IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 1.6.2018
COM(2018) 385 final
2018/0209(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
{SEC(2018) 275 final}
{SWD(2018) 292 final}
{SWD(2018) 293 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
Din il-proposta tipprevedi data ta’ applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, b’konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.
•Raġunijiet u għanijiet
Il-problemi ambjentali u klimatiċi għandhom impatt fuq is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-UE, u fuq id-disponibbiltà u l-istatus tar-riżorsi naturali, li jimplikaw kostijiet soċjali u ekonomiċi. It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju hija proġett ta’ modernizzazzjoni ekonomika għall-Ewropa u prijorità tal-Kummissjoni Juncker. It-tranżizzjoni lejn ekonomija moderna, nadikfa u aktar ċirkolari tirrikjedi bidliet fix-xejriet tal-investimenti lejn infrastrutturi ġodda, teknoloġiji ġodda, mudelli ġodda tan-negozju, u modi ġodda ta’ produzzjoni u konsum ta’ kull tip ta’ oġġetti u servizzi, fosthom l-ikel u r-riżorsi naturali. L-UE hija mexxejja globali għall-ħarsien ambjentali u l-azzjoni klimatika. Matul dawn l-aħħar 40 sena, daħħlet fis-seħħ firxa wiesgħa ta’ politiki, fondi u għodod ambjentali li jirriflettu l-aktar standards moderni fid-dinja. L-UE trid iżżomm u ssaħħaħ dan ir-rwol.
Li ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna, hija ħtieġa kif ukoll prijorità. LIFE għandu rwol katalitiku biex jgħin fit-trasformazzjoni tal-Unjoni f’ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u f’soċjetà reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Permezz tal-appoġġ tiegħu mmirat lejn il-politika u lejn azzjonijiet favur id-dħul fis-suq, il-programm LIFE jippreserva, jipproteġi u jtejjeb il-kwalità tal-ambjent, jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u jsegwi l-utilizzazzjoni prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali.
Barra minn hekk, LIFE jikkontribwixxi wkoll għall-impenji tal-UE skont il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, l-Unjoni tal-Enerġija u l-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u l-għanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni fit-tul. Huwa wkoll konsistenti mal-ambizzjoni tal-UE li ssir mexxejja globali fl-enerġija rinnovabbli.
Kif imfakkar fil-Komunikazzjoni “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli”, l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u s-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli huma qafas ta’ gwida essenzjali għall-politiki kollha tal-UE u bħala tali għandhom ikunu integrati tul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur kollu.
Filwaqt li l-attivitajiet taħt il-Programm LIFE għall-2014 sal-2020 jittrattaw ċerti problemi direttament fil-prattika, l-impatt ewlieni tal-programm huwa indirett permezz tar-rwol katalitiku tiegħu: l-appoġġ għal azzjonijiet ta’ skala żgħira maħsuba biex jibdew, jespandu jew jaċċelleraw il-prassi ta’ produzzjoni, distribuzzjoni u konsum sostenibbli, u l-protezzjoni tal-kapital naturali, permezz ta’:
–l-iffaċilitar tal-iżvilupp u tal-iskambju tal-aħjar prassi u tal-għarfien;
–il-bini tal-kapaċitajiet u t-tħaffif tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki ambjentali u klimatiċi u l-iffaċilitar tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa;
–għajnuna lill-partijiet ikkonċernati biex jittestjaw teknoloġiji u soluzzjonijiet fuq skala żgħira, u
–mobilizzazzjoni ta’ finanzjment minn sorsi oħra.
Dan l-approċċ jenħtieġ li jiġi segwit b’mod ulterjuri taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2021 sal-2027.
L-integrazzjoni tal-klima fl-istrumenti kollha tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss se żżid il-finanzjament disponibbli meħtieġ għall-innovazzjoni li hemm bżonn, l-aġġustament soċjali, u r-responsabbilizzazzjoni tal-intrapriżi, tal-ħaddiema u taċ-ċittadini biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet u l-ħiliet sabiex jgħinu biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima. Il-programm LIFE se jikkontribwixxi għall-innovazzjoni fuq skala żgħira, biex jgħin liċ-ċittadini jieħdu azzjoni dwar il-klima u għall-komunitajiet tagħhom.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-programm LIFE huwa l-uniku fond tal-UE ddedikat biss għall-għanijiet ambjentali u klimatiċi. Bil-baġit relattivament modest tiegħu, huwa mmirat lejn niċċa bejn il-programmi tal-UE li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni minn naħa waħda u l-programmi tal-UE li jiffinanzjaw l-użu fuq skala kbira ta’ miżuri min-naħa l-oħra. Għalhekk il-programm inaqqas id-distakk bejn l-iżvilupp ta’ għarfien ġdid u l-implimentazzjoni tiegħu.
Fil-livell tal-UE, investimenti kbar f’azzjonijiet ambjentali u klimatiċi huma ffinanzjati primarjament minn programmi ta’ finanzjament ewlenin, li jintegraw l-għanijiet ambjentali u klimatiċi fl-għanijiet tagħhom (integrazzjoni), inklużi l-fondi għall-iżvilupp reġjonali, il-fondi għall-iżvilupp agrikolu u rurali, il-fondi marittimi u tas-sajd, il-programm ta’ riċerka u innovazzjoni Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, kif ukoll l-istrumenti ta’ politika esterna u l-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li l-impatt ewlieni ta’ LIFE huwa indirett permezz tar-rwol tiegħu bħala katalizzatur li jappoġġa azzjonijiet fuq skala żgħira maħsuba biex jibdew, jespandu jew jaċċelleraw prattiki ta’ produzzjoni, distribuzzjoni u konsum nodfa u sostenibbli, u li jtejjeb il-kwalità tal-ambjent u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi tal-Unjoni.
Għandhom jiġu mfittxija sinerġiji bejn l-għotjiet iffinanzjati minn LIFE u programmi oħra tal-UE, (eż. proġetti ta’ dimostrazzjoni fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa), minħabba li l-programmi, filwaqt li għandhom għanijiet distinti u huma differenti fid-daqs u fin-natura, għandhom attivitajiet relatati ma’ xulxin. Orizzont Ewropa se jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali u l-prijoritajiet tal-UE permezz ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni - infurmati permezz tal-proċess ta’ ppjanar strateġiku - b’mod partikolari f’“raggruppamenti” ddedikati. Bħala regola ġenerali, Orizzont l-Ewropa għandu jkopri l-attivitajiet li jappoġġaw l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u d-dħul fis-suq ta’ soluzzjonijiet innovattivi li għandhom dimensjoni transnazzjonali, u li huma l-ewwel tat-tip tagħhom fl-UE u li għandhom potenzjal tajjeb għar-replikazzjoni fl-Unjoni. L-effett katalitiku tal-proġetti tradizzjonali tal-programm LIFE se jkun li jiżviluppaw, jittestjaw jew juru teknoloġiji jew metodoloġiji xierqa għall-implimentazzjoni ta’ politika ambjentali u klimatika tal-UE fuq l-art f’kuntesti speċifiċi, li sussegwentement jistgħu jiġu skjerati fuq skala kbira, iffinanzjati minn sorsi oħra. Il-potenzjal ta’ InvestEU jista’ jintuża biex jiġu ffinanzjati proġetti strateġiċi dwar in-natura u integrati, u biex tiġi appoġġata l-adozzjoni tal-Programm.
F’ċerti oqsma (jiġifieri n-natura u l-bijodiversità, inklużi l-ekosistemi tal-baħar) il-Programm LIFE għandu rwol uniku u essenzjali. Is-sinerġiji u l-kumplementarjetajiet ġew osservati b’mod partikolari mal-programmi għall-iżvilupp rurali, iżda wkoll, pereżempju, bejn il-proġetti ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u l-ġestjoni tar-riskji ta’ diżastri. Dawk is-sinerġiji u l-kumplementarjetajiet jenħtieġ li jissaħħu taħt il-Programm LIFE 2021-2027 li jmiss, anki billi jiġi aġġustat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm ta’ riċerka fir-rigward ta’ ċerti attivitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
L-integrazzjoni tas-subprogramm Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa fil-Programm LIFE iżżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-UE filwaqt li toffri potenzjal rikk għal sinerġiji ma’ azzjonijiet dwar l-ambjent u l-klima.
Teżisti kumplementarjetà ċara mal-finanzjament tal-azzjoni ta’ riċerka u innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa fi ħdan Orizzont Ewropa. Is-soluzzjonijiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni żviluppati f’Orizzont Ewropa permezz tal-appoġġ tal-prekursuri, se jipprovdu l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ teknoloġiji u prattiki tajbin li fi stadju aktar tard jistgħu jiġu replikati bl-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa.
Is-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) huma kumplimentari f’termini tan-natura u l-loġika ta’ intervent sottostanti. B’mod partikolari, id-dimensjoni transfruntiera hija essenzjali għal-loġika ta’ intervent mill-FNE.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika u sussidjarjetà
L-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huwa l-bażi għall-azzjoni tal-UE dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima. L-attivitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa huma wkoll koperti minn din il-bażi ġuridika billi jikkontribwixxu b’mod dirett għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Fi ħdan il-Programm LIFE attwali, ċerti attivitajiet li jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija u l-użu tal-enerġija rinnovabbli diġà huma ffinanzjati bħala kontribuzzjonijiet sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, u spiss ukoll jiġġeneraw kobenefiċċji ambjentali (eż. it-titjib fil-kwalità tal-arja).
Il-biċċa l-kbira tal-problemi ambjentali huma transkonfinali jew transnazzjonali u ma jistgħux jissolvew b’mod adegwat mill-Istati Membri waħedhom. L-intervent tal-UE huwa meħtieġ biex jiġu stabbiliti mekkaniżmi adegwati li jittrattaw dawn il-problemi b’mod effiċjenti u jevitaw fallimenti ta’ koordinazzjoni.
Barra minn hekk, l-assi ambjentali huma oġġetti pubbliċi Ewropej li t-tmexxija tajba tagħhom hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET RETROSPETTIVI, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet retrospettivi
Għalkemm l-evalwazzjoni riċenti ta’ nofs it-terminu ta’ LIFE mill-2014 sal-2020 (MTE) twettqet fi stadju bikri tal-implimentazzjoni tal-programm, meta l-proġetti tal-2014 u l-2015 kienu għadhom biss fil-bidu, din xorta kkonfermat li l-programm kien fit-triq it-tajba biex ikun effettiv, effiċjenti u rilevanti u li kien qed jikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020. Barra minn hekk, bosta mill-partijiet ikkonċernati jqisu li LIFE huwa strument importanti ħafna biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet ambjentali u klimatiċi.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Bħala parti mill-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ LIFE, saret firxa wiesgħa ta’ attivitajiet ta’ konsultazzjoni, inklużi (i) konsultazzjoni pubblika ta’ 12-il ġimgħa b’aktar minn 250 rispons, (ii) sitt stħarriġiet speċifiċi b’aktar minn 200 rispons, u (iii) aktar minn 150 intervista (u fejn rilevanti żjarat fuq il-post) tal-gruppi tal-partijiet ikkonċernati ewlenin, inklużi benefiċjarji ta’ proġetti, koordinaturi ta’ proġetti, servizzi tal-Kummissjoni, uffiċjali tal-EASME, esperti esterni ta’ monitoraġġ u partijiet ikkonċernati tal-istrumenti finanzjarji.
L-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tqiesu wkoll, peress li kienu jipprevedu għażliet possibbli għall-Programm LIFE ta’ wara l-2020.
Għall-finijiet ta’ din il-proposta, il-konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati ġiet ikkomplementata b’opinjonijiet li waslu minn Organizzazzjonijiet Nongovernattivi u minn għadd ta’ attivitajiet oħra ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri.
Il-konsultazzjonijiet ikkonfermaw ir-rilevanza tal-programm biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-problemi fil-qasam tal-klima u l-ambjent u l-importanza tal-kontinwazzjoni tiegħu, inklużi t-tipi ewlenin kollha ta’ interventi. Madankollu, ġiet enfasizzata l-ħtieġa għas-simplifikazzjoni tal-amministrazzjoni tiegħu. Ġie ssuġġerit tisħiħ tal-effetti katalitiċi u tal-potenzjal tal-proġetti integrati.
•Valutazzjoni tal-impatt
Sabiex jittejbu l-prestazzjoni u r-rwol katalitiku tal-programm, ġew esplorati żewġ għażliet bil-għan li tittejjeb l-aċċessibbiltà tiegħu għall-applikanti mill-Istati Membri kollha tal-UE. L-għażla li jingħata appoġġ ċentralizzat lin-Netwerk sħiħ tal-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCP) minflok lill-proġetti nazzjonali attwali għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet (aċċessibbli biss għal ċerti Stati Membri) ġiet ivvalutata b’mod pożittiv u jenħtieġ li tiġi implimentata. L-għażla li jiżdied il-livell ta’ kofinanzjament tista’ titqies aktar tard u possibbilment tista’ tiġi aġġustata matul l-implimentazzjoni tal-programm.
Tqiesu diversi għażliet kumplementari biex jittejbu l-prestazzjoni u r-rwol katalitiku tal-Programm. Dawn kienu vvalutati b’mod pożittiv. L-estensjoni tal-użu ta’ proġetti integrati, fi proġetti integrati strateġiċi (SIPs) futuri, tqieset bħala l-mekkaniżmu li jiġġenera l-ogħla impatt abbażi tal-esperjenza pilota tal-proġetti integrati fil-programm LIFE attwali. Iż-żieda fil-kamp ta’ applikazzjoni u fil-volum għall-proġetti integrati strateġiċi tqieset bħala prijorità ewlenija. Dan ikun jeħtieġ żieda fil-baġit meta mqabbel mal-baġit attwali ta’ LIFE.
