiki tagħhom. It-tieni, l-użu tal-iskattatur doppju tal-attivazzjoni jiżgura bi grad ogħla ta’ assigurazzjoni li l-Istat Membru kkonċernat huwa ffaċċjat b’xokk asimetriku kbir b’element temporanju u speċifiku għall-pajjiż. L-iskattatur doppju tal-attivazzjoni jippermetti wkoll li l-appoġġ ikun immirat fi żminijiet meta l-ekonomija tkun sejra għall-agħar ħafna. L-iskattatur doppju se jkun immirat lejn sitwazzjonijiet fejn qed jiżdied il-qgħad.

Din il-Parti tipprevedi wkoll għall-obbligu mill-Istati Membri li jirċievu l-assistenza skont dan ir-Regolament propost biex jinvestu l-appoġġ f’investiment pubbliku eliġibbli, jiġifieri l-formazzjoni tal-kapital fiss gross mill-amministrazzjoni pubblika bħala appoġġ għall-objettivi ta’ politika identifikati fir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni u l-investiment soċjali (l-edukazzjoni u t-taħriġ) u anki biex jinżamm il-livell ta’ investiment pubbliku inġenerali meta mqabbel mal-investiment pubbliku medju matul l-aħħar ħames snin. Fir-rigward tat-tieni element, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha xi diskrezzjoni fil-valutazzjoni tagħha biex tkopri sitwazzjonijiet fejn l-investiment pubbliku żviluppa b’mod mhux sostenibbli fi Stat Membru. Jenħtieġ li jiġi previst mekkaniżmu korrettiv biex jiġi evitat l-infiq mhux eliġibbli u li l-Unjoni ġġorr ir-responsabbiltà għal self mhux eliġibbli. Dan jidher meħtieġ biex jiġi prottet l-interess finanzjarju tal-Unjoni. Fil-każ li Stat Membru ma jkunx irrispetta dan il-kriterju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun kapaċi titlob il-ħlas lura, sħiħ jew parzjali tas-self u tiddeċiedi li mal-ħlas lura tas-self l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx jista’ jibbenefika minn sussidju tar-rata tal-imgħax. Ir-riżultat ta’ dan il-kontroll jenħtieġ li jkun pubbliku wkoll.

Il-Parti III tar-Regolament propost (l-Artikoli minn 6 sa 8) tinkludi l-proċedura għall-għoti malajr tal-appoġġ tal-FESI. Wara talba, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivverifika t-twettiq tal-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-attivazzjoni u anki tiddeċiedi dwar it-termini tal-appoġġ li jieħu l-forma ta’ self. L-elementi bħall-ammont, il-maturità medja, l-ipprezzar, il-perjodu ta’ disponibbiltà tal-appoġġ jenħtieġ li jiġu stabbiliti. L-Istat Membru benefiċjarju jenħtieġ li jkun intitolat ukoll għal sussidju tar-rata tal-imgħax meta jħallas lura s-self jew meta l-ħlasijiet tal-imgħax ikunu dovuti. Barra minn hekk, din il-parti tal-att propost tiddetermina wkoll il-forom tal-appoġġ tal-FESI.

Il-Parti IV tar-Regolament propost (l-Artikoli minn 7 sa 10) l-ewwel tistabbilixxi l-pakkett finanzjarju għall-istrument. Fir-rigward tas-self, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun kapaċi tikkuntratta s-self fis-swieq finanzjarji bil-għan li terġa’ ssellef lill-Istat Membru kkonċernat. Dan is-self jenħtieġ li jkun limitat għal limitu massimu fiss ta’ EUR 30 biljun. Fir-rigward tas-sussidji tar-rata tal-imgħax, dawn jenħtieġ li jservu biex jegħlbu l-kostijiet tal-imgħax li l-Istati Membri jġarrbu fuq is-self. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun kapaċi tuża l-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni biex tiffinanzja dawn tal-aħħar. Din il-parti tistabbilixxi wkoll il-formuli li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża biex tistabbilixxi l-ammonti tas-self u s-sussidju tar-rata tal-imgħax skont l-istrument tal-FESI.

Fir-rigward tal-komponent tas-self ta’ dan l-istrument jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-formula għad-determinazzjoni tal-livell massimu tal-investiment pubbliku eliġibbli (Is) li jista’ jiġi appoġġjat u l-formula għall-kalkolu tal-ammont tal-appoġġ (S) fil-forma ta’ self. Iż-żewġ formuli jinteraġixxu ma’ xulxin. Il-livell massimu tal-investiment pubbliku eliġibbli (Is) li jista’ jiġi appoġġjat mill-FESI jenħtieġ li jiġi stabbilit b’mod awtomatiku fuq il-bażi ta’ formula li tiġbor il-proporzjon tal-investiment pubbliku eliġibbli għall-PDG fl-UE fuq perjodu ta’ ħames snin qabel it-talba għall-appoġġ minn Stat Membru u l-PDG tal-Istat Membru kkonċernat fuq l-istess perjodu. Dan l-ammont massimu jenħtieġ li jiġi skalat ukoll lejn il-mezzi disponibbli, jiġifieri l-livell massimu fiss iddeterminat fir-Regolament. L-ammont massimu ta’ appoġġ għas-self jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll b’mod awtomatiku fuq il-bażi ta’ formula li tqis il-livell massimu tal-investiment pubbliku eliġibbli li jista’ jiġi appoġġjat u s-severità tax-xokk asimetriku kbir. Is-self jenħtieġ li jkun skalat ukoll bħala funzjoni tas-severità tax-xokk. L-ammont tas-self jista’ jiżdied sal-livell massimu tal-investiment pubbliku eliġibbli (Is) fil-każ li x-xokk asimetriku jkun partikolarment sever. Iż-żieda fir-rata tal-qgħad nazzjonali trimestrali sservi bħala indikatur għal dan il-għan. Finalment, l-appoġġ għas-self jenħtieġ li jkun limitat għal 30 fil-mija tal-mezzi disponibbli li jifdal taħt il-limitu massimu stabbilit għall-kalibrar tas-self għall-mezzi disponibbli fil-baġit tal-UE sabiex jiġi żgurat li kemm jista’ jkun Stati Membri possibbli jikkwalifikaw għall-appoġġ taħt dan l-istrument.

L-ammont tas-sussidju tar-rata tal-imgħax jenħtieġ li jiġi stabbilit b’mod awtomatiku bħala perċentwal fiss tal-kostijiet tal-imgħax imġarrba mill-Istat Membru fuq is-self skont dan l-istrument.

Din il-parti tar-Regolament propost finalment tipprovdi wkoll għall-involviment potenzjali mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) jew mis-suċċessur legali tiegħu fil-każ li dan tal-aħħar jiddeċiedi b’mod awtonomu fil-futur li jipprovdi wkoll assistenza finanzjarja bħala appoġġ għall-investiment pubbliku biex jaħseb għal finijiet ta’ stabbilizzazzjoni makroekonomika. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tiżgura li din l-assistenza tingħata taħt kundizzjonijiet li huma konsistenti ma’ dawk taħt dan ir-Regolament propost. Jenħtieġ li jiġi previst it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni biex tadotta atti delegati biex jissupplimentaw ir-Regolament propost fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni dwar l-elementi differenti tas-self u r-regoli li jiddeterminaw il-komplementarjetà bejn l-assistenza tal-MES u l-appoġġ taħt dan l-istrument ikkalkulati fuq il-bażi tal-formuli għas-self u għas-sussidju tar-rata tal-imgħax.

Il-Parti V tar-Regolament propost (l-Artikoli minn 11 sa 16) tinkludi r-regoli proċedurali għall-iżborż u l-implimentazzjoni tal-appoġġ għas-self skont dan l-istrument. B’mod aktar speċifiku, tikkonċerna r-regoli dwar l-iżborż, l-operazzjonijiet tas-self, il-kostijiet, u l-amministrazzjoni tas-self. Finalment, huma previsti regoli dwar il-kontroll.

Il-Parti VI tar-Regolament propost (l-Artikoli minn 17 sa 19) tipprevedi għall-istabbiliment tal-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni (il-Fond) u għall-użu tiegħu. Il-Fond jenħtieġ li jkun mogħni bil-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri skont il-ftehim intergovernattiv li jistabbilixxi l-metodu għall-kalkolu tagħhom u r-regoli rigward it-trasferiment tagħhom. Għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, il-kontribuzzjonijiet nazzjonali jenħtieġ li jiġu kkalkulati bħala perċentwal tal-introjtu monetarju allokat għall-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet, il-BĊE jenħtieġ li kull sena sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April jikkomunika lill-Kummissjoni l-ammont tal-introjtu monetarju għal kull bank ċentrali nazzjonali. Għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-att propost, l-introjtu monetarju tal-Eurosistema għandu jservi bħala l-bażi tal-kalkolu għall-kontribuzzjoni nazzjonali tiegħu. Jenħtieġ li tiġi applikata skema speċifika. Ladarba dan il-ftehim intergovernattiv ikun konkluż, il-ħlas tas-sussidju tar-rata tal-imgħax għandu jkun bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jkunu ħallsu l-kontribuzzjoni annwali tagħhom.

Il-Fond jenħtieġ li jintuża biss biex iħallas is-sussidju tar-rata tal-imgħax. L-għoti ta’ tali sussidju jenħtieġ li jkun bil-kundizzjoni tad-disponibbiltà ta’ riżorsi fil-Fond u jenħtieġ li tiddaħħal fis-seħħ sistema ta’ differiment tal-ħlas fil-każ li r-riżorsi ma jkunux biżżejjed. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tamministra l-Fond fuq il-bażi ta’ strateġija ta’ investiment prudenti u sikura.

