IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.5.2018
COM(2018) 367 final
2018/0191(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi “Erasmus”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
{SEC(2018) 265 final}
{SWD(2018) 276 final}
{SWD(2018) 277 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
Reċentement l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ ġibdu l-attenzjoni tal-Mexxejja tal-UE. Fid-Dikjarazzjoni ta’ Ruma, tal-25 ta’ Marzu 2017, talbu għal “Unjoni fejn iċ-ċittadini jkollhom opportunitajiet ġodda għall-iżvilupp kulturali u soċjali u għat-tkabbir ekonomiku” u wegħdu li jaħdmu għal “Unjoni fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aħjar edukazzjoni u taħriġ u jistgħu jistudjaw u jsibu impjieg madwar il-kontinent.”
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2017 “dwar il-futur tal-programm Erasmus+”, il-Parlament Ewropew enfasizza li l-programm futur jenħtieġ li finalment ikun immirat lejn iż-żgħażagħ kollha u li dawn l-ambizzjonijiet ogħla għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss jenħtieġ li jkunu riflessi f’baġit ikbar sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-programm.
Fil-kuntest tas-Summit Soċjali f’Gothenburg tas-17 ta’ Novembru 2017, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni pproklamaw solennement u ffirmaw il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li, bħala l-ewwel prinċipju, jistabbilixxi li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni ta’ kwalità u inklużiva, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja sabiex jinżammu u jinkisbu ħiliet li jippermettulhom jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u jġestixxu t-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol b’suċċess.
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-importanza tad-dimensjoni soċjali, edukattiva u kulturali tal-politiki tal-Unjoni sabiex tressaq liċ-ċittadini Ewropej qrib xulxin u nibnu l-futur komuni tagħna, u talab lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, b’mod konformi mal-kompetenzi rispettivi tagħhom, biex jipproċedu bil-ħidma bil-għan li jżidu l-mobbiltà u l-iskambji, inkluż permezz ta’ programm sostanzjalment imsaħħaħ, inklużiv u estiż.
Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-14 ta’ Frar 2018 dwar “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b’mod effiċjenti wara l-2020”, il-Kummissjoni enfasizzat li l-baġit tal-Unjoni jrid iwettaq il-wegħdiet li għamlu l-Mexxejja tal-Unjoni, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-appoġġ għaż-żgħażagħ u l-mobbiltà taċ-ċittadini Ewropej. Il-Komunikazzjoni enfasizzat ukoll il-kunsens qawwi dwar il-ħtieġa li jiżdiedu kemm il-mobbiltà u l-iskambji, inkluż permezz ta’ Erasmus+ sostanzjalment imsaħħaħ, inklużiv u estiż, u ssottolinjat li l-programm jagħti liż-żgħażagħ il-ħiliet għas-suq tax-xogħol, itejjeb il-fehim kulturali u jsaħħaħ in-nisġa soċjali tal-Unjoni.
Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Baġit modern għal Unjoni li tipproteġi, tagħti s-setgħa u tiddefendi il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027” adottata fit-2 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni pproponiet “enfasi akbar fuq iż-“żgħażagħ” fil-qafas finanzjarju li jmiss. Dan se jinkiseb mhux biss permezz tal-irduppjar tad-daqs ta’ Erasmus+ (...), wieħed mill-aktar stejjer ta’ suċċess viżibbli tal-Unjoni.” L-enfasi tal-Programm il-ġdid “se tkun fuq l-inklużività, u li jintlaħqu aktar żgħażagħ minn kuntesti żvantaġġati. Dan se jippermetti aktar żgħażagħ li jmorru jgħixu f’pajjiż ieħor biex jitgħallmu jew jaħdmu.” Għalhekk il-Kummissjoni pproponiet “programm Erasmus iktar b’saħħtu li se jilħaq id-daqs ta’ EUR 30 biljun matul il-perjodu”. Ipproponiet ukoll li tinkludi ammont ta’ EUR 700 miljun għal inizjattiva ġdida “DiscoverEU” li se toffri liż-żgħażagħ l-opportunità li jiskopru pajjiżi tal-UE oħrajn.
L-ambizzjoni għall-programm li jmiss (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm”) timxi id f’id mal-viżjoni tal-Kummissjoni li taħdem lejn Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025 kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “It-tisħiħ tal-Identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura” tal-14 ta’ Novembru 2017. Iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni tfisser “Ewropa fejn it-tagħlim ma jkunx imfixkel mill-fruntieri. Kontinent li fih sar standard li wieħed iqatta’ żmien fi Stat Membru ieħor biex jistudja, jitgħallem u jaħdem u fejn, minbarra l-lingwa materna tiegħu, saret in-norma li wieħed jitkellem żewġ lingwi oħra. Kontinent li fih il-persuni għandhom sens qawwi tal-identità tagħhom bħala Ewropej, tal-wirt kulturali tal-Ewropa u tad-diversità tagħha”. Il-Programm se jkun komponent ewlieni li jappoġġa l-ħidma lejn Żona Ewropea tal-Edukazzjoni.
L-għan huwa li jissaħħaħ il-Programm li diġà ġie ppruvat u ttestjat fil-kategoriji kollha tal-istudenti, kemm jekk jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ edukazzjoni għolja, edukazzjoni ġenerali, edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ u edukazzjoni għall-adulti kif ukoll f’edukazzjoni mhux formali, attivitajiet taż-żgħażagħ u parteċipazzjoni attiva. Iż-żieda fl-aċċessibbiltà tal-Programm għal għadd usa’ ta’ individwi tfisser investiment finanzjarju miżjud fil-Programm iżda wkoll, u b’mod importanti ħafna, taħlita ta’ miżuri, regoli u modalitajiet ta’ parteċipazzjoni li jippermettu li jsiru ekonomiji ta’ skala, li jintroduċu simplifikazzjoni sabiex jittaffa l-piż amministrattiv, u b’hekk jitneħħew l-ostakli għall-mobbiltà u tiżdied ir-rilevanza, l-attraenza u l-karattru inklużiv tal-Programm. L-għan huwa li jittrippla l-għadd ta’ parteċipanti filwaqt li fl-istess ħin jiġu introdotti miżuri u inċentivi kwalitattivi li jippermettu li tittejjeb is-sensibilizzazzjoni għal studenti b’inqas opportunitajiet.