Mill-valutazzjoni tal-impatt jirriżulta li l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa li jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, li bħalissa huwa ffinanzjat taħt Orizzont 2020 għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020, jenħtieġ li jitressaq fi ħdan LIFE fil-QFP li jmiss. Ir-raġuni kienet aktar l-adegwatezza tal-programm LIFE f’termini ta’ loġika ta’ intervent, għanijiet u mekkaniżmi eżekuttivi kif ukoll il-grupp ta’ benefiċjarji mmirat meta mqabbla mal-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni li huwa aktar adattat għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji bla preċedent milli biex jappoġġa r-replikazzjoni u l-espansjoni tagħhom. L-integrazzjoni tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa f’LIFE tindirizza dawn in-nuqqasijiet u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni filwaqt li toffri potenzjal għal sinerġiji ma’ azzjonijiet oħra dwar l-ambjent u l-klima. Fil-qasam tal-Azzjoni Klimatika, il-programm LIFE, bi tkomplija tal-programm LIFE 2014 – 2020, se jinkludi wkoll subprogramm dwar “Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih”.
Il-valutazzjoni tal-impatt qieset ukoll kif il-Programm jista’ jkollu rwol aktar b’saħħtu fl-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar in-natura u l-bijodiversità. Filwaqt li l-għażla għal fond kbir ta’ ġestjoni kondiviż taħt LIFE tqieset bħala ineffiċjenti, LIFE jista’ jkollu rwol imsaħħaħ fl-integrazzjoni tal-politika dwar in-natura u l-bijodiversità f’politiki u fi programmi ta’ finanzjament oħra tal-UE, abbażi ta’ komplement baġitarju aktar ibbilanċjat li jingrana l-fondi minn dawn il-programmi ta’ finanzjament oħrajn.
Hija kkonkludiet ukoll li l-Programm jenħtieġ li jkompli jiffinanzja għotjiet żgħar għall-bijodiversità permezz ta’ skema volontarja għall-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit-Territorji extra-Ewropej (BEST).
Sabiex jiġu kkonsolidati n-natura u l-elementi ta’ bijodiversità tal-Programm, inħoloq subprogramm speċifiku, fil-qasam tal-Ambjent, għal “Natura u Bijodiversità”. Il-qasam tal-Ambjent jinkludi wkoll subprogramm għall-“Ekonomija Ċirkolari u l-Kwalità tal-Ħajja”, li għandu l-għan li jappoġġa l-aspetti l-oħra tal-politika ambjentali tal-Unjoni, b’mod partikolari t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-ġestjoni tajba u effiċjenti tar-riżorsi ambjentali bħalma huma l-arja, l-ilma u l-art, u l-promozzjoni ta’ governanza ambjentali tajba.
L-għażliet li tissaħħaħ ir-replikazzjoni u li jiżdiedu kemm il-flessibbiltà tal-programm kif ukoll il-possibbiltà li jiġu mmirati kwistjonijiet ewlenin u emerġenti permezz tas-simplifikazzjoni tar-Regolament u tal-Programm ta’ Ħidma Pluriennali, ma għandhom l-ebda implikazzjoni negattiva serja; dawn it-tnejn jenħtieġ li jiġu introdotti.
Il-valutazzjoni tal-impatt irċeviet opinjoni pożittiva b'riżervi mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fit-13 ta’ April 2018.
Fl-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju talab kjarifika ulterjuri dwar is-sistema ta’ monitoraġġ u ppropona indikaturi ta’ din l-inizjattiva. Il-Bord talab ukoll biex jiġu rrikonoxxuti l-implikazzjonijiet tal-estensjonijiet proposti tal-kamp ta' applikazzjoni ta’ LIFE fuq in-natura għall-filosofija, l-istruttura u l-mekkaniżmu ta’ twettiq ta’ LIFE. Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fl-opinjoni ġew inkorporati fir-rapport. B’mod partikolari, il-valutazzjoni tal-impatt ġiet estiża biex tirrifletti dwar kif se jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tas-sistema ta’ monitoraġġ għall-perjodu ta’ programmar attwali. Barra minn hekk, il-lista ta’ indikaturi għall-valutazzjoni tal-Programm ġiet riveduta biex ikun hemm allinjament aħjar mal-għanijiet tal-programm. Fl-Anness 8 ġiet miżjuda analiżi aktar fil-fond tal-għażliet tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ LIFE dwar in-natura u l-bijodiversità u d-deskrizzjoni tal-għażla ġiet abbozzata mill-ġdid fil-valutazzjoni tal-impatt.
L-iskeda tas-sommarju u l-opinjoni pożittiva tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju huma disponibbli hawnhekk: http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/?fuseaction=ia&year=2018&serviceId=11&s=Search.
•Simplifikazzjoni
B’konformità mar-Regolament Finanzjarju l-ġdid, il-programmazzjoni u d-deċiżjonijiet dettaljati dwar il-ġestjoni tal-Programm huma differiti għall-programmi ta’ ħidma pluriennali. F’dan l-istadju, għandhom jittieħdu miżuri xierqa għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-ġestjoni, kif identifikat fil-valutazzjoni tal-impatt.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm huma stabbiliti fid-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża ma’ din il-proposta.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Il-programm LIFE huwa ġestit direttament mill-Kummissjoni Ewropea. L-implimentazzjoni ta’ ċerti komponenti ġiet delegata lill-aġenzija eżekuttiva EASME, kif stabbilit għall-implimentazzjoni tal-Programm LIFE 2014 – 2020. Fid-dawl tal-valutazzjoni pożittiva ġenerali tal-implimentazzjoni tal-programm attwali, l-implimentazzjoni tal-Programm LIFE 2021-2027 ukoll tista’ tiġi delegata lil aġenzija eżekuttiva, soġġett għall-eżitu tal-analiżi kost-benefiċċji u d-deċiżjonijiet relatati li jridu jittieħdu.
L-evalwazzjonijiet se jitwettqu skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016, fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki eżistenti jenħtieġ li jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-għażliet għal azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-Programm fuq il-post fuq il-bażi tal-indikaturi/miri tal-programm u wara analiżi ddettaljata tar-rilevanza, tal-effettività, tal-effiċjenza tal-programm, tal-valur miżjud tiegħu fil-livell tal-UE u tal-koerenza tiegħu ma’ politiki oħra tal-UE. Se jinkludu lezzjonijiet li jidentifikaw kwalunkwe nuqqas/problema jew kwalunkwe potenzjal biex ikomplu jitjiebu l-azzjonijiet jew ir-riżultati tagħhom u biex jgħinu jimmassimizzaw l-isfruttament/l-impatt tagħhom.
Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 tistabbilixxi għan aktar ambizzjuż għall-integrazzjoni tal-klima fil-programmi kollha tal-UE, b’mira ġenerali ta’ 25 % tan-nefqa tal-UE li tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-klima. Il-kontribuzzjoni ta’ dan il-programm għall-kisba ta’ din il-mira ġenerali se tiġi segwita permezz ta’ sistema ta’ markaturi klimatiċi tal-UE fil-livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni, inkluż l-użu ta’ metodoloġiji aktar preċiżi fejn dawn huma disponibbli. Il-Kummissjoni se tkompli tippreżenta din l-informazzjoni kull sena f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-kuntest tal-abbozz tal-baġit annwali.
L-UE jenħtieġ ukoll li ssegwi l-infiq tagħha relatat mal-bijodiversità sabiex tissodisfa l-obbligi ta’ rappurtar tagħha skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. Jenħtieġ li jiġu ssodisfati wkoll ir-rekwiżiti għas-segwiment f’leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.
Sabiex tappoġġa bi sħiħ il-potenzjal tal-kontribuzzjoni tal-programm għall-għanijiet tal-klima, il-Kummissjoni se tfittex li tidentifika l-azzjonijiet rilevanti tul il-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, ir-rieżami u l-proċessi ta’ evalwazzjoni tal-programm.
2018/0209 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Il-politika u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima u l-enerġija nadifa wasslu għal titjib sostanzjali fl-istat tal-ambjent. Madankollu, għad baqa’ sfidi ambjentali u klimatiċi kbar li, jekk ma jiġux indirizzati, se jkollhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għall-Unjoni u għall-benessri taċ-ċittadini tagħha.
(2)Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu bejn l-2014 sal-2020 huwa l-aħħar wieħed minn sensiela ta’ programmi tal-Unjoni li tul 25 sena appoġġaw l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni u ta’ prijoritajiet politiċi ambjentali u klimatiċi. Dan ġie vvalutat b’mod pożittiv f’evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu reċenti bħala li jinsab fit-triq it-tajba biex ikun effettiv, effiċjenti u rilevanti. Il-Programm LIFE 2014-2020 għalhekk jenħtieġ li jitkompla b’ċerti modifiki identifikati fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u fil-valutazzjonijiet sussegwenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi stabbilit Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (il-“Programm”) għall-perjodu li jibda mill-2021.
(3)Il-Programm, li jimmira li jikseb l-għanijiet u l-miri tal-Unjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni, mill-pjanijiet, mill-politika u mill-impenji internazzjonali fil-qasam tal-ambjent, il-klima u l-enerġija nadifa, jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa’ lura t-telf tal-bijodiversità, jew permezz ta’ interventi diretti jew bl-appoġġ tal-integrazzjoni ta’ dawk l-għanijiet f’politiki oħra.
(4)L-Unjoni hija impenjata li tiżviluppa rispons komprensiv għall-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, li jenfasizza l-konnessjoni intrinsika bejn il-ġestjoni tar-riżorsi naturali biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tagħhom fuq perjodu ta’ żmien twil, is-servizzi ekosistemiċi, ir-rabta tagħhom mas-saħħa tal-bniedem u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u soċjalment inklużiv. F’dan l-ispirtu, il-Programm jenħtieġ li jagħti kontribuzzjoni materjali kemm għall-iżvilupp ekonomiku kif ukoll għall-koeżjoni soċjali.
(5)Il-programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-kisba tal-għanijiet u l-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet u tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tal-enerġija nadifa rilevanti, b’mod partikolari l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Ftehim ta’ Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (“il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima”).
(6)Sabiex jinkisbu l-għanijiet komprensivi, l-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari, tal-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030,,, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura, kif ukoll tal-politiki relatati,,,,, hija partikolarment importanti.
(7)Il-konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima teħtieġ it-trasformazzjoni tal-Unjoni f’soċjeta effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Din, min-naħa l-oħra, tirrikjedi azzjonijiet, b’enfasi speċjali fuq is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għal-livelli attwali tal-output u tat-tniġġis ta’ CO2, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri u tal-preparazzjonijiet għall-istrateġija tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u fuq terminu twil. Il-Programm jenħtieġ li jinkludi wkoll miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-adattament għall-klima biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima.
(8)It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa hija kontribuzzjoni essenzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima b’kobenefiċċji għall-ambjent. L-azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, iffinanzjati sal-2020 taħt Orizzont 2020, jenħtieġ li jiġu integrati fil-Programm billi l-għan tagħhom mhuwiex li jiffinanzjaw l-eċċellenza u li jiġġeneraw l-innovazzjoni, iżda li jiffaċilitaw l-użu ta’ teknoloġija diġà disponibbli li se tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-inklużjoni ta’ dawn l-attivitajiet ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-Programm toffri potenzjal għal sinerġiji bejn is-subprogrammi u żżid il-koerenza ġenerali tal-finanzjament tal-Unjoni. Għalhekk, id-data jenħtieġ li tinġabar u tiġi ddiseminata dwar l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet eżistenti ta’ riċerka u innovazzjoni fil-proġetti LIFE, inkluż mill-programm Orizzont Ewropa u l-predeċessuri tiegħu.
(9)Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-leġiżlazzjoni dwar l-Enerġija Nadifa jistmaw li t-twettiq tal-miri tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 se jeħtieġ investimenti addizzjonali ta’ EUR 177 biljun kull sena fil-perjodu bejn l-2021 u l-2030. L-akbar lakuni huma marbuta mal-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni tal-bini (l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira), fejn il-kapital irid jiġi dirett lejn proġetti ta’ natura distribwita ħafna. Wieħed mill-għanijiet tas-subprogramm dwar it-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa huwa li jibni l-kapaċità għall-iżvilupp u għall-aggregazzjoni tal-proġetti, li permezz tiegħu jgħin ukoll biex jiġu assorbiti l-fondi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u jikkatalizza investimenti f’enerġija nadifa billi juża wkoll l-istrumenti finanzjarji pprovduti taħt l-InvestEU.
(10)Is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa jenħtieġ li jiżguraw li l-bżonnijiet fil-qasam tar-riċerka u tal-innovazzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali, klimatiċi u tal-enerġija fi ħdan l-UE jiġu identifikati u stabbiliti matul il-proċess tal-ippjanar strateġiku tar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ Orizzont Ewropa. LIFE jenħtieġ li jkompli jaġixxi bħala katalizzatur għall-implimentazzjoni tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ambjent, il-klima u l-enerġija nadifa, inkluż billi jintużaw u jiġu applikati r-riżultati tar-riċerka u tal-innovazzjoni minn Orizzont Ewropa u jgħin biex dawn jintużaw fuq skala ikbar fejn dawn jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ambjentali, klimatiċi jew ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni ta’ Orizzont Ewropa jista’ jipprovdi appoġġ għall-espansjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ideat rivoluzzjonarji ġodda li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-proġetti LIFE.
(11)Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mill-Programm tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni għandhom jiġu vverifikati darba biss, billi jkopru l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.
(12)Il-pakkett tal-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali tal-Unjoni l-aktar reċenti jindika li jenħtieġ progress sinifikanti biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l-ambjent u biex tittejjeb l-integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali u klimatiċi f’politiki oħra. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jaġixxi bħala katalizzatur biex jikseb il-progress meħtieġ permezz tal-iżvilupp, tal-ittestjar u tar-replikazzjoni ta’ approċċi ġodda; l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika, il-monitoraġġ u l-analiżi; it-tisħiħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati; il-mobilizzazzjoni tal-investimenti li ġejjin mill-programmi kollha ta’ investiment tal-Unjoni jew minn sorsi finanzjarji oħra u l-appoġġ għal azzjonijiet biex jingħelbu d-diversi ostakli għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ewlenin meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ambjentali.