Il-Parti VII tal-att propost (l-Artikolu 20) tipprevedi għal valutazzjoni mill-Kummissjoni tas-sistemi u prattiki tal-investiment pubbliku ta’ kwalità fl-Istati Membri. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li tiġi prevista bħala miżura ta’ akkumpanjament sabiex iżżid l-impatt tal-investiment pubbliku u tal-appoġġ tal-FESI. Il-metodoloġija ddettaljata hija prevista fl-anness għar-Regolament propost u hija bbażata fuq prattiki l-aktar moderni użati mill-FMI u mill-OECD.

Il-Parti VIII tar-Regolament propost (l-Artikoli minn 21 sa 23) tipprevedi għal regoli dwar l-eżerċizzju tas-setgħat delegati, ir-rapportar u r-reviżjoni u d-dħul fis-seħħ tar-Regolament propost. Fir-rigward tar-rapportar regolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li fost l-oħrajn teżamina l-adegwatezza tal-iżvilupp ta’ mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni għall-finijiet tal-istabbilizzazzjoni makroekonomika u jekk tinkludix l-investiment soċjali fl-edukazzjoni u fit-taħriġ fid-definizzjoni ta’ investiment pubbliku eliġibbli hekk kif iċ-ċifri affidabbli jkunu disponibbli.

2018/0212 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment ta’ Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet (3) paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 9 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 10 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 11 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-promozzjoni ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-istabbiliment ta’ unjoni ekonomika u monetarja (UEM) huma objettivi ewlenin tat-Trattati.

(2)It-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika fost l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jikkontribwixxi għall-istabbiltà tal-unjoni monetarja u għall-iżvilupp armonjuża tal-Unjoni inġenerali.

(3)L-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu l-politiki ekonomiċi tagħhom u jenħtieġ li jikkoordinawhom b’tali mod li jilħqu l-objettiv tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

(4)Il-kriżi finanzjarja bla preċedent u t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku li laqtu lid-dinja u liż-żona tal-euro wrew li fiż-żona tal-euro l-istrumenti disponibbli bħall-politika monetarja unika, l-istabilizzaturi fiskali awtomatiċi u l-miżuri tal-politika fiskali diskrezzjonarja fil-livell nazzjonali huma mhumiex biżżejjed biex jassorbu xokkijiet asimetriċi kbar.

(5)Sabiex jiġi ffaċilitat l-aġġustament makroekonomiku u jittaffew ix-xokkijiet asimetriċi kbar fl-istruttura istituzzjonali attwali, l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u Stati Membri oħrajn li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II) jridu jiddependu aktar fuq l-istrumenti li jifdal tal-politika ekonomika, bħall-istabilizzaturi fiskali awtomatiċi u miżuri fiskali diskrezzjonarji oħra, li b’mod ġenerali jagħmlu l-aġġustament aktar diffiċli. Is-sekwenza tal-kriżi fiż-żona tal-euro tissuġġerixxi wkoll dipendenza qawwija fuq il-politika monetarja unika biex tipprevedi għall-istabbilizzazzjoni makroekonomika f’ċirkostanzi makroekonomiċi severi.

(6)Il-kriżi finanzjarja wasslet għal xejra pro-ċiklika għall-politiki fiskali, li kienet detrimentali għall-kwalità tal-finanzi pubbliċi u b’mod partikolari għall-investiment pubbliku. Imbagħad, dan in-nuqqas ikkontribwixxa għal differenzi mifruxa fil-prestazzjoni makroekonomika bejn l-Istati Membri, li jipperikolaw il-koeżjoni.

(7)Għalhekk huma meħtieġa strumenti addizzjonali biex fil-futur jevitaw li xokkijiet asimetriċi kbar jirriżultaw f’sitwazzjonijiet aktar profondi u usa’ ta’ stress u jdgħajfu l-koeżjoni.

(8)B’mod partikolari, sabiex l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jiġu appoġġjati biex iwieġbu aħjar għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi li jinbidlu malajr u biex tiġi stabilizzata l-ekonomija tagħhom billi jinżamm l-investiment pubbliku fil-każ ta’ xokkijiet asimetriċi kbar, jenħtieġ li tiġi stabbilita Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investiment (FESI).

(9)Il-FESI jenħtieġ li ma jkunx biss ta’ benefiċċju għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, iżda għal Stati Membri oħrajn ukoll li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II).

(10)Il-FESI jenħtieġ li jkun strument tal-Unjoni li jikkomplementa l-politiki fiskali nazzjonali. Jenħtieġ li wieħed ifakkar li l-Istati Membri jenħtieġ li jsegwu politiki fiskali sodi u jibnu buffers fiskali fi żminijiet ekonomiċi favorevoli.

(11)Fil-livell tal-Unjoni, il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tas-Semestru Ewropew huwa l-qafas biex jiġu identifikati l-prijoritajiet nazzjonali ta’ riforma u tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji ta’ investiment multiannwali nazzjonali proprji tagħhom biex jappoġġjaw dawn il-prijoritajiet tar-riforma. Dawn l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma annwali bħala mod biex jippreżentaw u jikkoordinaw proġetti ta’ investiment ta’ prijorità li għandhom jiġu appoġġjati minn finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Dawn jenħtieġ li jservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b’mod koerenti u jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li jiġi riċevut b’mod partikolari mill-programmi appoġġjati mill-Unjoni fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-FESI u l-InvestEU, fejn rilevanti.

(12)Il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) jew is-suċċessur legali tiegħu jistgħu jipprovdu aktar appoġġ, minbarra l-appoġġ mill-FESI.

(13)L-appoġġ tal-FESI jenħtieġ li jingħata fil-każ li Stat Membru wieħed jew aktar li l-munita tagħhom hija l-euro jew Stati Membri oħrajn li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II) jiffaċċjaw xokk asimetriku kbir. It-tibdil fir-rati tal-qgħad huwa korrelat ħafna mal-varjazzjonijiet fiċ-ċiklu kummerċjali f’dawn l-Istati Membri. Iż-żidiet qawwija fir-rati tal-qgħad nazzjonali ‘il fuq mill-medja fit-tul tagħhom huma indikatur ċar ta’ xokk kbir fi Stat Membru speċifiku. Ix-xokkijiet asimetriċi jaffettwaw Stat Membru wieħed jew diversi b’mod sinifikanti aktar mill-medja tal-Istati Membri.

(14)L-attivazzjoni tal-appoġġ tal-FESI jenħtieġ li għalhekk tiġi ddeterminata permezz ta’ skattatur doppju tal-attivazzjoni bbażat kemm fuq il-livell tar-rata tal-qgħad nazzjonali meta mqabbla mal-medja tal-passat tagħha kif ukoll fuq it-tibdil fil-qgħad meta mqabbel ma’ ċertu livell limitu.

(15)Il-kriterji tal-eliġibbiltà stretti bbażati fuq il-konformità ma’ deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet skont il-qafas ta’ sorveljanza fiskali u ekonomika tal-Unjoni fi żmien sentejn qabel it-talba għall-appoġġ tal-FESI jenħtieġ li jiġu ssodisfati mill-Istat Membru li jitlob l-appoġġ tal-FESI sabiex ma jonqosx l-inċentiv għal dak l-Istat Membru biex isegwi politiki baġitarji prudenti.

(16)L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro li jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja mill-MES, mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM) jew mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u li jinsabu fi programm ta’ aġġustament makroekonomiku fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 jenħtieġ li ma jibbenefikawx mill-appoġġ tal-FESI minħabba li l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tagħhom inkluż biex jinżamm l-investiment pubbliku huma indirizzati permezz tal-assistenza finanzjarja mogħtija.

(17)L-Istati Membri b’deroga li jibbenefikaw mill-appoġġ tal-bilanċ tal-pagamenti fis-sens tal-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 13 jenħtieġ li ma jibbenefikawx mill-appoġġ tal-FESI minħabba li l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tagħhom inkluż biex jinżamm l-investiment pubbliku huma indirizzati permezz tal-faċilità ta’ assistenza finanzjarja fuq terminu medju mogħtija.

(18)L-appoġġ tal-FESI jenħtieġ li jieħu l-forma ta’ self lill-Istati Membri kkonċernati. Dan l-istrument jipprovdilhom finanzjament biex ikomplu jwettqu l-investiment pubbliku.

(19)Minbarra s-self, is-sussidji tar-rata tal-imgħax jenħtieġ li jingħataw lill-Istati Membri kkonċernati biex ikopru l-kostijiet tal-imgħax imġarrba fuq dan is-self, bħala tip ta’ assistenza finanzjarja skont l-Artikolu 220 tar-Regolament Finanzjarju. Dan is-sussidju tar-rata tal-imgħax jipprovdi appoġġ addizzjonali b’mod parallel għas-self lill-Istati Membri li jkunu għaddejjin minn xokk asimetriku u jkunu qed jiffaċċjaw kundizzjonijiet ta’ finanzjament stretti fis-swieq finanzjarji.

(20)Bil-għan li jiġi pprovdut malajr l-appoġġ tal-FESI, il-kompetenza għall-għoti tas-self meta jiġu ssodisfati l-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-attivazzjoni u d-deċiżjoni rigward l-għoti tas-sussidji tar-rata tal-imgħax jenħtieġ li jiġu fdati lill-Kummissjoni.

(21)L-Istati Membri jenħtieġ li jinvestu l-appoġġ li jirċievu mill-FESI f’investiment pubbliku eliġibbli u anki jżommu l-livell tal-investiment pubbliku inġenerali meta mqabbel mal-livell medju tal-investiment pubbliku matul l-aħħar ħames snin sabiex jiġi żgurat li l-objettiv segwit minn dan ir-Regolament jintlaħaq. F’dan ir-rigward, huwa mistenni li l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu prijorità biex jinżamm investiment eliġibbli fi programmi appoġġjati mill-Unjoni skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

(22)Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina jekk l-Istat Membru kkonċernat irrispettax dawk il-kundizzjonijiet. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità l-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jħallas lura parti jew is-self kollu mogħti u jenħtieġ li ma jkunx intitolat li jirċievi sussidju fuq ir-rata tal-imgħax.