L-Ewropej iridu jkunu mgħammra bil-ħiliet meħtieġa f’soċjetà li qed issir dejjem aktar mobbli, multikulturali u diġitali. Hemm ħtieġa ċara li din l-isfida tiġi indirizzata u li jsir investiment f’attivitajiet li jipprovdu lill-individwi b’sett tajjeb ta’ għarfien, ħiliet u kompetenzi inkluż lingwi, mill-perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja. Dan se jgħin biex isiru iktar reżiljenti u b’potenzjal aħjar li jiġu impjegati filwaqt li trawwem il-koeżjoni soċjali. L-Ewropa teħtieġ ukoll aktar investimenti f’ħiliet diġitali u oqsma li jħarsu ’l quddiem bħat-tibdil fil-klima, l-enerġija nadifa, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, l-analiżi tad-data, l-arti/id-disinn, eċċ. Dawn huma lkoll oqsma essenzjali għat-tkabbir sostenibbli u l-koeżjoni tal-futur tal-Ewropa. Il-Programm jista’ jagħmel kontribut sinifikanti billi jistimola l-innovazzjoni u jnaqqas id-distakk fl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tal-Ewropa. L-azzjonijiet iffokati se jippermettu lill-Unjoni tisfrutta l-potenzjal tagħha għall-innovazzjoni, il-kreattività u l-intraprenditorija fl-ekonomija diġitali. L-appoġġ għall-kultura u l-kreattività fl-edukazzjoni se jikkontribwixxi għal żieda fir-reżiljenza tas-soċjetà Ewropea.
Sabiex iżid l-impatt kwalitattiv tal-programm attwali, il-Programm futur jenħtieġ li jilħaq aktar u b’mod aħjar lil persuni ta’ etajiet differenti u minn kuntesti kulturali, soċjali u ekonomiċi differenti. Jenħtieġ li jilħaq iktar lil dawk b’inqas opportunitajiet, inkluż persuni b’diżabilitajiet u migranti kif ukoll ċittadini tal-Unjoni li jgħixu f’żoni remoti. Għall-istudenti tal-iskola, l-esperjenzi tal-mobbiltà għat-tagħlim kienu eċċezzjoni sa issa. Fir-rigward ta’ studenti ta’ edukazzjoni għolja, trainees, apprendisti, żgħażagħ b’mod ġenerali, il-programm attwali ma jistax jissodisfa d-domanda kbira u dejjem tikber għall-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ mobbiltà għat-tagħlim. Għalhekk, huma meħtieġa sforzi ulterjuri sabiex il-Programm isir aktar inklużiv u sabiex tkompli tiżdied l-effiċjenza tiegħu, permezz tal-bini fuq ir-riżultati eċċellenti miksuba matul dawn l-aħħar tletin sena minn programmi tal-Unjoni f’dan il-qasam. Dan se jsir b’mod partikolari billi jiżdiedu u jiġu ffaċilitati l-attivitajiet tal-mobbiltà għall-istudenti tal-iskola, l-istudenti vokazzjonali, l-apprendisti u ż-żgħażagħ. Għat-tipi kollha ta’ attivitajiet tal-mobbiltà, il-livell ta’ appoġġ tal-għotja jenħtieġ li jiġi ottimizzat, inkluż billi jiġu żgurati għotjiet ikbar għal ċerti kategoriji ta’ studenti differenti, inkluż fil-mobbiltà tal-edukazzjoni għolja. L-opportunitajiet ta’ mobbiltà għaż-żgħażagħ li jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ tagħlim mhux formali se jiġu estiżi wkoll sabiex jilħqu aktar żgħażagħ. Se jittieħdu miżuri li jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom u jitgħallmu jipparteċipaw fis-soċjetà ċivika, irawmu sensibilizzazzjoni dwar valuri komuni tal-Unjoni, jiġbru flimkien liż-żgħażagħ u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew, kif ukoll jikkontribwixxu għall-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea.
Il-Programm jenħtieġ li jilħaq ukoll grupp fil-mira ikbar kemm fl-Unjoni kif ukoll lil hinn minnha permezz ta’ użu akbar tal-għodod ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u teknoloġija, il-mobbiltà mħallta (kombinazzjoni ta’ mobbiltà fiżika u virtwali) u l-kooperazzjoni virtwali. Sabiex il-Programm isir iktar inklużiv u b’mod partikolari biex jindirizza l-ħtiġijiet ta’ ċerti gruppi fil-mira, bħall-istudenti adulti, se jiġu promossi formats tal-mobbiltà għat-tagħlim iktar flessibbli, bħall-mobbiltà ta’ terminu qasir, fi grupp jew virtwali. L-aħjar prattiki dwar l-inklużjoni fil-qasam taż-żgħażagħ jistgħu jiġu estiżi għal oqsma oħra. Azzjoni speċifika – sħubiji fuq skala żgħira - tkun imfassla biex tagħmel il-Programm aċċessibbli għal organizzazzjonijiet bi ftit esperjenza jew mingħajr esperjenza, b’kapaċità operattiva iżgħar, b’mod partikolari għal organizzazzjonijiet ta’ bażi u dawk l-organizzazzjonijiet li jaħdmu ma’ persuni b’inqas opportunitajiet.
Il-Programm se jindirizza x-xejriet mifruxa madwar l-Ewropa ta’ parteċipazzjoni limitata fil-ħajja demokratika u l-livelli baxxi ta’ għarfien u ta’ sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet Ewropej li għandhom impatt fuq il-ħajjiet taċ-ċittadini Ewropej kollha. Ħafna persuni ma jippreferux, jew jaffaċċaw diffikultajiet, li jinvolvu lilhom infushom u jipparteċipaw b’mod attiv fil-komunitajiet tagħhom jew fil-ħajja politika u soċjali tal-Unjoni. Barra minn hekk, għalkemm illum 70% tal-Ewropej iħossu li huma ċittadini tal-Unjoni, bil-perċentwal saħansitra ogħla fost il-ġenerazzjonijiet iżgħar, hemm nuqqas mifrux ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ fehim dwar x’inhi l-Unjoni Ewropea, kif taħdem u x’valur miżjud għandha għaċ-ċittadini tagħha. It-tisħiħ tal-identità Ewropea u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi demokratiċi huma ta’ importanza kbira għall-futur tal-Unjoni. Il-Programm jista’ jikkontribwixxi għas-sensibilizzazzjoni u l-għarfien dwar l-Unjoni Ewropea fost iktar persuni milli għamel s’issa. L-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jagħqdu rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-edukazzjoni ċivika u fil-bini tal-għarfien dwar kwistjonijiet tal-Unjoni b’mod ġenerali. Meta wieħed iħares lejn il-fehim taż-żgħażagħ Ewropej dwar l-Unjoni Ewropea, jinduna li ftit għandhom għarfien lil hinn mill-fatti bażiċi. Kważi disgħa minn kull għaxar żgħażagħ fl-Unjoni jemmnu li jenħtieġ li jkun hemm edukazzjoni skolastika iktar b’saħħitha dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet bħala ċittadin tal-Unjoni. Fl-istess ħin, il-kopertura tat-tagħlim dwar l-Unjoni Ewropea fil-kurrikuli nazzjonali hija frammentata ħafna u d-dimensjoni tal-parteċipazzjoni attiva hija nieqsa fil-maġġor parti. Hemm ukoll ħtieġa ġenerali li l-persuni jingħataw is-setgħa li jsiru aktar attivi fis-soċjetà, u jkunu lesti u kapaċi jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u fil-ħajja demokratika tal-Ewropa.