(13)It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, inkluż f’ekosistemi tal-baħar, jeħtieġu appoġġ għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni, għall-infurzar u għall-valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika rilevanti tal-Unjoni, inkluża l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020, id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, b’mod partikolari bl-iżvilupp ta’ bażi ta’ għarfien għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politika u bl-iżvilupp, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni u l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet fuq skala żgħira jew imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inklużi approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-oqsfa ta’ azzjoni prijoritizzati ppreparati fuq il-bażi tad-Direttiva 92/43/KEE. L-Unjoni jenħtieġ li ssegwi n-nefqa tagħha relatata mal-bijodiversità sabiex tissodisfa l-obbligi ta’ rappurtar tagħha skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. Jenħtieġ li jiġu ssodisfati wkoll ir-rekwiżiti għas-segwiment f’leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.
(14)L-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet reċenti, inkluż ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u l-Kontroll tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni dwar in-Natura, jindikaw li waħda mill-kawżi sottostanti ewlenin tal-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-natura u tal-istrateġija għall-bijodiversità hija n-nuqqas ta’ finanzjament adegwat. L-istrumenti ewlenin ta’ finanzjament tal-Unjoni, inkluż il-[Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd], jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex jintlaħqu dawk il-ħtiġijiet. Il-Programm jista’ jtejjeb aktar l-effiċjenza ta’ tali integrazzjoni permezz ta’ proġetti strateġiċi dwar in-natura ddedikati għall-katalizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-Unjoni dwar in-natura u l-bijodiversità, inklużi l-azzjonijiet stabbiliti fl-Oqfsa ta’ Azzjoni ta’ Prijorità żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE. Il-proġetti strateġiċi dwar in-natura jenħtieġ li jappoġġaw programmi ta’ azzjonijiet fl-Istati Membri għall-integrazzjoni tal-għanijiet tan-natura u tal-bijodiversità rilevanti f’politiki oħra u fi programmi ta’ finanzjament, u b’hekk ikun żgurat li jiġu mmobilizzati fondi adattati għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fi ħdan il-Pjan Strateġiku għall-Politika Agrikola Komuni li jużaw ċertu proporzjon tal-allokazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali biex jinkiseb appoġġ għal azzjonijiet li jikkumplimentaw il-Proġetti Strateġiċi dwar in-Natura kif definiti f’dan ir-Regolament.
(15)L-iskema volontarja għall-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit-Territorji extra-Ewropej (BEST) tippromwovi l-konservazzjoni tal-bijodiversità, inkluża l-bijodiversità tal-baħar, u l-użu sostenibbli ta’ servizzi ekosistemiċi, inklużi approċċi bbażati fuq l-ekosistema għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fir-Reġjuni Ultraperifiċi tal-Unjoni u fil-Pajjiżi u fit-Territorji Extra-Ewropej. L-iskema BEST għenet biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza ekoloġika tar-Reġjuni Ultraperifiċi u tal-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej għall-konservazzjoni tal-bijodiversità globali. Fid-Dikjarazzjonijiet Ministerjali tagħhom tal-2017 u l-2018, il-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej esprimew l-apprezzament tagħhom għal din l-iskema ta’ għotjiet żgħar għall-bijodiversità. Huwa xieraq li l-Programm jitħalla jkompli jiffinanzja għotjiet żgħar għall-bijodiversità kemm fir-Reġjun Ultraperiferiċi kif ukoll fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej.
(16)Il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari teħtieġ bidla fil-mentalità fir-rigward tat-tfassil, il-produzzjoni, il-konsum u r-rimi ta’ materjali u prodotti, inklużi l-plastiks. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn mudell ta’ ekonomija ċirkolari permezz ta’ appoġġ finanzjarju mmirat lejn varjetà ta’ atturi (in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi), b’mod partikolari billi japplika, jiżviluppa u jirreplika l-aħjar teknoloġiji, prattiki u soluzzjonijiet imfassla apposta għal kuntesti lokali, reġjonali jew nazzjonali speċifiċi, inkluż permezz ta’ approċċi integrati għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-immaniġġjar u l-prevenzjoni tal-iskart. Permezz ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-plastiks, tista’ tittieħed azzjoni biex tiġi indirizzata b’mod partikolari l-problema tal-iskart tal-baħar.
(17)L-għan fit-tul tal-Unjoni għall-politika dwar l-ajra huwa li jinkisbu livelli ta’ kwalità tal-arja li ma jikkawżawx impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u riskji għal din. Is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar it-tniġġis tal-arja hija għolja u ċ-ċittadini jistennew li l-awtoritajiet jaġixxu. Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tenfasizza r-rwol li jista’ jkollu l-finanzjament tal-Unjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-arja nadifa. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa proġetti, inklużi l-proġetti integrati strateġiċi, li għandhom il-potenzjal li jisfruttaw fondi pubbliċi u privati, biex ikunu eżempji ta’ prattika tajba u katalizzaturi għall-implimentazzjoni ta’ pjanijiet u leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja fil-livell lokali, reġjonali, multireġjonali, nazzjonali u transnazzjonali.
(18)Id-Direttiva 2000/60/KE stabbiliet qafas għall-protezzjoni tal-ilmijiet tal-wiċċ, tal-ilmijiet tal-kosta, tal-ilmijiet tranżizzjonali u tal-ilma ta’ taħt l-art. L-għanijiet tad-Direttiva huma appoġġati mill-Blueprint għas-Salvagwardja tar-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa li jsejħu għal implimentazzjoni aħjar u għal aktar integrazzjoni tal-għanijiet tal-politika dwar l-ilma f’oqsma ta’ politiki oħrajn. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa proġetti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2000/60/KE u ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-ilma li tikkontribwixxi biex jinkiseb status tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni, tal-iżvilupp u tar-replikazzjoni tal-aħjar prattiki, kif ukoll permezz tal-mobilizzazzjoni ta’ azzjonijiet kumplementari taħt programmi jew sorsi finanzjarji oħra tal-Unjoni.
(19)Il-protezzjoni u r-restawr tal-ambjent tal-baħar huma wieħed mill-miri ġenerali tal-politika ambjentali tal-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa dan li ġej: il-ġestjoni, il-konservazzjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar b’mod partikolari f’siti tal-baħar ta’ Natura 2000 u l-protezzjoni tal-ispeċi skont l-oqfsa ta’ azzjoni prijoritizzati żviluppati skont id-Direttiva 92/43/KEE; il-kisba ta’ Status Ambjentali Tajjeb skont id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; il-promozzjoni ta’ ibħra nodfa u b’saħħithom; l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea dwar il-plastik f’ekonomija ċirkolari, biex tiġi indirizzata b’mod partikolari l-problema tal-irkaptu tas-sajd mitluf u tal-iskart tal-baħar; u l-promozzjoni tal-involviment tal-Unjoni fil-governanza internazzjonali tal-oċeani li hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u biex jiġu ggarantiti oċeani b’saħħithom għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-proġetti integrati strateġiċi u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura tal-Programm jenħtieġ li jinkludu azzjonijiet rilevanti li jkollhom il-mira li jipproteġu l-ambjent tal-baħar.
(20)It-titjib tal-governanza fuq kwistjonijiet ambjentali, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet relatati ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa jeħtieġ l-involviment tas-soċjetà ċivili billi tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, l-involviment tal-konsumaturi u t-twessigħ tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjoni nongovernattivi, f’konsultazzjoni dwar il-politiki relatati u l-implimentazzjoni tagħhom.
(21)Filwaqt li t-titjib tal-governanza fil-livelli kollha jenħtieġ li jkun l-għan trasversali għas-subprogrammi kollha tal-Programm, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni orizzontali dwar il-governanza ambjentali, inkluża l-leġiżlazzjoni li timplimenta l-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali.
(22)Il-Programm jenħtieġ li jħejji u jappoġġa lill-atturi fis-suq għal tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima billi jittestja opportunitajiet tan-negozju ġodda, jaġġorna l-ħiliet professjonali, jiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi sostenibbli, jinvolvi u jagħti s-setgħa lill-influwenzaturi u jittestja metodi ġodda biex jiġu adattati l-proċessi u l-pajsaġġ kummerċjali eżistenti. Biex tkun appoġġata l-adozzjoni kummerċjali usa’ ta’ soluzzjonijiet sostenibbli, jenħtieġ li jiġu promossi l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-involviment tal-konsumatur.
(23)Fil-livell tal-Unjoni, investimenti kbar f’azzjonijiet ambjentali u klimatiċi huma primarjament iffinanzjati minn programmi ta’ finanzjament ewlenin tal-Unjoni (integrazzjoni). Fil-kuntest tar-rwol katalitiku tagħhom, il-proġetti strateġiċi integrati u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura li jridu jiġu żviluppati taħt il-Programm jenħtieġ li jisfruttaw opportunitajiet ta’ finanzjament fi ħdan dawk il-programmi ta’ finanzjament u sorsi oħrajn ta’ finanzjament bħalma huma l-fondi nazzjonali, u joħolqu s-sinerġiji.
(24)Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u biex tinkiseb mira ġenerali ta’ 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet fi ħdan dan il-Programm huma mistennija li jikkontribwixxu 61 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Programm għall-għanijiet klimatiċi. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti.
(25)Fl-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-istrateġija għar-reġjuni ultraperiferiċi fid-dawl tal-Artikolu 349 TFUE u l-ħtiġijiet u l-vulnerabilitajiet speċifiċi ta’ dawn ir-reġjuni. Il-politiki tal-Unjoni, għajr il-politiki ambjentali, klimatiċi u ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa rilevanti, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll.
(26)B’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkollabora mal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-Programm, torganizza seminars u workshops, tippubblika listi ta’ proġetti ffinanzjati taħt il-Programm jew twettaq attivitajiet oħra biex ixxandar ir-riżultati tal-proġetti u biex tiffaċilita skambji ta’ esperjenza, għarfien u l-aħjar prattiki u r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġetti fl-Unjoni kollha. Jenħtieġ li dawn l-attivitajiet, b’mod partikolari, ikunu mmirati għall-Istati Membri b’użu baxx ta’ fondi u jenħtieġ li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-benefiċjarji tal-proġetti, l-applikanti jew il-partijiet ikkonċernati ta’ proġetti li tlestew u dawk li għadhom għaddejjin fl-istess qasam.
(27)In-Netwerk tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi Ambjentali (IMPEL), in-Netwerk Ewropew tal-Prosekuturi għall-Ambjent (ENPE), il-Forum tal-Unjoni Ewropea tal-Imħallfin għall-Ambjent (EUFJE) inħolqu biex jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u għandhom rwol uniku fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni. Dawn jipprovdu kontribuzzjoni sostanzjali biex tissaħħaħ il-konsistenza fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni fl-Unjoni kollha, filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, jikkontribwixxu għal titjib fil-kwalità tal-ispezzjoni ambjentali u l-mekkaniżmi tal-infurzar tal-liġi permezz ta’ sistema ta’ netwerking kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri, u jipprovdu skambju ta’ informazzjoni u esperjenza f’livelli amministrattivi differenti, kif ukoll permezz ta’ taħriġ u diskussjonijiet fil-fond dwar kwistjonijiet ambjentali u aspetti ta’ infurzar, inkluż l-proċessi tal-monitoraġġ u tal-permessi. Fid-dawl tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-għanijiet tal-Programm, jixraq li jiġi awtorizzat l-għoti ta’ għotjiet lil IMPEL, ENPE u EUFJE, mingħajr sejħa għal proposti sabiex ikompli jingħata appoġġ lill-attivitajiet ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet. Barra minn hekk, f’każijiet oħra jista’ ma tkunx meħtieġa sejħa skont ir-rekwiżiti ġenerali tar-Regolament Finanzjarju, eż. għall-korpi maħtura mill-Istati Membri u li joperaw taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fejn dawk l-Istati Membri jkunu identifikati bħala benefiċjarji ta’ għotja permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni.
(28)Jixraq li jiġi stabbilit pakkett finanzjarju għall-Programm li jrid jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fi ħdan it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.
(29)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà ta’ protagonisti finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-finanzjament tal-UE.
(30)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95, (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE) 2017/1939, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 883/2013 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
(31)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta' konformità. Fir-rigward tal-għotjiet, dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u skali ta’ kostijiet unitarji.
(32)L-għanijiet ta’ politika tal-Programm jenħtieġ jiġu indirizzati wkoll permezz ta’ strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja taħt it-tieqa/twieqi ta’ politika […] tal-InvestEU.
(33)Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE, l-entitatijiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej (PTEE) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-pajjiż jew it-territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Il-parteċipazzjoni ta’ dawn l-entitajiet f’dan il-Programm jenħtieġ li tiffoka primarjament fuq proġetti taħt is-subprogramm Natura u Bijodiversità.
(34)Il-Programm jenħtieġ li jkun miftuħ għal pajjiżi terzi skont il-ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni tagħhom;
(35)Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta’ strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f’dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
(36)Skont il-punti 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post. L-impatt sħiħ tal-Programm huwa dovut għall-effetti indirett, fit-tul u diffiċli li jitkejlu li jikkontribwixxu lejn il-kisba tal-firxa sħiħa ta’ għanijiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. Għall-monitoraġġ tal-Programm, l-indikaturi tal-output dirett u r-rekwiżiti ta’ segwiment stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn aggregazzjoni ta’ indikaturi speċifiċi fil-livell tal-proġetti li jridu jiġu deskritti fil-programmi ta’ ħidma jew is-sejħiet għall-proposti, fost l-oħrajn fir-rigward ta’ Natura 2000 u l-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja.
(37)Sabiex tkun tista’ ssir analiżi tal-indikaturi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex temenda l-indikaturi li jridu jintużaw għall-finijiet tar-rappurtar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tiegħu, b’mod partikolari fid-dawl tal-allinjament tagħhom mal-indikaturi stabbiliti għal programmi oħra tal-Unjoni. Hu ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(38)Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ilħuq tal-għanijiet u tal-miri tal-leġiżlazzjoni, tal-istrateġiji, tal-pjanijiet jew tal-impenji internazzjonali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima u l-enerġija nadifa rilevanti ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(39)Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru |1293/2013 jenħtieġ li jitħassar,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (il-“Programm”).