(23)Il-livell massimu tal-investiment pubbliku eliġibbli li jista’ jkun appoġġjat mis-self tal-FESI għal Stat Membru jenħtieġ li jiġi stabbilit b’mod awtomatiku fuq il-bażi ta’ formula li tiġbor il-proporzjon tal-investiment pubbliku eliġibbli għall-prodott domestiku gross (PDG) fl-Unjoni fuq perjodu ta’ ħames snin qabel l-Istat Membru kkonċernat jitlob is-self u l-PDG tiegħu fuq l-istess perjodu. Il-livell massimu tal-investiment pubbliku eliġibbli jenħtieġ li jiġi skalat ukoll permezz ta’ fattur ta’ gradazzjoni (α) lejn il-limitu massimu fiss fil-baġit tal-Unjoni. Dan il-fattur jiġi stabbilit b’tali mod li meta wieħed iħares lura lejn il-kriżi reċenti, l-appoġġ tal-FESI kollu seta’ jingħata lill-Istati Membri kkonċernati, li kieku l-mekkaniżmu kien fis-seħħ.

(24)L-ammont tas-self mill-FESI jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll b’mod awtomatiku fuq il-bażi ta’ formula, li l-ewwel nett tqis il-livell massimu tal-investiment pubbliku eliġibbli li jista’ jiġi appoġġjat permezz tal-FESI u t-tieni s-severità tax-xokk asimetriku kbir. L-appoġġ stabbilit fuq il-bażi ta’ din il-formula jenħtieġ li jiġi skalat ukoll bħala funzjoni tas-severità tax-xokk permezz ta’ fattur (β). Dan il-fattur huwa stabbilit b’tali mod li għal xokk li jżid il-qgħad b’aktar minn 2,5 punti perċentwali, l-ammont massimu ta’ appoġġ ikun disponibbli lill-Istat Membru kkonċernat. Self tal-FESI jista’ jiżdied sa livell massimu ta’ investiment pubbliku eliġibbli f’każ li x-xokk asimetriku jkun partikolarment gravi, kif jidher minn indikaturi oħrajn tal-pożizzjoni tal-Istat Membru fiċ-ċiklu ekonomiku (pereż. l-istħarriġ dwar il-fiduċja) u l-analiżi aktar fil-fond tas-sitwazzjoni makroekonomika (kif issir b’mod partikolari fil-kuntest tat-tbassir makroekonomiku u s-Semestru Ewropew). Bil-għan li jiġi żgurat li kemm jista’ jkun Stati Membri possibbli jkunu jistgħu jikkwalifikaw għall-appoġġ skont il-FESI, is-self lil Stat Membru jenħtieġ li ma jaqbiżx it-30 fil-mija tal-mezzi disponibbli li jifdal taħt il-limitu massimu stabbilit għall-kalibrar tas-self skont il-FESI għall-mezzi disponibbli fil-baġit tal-Unjoni.

(25)L-ammont tas-sussidji tar-rata tal-imgħax mill-FESI jenħtieġ li jiġi stabbilit bħala perċentwal tal-kostijiet tar-rata tal-imgħax imġarrba mill-Istat Membru fuq is-self mogħti mill-FESI.

(26)Il-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni jenħtieġ li jkun stabbilit biex jiffinanzja s-sussidju tar-rata tal-imgħax. Il-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni jenħtieġ li jkun mogħni b’kontribuzzjonijiet nazzjonali mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u Stati Membri oħrajn li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II).

(27)Kemm l-istabbiliment tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni kif ukoll it-trasferiment tagħhom jenħtieġ li jkunu rregolati minn ftehim intergovernattiv li għandu jiġi konkluż bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u Stati Membri oħrajn li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II). Dan il-ftehim jenħtieġ li jipprevedi li l-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri kollha jiġu kkalkulati fuq il-bażi tas-sehem tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fl-introjtu monetarju tal-Eurosistema. Għall-Istati Membri li jipparteċipaw fl-ERM II għandha tiġi prevista skema speċifika biex tistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet nazzjonali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tassisti lill-Istati Membri fil-kalkolu ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet. Għal dan il-għan, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jenħtieġ li jikkomunika lill-Kummissjoni l-ammont tal-introjtu monetarju li l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema huma intitolati għalih.

(28)Wara li dan il-ftehim intergovernattiv ikun daħal fis-seħħ, il-ħlas tas-sussidju tar-rata tal-imgħax lill-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jkun bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jittrasferixxi l-kontribuzzjoni fis-sena tiegħu lill-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni. Il-ħlas tas-sussidji tar-rata tal-imgħax jenħtieġ li jkun kundizzjonali fuq id-disponibbiltà ta’ mezzi suffiċjenti fil-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni. Il-ħlas tas-sussidji tar-rata tal-imgħax mill-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni jkun pospost fil-każ li s-sussidju tar-rata tal-imgħax lil Stat Membru speċifiku jaqbeż it-30 fil-mija tal-mezzi disponibbli fil-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni fil-mument meta dan il-ħlas ikun dovut.

(29)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun inkarigata mill-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni b’mod sikur u prudenti.

(30)Sabiex jiżdied l-impatt tal-investiment pubbliku u tal-appoġġ potenzjali mill-FESI, il-kwalità tas-sistemi u tal-prattiki tal-investiment pubbliku tal-Istati Membri jenħtieġ li tkun żgurata u fejn xieraq imsaħħa. Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni jenħtieġ li titwettaq b’mod regolari u tieħu l-forma ta’ rapport u jekk ikun iġġustifikat jinkludi rakkomandazzjonijiet biex itejbu l-kwalità tas-sistemi u tal-prattiki tal-investiment pubbliku fl-Istati Membri. Stat Membru jista’ jitlob l-assistenza teknika mingħand il-Kummissjoni. Dan tal-aħħar jista’ jwettaq missjonijiet tekniċi.

(31)Sabiex jiġu ddeterminati r-regoli għall-involviment tal-MES jew tas-suċċessur legali tiegħu biex jipprovdu l-assistenza finanzjarja b’mod parallel lill-Kummissjoni bħala appoġġ għall-investiment pubbliku, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti fir-rigward tas-self mill-FESI, l-impatt tal-involviment tal-MES għall-kalkolu tal-ammont tal-appoġġ mill-FESI, u l-għoti ta’ sussidju tar-rata tal-imgħax mill-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni lill-Istat Membru għall-kostijiet imġarrba fuq l-assistenza finanzjarja tal-MES. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati li jistabbilixxu l-perċentwal fil-formula għall-kalkolu tas-sussidju tar-rata tal-imgħax, għar-regoli ddettaljati għall-amministrazzjoni tal-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni u l-prinċipji u l-kriterji ġenerali għall-istrateġija tal-investiment tiegħu. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 14 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(32)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim interistituzzjonali għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi evalwat sabiex tiġi vvalutata l-effikaċja tiegħu, il-kontribuzzjoni tiegħu għat-twettiq tal-politiki ekonomiċi fl-Istati Membri u l-istrateġija tal-Unjoni għall-impjiegi u t-tkabbir, u għall-istabbiliment ta’ żviluppi possibbli oħra li huma meħtieġa sabiex jinħoloq mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni li jaqdi l-għan tal-istabbilizzazzjoni makroekonomika. Dan se jsir fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati kemm ir-regolamentazzjoni żejda kif ukoll il-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi biex jiġu evalwati l-effetti tar-Regolamenti fil-post.

(33)Il-FESI jenħtieġ li jitqies bħala l-ewwel pass fl-iżvilupp matul iż-żmien ta’ mekkanżimu ta’ assigurazzjoni sħiħ li jkopri l-istabbilizzazzjoni makroekonomika. Bħalissa, il-FESI se jkun ibbażat fuq self u fuq l-għoti ta’ sussidji tar-rata tal-imgħax. B’mod parallel, mhuwiex eskluż li l-MES jew is-suċċessur legali tiegħu jkun involut fil-futur billi jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro meta jiffaċċjaw kundizzjonijiet ekonomiċi avversi bħala appoġġ għall-investiment pubbliku. Barra minn hekk, mekkaniżmu volontarju ta’ assigurazzjoni bil-kapaċità ta’ self ibbażat fuq kontribuzzjonijiet volontarji mill-Istati Membri jista’ jiġi stabbilit fil-futur biex jipprovdi strument b’saħħtu għall-finijiet tal-istabbilizzazzjoni makroekonomika kontra x-xokkijiet asimetriċi.

(34)F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod inkorrett u, fejn adatt, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni għandha tikkoopera b’mod sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, biex tagħti d-drittijiet meħtieġa u l-aċċess lill-Kummissjoni, l-OLAF, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-QEA).

(35)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jistabbilixxu b’mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit u implimentat il-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, premji, u jipprevedu verifiki rigward ir-responsabbiltà ta’ atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE

(36)Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investiment biex tassorbi xokkijiet asimetriċi kbar li joħolqu r-riskju li tiġi pperikolata l-koeżjoni ekonomika u soċjali ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-arkitettura tal-UEM b’politika monetarja ċentralizzata imma politiki fiskali nazzjonali, iżda min-naħa l-oħra, minħabba l-iskala tal-azzjoni meħtieġa jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament jillimita għal dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

PARTI I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investiment (FESI).

2. Il-FESI għandu jipprovdi assistenza finanzjarja fil-forma ta’ self u sussidji tar-rata tal-imgħax għall-investiment pubbliku, lil Stat Membru li jkun qed jesperjenza xokk asimetriku kbir.