L-appoġġ u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni transnazzjonali u internazzjonali bejn l-organizzazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport huma strumentali għall-kisba tal-għanijiet u biex jiġu indirizzati l-isfidi deskritti hawn fuq. Il-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet hija katalizzatur għal modi innovattivi sabiex jingħata appoġġ lill-istudenti fl-iżvilupp personali, edukattiv u professjonali tagħhom. Din trendi effetti pożittivi konkreti għall-individwi, pereżempju billi tagħti tikkonferixxi lill-persuni b’iktar kompetenzi ewlenin, tnaqqas it-tluq bikri mill-iskola, tirrikonoxxi l-kompetenzi miksuba permezz tal-volontarjat u t-tagħlim mhux formali, iżżid il-kisba ta’ edukazzjoni għolja jew timplimenta r-riformi ta’ Bolonja. Tiffaċilita wkoll iċ-ċirkulazzjoni ta’ ideat u t-trażmissjoni tal-aħjar prattiki u għarfien espert, u b’hekk tikkontribwixxi għal edukazzjoni ta’ kwalità għolja. Madankollu, l-intensità u l-kapaċità tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni mnissla mill-programm Erasmus+ għadhom mhumiex suffiċjenti, speċjalment fost organizzazzjonijiet żgħar u ta’ bażi. Il-grad ta’ kooperazzjoni ivarja bejn il-pajjiżi u r-reġjuni, u fis-setturi. Hemm lok għal titjib fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-iskejjel, l-istabbilimenti ta’ tagħlim għall-adulti u l-assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ. Din is-sitwazzjoni xxekkel ir-riformi istituzzjonali u l-modernizzazzjoni tas-sistemi edukattivi, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ fil-livell nazzjonali u Ewropew.
Id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm hija element fundamentali u trasversali li huwa rilevanti għall-mobbiltà, il-kooperazzjoni kif ukoll l-attivitajiet ta’ djalogu ta’ politika. B’mod partikolari, hemm il-ħtieġa li tiġi intensifikata l-mobbiltà u l-kooperazzjoni internazzjonali mal-pajjiżi terzi - b’mod partikolari pajjiżi tat-tkabbir, tal-viċinat, industrijalizzati u emerġenti - sabiex jiġu appoġġati istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet fl-Ewropa meta jaffaċċaw l-isfidi tal-globalizzazzjoni. Fl-istess ħin, huwa essenzjali li jiġu żgurati sinerġiji mal-istrumenti esterni tal-Unjoni sabiex jiġu segwiti l-azzjonijiet esterni tagħha biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-bniedem u istituzzjonali f’pajjiżi terzi, inkluż f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, u sabiex ikun hemm involviment maż-żgħażagħ tagħhom, bħala element essenzjali għall-bini ta’ soċjetajiet aktar reżiljenti u titjieb il-fiduċja bejn il-kulturi.
Il-Programm se jkollu jindirizza kwistjonijiet trasversali li jikkonċernaw il-programmi kollha tal-Unjoni, bħas-simplifikazzjoni tal-aċċess għall-Programm għall-ikbar firxa wiesgħa possibbli ta’ gruppi fil-mira (eż. regoli u proċeduri amministrattivi aktar sempliċi, u għodod online ottimizzati) filwaqt li tiġi żgurata għażla kompetittiva u trasparenti tal-proġetti, ċiklu ta’ ġestjoni tal-għotjiet korrett bir-riskji finanzjarji għall-Unjoni minimizzati. Addizzjonalment, il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tal-parti internazzjonali jenħtieġ li jkunu simplifikati, sabiex tiżdied l-aċċessibbiltà għall-azzjoni.
Din il-proposta tipprevedi data ta’ applikazzjoni fl-1 ta’ Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta’ sebgħa u għoxrin Stat Membru, b’konformità man-notifika tar-Renju Unit dwar l-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li rċieva l-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-politika
Il-Programm huwa wieħed mill-istrumenti ta’ finanzjament skont il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 immirat lejn l-investiment fil-persuni, fil-koeżjoni soċjali u fil-valuri. Huwa strument ewlieni fil-livell tal-Unjoni li jiffinanzja l-attivitajiet fil-livell Ewropew b’appoġġ għall-mobbilità għat-tagħlim, il-kooperazzjoni u l-iżviluppi ta’ politika innovattivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport.
Il-politiki tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jikkonsistu f’ħidma lejn Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, filwaqt li jiġi promoss il-qafas strateġiku globali għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-aġendi settorjali sottostanti tagħha dwar l-iskola, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għolja u t-tagħlim għall-adulti, l-avvanz tal-kooperazzjoni fil-politika taż-żgħażagħ skont l-Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-UE 2019-2027 u l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport, b’mod partikolari l-isport tal-organizzazzjonijiet ta’ bażi. Il-Programm huwa strument ewlieni li jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki tal-Unjoni, biex b’hekk jikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli, impjiegi u koeżjoni soċjali u t-tisħiħ tal-identità Ewropea, kif spjegat fl-għanijiet tal-Programm.
B’mod partikolari, il-Programm se jappoġġa (a) l-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti; (b) il-proċess ta’ Copenhagen dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; (c) l-aġenda mġedda tal-UE għall-edukazzjoni għolja u l-proċess ta’ Bolonja; (d) l-aġenda tal-UE mġedda għat-tagħlim għall-adulti; (e) l-istrateġija taż-żgħażagħ tal-UE mġedda u (f) il-pjan ta’ ħidma tal-UE għall-isport. Dawn il-politiki se jkomplu jiddependu fuq l-appoġġ mill-approċċ integrat għat-tagħlim tul il-ħajja tal-Programm.
Addizzjonalment, il-Programm se jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa b’impenn kondiviż għall-importanza strateġika tal-ħiliet għaż-żamma tal-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività. Jappoġġa wkoll lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-għanijiet stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni fis-17 ta’ Marzu 2015.
Il-Programm se jikkontribwixxi wkoll għall-Aġenda 2030 għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli numru 4 biex tiġi żgurata edukazzjoni ta’ kwalità inklużiva u ekwitabbli u jiġu promossi opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd.