Dan jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“proġetti strateġiċi dwar in-natura” tfisser proġetti li jappoġġaw il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità billi jimplimentaw programmi ta’ azzjoni koerenti fl-Istati Membri biex jintegraw dawn l-għanijiet u l-prijoritajiet f’politiki u strumenti ta’ finanzjament oħra, inkluż permezz ta’ implimentazzjoni kkoordinata tal-oqfsa ta’ azzjoni prijoritarji stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE;
(2)“proġetti integrati strateġiċi” tfisser proġetti li jimplimentaw fuq skala reġjonali, multireġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali, strateġiji ambjentali jew klimatiċi jew pjanijiet ta’ azzjoni żviluppati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u meħtieġa minn leġiżlazzjoni jew politiki speċifiċi u rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima jew l-enerġija nadifa, filwaqt li jiżguraw l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u jippromwovu l-koordinazzjoni u l-mobilizzazzjoni ta’ mill-inqas sors wieħed ta’ finanzjament ieħor tal-Unjoni, nazzjonali jew privat;
(3)“proġetti ta’ assistenza teknika” tfisser proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ parteċipazzjoni fi proġetti ta’ azzjoni standard, it-tħejjija ta’ proġetti integrati strateġiċi, it-tħejjija għall-aċċess għal strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni jew miżuri oħra meħtieġa għat-tħejjija tal-espansjoni jew tar-replikazzjoni tar-riżultati minn proġetti oħra ffinanzjati mill-Programm, mill-programmi predeċessuri tiegħu jew minn programmi oħra tal-Unjoni, bil-ħsieb li jsegwu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3;
(4)“proġetti ta’ azzjoni standard” tfisser proġetti, għajr proġetti integrati strateġiċi, proġetti strateġiċi dwar in-natura jew proġetti ta’ assistenza teknika, li jsegwu l-għanijiet speċifiċi tal-Programm stabbiliti fl-Artikolu 3(2);
(5)“operazzjonijiet ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-UE, inklużi dawk fi ħdan faċilitajiet ta’ taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/… (“ir-Regolament Finanzjarju”), li jikkombinaw forom ta’ appoġġ li mhuwiex rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni ma’ forom ta’ appoġġ rimborsabbli minn istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll minn istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u tal-investituri;
(6)“entità ġuridika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista’, meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu 190(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 3
Għanijiet tal-programm
1.L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u biex jieqaf u jitreġġa’ lura t-telf tal-bijodiversità, u b’hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli.
2.Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:
(a)li jiżviluppa, juri u jippromwovi tekniki u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-azzjoni klimatika, inkluża t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, u li jikkontribwixxi għall-applikazzjoni tal-aħjar prassi fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità;
(b)li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż billi jtejjeb il-governanza permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati u tal-involviment tas-soċjetà ċivili;
(c)li jikkatalizza l-użu fuq skala kbira ta’ soluzzjonijiet tekniċi u relatati mal-politika ta’ suċċess għall-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni billi jirreplika r-riżultati, jintegra l-għanijiet relatati f’politiki oħra u fil-prattiki tas-settur pubbliku u privat, u jimmobilizza l-investiment u jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament.
Artikolu 4
Struttura tal-programmi
Il-Programm huwa strutturat kif ġej:
(1)il-qasam tal-Ambjent, li jinkludi:
(a)is-subprogramm Natura u Bijodiversità;
(b)is-subprogramm Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja;
(2)il-qasam Azzjoni Klimatika, li jinkludi:
(a)is-subprogramm Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih;
(b)is-subprogramm Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa.
Artikolu 5
Baġit
1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR 5 450 000 000, f’termini ta’ prezzijiet attwali.
2.Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:
(a)EUR 3 500 000 000 għall-qasam Ambjent, li minnhom
(1)EUR 2 150 000 000 għas-subprogramm Natura u Bijodiversità u
(2)EUR 1 350 000 000 għas-subprogramm Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja;
(b)EUR 1 950 000 000 għall-qasam Azzjoni Klimatika, li minnhom
(1)EUR 950 000 000 għas-subprogramm Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima u Adattament Għalih u
(2)EUR 1 000 000 000 għas-subprogramm Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa.
3.L-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid] u fir-Regolament Finanzjarju.
4.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditu u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.
5.Il-Programm jista’ jiffinanzja attivitajiet implimentati mill-Kummissjoni b’sostenn għat-tħejjija, għall-implimentazzjoni u għall-integrazzjoni tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima jew it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu:
(a)informazzjoni u komunikazzjoni, inklużi kampanji ta’ sensibilizzazzjoni. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom ikopru wkoll komunikazzjoni korporattiva fir-rigward tal-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, kif ukoll fir-rigward tal-istatus ta’ implimentazzjoni u traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-klima jew l-enerġija nadifa;
(b)studji, stħarriġiet, immudellar u bini ta’ xenarji;
(c)tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ, verifika u evalwazzjoni tal-proġetti mhux iffinanzjati mill-Programm, politiki, programmi u leġiżlazzjoni;
(d)workshops, konferenzi u laqgħat;
(e)netwerking u pjattaformi tal-aħjar prattika;
(f)attivitajiet oħra.
Artikolu 6
Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm
1.Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:
(a)Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;
(b)pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;
(c)pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;
(d)pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li dak il-ftehim
–jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;
–jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat b’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-Regolament Finanzjarju;
–ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;
–jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.
2.Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm permezz ta’ deċiżjoni taħt ftehim internazzjonali jew permezz ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, drittijiet bħal dawn għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).
Artikolu 7
Sinerġiji ma’ programmi oħra tal-Unjoni
Il-Programm għandu jiġi implimentat b’tali mod li jiżgura l-konsistenza tiegħu mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u InvestEU, sabiex jinħolqu sinerġiji, b’mod partikolari fir-rigward tal-proġetti strateġiċi dwar in-natura u tal-proġetti integrati strateġiċi u biex jiġu appoġġati l-adozzjoni u r-replikazzjoni ta’ soluzzjonijiet żviluppati fi ħdan il-Programm.
Artikolu 8
Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni
1.Il-Programm għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b’ġestjoni indiretta flimkien mal-korpi msemmija fl-Artikolu [61(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju.
2.Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist. Jista’ jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta’ taħlit.
KAPITOLU II
ELIĠIBBILTÀ
Artikolu 9
Għotjiet
Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 10
Azzjonijiet eliġibbli
1.Huma biss azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 li għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.
2.L-għotjiet jistgħu jiffinanzjaw it-tipi ta’ azzjoni li ġejjin:
(a)proġetti strateġiċi dwar in-natura fi ħdan is-subprogramm imsemmi fil-punt (1)(a) tal-Artikolu 4;
(b)proġetti integrati strateġiċi taħt is-subprogrammi msemmija fil-punti (1)(b), (2)(a) u 2(b) tal-Artikolu 4;
(c)proġetti ta’ assistenza teknika;
(d)proġetti ta’ azzjoni standard;
(e)azzjonijiet oħrajn meħtieġa biex jintlaħaq l-għan ġenerali stabbilit fl-Artikolu 3(1).
3.Il-proġetti fi ħdan is-subprogramm Natura u Bijodiversità dwar il-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tas-siti ta’ Natura 2000 skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE għandhom jiġu appoġġati skont l-oqfsa ta’ azzjoni prijoritizzati stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE.
4.L-għotjiet jistgħu jiffinanzjaw attivitajiet barra mill-Unjoni, sakemm il-proġett isegwi l-għanijiet ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni u l-attivitajiet barra l-Unjoni jkunu meħtieġa biex jiżguraw l-effettività tal-interventi mwettqa fit-territorji tal-Istati Membri.
5.L-għotjiet operattivi għandhom isostnu l-funzjonament ta’ entitajiet mingħajr skop ta' qligħ u li huma involuti fl-iżvilupp, fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-Unjoni u li huma primarjament attivi fil-qasam tal-ambjent jew tal-azzjoni klimatika, inkluż it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa.
Artikolu 11
Entitajiet eliġibbli
1.Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 3 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [197] tar-Regolament Finanzjarju.
2.Huma eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:
(a)entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi jew mit-territorji li ġejjin:
(1)Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;
(2)pajjiżi terz assoċjat mal-Programm;
(3)pajjiżi terzi oħra elenkati fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 4 sa 6;
(b)kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.
3.Il-persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli.
4.L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari biex tiġi żgurata l-effettività tal-interventi mwettqa fl-Unjoni.
5.L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f’konsorzji ta’ mill-inqas tliet entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew f’pajjiżi jew f’territorji extra-Ewropej marbuta ma’ dawk l-Istati jew f'pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm jew f'pajjiżi terzi oħra, huma eliġibbli.
6.Jenħtieġ li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm, fil-prinċipju, iġarrbu l-kost tal-parteċipazzjoni tagħhom.
Artikolu 12
Sejħa għal proposti
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu [188] tar-Regolament Finanzjarju, l-għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti lill-korpi identifikati fl-Anness I.
Artikolu 13
Kriterji tal-għotjiet
Il-kriterji tal-għotjiet għandhom jiġu stabbiliti fis-sejħiet għall-proposti filwaqt li jitqiesu dawn li ġejjin:
(a)proġetti ffinanzjati mill-Programm għandhom jevitaw li jimminaw l-għanijiet ambjentali, klimatiċi jew tal-enerġija nadifa rilevanti tal-Programm u, fejn possibbli, għandhom jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku;
(b)proġetti li jipprovdu kobenefiċċji u jippromwovu sinerġiji bejn is-subprogrammi msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jingħataw prijorità;
(c)proġetti bl-ogħla potenzjal li jiġu replikati u adottati mis-settur pubbliku jew privat jew li jimmobilizzaw l-akbar investimenti jew riżorsi finanzjarji (potenzjal katalitiku) għandhom jingħataw prijorità;
(d)għandha tiġi żgurata r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġett ta’ azzjoni standard;
(e)proġetti li jibnu fuq jew jespandu r-riżultati ta’ proġetti oħra ffinanzjati mill-Programm, mill-programmi predeċessuri tiegħu jew minn fondi oħra tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw minn bonus fl-evalwazzjoni tagħhom;
(f)fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil proġetti f’żoni ġeografiċi bi bżonnijiet jew vulnerabbiltajiet speċifiċi, bħalma huma żoni bi sfidi ambjentali speċifiċi jew b’restrizzjonijiet naturali, żoni transkonfinali jew reġjuni ultraperiferiċi.
Artikolu 14
Kostijiet eliġibbli relatati max-xiri tal-art
Minbarra l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [186] tar-Regolament Finanzjarju, il-kostijiet relatati max-xiri ta’ art għandhom jitqiesu eliġibbli bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
(a)ix-xiri se jikkontribwixxi għat-titjib, għaż-żamma u għar-restawr tal-integrità tan-netwerk Natura 2000 stabbilit skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/43/KEE, inkluż permezz ta’ titjib fil-konnettività permezz tal-ħolqien ta’ kurituri, punti ta’ tranżizzjoni, jew elementi oħra ta’ infrastruttura ekoloġika;
(b)ix-xiri tal-art ikun l-uniku jew l-aktar mezz kosteffettiv biex jintlaħaq l-eżitu ta’ konservazzjoni mixtieq;
(c)l-art mixtrija tkun riżervata għal perjodu fit-tul għal użi konsistenti mal-għanijiet speċifiċi tal-Programm;
(d)l-Istat Membru kkonċernat jiżgura, permezz ta’ trasferiment jew b’xi mod ieħor, l-assenjazzjoni għal terminu twil ta’ tali art għall-finijiet ta’ konservazzjoni tan-natura.
|
Artikolu 15
Finanzjament kumulattiv, kumplementari u kkombinat
1.Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni mill-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta’ kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.
2.L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni tas-Siġill ta' Eċċellenza, jew li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi u komparattivi li ġejjin:
(a)ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti fi ħdan il-Programm;
(b)jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi dwar il-kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti;
(c)ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji.
jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta’ Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b’konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u mal-Artikolu [8] jew mar-Regolament (UE) XX [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], bil-kundizzjoni li tali azzjonjiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ.
KAPITOLU III
OPERAZZJONIJIET TA’ TAĦLIT
Artikolu 16
Operazzjonijiet ta’ taħlit
L-operazzjonijiet ta’ taħlit skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b’konformità mar-[Regolament InvestEU] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.
KAPITOLU IV
PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, RAPPORTAR U EVALWAZZJONI
Artikolu 17
Programm ta’ ħidma
1.Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta’ mill-inqas żewġ programmi ta’ ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit.
2.Kull programm ta’ ħidma pluriennali għandu jispeċifika, b’konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, dan li ġej:
(a)l-allokazzjoni ta’ fondi f’kull subprogramm bejn il-ħtiġijiet tiegħu u bejn tipi differenti ta’ finanzjament;
(b)is-suġġetti tal-proġett jew il-ħtiġijiet speċifiċi li għalihom ikun hemm preallokazzjoni ta’ finanzjment għall-proġetti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 10(2);
(c)il-pjanijiet tal-mira li għalihom jista’ jintalab il-finanzjament għall-proġetti kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 10(2);
(d)il-perjodu massimu ta’ eliġibbiltà għall-implimentazzjoni tal-proġett.
Artikolu 18
Monitoraġġ u rapportar
1.L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.
2.Sabiex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn l-ilħuq tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 21 biex temenda l-Anness II biex jirrieżamina jew jikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies neċessarju u biex jissupplementa dan ir-Regolament bid-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.
3.Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-UE biex ikun jista’ jinġabar output aggregabbli fil-livell tal-proġetti u indikaturi tal-impatt, għall-għanijiet speċifiċi rilevanti kollha fir-rigward tal-politika ambjentali u klimatika, inkluż fir-rigward ta’ Natura 2000 u l-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi atmosferiċi li jniġġsu fl-arja, inklużi s-CO2.