3. L-appoġġ mill-FESI għandu jkun disponibbli għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u għall-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju msemmi fl-Artikolu 140(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

() “ftehim” tfisser il-ftehim intergovernattiv konkluż bejn l-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro u Stati Membri li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II), li jistabbilixxi l-kalkolu u t-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom lill-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni;

() “investiment pubbliku” tfisser: il-formazzjoni grossa ta’ kapital fiss tal-gvern ġenerali kif definita fl-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 ;

() “investiment pubbliku eliġibbli” tfisser: (a) l-investiment pubbliku b’appoġġ għall-objettivi ta’ politika kif definiti fir-Regolament (UE) Nru [XX] ta’ [XX] [daħħal ir-referenza għar-Regolament il-ġdid dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni] 16 u (b) kull nefqa fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ kif definit fl-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 u li mhumiex koperti fil-punt (a);

() “appoġġ mill-FESI” tfisser assistenza finanzjarja tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu [220] tar-Regolament Finanzjarju fil-forma ta’ self u sussidji tar-rata tal-imgħax skont il-FESI bħala appoġġ għall-investiment pubbliku eliġibbli;

(5) “sistemi u prattiki tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku” tfisser il-proċessi interni tal-Istati Membri tal-ippjanar, l-allokazzjoni u l-implimentazzjoni tal-investiment pubbliku;

(6) “L-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” tfisser il-miri u l-objettivi kondiviżi li jmexxu l-azzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni stabbiliti fil-Konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 fl-Anness I (Strateġija Ewropea Ġdida għall-Impjiegi u t-Tkabbir, Miri Ewlenin tal-UE), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184 17 dwar linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Lulju 2015 u fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1838 18 , u kull reviżjoni ta’ dawn il-miri u l-objettivi kondiviżi.

PARTI II

KRITERJI

Artikolu

Kriterji tal-eliġibbiltà

. Stat Membru għandu jkun eliġibbli għall-appoġġ mill-FESI meta ma jkunx soġġett għal:

() deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv tiegħu skont l-Artikolu 126(8) jew l-Artikolu 126(11) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fis-sentejn ta’ qabel it-talba għal appoġġ mill-FESI;

() deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1466/97 19 li jistabbilixxi li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva biex tiġi indirizzata d-devjazzjoni sinifikanti osservata, fis-sentejn ta’ qabel it-talba għal appoġġ mill-FESI;

() żewġ rakkomandazzjonijiet suċċessivi tal-Kunsill fl-istess proċedura ta’ żbilanċ skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 għal raġunijiet li l-Istat Membru kkonċernat ippreżenta pjan ta’ azzjoni korrettiva insuffiċjenti, fis-sentejn ta’ qabel it-talba għal appoġġ mill-FESI;

) żewġ deċiżjonijiet suċċessivi tal-Kunsill fl-istess proċedura ta’ żbilanċ skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jkun stabbilixxa nuqqas ta’ konformità mill-Istat Membru kkonċernat għal raġunijiet li ma jkunx ħa l-azzjoni korrettiva rakkomandata, fis-sentejn ta’ qabel it-talba għal appoġġ mill-FESI;

) deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-programm ta’ aġġustament makroekonomiku fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013;

(f) deċiżjoni tal-Kunsill li timplimenta faċilità ta’ assistenza finanzjarja ta’ terminu medju fis-sens tal-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 21 .

2. Meta l-ftehim ikun daħal fis-seħħ, l-Istat Membru għandu jkun eliġibbli biss biex jirċievi sussidju tar-rata tal-imgħax jekk jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt il-ftehim.

Artikolu

Kriterji tal-attivazzjoni

. Stat Membru għandu jitqies li qed jesperjenza xokk asimetriku kbir jekk jiġu ssodisfati dawn il-kriterji tal-attivazzjoni li ġejjin:

) ir-rata tal-qgħad nazzjonali trimestrali li taqbeż ir-rata tal-qgħad medja fl-Istat Membru kkonċernat fuq perjodu ta’ 60 trimestru qabel it-trimestru li matulu ssir it-talba;

) ir-rata tal-qgħad nazzjonali trimestrali ta’ aktar miżjuda ‘il fuq minn punt perċentwali meta mqabbla mar-rata tal-qgħad osservata fl-istess trimestru tas-sena ta’ qabel.

. Ir-rata tal-qgħad għall-finijiet tal-paragrafu 1 għandha tiġi ddeterminata b’referenza għar-Regolament (KE) Nru 577/98 22 .

Hija tirreferi, b’mod partikolari, għar-rata tal-qgħad għall-popolazzjoni kollha, il-kategoriji tal-età kollha, f’perċentwal tal-popolazzjoni attiva.

. Ir-rata tal-qgħad nazzjonali trimestrali użata għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tal-punt (c) tal-Artikolu 8(1) għandha tiġi aġġustata għall-istaġjonalità.

Artikolu

Investiment sostnut

. Stat Membru li jibbenefika mill-appoġġ mill-FESI għandu fi kwalunkwe sena partikolari li fiha jirċievi s-self tal-FESI, jagħmel dan li ġej:

() jinvesti f’investiment pubbliku eliġibbli l-ammont li jikkorrispondi għal mill-inqas l-ammont tas-self mill-FESI,

() iżomm l-istess livell tal-investiment pubbliku tiegħu meta mqabbel mal-livell medju tal-investiment pubbliku tiegħu fil-ħames snin preċedenti.

Minkejja kollox, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi meta tadotta d-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu (2) li dan il-livell ta’ investiment pubbliku mhuwiex sostenibbli, f’liema każ għandha tistabbilixxi l-livell ta’ investiment pubbliku li għandu jinżamm.

. Fis-sena ta’ wara l-iżborż tas-self mill-FESI, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-Istat Membru kkonċernat irrispettax il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1. B’mod partikolari, , il-Kummissjoni jenħtieġ li tivverifika sa liema punt l-Istat Membru kkonċernat żamm l-investiment pubbliku eliġibbli fil-programmi appoġġjati mill-Unjoni taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Jekk il-Kummissjoni, wara li tkun semgħet lill-Istat Membru kkonċernat, tikkonkludi li ma kienx hemm konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandha tadotta deċiżjoni:

() li titlob il-ħlas lura bikri ta’ parti mis-self mill-FESI jew tas-self kollu, kif xieraq; u

() li tiddeċiedi li mal-ħlas lura tas-self mill-FESI l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun intitolat li jirċievi s-sussidju tar-rata tal-imgħax.

Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien żejjed u għandha tagħmilha pubblika.

PARTI III

PROĊEDURA U FORMA TAL-APPOĠĠ MILL-FESI

Artikolu

Proċedura għall-għoti tal-appoġġ mill-FESI

. Meta Stat Membru jissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu u jkun qed jesperjenza x-xokk asimetriku kbir, kif imsemmi fl-Artikolu 4, jista’ jitlob lill-Kummissjoni darba fis-sena biex jirċievi l-appoġġ mill-FESI. L-Istat Membru għandu jindika l-ħtiġijiet tiegħu għall-appoġġ.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta u twieġeb it-talbiet fl-ordni li tirċevihom. Għandha taġixxi mingħajr dewmien żejjed.

. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi t-termini tas-self mill-FESI. Id-deċiżjoni għandha tinkludi l-ammont, il-maturità medja, il-formula tal-ipprezzar, u l-perjodu tad-disponibbiltà tas-self mill-FESI u l-ammont tas-sussidju tar-rata tal-imgħax, u r-regoli ddettaljati l-oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-appoġġ. Meta tiddeċiedu fuq it-termini tal-appoġġ tal-FESI, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammont li tqies li jkunu sostenibbli fis-sens tal-Artikolu [210(3)] tar-Regolament (UE, Euratom) Nru XX (ir-“Regolament Finanzjarju”) taħt il-limitu tar-riżorsi proprji għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

PARTI IV

AMMONT TA’ APPOĠĠ MILL-FESI

Artikolu

Ammont massimu ta’ self

L-ammont pendenti ta’ self mogħti lill-Istati Membri taħt dan ir-Regolament għandu jkun limitat għal EUR 30 biljun bħala kapital.

Artikolu

Ammont ta’ self mill-FESI

. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-ammont ta’ self mill-FESI (għandu jiġi stabbilit skont il-formula li ġejja:




Għall-iskop ta’ din il-formula, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

() hija 0,66;

() tfisser il-livell massimu tal-investiment pubbliku eliġibbli li l-FESI jista’ jappoġġja fl-Istat Membru kkonċernat imsemmi fil-paragrafu 2;

(c) tfisser iż-żieda fir-rata tal-qgħad nazzjonali trimestrali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu (1) espressa f’punti perċentwali;

(d) “livell limitu” tfisser il-livell limitu ddefinit fil-punt (b) tal-Artikolu (1) espress f’punti perċentwali.

Minkejja dan, il-Kummissjoni tista’ żżid l-ammont tas-self mill-FESI sal-ammont ta’ fil-każ ta’ severità partikolari tax-xokk asimetriku kbir esperjenzat mill-Istat Membru kkonċernat.

2. Il-livell massimu tal-investiment pubbliku eliġibbli li l-FESI jista’ jappoġġja fi Stat Membru ( għandu jiġi stabbilit skont il-formula li ġejja:

Għall-finijiet ta’ din il-formula japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

() “α” hija 11.5;

(b) "tfisser il-proporzjon tal-investiment pubbliku eliġibbli għall-PDG fl-Unjoni, bil-prezzijiet kurrenti u bħala medja fuq perjodu ta’ ħames snin sħaħ qabel it-talba għall-appoġġ mill-FESI skont l-Artikolu (1);

(c) tfisser il-PDG tal-Istat Membru kkonċernat bil-prezzijiet kurrenti u bħala medja fuq perjodu ta’ ħames snin sħaħ qabel it-talba għall-appoġġ skont l-Artikolu (1);

. Is-self mill-FESI ma għandux jaqbeż it-30 fil-mija tal-ammont disponibbli msemmi fl-Artikolu wara t-tnaqqis tal-ammont totali ta’ self pendenti mogħti taħt il-FESI.