•Konsistenza ma’ politiki u programmi oħra tal-Unjoni
Il-Programm se jkun konsistenti ma’, u jikkumplimenta, l-istrumenti l-oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari l-istrumenti ta’ kooperazzjoni esterna, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (Fondi SIE), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). L-Istrateġija Globali tal-Unjoni għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà ta’ Ġunju 2016 u l-Konsensus Ewropew għall-Iżvilupp adottati mill-Kunsill fid-19 ta’ Mejju 2017 jissottolinjaw l-importanza tal-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-bniedem bħala strumenti sabiex jindirizzaw it-tħassib marbut ma’ xejriet demografiċi barra l-Unjoni. L-azzjonijiet fil-qasam tal-politiki tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ huma kruċjali wkoll biex jindirizzaw l-isfidi tal-migrazzjoni u preventivi kontra r-riskju ta’ radikalizzazzjoni u estremiżmu. F’dan ir-rigward, il-Programm se jfittex li jkollu sinerġiji wkoll mal-Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni kif ukoll mal-Fond tas-Sigurtà Interna. Hemm ukoll komplementarjetajiet potenzjali importanti bejn l-għanijiet u l-interventi tal-Programm u l-programm Drittijiet u Valuri tal-futur. Dan tal-aħħar jimmira li jippromwovi u jżid is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar l-istorja komuni tagħna, u li jsaħħaħ il-parteċipazzjoni demokratika taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni.
Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 iffissat għan iktar ambizzjuż għall-integrazzjoni klimatika fil-programmi tal-UE kollha, b’mira kumplessiva ta’ 25% tan-nefqa tal-UE li tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-klima. Il-kontribuzzjoni ta’ dan il-programm għall-kisba ta’ din il-mira kumplessiva se tiġi ntraċċata permezz ta’ sistema ta’ mmarkar ta’ traċċi tal-klima tal-UE f’livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni, inkluż l-użu ta’ metodoloġiji iktar preċiżi fejn dawn huma disponibbli. Il-Kummissjoni se tkompli tippreżenta l-informazzjoni kull sena f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-kuntest tal-abbozz annwali tal-baġit. Biex tappoġġa l-utilizzazzjoni sħiħa tal-potenzjal tal-programm li jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-klima, il-Kummissjoni se tagħmel minn kollox biex tidentifika l-azzjonijiet rilevanti matul il-proċessi ta’ preparazzjoni, implimentazzjoni, reviżjoni u evalwazzjoni tal-programm.
Il-Programm se jkun konsistenti ma’, u jikkostitwixxi kumpliment importanti, il-programm Ewropa Kreattiva tal-futur. Il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, appoġġati minn Erasmus, se tgħin sabiex l-individwi ikollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jaffaċċaw sfidi soċjali u ekonomiċi kif ukoll jissodisfaw il-potenzjal tagħhom għal innovazzjoni, kreattività u intraprenditorija, b’mod partikolari fi ħdan l-ekonomija diġitali. L-attivitajiet marbutin mat-tisħiħ tal-aspetti kollha tal-kreattività fl-edukazzjoni u t-tisħiħ tal-kompetenzi ewlenin individwali, se jikkostitwixxu rabta kbira bejn iż-żewġ programmi b’mod konformi mal-Aġenda Ġdida għall-Kultura .
Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm se jkun konsistenti wkoll, u jikkumplimenta l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà billi joffri tipi ta’ attivitajiet differenti. Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jimmira li jtejjeb l-involviment taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet f’attivitajiet ta’ solidarjetà aċċessibbli u ta’ kwalità għolja, filwaqt li l-Programm Erasmus se joffri tipi ta’ attivitajiet oħra, bħal mobbiltà transnazzjonali għat-tagħlim, attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, miżuri sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u attivitajiet immirati lejn l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ politika. Iż-żewġ programmi għandhom governanza u mekkaniżmi eżekuttivi komuni.
Fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, il-Programm se jiżgura sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa. B’mod partikolari, tal-aħħar, fejn xieraq, se jikkumplimenta l-appoġġ tal-Programm għall-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, b’mod partikolari d-dimensjoni tar-riċerka tiegħu bħala parti mill-iżvilupp ta’ strateġiji ġodda konġunti u integrati fit-tul u sostenibbli dwar l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni.
Fil-qasam tal-ħiliet diġitali, il-Programm Ewropa Diġitali se jikkumplimenta l-approċċ mifrux ta’ Erasmus+ għall-ħiliet billi jappoġġa l-iżvilupp u l-akkwist ta’ ħiliet diġitali avvanzati meħtieġa għall-varar ta’ teknoloġiji fil-fruntieri tal-għarfien bħall-intelliġenza artifiċjali jew il-computing ta’ prestazzjoni għolja, b’kooperazzjoni mal-industriji rilevanti.
B’mod konformi mal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Programm se jqis is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u jfittex li jżid il-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjonijiet kollha tal-Programm, inkluż dawk ma’ pajjiżi terzi.
Barra minn hekk, il-Programm tal-futur se jimmira li jaġixxi ta’ “vettura” biex jappoġġa formats ta’ mobbiltà għat-tagħlim ta’ valur f’oqsma ta’ politika oħra tal-Unjoni. Se tiġi introdotta azzjoni ġdida, skont l-azzjoni ewlenin 3, biex tappoġġa l-mobbiltà ta’ organizzazzjonijiet jew individwi li huma speċifikament immirati f’oqsma ta’ politika oħrajn (eż. is-settur ta’ governanza pubblika, l-iżvilupp agrikolu u rurali, l-intrapriża, l-infurzar tal-liġi).
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
L-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isports hija minquxa fl-Artikoli 165 u 166 TFUE li jagħtu kompetenza ta’ appoġġ lill-Unjoni bil-għan li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità, l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ taħriġ vokazzjonali u ta’ politika taż-żgħażagħ u l-promozzjoni ta’ kwistjonijiet sportivi Ewropej.
•Sussidjarjetà
Għalkemm l-Istati Membri jibqgħu responsabbli għall-kontenut u l-organizzazzjoni tal-politiki tagħhom fl-oqsma konċernati, dan il-Programm jimmira li jagħti spinta lill-proġetti ta’ mobbiltà u kooperazzjoni transnazzjonali u internazzjonali, kif ukoll li jappoġġa żviluppi ta’ politika b’dimensjoni Ewropea. L-aċċess għall-Programm se jsir iktar faċli għall-atturi żgħar. B’mod ġenerali, se jappoġġa attivitajiet transnazzjonali iżda wkoll, f’każijiet eċċezzjonali, attivitajiet nazzjonali b’dimensjoni Ewropea b’saħħitha, bħall-attivitajiet dwar tema Ewropea speċifika jew prijorità ta’ politika. Dan se jippermetti lill-organizzazzjonijiet b’inqas kapaċità organizzattiva u persunal mingħajr esperjenza jew ftit li xejn f’kooperazzjoni transnazzjonali, bħall-organizzazzjonijiet ta’ bażi u l-parteċipanti ġodda, li jkollhom esperjenza tal-ewwel darba ta’ aċċess għall-fondi tal-Unjoni u li jiksbu għarfien dwar l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni transnazzjonali fil-futur.