4.Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta regolarment dwar l-integrazzjoni tal-għanijiet tal-klima u tal-bijodiversità, inkluż l-ammont tan-nefqa. Il-kontribuzzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-mira ta’ allokazzjoni ta’ 25 % tal-baġit għat-twettiq tal-għanijiet tal-klima, għandha tiġi segwita permezz tas-sistema ta’ markaturi klimatiċi tal-Unjoni. L-infiq relatat mal-bijodiversità għandu jiġi segwit bl-użu ta’ sett speċifiku ta’ markaturi. Dawk il-metodi ta’ segwiment għandhom jintużaw biex jikkwantifikaw l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li mistennija jikkontribwixxu rispettivament għall-għanijiet tal-klima u tal-bijodiversità tul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027 fil-livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni. L-infiq għandu jiġi ppreżentat kull sena fid-Dikjarazzjoni tal-Programm tal-baġit. Il-kontribuzzjoni tal-Programm għall-għanijiet tal-klima u tal-bijodiversità tal-Unjoni għandha tiġi rrapportata regolarment fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tar-rapport annwali.
5.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sinerġiji bejn il-Programm u programmi oħra kumplementari tal-Unjoni, u bejn is-subprogrammi tiegħu.
Artikolu 19
Evalwazzjoni
1.L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
2.L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm.
3.Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.
4.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 20
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-proġetti u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.
2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u mal-azzjonijiet u mar-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 21
Eżerċizzju tad-delega
1.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 18(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028.
3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 18(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 18(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 22
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 23
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u skont ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 li għandhom ikomplu japplikaw għall-proġetti kkonċernati sal-għeluq tagħhom.
2.Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolamenti (KE) Nru 614/2007 u (UE) Nru 1293/2013.
3.Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 5(4), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ proġetti mhux kompletati sa dik id-data.
4.Riflussi minn strumenti finanzjarji stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 jistgħu jiġu investiti fi strumenti finanzjarji stabbiliti taħt [Fond InvestEU].
5.L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat li jirriżulta mir-ripagament tal-ammonti mħallsa skorrettement skont ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 jew ir-Regolament (KE) Nru 1293/2013 għandhom jintużaw, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex jiffinanzjaw il-Programm.
Artikolu 24
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)
III. Ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
◻ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja
☑ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew dirottar ta' azzjoni waħda jew aktar lejn/ma' azzjoni oħra jew azzjoni ġdida
1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Ir-Regolament huwa mistenni li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021.
L-implimentazzjoni tiegħu se tiġi preċeduta minn
- xi attivitajiet ta’ tħejjija mwettqa fil-qafas tal-programm attwali, partikolarment meħtieġa għall-bidu bikri tal-implimentazzjoni tas-subprogramm Natura u Bijodiversità;
- l-adozzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Pluriennali li jiddefinixxi l-allokazzjoni ta’ fondi f’kull subprogramm bejn it-tipi differenti ta’ finanzjament, is-suġġetti tal-proġett jew il-ħtiġijiet speċifiċi li għalihom tkun meħtieġa allokazzjoni minn qabel ta’ finanzjament, it-tipi ta’ pjanijiet tal-mira li għalihom jista’ jintalab il-finanzjament għal proġetti integrati strateġiċi, kif ukoll il-perjodu massimu ta’ eliġibbiltà għall-implimentazzjoni tal-proġetti.
1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.
Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex-ante)
Il-valur miżjud tal-programm jirriżulta mir-rwol katalitiku tiegħu fl-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika ambjentali u klimatika tal-Unjoni, kif ukoll mill-attivitajiet li jsaħħu t-twettiq tal-għanijiet ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni, inkluża t-tranżizzjoni rilevanti lejn enerġija nadifa fl-Unjoni kollha.
Min-natura tagħhom stess, il-problemi ambjentali, inkluż it-tibdil fil-klima, jmorru lil hinn mill-fruntieri politiċi, legali u minn dawk magħmula mill-bniedem u ma jistgħux jissolvew b’mod adegwat mill-Istati Membri waħedhom. Jenħtieġ intervent tal-Unjoni fil-forma ta’ strument iddedikat apposta għall-ambjent u l-klima, inkluż għall-effiċjenza fl-enerġija u sorsi rinnovabbli fuq skala żgħira, biex jiġu indirizzati b’mod effiċjenti tali problemi, jiġu evitati il-fallimenti fil-koordinazzjoni u biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni koordinata tal-ambjent u tal-klima fil-baġit tal-Unjoni b’azzjonijiet immirati.
Implimentazzjoni aktar effettiva tinkiseb peress li LIFE jikkontribwixxi għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni u għall-infurzar tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima, billi jiżgura koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni u jipprovdi pjattaforma fil-livell tal-Unjoni biex tiġi kondiviża l-aħjar prassi u biex jintwerew soluzzjonijiet aktar effiċjenti, inkluż għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, li trid tiġi rreplikata fuq skala usa’ fl-Unjoni.
LIFE jippermetti titjib fil-kondiviżjoni tar-responsabbiltà filwaqt li jippromwovi wkoll is-solidarjetà għall-ġestjoni/konservazzjoni tal-assi ambjentali tal-Unjoni, li ġeneralment huma oġġetti pubbliċi u li mhumiex distribwiti b’mod uniformi fl-Unjoni kollha. Il-kostijiet u l-benefiċċji assoċjati tagħhom mhumiex normalment riflessi fis-suq u, bħala konsegwenza, hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat qsim tal-piżijiet assoċjati għall-funzjonament korrett tas-suq uniku.
LIFE jiffoka fuq proġetti relattivament fuq skala żgħira li jipprovdu investiment ta’ darba meħtieġ f’qasam speċifiku, billi jelimina l-ostakli inizjali u jittestja approċċi ġodda li min-naħa tagħhom jikkatalizzaw azzjonijiet usa’ u l-integrazzjoni tal-politika ambjentali u klimatika fl-istrumenti ewlenin tal-infiq tal-Unjoni.
Permezz ta’ proġetti strateġiċi integrati u proġetti strateġiċi dwar in-natura, il-Programm joħloq sinerġiji bejn il-fondi tal-Unjoni u nazzjonali li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Barra minn hekk, LIFE jiffinanzja dawk l-azzjonijiet u l-miżuri illi kieku ma jkunux iffinanzjati b’mod inadegwat mill-Istati Membri waħedhom. Ċerti biċċiet tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, bħad-Direttiva dwar il-Ħabitats u d-Direttiva dwar il-Limiti Nazzjonali tal-Emissjonijiet (NEC), jirrikonoxxu b’mod speċifiku l-ħtieġa li l-finanzi tal-Unjoni jilħqu l-għanijiet tagħhom.
Il-valur miżjud mistenni tal-Unjoni (ex-post) huwa marbut mal-effett katalitiku tiegħu u għalhekk, mal-impatt ta’
- leġiżlazzjoni u politiki ġodda/immodifikati miftiehma u implimentati fil-livell internazzjonali (jiġifieri l-Ftehim ta’ Pariġi) u tal-Unjoni,
- l-implimentazzjoni ta’ tekniki innovattivi, ta’ approċċi u tal-aħjar prassi ġodda, u
- l-applikazzjoni ta’ soluzzjonijiet tekniċi u relatati mal-politika ta’ suċċess għall-integrazzjoni tal-għanijiet rigward l-ambjent, l-azzjoni klimatika u l-enerġija nadifa f’politiki oħra u fi prattiki tas-settur pubbliku u privat.
1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
L-evalwazzjoni finali tal-Programm LIFE+ (2007-2013) tikkonkludi li l-programm irnexxielu jippromwovi l-implimentazzjoni tal-politika u tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni b’valur miżjud sinifikanti tal-Unjoni. Madankollu, din identifikat ukoll għadd ta’ nuqqasijiet. Il-maġġoranza l-kbira ta’ dawn ġew indirizzati bl-introduzzjoni ta’ bidliet fid-disinn tal-Programm LIFE attwali (2014-2020).
L-effettività ta’ dawn il-bidliet ġiet esplorata fl-evalwazzjoni riċenti ta’ nofs it-terminu ta’ LIFE (MTE). Għalkemm l-evalwazzjoni twettqet fi stadju bikri tal-implimentazzjoni tal-programm, meta l-proġetti tal-2014 u l-2015 kienu għadhom biss fil-bidu, din xorta kkonfermat li l-programm kien fit-triq it-tajba biex ikun effettiv, effiċjenti u rilevanti u li kien qed jikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020. Barra minn hekk, il-maġġoranza l-kbira tal-partijiet ikkonċernati li pparteċipaw fil-konsultazzjoni pubblika jqisu li LIFE huwa strument importanti ħafna biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet ambjentali u klimatiċi.
It-tagħlimiet meħuda mill-MTE u, fejn rilevanti, ir-rakkomandazzjonijiet minn analiżijiet oħrajn tal-programm LIFE, jinsabu miġbura fil-qosor hawn taħt. Dawn jirrigwardaw tliet aspetti: ir-rilevanza, il-koerenza u l-kopertura tal-programm; l-effettività u l-effett katalitiku; u l-effiċjenza u s-simplifikazzjoni. Uħud mill-konklużjonijiet diġà tqiesu fl-implimentazzjoni tal-programm attwali.
1. Ir-rilevanza, il-koerenza u l-kopertura
•
Il-programm LIFE u l-għanijiet ġenerali tiegħu huma rilevanti u qed jimmiraw lejn il-prijoritajiet eżistenti tal-politika dwar l-ambjent u l-klima tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-sitt Oqsma Prijoritarji definiti fir-Regolament LIFE eżistenti qed jirrispondu għall-ħtiġijiet.
•
Madwar 13 % tal-proġetti LIFE għandhom impatt fuq aktar minn qasam tematiku wieħed. Dan ‘it-trikkib’ huwa sinerġetiku: fid-dawl tal-interdipendenza tar-riżorsi naturali, proġetti b’diversi finijiet huma aktar effettivi. L-impatt konġunt tagħhom jiġi ppremjat b’punti bonus matul l-evalwazzjoni.
•
Il-baġit żgħir, il-wisa’ tal-għanijiet ta’ politika mmirati u l-isfidi l-ġodda jimplikaw li mhux l-oqsma kollha jistgħu jiġu indirizzati b’mod adegwat sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni. Massa kritika li tiskatta bidla fil-kwistjonijiet ambjentali u klimatiċi kollha tkun teħtieġ żieda sostanzjali fil-baġit.
•
It-tnaqqis tal-iskop tematiku tal-programm ikollu, madankollu, konsegwenzi kritiċi fuq l-indirizzar ta’ prijorità waħda jew aktar tal-programm (eż. l-effiċjenza tar-riżorsi, il-kwalità tal-ilma u tal-arja, it-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, il-konservazzjoni tan-natura u tal-bijodiversità inkluż dik tal-baħar eċċ.).
•
Trikkib bejn l-għotjiet iffinanzjati minn LIFE u minn programmi oħra tal-Unjoni (pereżempju proġetti ta’ dimostrazzjoni taħt Orizzont 2020) huma sinerġistiċi, peress li l-programmi għandhom għanijiet u attivitajiet distinti li huma interrelatati, filwaqt li huma differenti fid-daqs u fin-natura tagħhom. F’xi oqsma (jiġifieri n-natura u l-bijodiversità, inklużi l-ekosistemi tal-baħar) il-programm għandu rwol uniku u essenzjali. Ġew osservati sinerġiji u kumplementarjetajiet, b’mod partikolari mal-programmi ta’ riċerka u ta’ żvilupp rurali. Xorta waħda, l-iżvilupp sistematiku ta’ mekkaniżmi ta’ sinerġija jista’ joffri lok għal titjib.
2. L-effettività u l-effett katalitiku
•
B’mod ġenerali, it-tipi varji ta’ għotjiet (proġetti ta’ azzjoni standard, proġetti integrati, assistenza teknika għal proġetti integrati, proġetti preparatorji u appoġġ għal NGOs) jidhru li huma mekkaniżmi eżekuttivi effettivi.
•
Il-proġetti integrati, li jikkoordinaw l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet fuq skala territorjali kbira, urew potenzjal sinifikanti biex itejbu l-effett katalitiku ta’ LIFE. LIFE, li jiffinanzja EUR 251.7 miljun, għal proġetti integrati taħt il-programm attwali fil-perjodu bejn l-2014 u l-2016, huwa mistenni li jiskatta investimenti dwar azzjoni ambjentali u klimatika ta’ madwar EUR 5.7 biljun b’kollox. B’hekk għal kull euro li jintefaq fi ħdan LIFE, huwa previst ammont ulterjuri ta’ EUR 22 minn sorsi oħra biex jintuża b’mod koordinat għall-għanijiet ambjentali u klimatiċi.
•
L-istrument finanzjarju pilota, l-istrument Finanzjament Privat għall-Effiċjenza fl-Enerġija (PF4EE) għandu l-għan li jibni l-kapaċità tal-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiżviluppaw u jittestjaw prodotti speċifiċi ta’ self immirati lejn investimenti tas-settur privat f’miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija. Dan wera adozzjoni u possibbiltà tajba, wara l-istadju pilota, li jippermetti l-espansjoni u l-integrazzjoni tas-self pilota fuq l-effiċjenza enerġetika permezz ta’ strumenti finanzjarji rilevanti mmobilizzati minn programmi tal-Unjoni, b’mod partikolari taħt il-Fond InvestEU tal-ġejjieni.
•
Il-Kumitat tar-Reġjuni talab lill-programm LIFE biex jikseb kumplementarjetà akbar bejn il-PF4EE u strumenti finanzjarji rilevanti oħrajn.