Artikolu

Ammont tas-sussidji tar-rata tal-imgħax mill-FESI

. Is-susssidju tar-rata tal-imgħax (IRS) għandu jikkontribwixxi għall-kostijiet tal-imgħax tas-self mill-FESI mġarrab mill-Istat Membru. L-ammont tas-sussidju tar-rata tal-imgħax mill-FESI għandu jiġi ddeterminat skont il-formula li ġejja:

Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, “kost tar-rata tal-imgħax” tfisser l-ammont tal-imgħax ibbażat fuq il-formula tal-ipprezzar iddeterminata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu (2) billi jitqies kull rifinanzjament skont l-Artikolu 12(4);

. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, biex temenda dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1, fil-każ li dan jidher meħtieġ fl-isfond tal-implimentazzjoni tal-ftehim jew tad-differiment everntwali tal-pagamenti skont l-Artikolu 18(2).

Artikolu

Appoġġ finanzjarju mill-MES jew is-suċċessur legali tiegħu

. Fil-każ li l-MES jew is-suċċessur legali tiegħu jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri bħala appoġġ għall-investiment pubbliku eliġibbli taħt modalitajiet u kundizzjonijiet konsistenti ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21 sabiex:

() tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-MES jew is-suċċessur legali tiegħu fir-rigward tal-elementi msemmija fl-Artikolu 6(2);

(b) tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina r-regoli tal-komplementarjetà bejn l-assistenza finanzjarja mill-MES jew is-suċċessur legali tiegħu u l-ammonti tal-appoġġ mill-FESI kkalkulati skont l-Artikoli 8 u 9;

(c) temenda jew tissupplimenta l-Artikoli 9 u 18 biex tippermetti l-għoti ta’ sussidju tar-rata tal-imgħax mill-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni lill-Istati Membri għall-kostijiet tal-imgħax imġarrba fuq l-assistenza finanzjarja mogħtija mill-MES jew is-suċċessur legali tiegħu lill-Istati Membri bħala appoġġ għall-investiment pubbliku eliġibbli.

PARTI V

PROĊEDURI GĦALL-IŻBORŻ U IMPLIMENTAZZJONI

Titolu I

Is-self

Artikolu

Żborż tas-self

. Is-self mill-FESI għandu bażikament jiġi żborżat f’pagament wieħed.

 

Artikolu

Operazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self

. L-operazzjonijiet ta’ self għandhom jitwettqu fl-euro.

. Wara li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont l-Artikolu (2), hija tkun awtorizzata tissellef mis-swieq kapitali jew mill-istituzzjonijiet finanzjarji fiż-żmien l-aktar xieraq bejn l-iżborżi ppjanati sabiex tottimizza l-kost tal-finanzjament u żżomm ir-reputazzjoni tagħha bħala l-emittent fis-swieq. Il-fondi maħruġa iżda li jkun għadhom ma ġewx żborżati għandhom jinżammu f’kull ħin f’kont apposta ta’ flus jew titoli li jiġu trattati skont ir-regoli li japplikaw għal operazzjonijiet lil hinn mill-baġit, u ma jistgħux jintużaw għal għan ieħor għajr dak tal-għoti ta’ appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri skont il-mekkaniżmu preżenti.

. Meta Stat Membru jirċievi self tal-FESI li fuqu jkun hemm klawżola dwar ir-ripagament bikri u jiddeċiedi li juża din l-għażla, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa.

. Fuq talba mill-Istat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni u fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata tal-imgħax fuq is-self tal-FESI, il-Kummissjoni tista’ tiffinanzja mill-ġdid is-self inizjali kollu, inkella parti minnu, inkella tirristruttura l-kundizzjonijiet finanzjarji korrispondenti.

Artikolu

Kostijiet

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, il-kostijiet imġarrba mill-Unjoni biex tikkonkludi u twettaq kull operazzjoni se jinġarru mill-Istat Membru li jirċievi s-self mill-FESI.

Artikolu

Amministrazzjoni tas-self

. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-amministrazzjoni tas-self mal-BĊE.

. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiftaħ kont speċjali mal-bank ċentrali nazzjonali tiegħu għall-ġestjoni tal-appoġġ riċevut mill-FESI. Għandu jittrasferixxi wkoll il-kapital u l-imgħax dovut fuq is-self mill-FESI f’kont mal-BĊE fi żmien erbatax-il jum ta’ negozju TARGET2 tal-BĊE qabel id-data tal-għeluq korrispondenti.

Titolu II

Is-sussidju tar-rata tal-imgħax

Artikolu

Żborż tas-sussidju tar-rata tal-imgħax

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 16, is-sussidju tar-rata tal-imgħax għandu jitħallas lill-Istat Membru kkonċernat fil-mument meta l-Istat Membru jħallas lura s-self mill-FESI jew l-imgħax dovut.

Titolu III

Il-kontroll

Artikolu

Kontrolli u awditu

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha d-dritt twettaq fl-Istat Membru kkonċernat kwalunkwe kontroll jew awditu finanzjarju li tqis meħtieġ fir-rigward tal-ġestjoni tal-appoġġ mill-FESI.

2. Il-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċju Ewropew Kontra l-Frodi, b’mod partikolari għandu jkollha d-dritt li tibgħat lill-uffiċjali tagħha jew rappreżentanti tagħha awtorizzati kif xieraq, biex iwettqu kwalunkwe kontrolli jew awditi tekniċi jew finanzjarji li hi tqis meħtieġa fir-rigward tal-appoġġ tal-FESI.

3. L-awditi rigward l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew entitajiet, inkluż permezz ta’ oħrajn minbarra dawk mibgħuta mill-istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni, għandhom jifformaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu [127] tar-Regolament Finanzjarju.

PARTI VI

IL-FOND TA’ APPOĠĠ GĦALL-ISTABBILIZZAZZJONI

Artikolu

Kostituzzjoni tal-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni

. Il-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni huwa b’dan stabbilit.

. Il-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni għandu jkun mogħni b’dan li ġej:

(a) kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri skont il-ftehim;

(b) dħul fuq ir-riżorsi investiti tal-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni;

(c) ħlasijiet lura tas-sussidji tar-rata tal-imgħax mill-Istati Membri skont il-punt (b) tal-Artikolu 5(2).

. Id-dħul tal-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni, kif previst fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern, u d-dħul kif previst fil-punt (c) tal-paragrafu 2 għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern skont l-Artikolu [21(4)] tar-Regolament Finanzjarju.

. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, il-BĊE għandu sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April fi kwalunkwe sena partikolari jikkomunika lill-Kummissjoni l-ammont tal-introjtu monetarju allokat lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema skont l-Artikolu 32 tal-Protokoll Nru 4 fuq l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Artikolu

Użu tal-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni

. Ir-riżorsi tal-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni jistgħu jintużaw biss għall-finijiet ta’ ħlas tas-sussidji tar-rata tal-imgħax lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 9.

. Il-ħlas tas-sussidju tar-rata tal-imgħax ma għandux jaqbeż it-30 fil-mija tal-mezzi disponibbli fil-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni fil-mument meta tali ħlas lill-Istat Membru kkonċernat ikun dovut. Kwalunkwe ħlas ieħor għandu jiġi differit. Kull kontribuzzjoni ġdida lill-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(2) għandha l-ewwel tintuża biex tonora l-ħlasijiet differiti lill-Istati Membri kkonċernati. Fil-każ ta’ aktar minn ħlas wieħed differit, l-ordni li fiha għandhom jiġu onorati dawn il-pagamenti għandha tiġi ddeterminata mit-tul ta’ żmien tad-differiment billi tibda mill-itwal żmien.

Artikolu

Amministrazzjoni tal-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni

. Il-Kummissjoni għandha tamministra b’mod dirett il-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni skont dan ir-Regolament u l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 3.

. Il-Kummissjoni għandu jkollha strateġija ta’ investiment prudenti u sikura li hija prevista fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 3 skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba li ssegwi regoli prudenzjali xierqa, u għandha tinvesti l-ammonti miżmuma fil-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni fi flus u fi strumenti tas-suq monetarju ekwivalenti ta’ flus, titoli tad-dejn u titoli relatati mal-kreditu, bħal depożiti ta’ żmien fiss, bonds, noti, obbligi jew titoli garantiti b’assi, inkluż b’kupuni varjabbli jew mingħajr kupuni kif ukoll titoli marbuta mal-indiċi. L-investimenti għandhom ikunu settorjalment, ġeografikament u proporzjonalment diversifikati biżżejjed. Id-dħul fuq dawk l-investimenti għandu jkun ta’ benefiċċju għall-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati għall-amministrazzjoni tal-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni u l-prinċipji u l-kriterji ġenerali għall-istrateġija ta’ investiment tiegħu, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21.

PARTI VII

KWALITÀ TAS-SISTEMI U TAL-PRATTIKI TAL-ĠESTJONI TAL-INVESTIMENT PUBBLIKU

Artikolu

Kwalità tas-sistemi u tal-prattiki tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku

. Sabiex jiżdied l-impatt tal-investiment pubbliku u l-potenzjal tal-appoġġ mill-FESI, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiksbu u jżommu sistemi u prattiki tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku ta’ kwalità għolja.

. Fi [DATA sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament] u mhux aktar tard, u kull ħames snin wara, l-Kummissjoni għandha teżamina l-kwalità tas-sistemi u tal-prattiki tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jkun fih valutazzjoni kwalitattiva u punteġġ ibbażat fuq sett ta’ indikaturi u, jekk meħtieġ, rakkomandazzjonijiet biex itejbu l-kwalità tas-sistemi u tal-prattiki tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

. Il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistemi u tal-prattiki tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku tal-Istati Membri hija stabbilita fl-Anness. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta fuq bażi regolari l-adegwatezza tal-metodoloġija u tal-kriterji użati, u għandha taġġustahom jew timmodifikahom fejn meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubbliku t-tibdil fil-metodoloġija u fil-kriterji sottostanti.

. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati billi temenda jew tissupplimenta dan ir-Regolament billi taġġorna l-metodoloġija u l-kriterji, kif imsemmi fil-paragrafu 3, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21.