L-għanijiet ta’ din l-inizjattiva ma jistgħux jinkisbu b’mod adegwat u suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura transnazzjonali, il-volum kbir u l-ambitu ġeografiku mifrux tal-attivitajiet ta’ mobbiltà u kooperazzjoni għat-tagħlim ffinanzjati, l-effetti tagħhom fuq l-aċċess għall-mobbilità għat-tagħlim u b’mod aktar ġenerali fuq l-integrazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll id-dimensjoni internazzjonali msaħħa tagħha. Kif intwera mill-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ Erasmus+, l-inizjattivi uniċi tal-istituzzjonijiet edukattivi jew l-Istati Membri, minkejja li meqjusa effiċjenti u ta’ benefiċċju fil-livell nazzjonali, ma għandhomx skala u volum suffiċjenti, u ma għandhomx effett ta’ lħuq mifrux mal-Ewropa kollha. F’termini ta’ ambitu, il-kopertura kumulattiva tal-pajjiż individwali u transsettorjali għadha limitata meta mqabbla mal-programm Erasmus+ attwali.
•Proporzjonalità
Din il-proposta se tkopri s-setturi kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ - skejjel, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni għolja u tagħlim għall-adulti - iż-żgħażagħ u l-isport b’mod iffukat u simplifikat. Se tirrinforza l-azzjonijiet ippruvati u ttestjati li kellhom impatt kif muri mill-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ Erasmus+. Biex timmassimizza l-impatt tagħha, se jiżdied il-volum ta’ attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim u ta’ kooperazzjoni fis-setturi li juru l-ogħla prestazzjoni, biex twieġeb għad-domanda għolja mhux milħuqa u tindirizza l-isfidi deskritti fit-taqsima 1. L-azzjonijiet eżistenti se jiġu simplifikati u ffokati mill-ġdid (bħat-tagħlim għall-adulti, l-isport u Jean Monnet) b’kont meħud tar-riżultati tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm Erasmus+ 2014-2020 u l-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati. L-użu ta’ formats ġodda u flessibbli se jiġi promoss biex jinfirex l-ilħuq tal-Programm (bħall-kooperazzjoni virtwali, il-mobbiltà għal żmien qasir u ta’ gruppi). Se jiġi introdott għadd limitat ta’ azzjonijiet ġodda sabiex jiġu indirizzati sfidi u prijoritajiet ta’ politika ġodda (bħall-Universitajiet Ewropej u Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ). Dawn il-miżuri ġew meqjusa bħala l-aktar adattati sabiex il-programm isir aktar inklużiv u aktar effettiv.
It-titjib propost se jkun integrat fl-arkitettura eżistenti tal-programm u juża l-mekkaniżmi eżekuttivi eżistenti sabiex tiġi żgurata kontinwazzjoni u stabbiltà massima mal-programm predeċessur. Għalhekk din l-inizjattiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet segwiti.
•Għażla tal-istrument
L-istrument propost huwa Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet retrospettivi/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu msemmija hawn fuq tal-programm Erasmus+ 2014-2020, li vvalutat il-progress fl-implimentazzjoni tal-Programm fil-perjodu 2014-2016 u l-impatt fit-tul tal-programmi predeċessuri tiegħu, uriet li l-programm Erasmus+ attwali jipprovdi pakkett uniku ta’ eżiti fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u huwa vvalutat ħafna mill-partijiet ikkonċernati u mill-pubbliku. Enfasizzat il-valur miżjud Ewropew b’saħħtu ta’ Erasmus+ u l-programmi predeċessuri tiegħu. L-evalwazzjoni sabet ukoll li l-programmi predeċessuri kollha evalwati kienu effettivi ħafna filwaqt li Erasmus+ huwa aktar koerenti, rilevanti u, parzjalment biss, aktar effiċjenti mill-predeċessuri tiegħu. Barra minn hekk, enfasizzat l-effetti pożittivi tan-natura integrata tal-Programm li jkopri t-tagħlim fil-kuntesti kollha tiegħu u fl-istadji kollha tal-ħajja (loġika tat-tagħlim tul il-ħajja). Il-modi ta’ implimentazzjoni dehru wkoll bħala ċari u adattati għall-iskop tagħhom b’mod ġenerali.
L-evalwazzjoni indikat xi oqsma għal titjib, b’mod partikolari:
–f’termini ta’ rilevanza, l-evalwazzjoni ġibdet l-attenzjoni għall-ħtieġa li jintlaħqu aħjar l-individwi b’inqas opportunitajiet u li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet iżgħar sabiex il-programm isir aktar inklużiv; li jiġu msaħħa miżuri li jrawwmu l-fehim tal-integrazzjoni Ewropea u s-sens ta’ appartenenza għall-Ewropa, b’mod partikolari fost l-iżgħar ġenerazzjonijiet;
–f’termini ta’ effettività, il-volum ta’ attivitajiet f’setturi li juru l-ogħla livell ta’ prestazzjoni, iżda li, s’issa, irċevew relattivament inqas finanzjament, jenħtieġ li jiġu rinforzati bħal fis-setturi tal-iskejjel, tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u s-setturi taż-żgħażagħ, li se jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tad-dimensjoni ta’ inklużjoni tal-Programm;
–f’termini ta’ effiċjenza, il-proċeduri ta’ applikazzjoni u rapportar jistgħu jiġu simplifikati aktar sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u l-proċeduri online jiġu ottimizzati aktar.
Din il-proposta tikkunsidra fil-biċċa l-kbira s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet għal titjib magħmul mill-evalwatur estern bil-ħsieb ta’ programm suċċessur.
Is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu huma deskritti aktar fil-Valutazzjoni tal-Impatt (ara t-taqsima 1.3.1) u rendikont dettaljat tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni jinsab fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal li akkumpanja r-rapport tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Saru konsultazzjonijiet fuq skala kbira tal-pubbliku u tal-partijiet ikkonċernati minn Novembru 2016 u tul parti kbira mill-2017 fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ Erasmus+ fil-pajjiżi kollha tal-programm. Dan sar permezz ta’ taħlita ta’ attivitajiet ta’ konsultazzjoni: intervisti semi-strutturati, stħarriġ online fost il-benefiċjarji tal-programm, studji ta’ każijiet u konsultazzjoni pubblika miftuħa mnedija fit-28 ta’ Frar 2017 għal tliet xhur bil-ħsieb li jinġabru l-opinjonijiet tal-pubbliku ġenerali u tal-gruppi interessati kollha. Inġabru data u opinjonijiet mill-korpi ta’ implimentazzjoni tal-Programm kif ukoll minn dawk li mhumiex benefiċjarji u mill-korpi inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ programmi komparabbli oħra. Saru wkoll konsultazzjonijiet ad hoc mal-partijiet ikkonċernati dwar l-attivitajiet Jean-Monnet u dwar il-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self lill-Istudenti. Kollox ma’ kollox, ingħataw iktar minn miljun risposta mill-partijiet ikkonċernati kollha.
Il-pajjiżi tal-programm issottomettew rapporti nazzjonali dwar l-implimentazzjoni u l-impatt fit-territorji rispettivi tagħhom tal-azzjonijiet Erasmus+ li kellhom iġestixxu.