•
L-istrument finanzjarju pilota Faċilità ta’ Finanzjament tal-Kapital Naturali (NCFF) jipprovdi self, ekwità u garanziji għal miżuri ta’ adattament għan-natura u għall-klima li jistgħu jiġġeneraw dħul jew jiffrankaw il-kostijiet. Dan għandu l-ħsieb li jistabbilixxi sensiela ta’ operazzjonijiet replikabbli u bankabbli li se jservu bħala “prova tal-kunċett” biex juri lill-investituri potenzjali l-attraenza ta’ dawn l-operazzjonijiet b’mod dirett billi jindirizza l-għanijiet tal-bijodiversità u tal-adattament għat-tibdil fil-klima. Irreġistra adozzjoni b’ritmu kajman minħabba l-ħtieġa li jiġu adattati l-prattiki bankarji għall-valutazzjoni tar-redditi ta’ dawn l-investimenti flimkien mal-ħtieġa li titjieb il-kwalità tal-applikazzjonijiet tal-proġett. Saru bosta aġġustamenti b’segwitu tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ LIFE biex tiżdied il-viżibbiltà tal-istrument u biex titħaddem il-faċilità tal-assistenza teknika. B’riżultat ta’ dan il-pipeline tal-proġett tjieb. Waħda mir-rakkomandazzjonijiet li għad trid tiġi indirizzata hija li dan l-appoġġ finanzjarju jiġi kkomplementat b’għotjiet immirati (taħlit).
•
Il-kuntratti ta’ akkwist pubbliku huma meqjusa bħala mekkaniżmu eżekuttiv siewi li jipprovdi appoġġ immirat għat-tħejjija tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki ambjentali u klimatiċi u tal-implimentazzjoni/l-infurzar tagħhom. Dawn għandhom effett katalitiku importanti.
3. L-effiċjenza u s-simplifikazzjoni
•
Id-delegazzjoni tal-ġestjoni mill-Kummissjoni lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) wasslet għall-iffrankar fil-kostijiet u tejbet l-effiċjenza tal-programm, billi introduċiet ekonomiji ta’ skala għall-implimentazzjoni tal-għadd kbir ta’ operazzjonijiet omoġeni u standardizzati meħtieġa biex jiġu amministrati l-għotjiet.
•
LIFE huwa relattivament effiċjenti meta mqabbel ma’ programmi oħra tal-Unjoni. Il-ġestjoni ta’ LIFE tiswa, f’termini relattivi, ferm inqas minn dik ta’ programmi simili oħra (eż. COSME u Orizzont 2020). Il-prattiki ta’ ġestjoni kkaratterizzati mill-użu ta’ appoġġ estern għall-monitoraġġ tal-proġett irriżultaw f’rata estremament għolja ta’ suċċess tal-proġett u f’rata baxxa ħafna ta’ żbalji (0.25 % fl-2017 — l-aktar waħda baxxa fil-programmi kollha tal-Unjoni).
X’jista’ jsir aktar:
•
Tmexxija aktar immirata ta’ proġetti lejn prijoritajiet ewlenin tista’ ttejjeb il-fokus u l-prestazzjoni, b’mod partikolari għas-subprogramm Ambjent, fejn il-prijoritajiet tematiċi bħalissa huma definiti fir-Regolament għal perjodu ta’ seba’ snin. Il-prijoritajiet ġodda li joħorġu matul il-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ seba’ snin (bħalma huma l-Ekonomija Ċirkolari u s-setturi relatati, pereżempju l-plastiks), jew prijoritajiet oħra li mhumiex immirati b’mod adegwat mill-proġetti (magħżula wara sejħiet għal proposti abbażi ta’ approċċ minn isfel għal fuq) ma jistgħux jiġu indirizzati minn għadd suffiċjenti ta’ interventi.
•
Il-benefiċjarji jqisu li l-piż amministrattiv huwa għoli wisq. Għalhekk jenħtieġ jiġu ssimplifikati r-Regolament u l-proċess tal-applikazzjoni u tar-rappurtar. Diġà ġew introdotti xi miżuri ta' simplifikazzjoni filwaqt li oħrajn qegħdin jiġu ttestjati.
•
Hemm parteċipazzjoni baxxa mill-benefiċjarji minn xi Stati Membri, u dan iġib ir-riskju li jiddgħajjef l-effett katalitiku tal-programm. L-użu ta’ allokazzjonijiet nazzjonali wera li ma kienx effettiv biex jiffoka fuq din il-problema: irriżulta f’parteċipazzjoni mnaqqsa mill-pajjiżi li pparteċipaw aktar mingħajr ma tjiebet il-parteċipazzjoni tal-oħrajn. Dan twaqqaf fl-2018. Għalkemm l-għotjiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet introdotti fl-2014 għadhom għaddejjin u għadu kmieni wisq biex tinġibed xi konklużjoni, ir-riżultati jidhru mħallta. Jenħtieġ li jiġu mfittxija modi ġodda ta’ mitigazzjoni tal-parteċipazzjoni irregolari.
•
Iktar ma tkun kbira r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġett, iktar ikun kbir l-effett katalitiku ta’ LIFE. Ir-rapport tal-2016 jiddikjara li, minkejja li madwar tliet kwarti tal-proġetti għandhom potenzjal tajjeb għar-replikazzjoni, xorta għad hemm lok għal titjib fir-replikazzjoni attwali. Il-benefiċjarji semmew li l-ostakli ewlenin huma n-nuqqas ta’: mezzi finanzjarji, interess u sens ta’ urġenza tad-deċiżuri, informazzjoni speċifika u komunikazzjoni ta’ soluzzjonijiet trasferibbli, u kapaċità ta’ ppjanar tal-investiment.
1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa
Il-programm LIFE huwa l-uniku fond tal-Unjoni ddedikat kompletament għall-għanijiet ambjentali u klimatiċi, inkluża t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Dan jimmira għal niċċa bejn il-programmi tal-Unjoni li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni minn naħa waħda u l-programmi tal-Unjoni li jiffinanzja t-teħid fuq skala kbira ta’ miżuri min-naħa l-oħra (ara l-Illustrazzjoni 1
hawn taħt).
Kif turi l-Illustrazzjoni 1, l-ewwel stadju, “riċerka/innovazzjoni”, jinvolvi riċerka primarja li ttejjeb l-għarfien xjentifiku u d-dimostrazzjoni teknika biex tiġi ppruvata l-vijabbiltà tal-innovazzjonijiet. LIFE ma jkoprix dan il-qasam, għajr attivitajiet ta’ riċerka fuq skala żgħira li jsostnu għanijiet oħra fi proġetti. It-tieni stadju, “dimostrazzjoni/l-aħjar prassi” inkluż l-ittestjar, id-dimostrazzjoni u l-pilotaġġ tal-effettività ta’ teknoloġiji, approċċi jew politiki ġodda bħala metodi għall-implimentazzjoni tal-politika. LIFE prinċipalment jiffinanzja azzjonijiet li jaqgħu taħt dan l-istadju, b’mod partikolari taħt il-proġetti ta’ azzjoni “tradizzjonali” standard. LIFE jiffinanzja wkoll azzjonijiet fit-tielet stadju, intitolat “iffaċilitar tal-isfruttament/tal-espansjoni/tas-sensibilizzazzjoni”, pereżempju permezz ta’ proġetti integrati strateġiċi u attivitajiet li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. F’dan l-istadju, il-proġetti jħejju t-triq għall-użu fuq skala kbira ta’ teknoloġiji u approċċi adegwati. Ir-raba’ stadju, “finanzjament fuq skala kbira ta’ soluzzjonijiet ekoloġiċi”, ikopri fejn teknoloġija, approċċ jew politika jkun kredibbli, iżda l-aċċess għall-finanzjament jikkostitwixxi l-ostaklu ewlieni. LIFE mhux qed jipprovdi finanzjament għal implimentazzjoni fuq skala kbira.
Filwaqt li l-attivitajiet ta’ LIFE jittrattaw ċerti problemi direttament fuq il-post, l-impatt ewlieni tal-programm huwa indirett permezz tar-rwol katalitiku tiegħu: l-appoġġ għal azzjonijiet ta’ skala żgħira maħsuba biex jibdew, jespandu jew jaċċelleraw il-prassi ta’ produzzjoni, distribuzzjoni u konsum sostenibbli permezz ta’:
L-iffaċilitar tal-iżvilupp u tal-iskambju tal-aħjar prassi u tal-għarfien;
Il-bini tal-kapaċitajiet u t-tħaffif tal-implimentazzjoni
tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki ambjentali u klimatiċi;
L-għajnuna lill-partijiet ikkonċernati biex jittestjaw teknoloġiji u soluzzjonijiet fuq skala żgħira; u
Il-mobilizzazzjoni ta’ finanzjament minn sorsi oħra.
Illustrazzjoni 1. Il-kopertura ta’ LIFE u ta’ programmi u fondi ewlenin oħra tal-KE
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea
Il-valutazzjoni tal-impatt tikkonferma l-konklużjonijiet mill-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ LIFE li t-trikkib marbuta mal-istadji ta’ finanzjament relatati mal-implimentazzjoni u mal-iżvilupp tal-politika dwar l-ambjent u l-klima (ara l-illustrazzjoni 1 hawn fuq) huwa sinerġetiku.
Is-sinerġiji se jiġu żviluppati b’mod partikolari mal-[Fond InvestEU], notevolment mat-tieqa tal-infrastruttura sostenibbli tagħha, mal-[Orizzont Ewropa, mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mal-Fond ta’ Koeżjoni, mal-Fond Soċjali Ewropew+, mal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd].
LIFE tfassal biex jappoġġa t-tekniki, l-approċċi u l-aħjar prassi li jistgħu jiġu rreplikati u estiżi fi programmi akbar. Il-proġetti integrati strateġiċi ta’ LIFE jimmobilizzaw fondi Ewropej, nazzjonali, reġjonali u privati oħra għall-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ambjentali u klimatiċi ewlenin (eż. pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara, pjanijiet għal arja nadifa, eċċ.). Għan-Natura u l-Bijodiversità b’mod partikolari, il-proġetti strateġiċi dwar in-natura se jimplimentaw programmi koerenti ta’ azzjoni biex jintegraw l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Unjoni dwar in-natura u l-bijodiversità f’politiki u strumenti ta’ finanzjament oħra, inkluż permezz ta’ implimentazzjoni kkoordinata tal-oqfsa ta’ azzjoni prijoritarji stabbiliti skont id-Direttiva 92/43/KEE. Dawn il-proġetti għandhom l-għan li jikkoordinaw ir-riżorsi disponibbli għall-appoġġ tal-għanijiet tan-natura u tal-bijodiversità, u b’hekk itejbu l-integrazzjoni.
Il-valutazzjoni tal-impatt esplorat ukoll żewġ għażliet speċifiċi marbuta mal-iskop tal-Programm bil-ħsieb li jiġu żviluppati aħjar sinerġiji potenzjali billi jiġu indirizzati l-lakuni u t-trikkib:
Minn naħa waħda, fid-dawl tal-għan simili u tal-istadju mmirat mis-subprogramm LIFE Climate, l-integrazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa se ssaħħaħ il-koerenza u s-sinerġiji ġenerali tal-programm fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-ambjent, il-klima u l-enerġija nadifa tal-Unjoni.
Min-naħa l-oħra, it-tkomplija tal-finanzjament tal-iskema BEST taħt is-subprogramm Natura u Bijodiversità għal LIFE se tindirizza lakuna relatata mal-finanzjament tal-bijodiversità fir-Reġjuni Ultraperiferiċi (ORs) u fil-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE) u se tippermetti l-iżvilupp ulterjuri tas-sinerġiji li diġà nbdew taħt BEST.
1.5.Durata u impatt finanzjarju
☑ durata limitata
☑
fis-seħħ mill-01/01/2021 sal-31/12/2027
☑
L-impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet tal-impenji u mill-2021 sal-2036 għall-approprjazzjonijiet tal-pagamenti.
◻ durata illimitata
Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
☑ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
☑ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
☑
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
☑ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:
☑ pajjiżi terzi jew lill-korpi li jkunu ħatru;
☑ organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
☑ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
☑ korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
☑ korpi rregolati bil-liġi pubblika;
☑ korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
☑ korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TFUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti:
L-implimentazzjoni tal-Programm tista’ tiġi delegata lil aġenzija eżekuttiva, soġġett għall-eżitu tal-analiżi kost-benefiċċji u għad-deċiżjonijiet relatati li jridu jittieħdu.
Il-ġestjoni indiretta tista’ tintuża fuq bażi ad hoc u għal porzjon limitat tal-pakkett finanzjarju tal-programm, billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-Bank Ewropew tal-Investiment jew lill-Fond Ewropew għall-Investiment jew lil organizzazzjonijiet oħra. Dan jiddependi min-natura tal-kompiti inkwistjoni.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
L-evalwazzjoni interim qieset il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni attwali bħala konsiderevolment effettiva u effiċjenti.
F’termini ta’ użu ta’ fondi fil-proġetti, ir-riżultati tal-kontrolli ex-post fuq LIFE+ u ta’ monitoraġġ fuq il-post tal-proġetti ta’ LIFE juru li perċentwal estremament għoli ta’ proġetti jipproduċu riżultati tajbin u r-‘rata ta’ żbalji’ tal-programm — jiġifieri l-ammont li jkun meqjus f’riskju — hija ferm taħt il-limitu ta’ referenza tal-materjalità ta’ 2 % u li qiegħda tonqos: din kienet EUR 2.27 għal kull EUR 100 minfuqa fl-2012, li niżlet għal EUR 1.24 fl-2015 u saħansitra baqgħet nieżla għal 0.44 EUR fl-2016 u għal EUR 0.25 fl-2017 — l-iktar waħda baxxa fil-programmi kollha tal-Unjoni.
Il-monitoraġġ tal-programm huwa bbażat fuq it-tagħlimiet meħuda minn programmi preċedenti u jitwettaq:
1. fil-livell tal-proġett u
2. fil-livell tal-programm.
1. Il-proposti kollha jridu jindikaw ir-riżultati mistennija minnhom espressi f’termini ta’ eżitu fil-livell tal-proġett. Dawn l-eżiti huma definiti skont sett ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin definiti minn qabel. Għall-proġetti, dawn l-indikaturi jiġu vvalidati mit-tim ta’ monitoraġġ u mill-uffiċjal tal-proġett u jirrappreżentaw il-bażi għall-monitoraġġ tal-progress tal-proġett. Għandhom ikunu aġġornati b’mod regolari u l-valuri mistennija għandhom jitqabblu mal-valuri reali fir-rapporti ta’ nofs it-terminu u f’dawk finali.