PARTI VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu

Eżerċizzju ta’ delega

. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 10, fl-Artikolu 19(3), u fl-Artikolu 20(5) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat minn [DATA/dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 10, fl-Artikolu 19(3) u fl-Artikolu 20(5), tista’ tiġi revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru b’mod konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

. Att delegat adottat skont l-Artikolu 10, l-Artikolu 19(3) u l-Artikolu 20(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu

Rapportar u rieżami

. Indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tar-Regolament lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stipulati fil-premessa 36 u l-Artikolu 1 huma stabbiliti fl-anness 2.

2. Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 21 biex temenda l-Anness II biex tirrevedi jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies meħtieġ u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

3. Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data biex jiġu mmonitorjati l-implimentazzjoni u r-riżultati tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, ir-rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonali għandhom jiġu imposti fuq dawk li jirċievu l-appoġġ FESI.

4. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

5. Ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-FESI, għandha ssir evalwazzjoni interim tal-FESI. Evalwazzjoni finali FESI għandha titwettaq mill-Kummissjoni erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament,

Din l-evalwazzjoni għandha tevalwa, fost affarijiet oħra,

) l-effettività ta’ dan ir-Regolament;

) il-kontribut mill-FESI għat-twettiq tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri b’tali mod li tissaħħaħ il-koeżjoni fl-Unjoni;

) il-kontribut ta’ dan ir-Regolament għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi;

(d) l-adegwatezza tal-iżvilupp ta’ mekkaniżmu volontarju ta’ assigurazzjoni li jaqdi l-għan tal-istabbilizzazzjoni makroekonomika.

Fejn xieraq, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament.

6. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Eurogrupp, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għoxrin jum wara] dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-paragrafu (b) tal-Artikolu 2(2) għandu jidħol fis-seħħ fi [DATA].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Il-President    Il-President

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva

1.2.Qasam (oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

1.3.Natura tal-proposta / tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

1.5.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti

1.2.Qasam (oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

Unjoni Ekonomika u Monetarja

1.3.Il-proposta / L-inizjattiva hija relatata ma’:

X azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 23  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew dirottar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn/ma’ azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-inizjattiva hija segwitu għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2017 dwar strumenti baġitarji ġodda għal żona tal-euro stabbli fil-qafas tal-Unjoni li huwa parti minn pakkett ta’ inizjattivi li japprofondixxu l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa. Din hija msejsa b’mod partikolari fuq ir-Rapport tal-Ħames Presidenti dwar it-twettiq tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa tat-22 ta’ Ġunju 2015 u dwar id-Dokument ta’ Riflessjoni tal-Kummissjoni dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-31 ta’ Mejju 2017.

Se tiġi applikata għall-Istati Membri taż-żona tal-euro kif ukoll għal Stati Membri li ssieħbu fl-ERM II sakemm jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-attivazzjoni stabbiliti fir-Regolament.

Ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fl-[20 jum wara] l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni, li huwa addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Raġunijiet għal azzjoni fuq livell Ewropew (ex ante): Fl-unjoni monetarja hemm bosta linji ta’ difiża kontra x-xokkijiet ta’ tfixkil: swieq flessibbli, inkluż swieq finanzjarji effiċjenti, politiki tal-gvern sodi (inkluż il-bini ta’ buffers fiskali fi żminijiet ekonomiċi tajbin biex ikun hemm spazju biex jiġu assorbiti x-xokkijiet meta jseħħu) u sett ta’ strumenti komuni biex jittrattaw is-sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Madankollu, anki b’dawn l-elementi kollha fis-seħħ, fil-każ ta’ xokkijiet kbar, dawn ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw stabbilizzazzjoni ekonomika xierqa b’mod speċjali f’ekonomiji miftuħa żgħar, kif muri mill-kriżi finanzjarja reċenti. L-istrument fiskali fil-livell taż-żona tal-euro huwa meħtieġ biex ilaħħaq ma’ xokkijiet kbar sabiex jingħeleb it-tfigħ ta’ wisq piż fuq is-sussidjarjetà nazzjonali. Bħala element ta’ komplementarjetà vitali, il-funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni jenħtieġ li tkun attiva fil-każ ta’ xokkijiet kbar li jaffettwaw Stat Membru, jew bosta Stati Membri, meta l-limiti tal-mekkaniżmi l-oħra u tal-politiki nazzjonali jimmaterjalizzaw, u jippreżentaw riskji ekonomiċi kbar għall-Istat Membru nnifsu imma wkoll għaż-żona kollha kemm hi. Ikun importanti li jiġi evitat li xokkijiet u tnaqqis fit-ritmu sinifikanti jirriżultaw f’sitwazzjonijiet ta’ stress aktar profondi u usa’. Il-funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni tevita dawn is-sitwazzjonijiet permezz tal-possibbiltà li tappoġġja lill-Istati Membri taħt stress kbir. Aktar politiki fiskali adegwati u kontroċikliċi fil-livell nazzjonali jikkontribwixxu wkoll għal pożizzjoni fiskali aggregata aktar konsistenti, li tinkludi effetti konsegwenzjali pożittivi għal Stati Membri oħra wkoll. Barra minn hekk, il-funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni se tappoġġja lill-Istati Membri meta l-mezzi għall-istabbilizzazzjoni fil-livell nazzjonali jibdew jonqsu, imma qabel dawn ikunu jeħtieġu li jirrikorru għall-assistenza finanzjarja, biex b’hekk jonqsu potenzjalment il-kostijiet tal-aġġustament.

Valur miżjud iġġenerat tal-Unjoni mistenni (ex post) Il-Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investiment jenħtieġ li tistabbilizza l-investiment pubbliku eliġibbli fl-Istati Membri milquta minn xokkijiet asimetriċi kbar meta l-operazzjoni tal-istabilizzaturi awtomatiċi nazzjonali ma tkunx biżżejjed, il-politika fiskali nazzjonali tiffaċċja kompromess kumpless bejn l-istabbilizzazzjoni u s-sostenibbiltà, il-politika monetarja tkun ristretta u l-koordinazzjoni tal-politika fiskali tkun laħqet il-limiti tagħha. Bl-appoġġ għall-investiment pubbliku, l-iskema tista’ tgħin biex tevita waqgħa sostanzjali fit-tkabbir fuq terminu medju u twil bħala riżultat tal-aġġustament fil-livell nazzjonali u tista’ tikkontribwixxi wkoll għall-Istat Membru milqut li ma jkollux għalfejn jitlob l-assistenza finanzjarja b’riżultat tax-xokk.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

Din hija l-ewwel darba li l-funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni qed tiġi introdotta bħala parti mir-riformi tal-approfondiment tal-UEM. L-aħħar kriżi finanzjarja wriet il-vulnerabbiltà tal-Istati Membri, inkluż dawk b’finanzi pubbliċi sodi ex ante, għal xokkijiet ekonomiċi kbar. Dawn ix-xokkijiet wasslu għal deterjorament sostanzjali fil-pożizzjonijiet fiskali tal-Istati Membri milquta u f’ħafna każijiet wasslu lil dawn l-Istati Membri biex jitolbu programmi ta’ assistenza finanzjarja. Madankollu, sakemm intalbu l-programmi ta’ assistenza finanzjarja, il-kostijiet tal-aġġustament ekonomiku kienu diġà għoljin ħafna u l-aġġustament li segwa kellu impatt sinifikanti fuq ir-rati ta’ tkabbir tagħhom fuq terminu medju u fit-tul. Il-funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni jkollha l-għan li tevita ripetizzjoni ta’ dan ix-xenarju fi kriżijiet futuri.

1.4.4.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa

L-istrument tal-FESI skont ir-Regolament propost huwa konsistenti ma’ strumenti oħra taħt il-politika ta’ koeżjoni. L-istrument jikkomplementa l-programmi appoġġjati mill-Unjoni skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew Soċjali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali li fis-snin riċenti kienu responsabbli għal aktar min-nofs tal-investiment pubbliku totali, b’kontribuzzjoni b’saħħitha għall-proċess tat-tisħiħ tal-irkupru ekonomiku u soċjali tar-reġjuni u tal-pajjiżi madwar l-UE. F’dan ir-rigward qed jiġi nnutat li ġiet stabbilita wkoll rabta akbar bejn il-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew u l-programmi appoġġjati mill-Unjoni skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, bl-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet ex ante u makroekonomiċi permezz tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni. Kundizzjonijiet simili jiddeterminaw l-eliġibbiltà għall-appoġġ skont l-istrument tal-FESI. Barra minn hekk, l-istrument tal-FESI jikkomplementa wkoll strumenti oħra fil-livell tal-UE li jistgħu speċifikament jgħinu biex jittaffew ix-xokkijiet ekonomiċi fuq livell nazzjonali jew lokali bħall-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri / reġjuni milquta minn diżastri ewlenin; u l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, li jipprovdi appoġġ lin-nies li jitilfu l-impjiegi tagħhom bħala riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew bħala riżultat tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali.

1.5.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

 tul ta’ żmien limitat

   fis-seħħ minn [DD/MM]SSSS sa [DD/MM]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

X◻ tul ta’ żmien illimitat

L-implimentazzjoni bil-perjodu tal-bidu fl-[20 jum] wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-proposta se tiġi implimentata biss meta l-Istat Membru benefiċjarju jkun issodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-attivazzjoni. Din tapplika sakemm il-kundizzjoni tal-iskattatur doppju tkun issodisfata.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 24  

X◻ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

◻ pajjiżi terzi jew il-korpi li huma ħatru;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ korpi rregolati bil-liġi pubblika;

◻ korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, ipprovdi d-dettalji fit-Taqsima “Kummenti”.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Wara t-talba mill-Istat Membru, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk l-Istat Membru kkonċernat jissodisfax il-kriterji tal-attivazzjoni u tal-eliġibbiltà biex ikunu intitolat jibbenefika mill-funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni. Barra minn hekk, fis-sena ta’ wara l-iżborż tas-self mill-FESI, il-Kummissjoni se teżamina jekk l-Istat Membru kkonċernat irrispettax il-kundizzjoni li s-self jiġi investit f’investiment pubbliku eliġibbli u li l-Istat Membru żamm l-istess livell ta’ investiment pubbliku meta mqabbel mal-livell medju tal-investiment pubbliku tiegħu fil-ħames snin preċedenti. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-livell tal-investiment pubbliku li jenħtieġ li jinżamm mill-Istat Membru mhuwiex sostenibbli, f’liema każ hija tiddetermina l-livell ta’ investiment pubbliku li għandu jinżamm.