Id-data miġbura matul dawn il-konsultazzjonijiet uriet appoġġ unanimu mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tat-tagħlim u l-parteċipanti għal aktar tisħiħ tal-programm filwaqt li tinżamm l-istabbiltà u l-kontinwità tal-programm f’termini tal-arkitettura bażika u l-mekkaniżmi eżekuttivi. L-oqsma ewlenin ta’ titjib futur identifikati waqt il-konsultazzjonijiet ikkonċernaw il-ħtieġa li jiġu simplifikati aktar ir-regoli tal-programm u li jitnaqqas il-piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq azzjonijiet deċentralizzati internazzjonali ta’ edukazzjoni għolja u li l-programm isir aktar inklużiv. Ġie ssuġġerit ukoll li ssir reviżjoni tas-sehem bejn is-setturi tal-programm f’termini ta’ finanzjament allokat u l-volum sussegwenti ta’ attivitajiet fis-setturi kollha.
Il-partijiet ikkonċernati ssottolinjaw ukoll li l-programm futur jenħtieġ li jibqa’ integrat u sostnut mill-kunċett tat-tagħlim tul il-ħajja u talbu għal proċeduri u proċessi ta’ simplifikazzjoni ulterjuri – anke permezz tal-ottimizzazzjoni tal-għodod online kif ukoll iż-żieda tal-flessibbiltà baġitarja. Din hija kwistjoni b’mod partikolari fir-rigward tal-azzjonijiet internazzjonali tal-programm fil-qasam tal-edukazzjoni għolja li huma ġestiti mill-aġenziji nazzjonali b’mod separat għal kull reġjun globali b’mod riġidu wisq. Talbu wkoll għar-rinforz tas-sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.
Saret konsultazzjoni pubblika miftuħa separata mid-9 ta’ Jannar 2018 sad-9 ta’ Marzu 2018 fil-kuntest tal-preparazzjoni tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi finanzjarji għall-perjodu wara l-2020, inter alia sabiex jiġu mfittxija inputs dwar id-disinn tal-programm futur.
Din il-Konsultazzjoni kkonfermat li l-programm Erasmus+ attwali huwa pperċepit bħala wieħed mill-aktar programmi ta’ suċċess u rilevanti ħafna tal-Unjoni. Il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw bis-saħħa l-valur miżjud Ewropew ta’ Erasmus+ meta mqabbel ma’ programmi nazzjonali simili. L-arkitettura integrata u l-modi ta’ ġestjoni tal-programm ġew meqjusa xierqa u adattati għall-iskop.
F’termini ta’ sfidi ewlenin tal-programm futur, din il-konsultazzjoni kkonfermat is-sejbiet ta’ attivitajiet ta’ konsultazzjoni preċedenti (il-ħtieġa li jintlaħqu b’mod effettiv gruppi fil-mira l-iktar żvantaġġati u li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ bażi u parteċipanti ġodda; livell insuffiċjenti ta’ finanzjament perċepit bħala ostaklu sabiex il-programm jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu, il-ħtieġa għal aktar simplifikazzjoni fil-proċessi ta’ applikazzjoni u rapportar). Il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw ukoll il-valur miżjud limitat tal-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self lill-Istudenti.
Fir-rigward tal-għanijiet tal-programm futur, il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw il-ħtieġa li jiġu ffokati mill-ġdid il-prijoritajiet għal aktar inklużjoni soċjali u ġustizzja, modernizzazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll aktar enfasi fuq l-identità Ewropea, iċ-ċittadinanza attiva u l-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika. Il-messaġġi ewlenin tal-partijiet ikkonċernati semmew l-opzjonijiet imtejba ta’ mobbiltà għal żmien qasir, l-opportunitajiet għal mobbiltà tal-istudenti tal-iskola u mobbiltà mtejba għall-adulti, ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, aktar għodod virtwali, aktar proġetti fuq skala żgħira, iż-żieda fil-baġit għall-programm, il-bini ta’ rabtiet aktar b’saħħithom mal-pajjiżi ġirien u twessiegħ tal-ambitu ġeografiku għall-kooperazzjoni mal-bqija tad-dinja, aktar flessibbiltà, opportunitajiet estiżi ta’ kooperazzjoni transsettorjali. Il-partijiet ikkonċernati talbu wkoll sinerġiji akbar mal-Fond Soċjali Ewropew u titjib tad-disseminazzjoni u l-isfruttament effettiv tar-riżultati tal-proġetti.
Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati huma dettaljati fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu msemmija hawn fuq u fil-Valutazzjoni tal-Impatt (ara l-Anness II).
•Għarfien espert estern
Il-Kummissjoni iddependiet mill-għarfien espert ta’ kuntrattur estern u studji oħra riveduti fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu msemmija hawn fuq tal-Programm.
Fir-Rapport tiegħu, il-kuntrattur għamel sommarju tas-sejbiet tal-evalwazzjoni tiegħu tal-programm Erasmus+ fil-perjodu 2014–2016 u l-programmi predeċessuri fil-perjodu 2007–2013. L-analiżi kopriet is-setturi kollha tal-programm: l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport kif ukoll Jean Monnet u l-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self lill-Istudenti. Kopriet ukoll it-tipi kollha ta’ azzjonijiet iffinanzjati. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni offriet evalwazzjoni ffokata fuq azzjoni li bħalissa qed tiġi ppilotata skont il-programm, eTwinning Plus.
L-evalwazzjoni kienet strutturata madwar ħames kriterji ta’ evalwazzjoni (rilevanza, koerenza, effettività, effiċjenza u valur miżjud tal-Unjoni).
Addizzjonalment, ir-rapport kien akkumpanjat minn diversi rapporti awtonomi: evalwazzjoni tal-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self lill-Istudenti u ta’ Jean Monnet, rapport sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika miftuħa ta’ tliet xhur imnedija fi Frar 2017 u sinteżi tar-Rapporti mill-Awtoritajiet Nazzjonali.
Fir-rapport tiegħu, il-kuntrattur identifika għadd ta’ oqsma fejn jista’ jsir titjib u għamel rakkomandazzjonijiet relatati. Kif diġà ssemma hawn fuq, il-Kummissjoni bbażat lilha nfisha fuq dawn is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet fir-rapport tagħha dwar l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm Erasmus+.
•Valutazzjoni tal-Impatt
Il-Valutazzjoni tal-Impatt iffokat fuq żewġ opzjonijiet:
(1)it-tkomplija tal-programm fil-forma attwali tiegħu bil-baġit attwali kkoreġut sabiex iqis it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni (UE-27) li jirrappreżenta l-investiment minimu ta’ massa kritika fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fil-livell tal-Unjoni sabiex ikompli jkollu eżitu pożittiv. Xi kisbiet fl-effiċjenza jistgħu jiġu introdotti billi xi azzjonijiet eżistenti jiġu simplifikati u ffokati mill-ġdid;
(2)programm imsaħħaħ, aktar inklużiv u estiż b’għadd ta’ titjib li jippermetti lill-programm jindirizza aħjar l-isfidi identifikati fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u konsultazzjonijiet sussegwenti, filwaqt li jitqiesu wkoll l-aktar żviluppi ta’ politika riċenti.