Għall-proġetti dwar l-ambjent, in-natura u l-bijodiversità u l-azzjoni klimatika huma previsti żjarat ta’ monitoraġġ mill-inqas darba fis-sena u kull proġett issirlu żjara minn persunal tal-Kummissjoni mill-inqas darba. Imbagħad jingħata feedback lill-benefiċjarju sabiex tittejjeb il-prestazzjoni. Fil-bidu ta’ kull proġett jinħoloq fajl tal-monitoraġġ fil-forma ta’ rapport qasir li jinkludi d-deskrizzjoni tal-proġett, u jiġbor fil-qosor l-azzjonijiet u l-outputs u r-riżultati mistennija. Iż-żjarat annwali mill-grupp ta’ monitoraġġ jipprovdu ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni tal-proġett u identifikazzjoni bikrija ta’ problemi, li jiġu indirizzati fil-pront. Dan jikkontribwixxi għar-rata għolja ta’ suċċess tal-proġetti u għar-rata baxxa ta’ żbalji tal-programm.
Flimkien mar-Rapport Finali, kull proġett ikun meħtieġ iressaq pjan għal wara LIFE li jkun jinkludi, fost l-oħrajn, lista ta’ impatti mistennija, li jservi bħala bażi għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tar-riżultati tal-proġett. Il-prattika attwali ta’ żjarat ta’ monitoraġġ ex-post għal proġetti magħżula se tibqa’ għaddejja. Dan se jipprovdi informazzjoni dwar ir-replikabbiltà tal-proġetti wara sena u se jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-effett katalitiku tal-programm.
2. Fil-livell ta’ programm, il-programmi ta’ ħidma pluriennali jistabbilixxu prijoritajiet tematiċi speċifiċi għad-durata u l-miri speċifiċi tagħhom, inklużi l-outputs mistennija (jiġifieri l-għadd mistenni ta’ Proġetti Integrati Strateġiċi, il-kopertura ta’ Natura 2000 minn proġetti LIFE, il-kopertura tad-Distrett tal-Baċir tax-Xmara minn proġetti LIFE). Fi tmiem is-sejħa annwali għal proposti, il-Kummissjoni se tanalizza jekk ikunx ġie ffinanzjat l-għadd suffiċjenti ta' proġetti għal xi qasam partikolari ta’ azzjoni u se tagħmel l-aġġustamenti kif meħtieġ biex jintlaħqu l-miri ta’ terminu medju.
Il-kisbiet ewlenin għal prijoritajiet partikolari jiġu ppreżentati matul il-laqgħat tar-raggruppament u mqassra f’rapporti tematiċi. Dawn huma waħda mill-għodod użati biex jinxterrdu r-riżultati u biex jingħata kontribut għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-politika.
Huwa partikolarment diffiċli li jiġi vvalutat l-impatt katalitiku tal-Programm, meta jitqiesu l-firxa wiesgħa ta’ inizjattivi ffinanzjati u l-fatt li l-effett katalitiku tal-proġetti jkun mistenni li jiżvolġi prinċipalment fuq medda twila ta’ żmien, wara li l-proġetti jkunu ntemmew. Għalhekk jenħtieġ jinstab bilanċ bejn il-ħtieġa li tinkiseb data dettaljata u rilevanti minn naħa waħda u l-kostijiet assoċjati u l-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarju, min-naħa l-oħra.
Għal dan il-għan, se jintużaw is-sorsi ta’ informazzjoni li ġejjin flimkien mad-data miġbura fil-livell ta’ proġett:
1.
kampjun tar-riżultati tal-proġetti se jiġi vvalutat abbażi ta’ sorsi u għodda indipendenti mill-proġett innifsu (eż. id-data reġjonali dwar il-kwalità tal-arja jew id-data mir-reġistru tal-intrapriżi). Dawn il-proġetti se jiġu identifikati b’mod sistematiku;
2.
id-data pprovduta mill-benefiċjarji ta’ proġetti diġà mitmuma fuq bażi volontarja ċċekkjati abbażi ta’ kampjuni u permezz ta’ missjonijiet ex-post;
3.
id-data se tinġabar b’mod sistematiku fuq l-ammont kumplessiv tar-riżorsi finanzjarji mobilizzati u/jew ikkoordinati mill-proġetti.
4.
inkjesti ta’ atturi ewlenin fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni.
B’dan il-mod il-piż relatat mal-ġbir tad-data se jkun imċaqlaq aktar minn fuq il-benefiċjarji għal fuq dawk li jwettqu l-monitoraġġ (it-tim tal-monitoraġġ, il-monitoraġġ estern, l-EASME u l-Kummissjoni).
Se ssir evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u evalwazzjoni ex-post tal-Programm fl-2024 u fl-2027 rispettivament. Kif iddefinit fil-valutazzjoni tal-impatt, filwaqt li jqisu d-durata medja tal-proġett, dawn se jipprovdu ħarsa ġenerali tal-programm li jkun għaddej, ikkomplementat b’analiżi tal-prestazzjoni tal-programm LIFE 2014-2020 u l-impatt tal-Programm LIFE+.
Sabiex tiġi pprovduta evidenza tal-kobenefiċċji li l-programm ikun jista’ jġib għall-prijoritajiet speċifiċi bħall-azzjoni klimatika u l-bijodiversità, u sabiex jintwera aħjar il-livell tal-infiq disponibbli tul il-programm għal dawn il-prijoritajiet, il-qafas tal-monitoraġġ se jinkludi wkoll il-metodoloġija għas-segwiment tal-infiq marbut mal-klima u mal-bijodiversità kif definit fil-Komunikazzjoni dwar il-QFM.
Dan se jippermetti li ssir identifikazzjoni kull sena tal-infiq relatat ma’ dawn iż-żewġ prijoritajiet fil-Programm LIFE.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti
Il-modalità tal-ġestjoni għall-Programm LIFE hija ġestjoni diretta ċentrali mill-Kummissjoni li se tkun parzjalment iddelegata lil Aġenzija Eżekuttiva eżistenti. Okkażjonalment, għal azzjonijiet ad hoc speċifiċi, tista’ tkun prevista ġestjoni indiretta.
Il-Kummissjoni se tkun megħjuna minn Grupp ta’ Esperti mar-rappreżentanti tal-Istati Membri.
Is-sistema ta’ kontroll intern hija bbażata fuq it-tagħlimiet meħuda mill-esperjenza. L-elementi ewlenin tagħha, li japplikaw għat-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha – għotjiet, akkwisti u premji – huma:
–
iċ-ċirkwiti finanzjarji bbażati, b’mod partikolari, fuq kontroll ex-ante ta’ kull tranżazzjoni u fuq kontrolli speċifiċi fuq xi wħud minnhom;
–
il-kontrolli mwettqa qabel l-għotja fuq il-kapaċità finanzjarja u teknika tal-applikanti/offerenti;
–
ir-rapporti annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni u rapporti oħra li jiffukaw fuq il-ġestjoni tal-kontabbiltà, tal-finanzi u operazzjonali.
Għal għadd definit minn qabel ta’ proġetti - magħżula jew abbażi tar-riskju (biex jiġu identifikati u kkoreġuti l-iżbalji) jew abbażi ta’ teħid ta’ kampjuni rappreżentattivi (biex tingħata assigurazzjoni raġonevoli lill-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet) - se jsiru awditi ex-post fuq il-post.
L-istrateġija tal-kontroll tqis ir-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-evalwazzjonijiet tal-programm, ir-rapporti maħruġa mill-awditur intern u r-Rapporti Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri li jimmiraw li jżidu l-effettività u l-valur miżjud Ewropew tal-programm.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Is-sistema ta’ kontroll intern hija bbażata l-aktar fuq l-esperjenza miksuba matul il-25 sena ta’ ġestjoni tal-programm LIFE.
Il-benefiċjarji tal-proġetti huma firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet differenti: minn intrapriżi żgħar għal kbar (l-intrapriżi jirċievu 44 % tat-total, li 33 % minnhom huma SMEs), għal organizzazzjonijiet privati mhux kummerċjali (24 %) għal korpi pubbliċi (32 %).
Is-selezzjoni tal-proposti ssir abbażi tal-kredenzjali professjonali u l-istabbilità finanzjarja tal-benefiċjarji u kriterji oħra imposti mill-bażi ġuridika.
Matul il-proċess tas-selezzjoni tintuża s-sistema ta’ twissija bikrija biex jiġu identifikati riskji possibbli relatati ma’ benefiċjarji potenzjali ta’ għotjiet ġestiti ċentralment. Ir-riskju ta’ finanzjament doppju jiġi analizzat waqt l-għażla tal-proġetti u jsiru skambji sistematiċi ta’ informazzjoni ma’ servizzi oħra.
Jiġu organizzati fuq il-post sessjonijiet ta’ taħriġ, fil-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-ġestjoni tal-proġett, għall-maniġers tal-proġetti, biex jiġu indirizzati ħtiġijiet maniġerjali u finanzjarji speċifiċi. Kuntatti diretti ma’ uffiċjali tal-proġett u ma’ uffiċjali finanzjarji fil-Kummissjoni u fl-Aġenzija jiġu promossi ħalli jissolvew kwistjonijiet partikolari.
Ir-rekwiżiti ewlenin tal-ftehim tal-għotja jiġu spjegati kif xieraq lill-benefiċjarji fi żjarat fuq il-post u f’laqgħat ta’ koordinazzjoni. B’mod partikolari, l-organizzazzjoni ta’ missjonijiet ta’ monitoraġġ fil-bidu tal-proġetti, diretti biex jidentifikaw problemi potenzjali fi stadju bikri ħafna, partikolarment fil-livell tas-sistemi ta’ kontroll stabbiliti mill-benefiċjarji, u biex jikkoreġuhom uriet li kienet għodda prezzjuża biex jitnaqqsu l-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità.
Sessjonijiet ta’ informazzjoni jiġu organizzati għal awdituri ex-post dwar il-karatteristiċi ta’ frodi li jistgħu jinqabdu waqt awditu fuq il-post tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Għal informazzjoni addizzjonali dwar l-istrateġija kontra l-frodi ara l-punt 2.3 hawn taħt.
Ir-riskji identifikati għall-implimentazzjoni tal-programm jaqgħu prinċipalment fil-kategoriji li ġejjin:
-
Ir-riskju ta' użu tal-fondi mhux immirat biżżejjed jew mhux effettiv kif ukoll ir-riskju ta' qsim żejjed tal-fondi minħabba ambitu territorjali jew tematiku akbar;
-
Żbalji u ineffiċjenzi li jirriżultaw mill-kumplessità tar-regoli għall-benefiċjarji u għall-Kummissjoni (eż., l-eliġibbiltà tal-kostijiet, il-linji baġitarji multipli).
Jekk il-Programm se jkun iddelegat lil Aġenzija Eżekuttiva, jeżistu r-riskji li ġejjin:
-
Telf ta’ input mill-proġetti għat-tfassil tal-politika u viċi versa;
-
Fallimenti fil-koordinazzjoni jekk il-programm jiġi parzjalment delegat (mal-Aġenzija Eżekuttiva, ma’ donaturi jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra);
-
Ir-riskju tan-nuqqas ta’ definizzjoni ċara tal-limiti tar-responsabbiltajiet fil-ġestjoni u fil-kontroll tal-kompiti delegati lill-aġenzija, jekk il-programm jiġi parzjalment delegat.
Rigward l-ewwel żewġ riskji, dawn ġew parzjalment indirizzati permezz ta’ għażliet speċifiċi analizzati fil-valutazzjoni tal-impatt, jiġifieri
1. Titjib tal-fokus strateġiku tal-programm billi jiġi ssimplifikat ir-Regolament u l-Programm ta’ Ħidma Pluriennali
2. Tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-applikanti/benefiċjarji
3. Simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni
Ir-riskji ta’ effetti sekondarji negattivi possibbli tat-trasferiment tal-ġestjoni lill-EASME, bħan-nuqqas ta’ kontinwità u t-telf ta’ input mill-proġetti għat-tfassil ta’ politika u viċi versa, ġew evitati fil-passat permezz ta’ trasferiment ta’ riżorsi umani ewlenin mill-Kummissjoni għall-EASME u permezz ta’ ħidma fuq strateġija ta’ integrazzjoni tal-politika li tinkludi attivitajiet rikorrenti u ta’ darba biex jiġi żgurat li:
-
il-ħtiġijiet tal-politika jkunu riflessi fil-programm u fl-implimentazzjoni tal-proġett;
-
l-outputs u s-sejbiet rilevanti mill-proġetti jilħqu u jkunu jistgħu jintużaw minn dawk li jfasslu l-politika.
L-istrateġija tinkludi attivitajiet bħal taħriġ għall-persunal tal-Aġenzija dwar politiki speċifiċi, laqgħat tematiċi konġunti ta’ raggruppamenti ma’ proġetti, riflessjoni kondiviża dwar ħtiġijiet ta’ politika fis-sejħiet għal proposti, għoti ta’ feedback dwar ir-riżultati tal-proġetti rilevanti għat-tfassil tal-politika, eċċ.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)
Fil-preżent il-programm LIFE 2014-2020 huwa prinċipalment delegat lil Aġenzija Eżekuttiva. Id-dikjarazzjoni finanzjarja hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li l-programm 2020-2027 se jiġi implimentat internament mis-servizzi tal-Kummissjoni. L-effiċjenza fl-infiq marbuta mal-esternalizzazzjoni lil Aġenzija Eżekuttiva se tiġi vvalutata abbażi ta’ analiżi kost-benefiċċji.
Proġetti:
-
Għażla tal-proġetti/evalwazzjoni/negozjar: kontrolli preventivi tal-fajls kollha jekk xieraq bl-assistenza ta' esperti esterni;
-
L-implementazzjoni tal-proġett permezz ta’ għotjiet: monitoraġġ preventiv u investigattiv, żjarat fuq il-post għal kull proġett mill-inqas darba tul ħajjithom;
-
Qabel il-pagament finali: kontrolli investigattivi u korrettivi, analiżi mhux fuq il-post tal-fajls kollha inkluż użu mifrux ta’ ċertifikati tal-awditjar estern.