Biex jiġi kkalkulati l-kontribuzzjonijiet lill-Fond tal-FESI, il-BĊE huwa meħtieġ jirrapporta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kwalunkwe sena partikolari l-ammont tal-introjtu monetarju allokat għall-banek ċentrali nazzjonali skont l-Artikolu 32 tal-Protokoll Nru 4 fuq l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-Istati Membri taż-żona tal-euro.

Għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, il-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-istess parametru referenzjarju (l-introjtu monetarju tal-Eurosistema) imma soġġett għal skema ta’ kalkolu speċifika.

Fi żmien sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament u kull ħames snin wara l-Kummissjoni se teżamina l-kwalità tas-sistemi u tal-prattiki tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tħejji rapport li jkun fih valutazzjoni kwalitattiva u punteġġ ibbażat fuq sett ta’ indikaturi. Jekk meħtieġ, se tipprovdi wkoll rakkomandazzjonijiet biex ittejjeb il-kwalità tas-sistemi u tal-prattiki tal-ġestjoni tal-investiment pubbliku. Ir-rapport tal-Kummissjoni se jsir pubbliku.

Kull ħames snin il-Kummissjoni se tirrevedi u tirrapporta dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-rapport se jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Grupp tal-Euro. Fuq il-bażi tar-riżultati tar-rapport, fejn xieraq il-Kummissjoni se takkompanja r-rapport bi proposta għall-emendi għal dan ir-Regolament.

2.2.Sistema(i) ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-Artikolu 16 tar-Regolament jagħti d-dritt lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex twettaq fl-Istat Membru kkonċernat kwalunkwe kontroll jew awditu finanzjarju li tqis meħtieġ fir-rigward tal-ġestjoni tal-appoġġ mill-FESI. Il-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċju Ewropew Kontra l-Frodi għandha d-dritt li tibgħat lill-uffiċjali tagħha jew rappreżentanti tagħha awtorizzati kif xieraq, biex iwettqu kwalunkwe kontrolli jew awditi tekniċi jew finanzjarji li hi tqis meħtieġa fir-rigward tal-appoġġ tal-FESI fl-Istat Membru kkonċernat.

Fir-rigward tal-komponent tas-self tal-iskema, il-Kummissjoni se tiddeċiedi dwar it-termini tas-self (jiġifieri l-ammont, il-maturità medja, il-formula tal-ipprezzar, il-perjodu ta’ disponibbiltà tas-self u l-ammont tas-sussidju tar-rata tal-imgħax u r-regoli ddettaljati l-oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-appoġġ). Il-kostijiet imġarrba mill-Unjoni biex tikkonkludi u twettaq kull operazzjoni se jinġarru mill-Istat Membru li jirċievi s-self mill-FESI. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-amministrazzjoni tas-selfiet mal-BĊE. L-Istat Membru kkonċernat se jiftaħ kont speċjali mal-bank ċentrali nazzjonali tiegħu għall-ġestjoni tal-appoġġ riċevut mill-FESI. Se jittrasferixxi wkoll il-kapital u l-imgħax dovuti fuq is-self mill-FESI f’kont mal-BĊE fi żmien l-erbatax-il jum ta’ negozju TARGET2 tal-BĊE qabel id-data tal-għeluq korrispondenti.

Fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni għas-sussidju tar-rata tal-imgħax, l-Artikolu 19 tar-Regolament jipprevedi li l-Kummissjoni se jkollha strateġija ta’ investiment prudenti u sikura skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba li ssegwi regoli prudenzjali xierqa. Il-Kummissjoni se tinvesti l-ammonti miżmuma fil-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni fi flus u fi strumenti tas-suq monetarju ekwivalenti ta’ flus, titoli tad-dejn u titoli relatati mal-kreditu, bħal depożiti ta’ żmien fiss, bonds, noti, obbligi jew titoli garantiti b’assi, inkluż b’kupuni varjabbli jew mingħajr kupuni kif ukoll titoli marbuta mal-indiċi. L-investimenti se jkunu settorjalment, ġeografikament u proporzjonalment diversifikati biżżejjed. Ir-redditu fuq dawk l-investimenti se jkun ta’ benefiċċju għall-Fond ta’ Appoġġ ta’ Stabbilizzazzjoni.

Il-finanzjament tal-Fond tal-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni se jikkonsisti f’kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, dħul fuq ir-riżorsi investiti tal-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni u l-ħlasijiet lura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5(2)(b) tar-Regolament.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema(i) ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

Is-self mill-FESI mogħti lill-Istati Membri huwa kopert minn garanzija mill-baġit tal-UE u jġorr riskju finanzjarju. L-ammont massimu ta’ self li jista’ jingħata lill-Istati Membri taħt dan ir-Regolament huwa limitat għal EUR 30 biljun bħala kapital. Il-baġit tal-UE għandu d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jaħseb għar-riskju finanzjarju marbut ma’ dan is-self.

Il-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni għas-sussidji tar-rata tal-imgħax ma jirċevix riżorsi mill-baġit tal-UE.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Il-Kummissjoni għandha tivverifika sena wara l-iżborż tal-appoġġ mis-self taħt l-istrument jekk l-Istat Membru benefiċjarju investiex dan f’investiment pubbliku eliġibbli li jikkorrispondi għal mill-anqas l-ammont tas-self u jekk żammx l-istess livell ta’ investiment pubbliku meta mqabbel mal-livell medju tal-investiment pubbliku tiegħu matul il-ħames snin preċedenti, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx qieset li dan il-livell mhuwiex sostenibbli. Fil-każ li dan il-kriterju ma jiġix irrispettat, għandha tiġi adottata deċiżjoni biex titlob il-ħlas lura kmieni tas-self (kollu jew parzjali) u biex ma tħallasx is-sussidju tar-rata tal-imgħax. Dan il-mekkaniżmu korrettiv għandu l-ħsieb li jiżgura li l-baġit tal-Unjoni ma jġarrabx obbligazzjonijiet kontinġenti għal investiment ineliġibbli.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha d-dritt li twettaq fl-Istat Membru kkonċernat kwalunkwe kontroll jew awditu finanzjarju li tqis meħtieġ fir-rigward tal-ġestjoni tal-appoġġ mill-FESI.

Il-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċju Ewropew Kontra l-Frodi se jkollhom id-dritt li jibagħtu lill-uffiċjali tagħhom jew rappreżentanti awtorizzati kif xieraq biex iwettqu kwalunkwe kontrolli jew awditi tekniċi jew finanzjarji li jqisu meħtieġa fir-rigward tal-appoġġ mill-FESI fl-Istat Membru kkonċernat.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru 2
Intestatura Koeżjoni u Valuri

Diff./Mhux diff. 25 .

minn pajjiżi tal-EFTA 26

minn pajjiżi kandidati 27

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

Mhux diff.

LE

LE

LE

IVA

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

<…>

2 Intestatura Koeżjoni u valuri

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali (maqsuma skont il-linji baġitarji elenkati taħt 3.1)

Impenji

(1)

Pagamenti

(2)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 28  

Impenji = Pagamenti

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

Pagamenti

=2+3



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

0,715

0,715

0,715

0,715

0,715

0,858

0,858

5,291

Nefqa amministrattiva oħra

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Impenji totali = Pagamenti totali)

0,715

0,715

0,715

0,715

0,715

0,858

0,858

5,291

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara

l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,715

0,715

0,715

0,715

0,715

0,858

0,858

5,291

Pagamenti

0,715

0,715

0,715

0,715

0,715

0,858

0,858

5,291

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta / L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X    Il-proposta / L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,715

0,715

0,715

0,715

0,715

0,858

0,858

5,291

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,715

0,715

0,715

0,715

0,715

0,858

0,858

5,291

Barra mill-INTESTATURA 7 29
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,715

0,715

0,715

0,715

0,715

0,858

0,858

5,291

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani—

   Il-proposta / L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

X    Il-proposta / L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

5

5

5

5

5

6

6

Delegazzjonijiet

Riċerka

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  30

Intestatura 7

Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  31

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

5

5

5

5

5

6

6

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jġestixxi skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanji

Persunal estern

3.2.3.Il-kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

Il-proposta / L-inizjattiva:

    ma tipprevedix il-kofinanzjament minn terzi persuni

   tipprevedi l-kofinanzjament minn terzi persuni u li qed jiġi stmat hawn taħt:-

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ Euro (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati

3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta / L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

X    Il-proposta / L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

X     fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa X    

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja tal-baġit tad-dħul:

Impatt tal-proposta / tal-inizjattiva 32

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu: X linja pm meħtieġa

Għal dħul assenjat, speċifika l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati.

Rimarki oħra (pereż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

Se jkun hemm dħul assenjat intern mill-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta’ Appoġġ għall-Istabbilizzazzjoni.