L-opzjoni ppreferuta identifikata fil-Valutazzjoni tal-Impatt hija programm imsaħħaħ, b’mod konformi mal-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq tat-2 ta’ Mejju 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027.
Il-Valutazzjoni tal-Impatt żviluppat għadd ta’ subopzjonijiet, li jiffokaw fuq it-titjib u n-novitajiet meta mqabbla mal-programm attwali, filwaqt li jżommu l-arkitettura integrata u l-mekkaniżmi eżekuttivi attwali tal-programm. Ipprovdiet klassifikazzjoni ta’ prijorità indikattiva ta’ għadd ta’ titjib u novitajiet li jistgħu jiġu implimentati f’każ ta’ żieda baġitarja moderata għall-programm skont il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, filwaqt li oħrajn jistgħu jiġu implimentati biss bil-kundizzjoni ta’ żieda ogħla fil-baġit globali.
Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-volum tal-azzjonijiet iffinanzjati jistgħu:
–jibqgħu stabbli b’pakkett simili, b’titjib f’termini ta’ effiċjenza u simplifikazzjoni, billi jissimplifikaw u jiffokaw mill-ġdid ċerti azzjonijiet, li jippermettu li l-programm jaħdem bl-istess mod effettiv kif ħadem matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020; jew
–jekk il-pakkett tal-programm jiżdied, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-volum tad-diversi azzjonijiet eżistenti jistgħu jiżdiedu u l-attivitajiet ġodda identifikati (inklużi dawk li jiswew ħafna) jistgħu jiġu implimentati b’mod sħiħ, jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni u jiżdied il-valur miżjud Ewropew tal-Programm.
Din it-tieni proposta tqieset bħala l-aħjar għażla ta’ politika għar-raġunijiet li ġejjin:
–F’termini tal-għanijiet tal-programm, l-opzjoni tal-politika ppreferuta twieġeb l-aħjar għall-ħtieġa li jkun hemm strument li jeżegwixxi b’mod effiċjenti l-għanijiet tal-Unjoni wara l-2020, b’mod partikolari rigward il-ħtieġa li jiżdiedu l-mobbilità u l-iskambji fil-kategoriji kollha tal-istudenti, u l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi sabiex jintlaħqu l-istudenti b’inqas opportunitajiet u sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet għall-kooperazzjoni inkluż għal organizzazzjonijiet iżgħar, biex b’hekk l-Ewropej jingħaqdu flimkien u tissaħħaħ l-identità Ewropea u l-impenn lejn valuri komuni Ewropej fi żminijiet ta’ popoliżmu dejjem jikber;
–F’termini ta’ prijoritajiet, l-opzjoni ta’ politika ppreferuta ġiet imfassla sabiex tallinja aħjar l-azzjonijiet mal-prijoritajiet stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u tqis il-feedback li wasal mill-partijiet ikkonċernati u mill-pubbliku ġenerali fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u l-kampanja ta’ 30 sena ta’ Erasmus. Dan jinvolvi r-razzjonalizzazzjoni u l-iffokar mill-ġdid ta’ ċerti azzjonijiet eżistenti. Pereżempju, xi azzjonijiet se jkunu mmirati speċifikament lejn attivitajiet li jrawmu l-iżvilupp ta’ kompetenzi f’oqsma li jħarsu ’l quddiem; oħrajn se jkunu mmirati lejn it-trawwim tal-innovazzjoni fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport; L-attivitajiet Jean Monnet se jiġu ffokati parzjalment mill-ġdid sabiex jimmiraw pereżempju studenti tal-iskola, l-azzjonijiet fis-settur tat-tagħlim għall-adulti se jkunu mmirati lejn grupp fil-mira definit b’mod aktar speċifiku (dawk li għandhom l-aktar ħiliet baxxi). Fl-istess ħin, il-proposta tirrinforza d-dimensjoni inklużiva tal-programm billi tadatta ċerti azzjonijiet eżistenti u tintroduċi miżuri ġodda (bħal pereżempju mobbiltà għal żmien qasir u fi gruppi u kooperazzjoni virtwali). Addizzjonalment, l-opzjoni ta’ politika ppreferuta tistabbilixxi ċertu livell ta’ flessibbiltà sabiex jiġu meqjusa l-prijoritajiet emerġenti u l-ħtiġijiet emerġenti matul il-perjodu ta’ programmazzjoni.
–F’termini ta’ mekkaniżmu eżekuttiv, l-opzjoni ta’ politika ppreferuta, li timmira li żżomm it-taħlita ta’ modi ta’ ġestjoni eżistenti – u uniċi – tal-programm Erasmus+ attwali, ibbażata fuq l-esperjenza pożittiva tal- implimentazzjoni tal-programm, kif evalwata f’nofs it-terminu, se tippermetti l-iffukar fuq l-eżekuzzjoni u l-prestazzjoni filwaqt li timminimizza l-piż amministrattiv. L-aġenziji nazzjonali stabbiliti f’kull wieħed mill-pajjiżi tal-programm li jipparteċipaw fl-Erasmus+ attwali (ġestjoni indiretta) se jkomplu jkunu inkarigati mill-ġestjoni tal-parti ewlenija tal-fondi, jiġifieri l-biċċa l-kbira ta’ dawk allokati għall-azzjonijiet ta’ mobbiltà u kooperazzjoni. L-aġenziji nazzjonali huma mgħammra sabiex iġestixxu volum kbir ta’ azzjonijiet ta’ ammonti relattivament baxxi li jirrikjedu prossimità għall-benefiċjarji, jadattaw għad-diversità tas-sistemi nazzjonali ta’ edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ, u jallinjaw mal-prijoritajiet nazzjonali. Il-ġestjoni diretta tinżamm għal għadd ta’ azzjonijiet speċifiċi li 1) ma għandhomx massa kritika tal-baġit sabiex ikunu deċentralizzati, 2) jirrikjedu intervent Ewropew kollha jew dinji, 3) għadhom embrijoniċi fil-livell kunċettwali u jeħtieġu fażi “pilota” qabel jiġu deċentralizzati, jew 4) jirrikjedu kompetizzjoni bbażata fuq l-eċċellenza. Addizzjonalment, l-opzjoni ta’ politika ppreferuta se tippermetti ċertu livell ta’ flessibbiltà sabiex jiġu meqjusa l-prijoritajiet emerġenti u l-ħtiġijiet matul il-perjodu ta’ programmazzjoni pluriennali.
Din il-proposta hija konsistenti bis-sħiħ mal-opzjoni ta’ politika ppreferuta.