Kull sena, il-kontrolli ex post tal-għotjiet se jitwettqu fuq il-post. Barra minn hekk, tip ġdid ta’ awditi, “awditi mhux fuq il-post”, se jiġu introdotti biex jitwettqu verifiki maniġerjali mingħajr ma wieħed imur fuq il-post.
Il-kontrolli taħt LIFE ma jistgħux jiġu sseparati mill-ġestjoni tal-Programm: fl-2017 il-ġestjoni kumplessiva kienet tammonta għal EUR 20 miljun, inklużi l-kontrolli kollha fuq il-post. Dan jikkorrispondi għal 4 % tal-ammont totali ġestit għall-2017.
L-ammont tal-kostijiet tal-kontroll huwa stmat li jonqos kemxejn minħabba s-simplifikazzjonijiet previsti għall-ġestjoni tal-Programm u r-regoli tal-eliġibbiltà tal-kostijiet:
•
Fid-dawl tal-esperjenza tal-proġett pilota li jkun għaddej, jenħtieġ li titqies l-eżenzjoni ulterjuri tar-rekwiżit li titressaq proposta kompluta fil-bidu tal-proċess tal-applikazzjoni billi l-użu ta’ proċedura ta’ għoti f’żewġ fażijiet jiġi estiż għal proġetti standard. Dan diġà ġie applikat għal proġetti integrati u qed jiġi pilotat għal xi proġetti tradizzjonali. Dan inaqqas il-piż amministrattiv għall-applikanti.
•
L-adattament tar-rekwiżiti tar-rappurtar fi proporzjon mad-durata u mal-kumplessità tal-proġetti u mal-valur tal-għotja.
•
Simplifikazzjoni tal-bażi tad-data tal-indikaturi, fuq bażi ta’ fokus fuq il-proġett.
•
Użu tal-Għażliet tal-Kostijiet Issimplifikati , pagamenti bbażati fuq l-output, limitazzjoni tal-kostijiet eliġibbli għall-għotjiet.
•
Użu ta’ għotjiet ikkaskati b’rappurtar limitat, bl-involviment tat-tim tal-monitoraġġ.
•
Simplifikazzjoni tal-proċess ta’ applikazzjoni, inklużi formuli u dokumenti ta’ sostenn razzjonalizzati.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Il-frodi tinkludi mġiba ħażina interna u esterna. Tkopri b’mod partikolari kwalunkwe ksur tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definit mill-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej. L-intenzjoni hija l-element ewlieni li jiddistingwi l-frodi mill-irregolarità. Il-frodi tista’ tinvolvi riskju ta’ reputazzjoni flimkien mal-impatt finanzjarju.
B’konformità mal-Metodoloġija u mal-gwida tal-OLAF, tiġi elaborata strateġija speċifika kontra l-frodi fil-livell tad-DĠ ibbażata fuq valutazzjonijiet tar-riskju ta’ frodi fil-Ġestjoni finanzjarja ewlenija u fl-attivitajiet ta’ ġestjoni mhux finanzjarja.
Il-valutazzjonijiet tal-frodi twettqu f’Ġunju-Awwissu 2015 u se jiġu aġġornati fl-2018. Il-valutazzjoni tal-frodi qieset ukoll l-awditu ta’ segwitu tal-IAS fuq l-awditu tal-istrateġija ta’ kontra l-frodi magħmula mir-rapporti tal-SIAC u mill-Qorti tal-Awdituri. Il-konklużjoni ġenerali tal-valutazzjonijiet tar-riskju ta’ frodi mwettqa hija li r-riskju residwu ta’ frodi materjali mhux identifikat huwa baxx (probabbiltà u impatt).
L-oqsma fejn ir-riskju residwu ġie vvalutat bħala minn baxx għal medju ġew eżaminati b’mod speċifiku:
(1) Akkwist: Abbażi tal-valutazzjoni tar-riskji, huwa raġonevoli li jiġi konkluż li l-kontrolli fis-seħħ effettivament inaqqsu r-riskji prinċipali ta’ frodi fil-fażijiet ta’ tħejjija, evalwazzjoni, għoti u implimentazzjoni tal-proċess tal-akkwist (jiġifieri speċifikazzjonijiet preġudikati tal-offerta, kunflitti ta’ interessi mhux żvelati, proċedura ta’ evalwazzjoni mhux ġusta, kollużjoni bejn kuntratturi, kollużjoni ma’ kuntrattur u abbuż minn informazzjoni privileġġata, kuntratturi fantażma, plaġjariżmu, finanzjament doppju). L-oqsma li ġejjin ġew identifikati bi stima ta’ riskju residwu minn baxx għal medju: a) Kollużjoni ma’ kuntrattur biex tiġi aċċettata prestazzjoni substandard; b) Plaġjariżmu / Sostituzzjonijiet ta’ prodotti; u bi stima ta’ riskju residwu medju c) Finanzjament doppju.
Biex jiġu ffaċċjati dawn ir-riskji residwi ta’ frodi ta’ livell minn baxx għal medju jew medju, qed jiġu organizzati l-użu regolari ta’ listi ta’ kontroll ta’ ffleggjar aħmar (parti mill-AFS riveduta) u l-użu ta’ bażijiet tad-data esterni (eż. dawk elenkati fuq is-sit elettroniku AF tal-OLAF) flimkien ma’ sessjonijiet ta’ taħriġ ikkoordinati mal-OLAF.
(2) Għotjiet: Abbażi tal-valutazzjoni tar-riskji, huwa possibbli li jiġi konkluż li l-kontrolli fis-seħħ effettivament inaqqsu r-riskji prinċipali ta’ frodi fil-fażijiet ta’ evalwazzjoni, kuntrattar, u ex-post tal-proċess tal-għotjiet (jiġifieri kunflitt ta’ interessi mhux żvelat, proċedura ta’ evalwazzjoni mhux ġusta, azzjonijiet mhux imwettqa skont id-deskrizzjoni teknika, ammonti eċċessivi mħallsa, finanzjament doppju, u attentat ta’ frodi). L-oqsma li ġejjin ġew identifikati bi stima ta’ riskju residwu medju: 1) Finanzjament doppju; u bi stima ta’ riskju residwu minn baxx għal medju 2) Każi ta’ frodi potenzjali mhux identifikati.
Dawn ir-riskji qed jitnaqqsu aktar bl-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ addizzjonali kkoordinati mal-OLAF u bl-użu regolari ta’ listi ta’ kontroll ta’ ffleggjar aħmar (parti mill-AFS riveduta).
(3) Nefqa amministrattiva: Abbażi tal-valutazzjoni tar-riskji, il-kontrolli fis-seħħ effettivament inaqqsu r-riskji prinċipali ta’ frodi fl-oqsma tat-taħriġ, tal-pubblikazzjonijiet, tal-laqgħat interni u tal-elementi ta’ kostijiet ta’ divertiment/rappreżentazzjoni tan-nefqa amministrattiva (jiġifieri pagament frodulenti potenzjali ta’ kostijiet ineliġibbli).
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
09 02
Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)
|
Diff./Mhux diff.
|
minn pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
mingħand pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju
|
|
Intestatura 3 – Ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent
|
09 02 XX Ambjent
|
Diff.
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
|
|
09 02 XX XX Natura u Bijodiversità
|
Diff.
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
|
|
09 02 XX XX Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja
|
Diff.
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
|
|
09 02 XX Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih
|
Diff.
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
|
|
09 02 XX Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa
|
Diff.
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
|
|
09 01 XX XX Ambjent - infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva
|
Mhux diff.
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
|
|
09 01 XX XX Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih - infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva
|
Mhux diff.
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
|
|
09 01 XX XX Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa - infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva
|
Mhux diff.
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
Il-linji baġitarji proposti jirriflettu l-oqsma tal-azzjonijiet indikati fil-proposti tal-Kummissjoni għal Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ġdid għall-2021-2027 (COM (2018)321 final) adottat fit-2 ta’ Mejju 2018 u jikkorrispondu għall-istruttura tal-Programm, kif inkluż fl-Abbozz tar-Regolament.
In-nomenklatura baġitarja kif ippreżentata fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva tista’ tinbidel u għadha soġġetta għal deċiżjonijiet ulterjuri li jridu jittieħdu.
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
3
|
Riżorsi Naturali u Ambjent
|
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
|
09 02 XX XX Natura u Bijodiversità
|
Impenji
|
(1)
|
261,992
|
268,057
|
277,446
|
290,490
|
307,658
|
329,587
|
355,431
|
0,000
|
2090,660
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
9,268
|
102,459
|
127,137
|
156,468
|
191,813
|
228,469
|
258,373
|
1016,672
|
2090,660
|
|
09 02 XX XX Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja
|
Impenji
|
(1)
|
164,507
|
168,315
|
174,210
|
182,400
|
193,180
|
206,950
|
223,177
|
0,000
|
1312,740
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
5,820
|
64,335
|
79,831
|
98,248
|
120,440
|
143,458
|
162,234
|
638,376
|
1312,740
|
|
09 02 XX Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih
|
Impenji
|
(1)
|
122,203
|
124,671
|
127,128
|
129,937
|
132,564
|
135,333
|
137,190
|
0,000
|
909,027
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
2,625
|
46,522
|
57,168
|
69,099
|
81,848
|
93,115
|
98,996
|
459,653
|
909,027
|
|
09 02 XX Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa
|
Impenji
|
(1)
|
132,117
|
134,810
|
137,556
|
140,357
|
143,214
|
146,129
|
148,317
|
0,000
|
982,500
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
6,247
|
52,548
|
63,913
|
76,317
|
89,829
|
101,689
|
108,113
|
483,846
|
982,500
|
|
09 01 XX XX Ambjent - infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva
|
Impenji = Pagamenti
|
(3)
|
13,500
|
13,600
|
13,700
|
13,800
|
13,900
|
14,000
|
14,100
|
0,000
|
96,600
|
|
09 01 XX XX Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih - infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva
|
Impenji = Pagamenti
|
(3)
|
5,684
|
5,773
|
5,925
|
5,777
|
5,864
|
5,864
|
6,086
|
0,000
|
40,973
|
|
09 01 XX XX Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa - infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva
|
Impenji = Pagamenti
|
(3)
|
2,500
|
2,500
|
2,500
|
2,500
|
2,500
|
2,500
|
2,500
|
0,000
|
17,500
|
|
Ambjent
|
Impenji
|
|
439,999
|
449,972
|
465,356
|
486,690
|
514,738
|
550,537
|
592,708
|
0,000
|
3 500,000
|
|
|
Pagamenti
|
|
28,588
|
180,394
|
220,668
|
268,516
|
326,153
|
385,927
|
434,707
|
1 655,048
|
3 500,000
|
|
Azzjoni Klimatika
|
Impenji
|
|
262,504
|
267,754
|
273,109
|
278,571
|
284,143
|
289,826
|
294,093
|
0,000
|
1 950,000
|
|
|
Pagamenti
|
|
17,056
|
107,343
|
129,506
|
153,693
|
180,041
|
203,168
|
215,695
|
943,499
|
1 950,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm
|
Impenji
|
=1+3
|
702,503
|
717,726
|
738,465
|
765,261
|
798,881
|
840,363
|
886,801
|
|
5.450,000
|
|
|
Pagamenti
|
=2+3
|
45,643
|
287,736
|
350,174
|
422,208
|
506,194
|
589,095
|
650,402
|
2.598,547
|
5.450,000
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
|
Riżorsi umani
|
17,017
|
21,879
|
28,314
|
30,602
|
35,464
|
38,038
|
40,755
|
|
212,069
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
1,061
|
1,312
|
1,920
|
1,620
|
1,646
|
1,746
|
2,396
|
|
11,702
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
18,078
|
18,078
|
23,191
|
30,234
|
32,222
|
37,110
|
39,784
|
43,151
|
|
223,771
|
EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Wara l-2027
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
720,580
|
740,917
|
768,699
|
797,483
|
835,991
|
880,148
|
929,952
|
0
|
5673,771
|
|
|
Pagamenti
|
63,721
|
310,927
|
380,408
|
454,431
|
543,304
|
628,879
|
693,553
|
2598,547
|
5673,771
|
3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Snin
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
17,017
|
21,879
|
28,314
|
30,602
|
35,464
|
38,038
|
40,755
|
212,069
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
1,061
|
1,312
|
1,920
|
1,620
|
1,646
|
1,746
|
2,396
|
11,702
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
18,078
|
23,191
|
30,234
|
32,222
|
37,110
|
39,784
|
43,151
|
223,771
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
21,684
|
21,873
|
22,125
|
22,077
|
22,264
|
22,364
|
22,686
|
155,073
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
21,684
|
21,873
|
22,125
|
22,077
|
22,264
|
22,364
|
22,686
|
155,073
|
|
TOTAL
|
39,761856
|
45,064144
|
52,358484
|
54,298484
|
59,374624
|
62,148624
|
65,837624
|
378,84384
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu tar-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
–
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time
|
Snin
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)
|
|
Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni
|
119
|
153
|
198
|
214
|
248
|
266
|
285
|
|
Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riċerka
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED
Intestatura 7
|
|
Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Iffinanzjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riċerka
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Oħrajn (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
119
|
153
|
198
|
214
|
248
|
266
|
285
|
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompliti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u aġenti temporanji
|
Ġestjoni operazzjonali u finanzjarja tal-attivitajiet kollha tal-programm (l-għotjiet, il-kuntratti tal-akkwist, il-premji, eċċ.)
Żvilupp ta’ sinerġiji u koordinazzjoni ma’ programmi oħra
Monitoraġġ u evalwazzjoni
|
|
|
|
3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–☑
ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi
–◻
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi u li qed jiġi stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Snin
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
fuq ir-riżorsi proprji
fuq dħul ieħor
jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa ◻
EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
2021
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).