(1)    COM(2017) 822 final, is-6 ta’ Diċembru 2018.
(2)    Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa, Rapport minn Jean-Claude Juncker, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ Donald Tusk, Jeroen Dijsselbloem, Mario Draghi u Martin Schulz, it-22 ta’ Ġunju 2015.
(3)    COM(2017) 358, it-28 ta’ Ġunju 2017.
(4)    COM(2017) 2025, l-1 ta’ Marzu 2017.
(5)    COM(2017) 358, it-28 ta’ Ġunju 2017.
(6)    COM(2017) 822 final, is-6 ta’ Diċembru 2018.
(7)    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013.
(8)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14.
(9)    ĠU C , , p. .
(10)    ĠU C , , p. .
(11)    ĠU C , , p. .
(12)    Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwarit-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L140, 27.5.2013, p. 1).
(13)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilita' li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p.1).
(14)    ĠU L 231, 12.5.2016, p. 1
(15)    ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-Sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea, ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1
(16)    [Daħħal ir-referenza korretta għall-verżjoni l-ġdida tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]
(17)    ĠU L 192, 18.7.2015, p. 27
(18)    ĠU L 280, 18.10.2016, p. 30
(19)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika, ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1
(20)    Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi, ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25
(21)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002, ĠU L 53/1, 23.02.2002, p. 1
(22)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità, ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3
(23)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(24)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(25)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux-diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(26)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles
(27)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent
(28)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġja l-implimentazzjoni ta’ programmi u / jew ta’ azzjonijiet tal-UE (preċendement linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(29)    Assistenza teknika u / jew amministrattiva u nefqa li tappoġġja l-implimentazzjoni ta’ programmi u / jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(30)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(31)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji “BA”).
(32)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Brussell,31.5.2018

COM(2018) 387 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar l-istabbiliment ta' Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti

{SEC(2018) 277 final}
{SWD(2018) 297 final}
{SWD(2018) 298 final}


ANNESS I

METODOLOĠIJA GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-KWALITÀ TAS-SISTEMI U PRATTIKI TA’ ĠESTJONI TAL-INVESTIMENT PUBBLIKU TAL-ISTATI MEMBRI

1. Kamp ta' applikazzjoni

Il-valutazzjoni tal-kwalità tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità tal-investiment tal-Istati Membri għandha tikkontribwixxi għall-kwalità għolja tagħhom, bil-għan li jiżdied l-impatt tal-investiment pubbliku u ta’ kwalunkwe appoġġ potenzjali tal-FESI. Valutazzjoni bħal din għandha tgħin sabiex iżżid l-effiċjenza fl-ippjanar, fl-allokazzjoni, u fl-implimentazzjoni tal-investiment pubbliku fil-livell nazzjonali.

L-indikaturi huma bbażati fuq il-prinċipji stabbiliti minn dan ir-Regolament fir-rigward tal-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-FESI, il-kriterji tal-eliġibbiltà, u l-kriterji ta’ attivazzjoni.

2. Indikaturi

Fil-kuntest tal-valutazzjoni kwalitattiva msemmija fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni teżamina ħmistax-il indikatur fir-rigward tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi tliet stadji differenti taċ-ċiklu ta’ investiment pubbliku.

It-tliet stadji ewlenin taċ-ċiklu ta’ investiment pubbliku huma:

1. l-ippjanar tal-investiment pubbliku fis-settur pubbliku (“fażi tal-ippjanar”);

2. l-allokazzjoni tal-investiment pubbliku għal setturi u proġetti (“fażi tal-allokazzjoni”);

3. l-implimentazzjoni ta’ proġetti f’konformità mal-iskadenzi u mal-limiti tal-baġit baġit (“fażi tal-implimentazzjoni”)

L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw biex jivvalutaw il-fażi tal-ippjanar:

(a) ir-regoli u l-prinċipji fiskali jiżguraw, b’mod ġenerali, li l-livelli tal-investiment pubbliku jkunu adegwati, prevedibbli u sostenibbli;

(b) il-pjanijiet settorjali jiżguraw li d-deċiżjonijiet ta’ investiment pubbliku huma bbażati fuq prijoritajiet, stimi tal-ispejjeż u objettivi ċari u realistiċi għal kull settur;

(c) l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni lokali u ċentrali jkunu tali li l-pjanijiet ta’ investiment pubbliku jiġu integrati fil-livelli kollha ta’ gvern, jipprovdu ċertezzi dwar il-finanzjament mill-amministrazzjoni u jiżguraw livelli sostenibbli ta’ self fil-livell sottonazzjonali;

(d) il-ġestjoni tas-sħubijiet pubbliċi-privati (PPP - public-private partnerships) tiżgura evalwazzjoni, għażla u monitoraġġ effettivi tal-proġetti u l-obbligazzjonijiet tal-PPP;

(e) ir-regolamenti li jirregolaw il-kumpaniji tal-infrastruttura jiżguraw swieq miftuħa u kompetittivi għall-provvediment ta’ servizzi ta’ infrastruttura, ipprezzar objettiv tal-outputs tal-infrastruttura u sorveljanza effettiva tal-pjanijiet ta’ investiment tal-kumpaniji tal-infrastruttura.

L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw biex jivvalutaw il-fażi tal-allokazzjoni:

(a) ibbaġitjar pluriennali li jipprovdi trasparenza u prevedibbiltà rigward il-livelli ta’ investiment skont il-ministeru, il-programm u l-proġett fuq żmien medju;

(b) il-kompletezza tal-baġit, li għandha tkun riflessa mill-fatt li l-investiment pubbliku kollu jkun xi jkun il-mezz ta’ finanzjament huwa awtorizzat mil-leġiżlatur u żvelat fid-dokumentazzjoni tal-baġit;

(c) l-unità tal-baġit, li jfisser li d-deċiżjonijiet dwar il-proġetti individwali iqisu kemm il-kostijiet immedjati ta’ kapital, kif ukoll l-ispejjeż ta’ operat u ta’ manutenzjoni futuri;

d) evlwazzjoni tal-proġetti li jfisser li l-proposti tal-proġett ikunu soġġetti għal evalwazzjoni ppubblikata bl-użu ta’ metodoloġija standard u jikkunsidraw ir-riskji potenzjali;

(e) għażla tal-proġetti li għandha tkun riflessa mill-fatt li l-proġetti huma magħżula b’mod sistematiku u approvati fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u inklużi fil-proġetti proġetti ppjanati ta’ investiment pubbliku li ġew approvati.

L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw biex jivvalutaw il-fażi tal-implimentazzjoni:

(a) il-protezzjoni tal-investiment pubbliku għandha tkun riflessa permezz ta’ approprjazzjonijiet ta’ proġetti li jkunu suffiċjenti biex ikopru l-kostijiet totali tal-proġetti u li ma jistgħux jiġu ddevjati fid-diskrezzjoni tal-eżekuttiv;

(b) id-disponibilità ta’ finanzjament, li tippermetti l-ippjanar u l-impenn ta’ proġetti ta’ investiment ibbażati fuq previżjonijiet affidabbli u flussi ta’ flus f’waqthom mit-teżor;

(c) it-trasparenza tal-eżekuzzjoni tal-baġit: proġetti kbar ta’ investiment pubbliku huma sottomessi għal proċess kompetittiv u trasparenti, jiġu ssorveljati waqt l-implimentazzjoni tagħhom u huma sottomessi għal awditu indipendenti;

(d) il-ġestjoni tal-proġetti: jiġi nominat maniġer ta’ proġett responsabbli, li jaħdem f’konformità ma’ pjanijiet ta’ implimentazzjoni mtejba u jipprovdi proċeduri u linji gwida standard għall-aġġustament tal-proġett

(e) il-monitoraġġ tal-assi pubbliċi: l-assi jiġu rikonoxxuti, imkejla u rapportati b’mod xieraq u d-deprezzament tagħhom jiġi rikonoxxut f’rapporti finanzjarji għal skop ġenerali.

3. Tabella ta’ valutazzjoni u rapportar

Tabella ta’ valutazzjoni u tabella grafika sommarja ġew stabbiliti għal kull Stat Membru bil-għan li juru b’mod trasparenti l-punti tajbin u d-dgħufijiet tas-sistemi u l-prattiki ta’ ġestjoni tal-investiment pubbliku.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta s-sejbiet tal-valutazzjoni tagħha f’rapport indirizzat lill-Istati Membri.

4. Rakkomandazzjonijiet

Il-Kummissjoni tista’ tindirizza rakkomandazzjonijiet prattiċi lill-Istati Membri abbażi tal-valutazzjoni tagħha biex tippermetti lill-Istat Membru kkonċernat ittejjeb l-effiċjenza tas-sistemi u l-prattiki ta’ ġestjoni tal-investiment pubbliku tiegħu.


Brussell,31.5.2018

COM(2018) 387 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar l-istabbiliment ta' Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti

{SEC(2018) 277 final}
{SWD(2018) 297 final}
{SWD(2018) 298 final}


ANNESS II

MONITORAĠĠ TAL-INDIKATURI GĦAR-RAPPORTAR U R-RIEŻAMI

1. Kamp ta’ applikazzjoni

Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament u l-paragrafu 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas-13 ta’ April 2016, jeħtieġ li ssir evalwazzjoni tar-Regolament sabiex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tar-Regolament lejn il-kisba tal-objettivi stipulati fil-premessa 35 u l-Artikolu 1.

Dan se jsir fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjoni żejda u piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tar-Regolament fuq il-post.

2. Indikaturi

Fil-kuntest tar-rieżami u tar-rapportar imsemmija fl-Artikolu 22, il-Kummissjoni tista’ tuża l-indikaturi li ġejjin biex tirrieżamina u tirrapporta dwar il-progress tar-Regolament lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu:

(a) il-PDG;

(b) il-miżuri tal-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni;

(c) l-impjieg, ir-rata ta’ qgħad, ir-rati ta’ parteċipazzjoni, l-indikaturi tal-impjieg part-time, is-sigħat maħduma;

(d) il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss tal-amministrazzjoni pubblika, inkluża d-data settorjali;

(e) il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss iffinanzjata mill-programmi appoġġjati mill-Unjoni skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali;

(f) il-kontijiet tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż il-bilanċ baġitarju, il-bilanċ baġitarju aġġustat ċiklikament, il-pożizzjoni baġitarja, id-defiċit pubbliku, id-dejn, ix-xejriet tad-dħul, inkluż dħul mhux previst u nuqqasijiet, l-istabilizzaturi awtomatiċi, in-nefqa fuq l-imgħax;

(g) id-data tas-suq finanzjarju, bħar-rati tal-imgħax ta’ bonds sovrani.