Fit-13 ta’ April 2018, il-Bord ta’ Skrutinju Regolatorju ppubblika opinjoni pożittiva bir-riżervi dwar il-fehim li l-abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt jenħtieġ li jiġi aġġustat sabiex jintegra r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord dwar xi aspetti ewlenin. B’riżultat ta’ dan, ir-rapport ġie rivedut bil-ħsieb li:
(1)jispjega b’mod iktar ċar ir-raġunament, il-kisbiet tal-effiċjenza u l-valur miżjud għall-kontinwazzjoni u l-estensjoni ta’ wħud mill-azzjonijiet proposti, b’mod partikolari għall-azzjonijiet Jean Monnet, tal-isport u tat-tagħlim għall-adulti;
(2)jelabora iktar l-analiżi tal-effettività u tar-rilevanza ta’ inizjattivi ġodda u jiċċara l-azzjonijiet proposti fir-rigward tal-mobbiltà tal-istudenti tal-iskola; Jirrinforza l-prijoritizzazzjoni tal-azzjonijiet ġodda jew estiżi proposti u jenfasizza aħjar ir-riskji potenzjali u l-mezzi biex jittaffew;
(3)jiċċara l-kunċett ta’ inklużjoni u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-programm Erasmus, u jelabora iktar dwar is-sinerġiji potenzjali ma’ programmi u strumenti tal-Unjoni oħrajn tal-futur.
L-opinjoni u l-aġġustamenti li rriżultaw fir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt huma dettaljati iktar fit-tul fl-ewwel Anness tiegħu.
•Simplifikazzjoni
B’mod konformi ma’ wieħed mill-għanijiet trasversali tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu wara l-2020, din il-proposta timmira li tnaqqas il-piż għall-benefiċjarji u l-korpi ta’ implimentazzjoni. Ir-regoli u l-proċeduri bħall-għażliet tal-għotjiet, ir-rapportar, il-monitoraġġ u l-kontroll huma kemm jista’ jkun allinjati mar-regoli u l-proċeduri komuni għall-istrumenti kollha ta’ finanzjament, u r-regoli orizzontali komuni tar-Regolament Finanzjarju jintużaw kemm jista’ jkun possibbli. Is-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni ta’ indikaturi komuni u kriterji għall-għażla se jgħinu wkoll sabiex jitnaqqas il-piż direttament minn fuq il-benefiċjarji u l-aġenziji nazzjonali. Barra minn hekk, il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji se jitnaqqas bl-użu sħiħ ta’ għodod online imtejba.
It-titjib u n-novitajiet se jiġu integrati fl-arkitettura eżistenti tal-programm u se jużaw il-mekkaniżmi eżekuttivi eżistenti. Sabiex tiġi żgurata, kemm jista’ jkun possibbli, il-kontinwità mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, se tiġi stabbilita proċedura ħafifa u proporzjonata għad-deżinjazzjoni mill-ġdid ta’ aġenziji nazzjonali li kienu inkarigati mill-implimentazzjoni tal-programm fil-livell nazzjonali u l-korpi tal-awditjar indipendenti li kienu responsabbli għall-awditjar fil-perjodu attwali tal-programm. Il-benefiċċji ta’ proċedura ħafifa bħal din għad-deżinjazzjoni tal-istrutturi ta’ implimentazzjoni se jilliberaw ir-riżorsi fil-livell nazzjonali fit-tħejjijiet tal-Programm tal-ġenerazzjoni li jmiss.
Din il-proposta timmira wkoll li tkompli tissimplifika u tirrazzjonalizza l-arkitettura tal-Programm. B’mod konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, se tirrazzjonalizza l-istruttura ta’ wħud mill-azzjonijiet sabiex timmirahom aħjar u tevita sovrappożizzjonijiet, pereżempju billi tiddistingwi bejn sħubiji li jiffukaw fuq l-innovazzjoni u sħubiji li l-għan tagħhom huwa t-tagħlim reċiproku, il-kooperazzjoni u l-iskambji tal-aħjar prattiki. Barra minn hekk, se ġġib il-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet ta’ mobbiltà taħt l-istess azzjoni ewlenija, billi ċċaqlaq il-mobbiltà tal-istudenti tal-iskola mill-azzjoni ewlenija 2 (kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet) għall-azzjoni ewlenija 1 (mobbiltà għat-tagħlim għal individwi). L-azzjonijiet tal-Programm issa se jiġu organizzati skont il-loġika ta’ “azzjonijiet ewlenin”, inkluż fil-qasam tal-isport, u għalhekk jiffaċilitaw id-dinamiċi transsettorjali.
L-aċċess għall-Programm li jmiss għal organizzazzjonijiet iżgħar, bħal organizzazzjonijiet ta’ bażi, parteċipanti ġodda u persuni li diffiċli jintlaħqu, se jkun aktar faċli. Il-kandidati potenzjali jistgħu jiġu skoraġġuti mill-proċeduri tal-applikazzjoni kif ukoll mill-piż amministrattiv li jirriżulta mill-ġestjoni tal-proġetti tal-Unjoni. Anki jekk l-applikanti japprezzaw l-użu ta’ opzjonijiet tal-kost simplifikati u għotjiet (somom f’daqqa, kostijiet ta’ unità u rati fissi), il-burokrazija hija problema kbira għal xi wħud minnhom, b’mod partikolari organizzazzjonijiet ta’ daqs iżgħar, pereżempju fis-setturi tal-iskola, tal-edukazzjoni għall-adulti u taż-żgħażagħ. Din il-proposta se timplimenta azzjoni (sħubiji fuq skala żgħira) li hija mfassla speċifikament għal tali atturi fuq skala żgħira, b’livell aktar baxx ta’ kriterji u rekwiżiti amministrattivi meta mqabbla ma’ proġetti ta’ kooperazzjoni tradizzjonali oħra, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-ostakli għad-dħul fil-programm għal organizzazzjonijiet b’kapaċità organizzattiva iżgħar u l-parteċipanti ġodda. Din l-azzjoni se tappoġġa wkoll formats flessibbli (ġeneralment transnazzjonali u, f’każijiet eċċezzjonali, attivitajiet nazzjonali b’dimensjoni Ewropea qawwija) li jippermettu lill-organizzazzjonijiet jilħqu lil persuni b’anqas opportunitajiet.
L-integrazzjoni ta’ skemi oħrajn speċifiċi tal-mobbiltà tal-Unjoni ma’ dimensjoni ta’ tagħlim b’saħħitha minn oqsma ta’ politika oħrajn fil-Programm se tikkontribwixxi għal koerenza ta’ implimentazzjoni mtejba, kif ukoll iktar simplifikazzjoni u kisbiet tal-effiċjenza. Se tagħmel ukoll l-aċċess tal-benefiċjarji u tal-partijiet ikkonċernati għall-mobbiltà għat-tagħlim aktar faċli billi toqrob lejn l-idea li jiġi pprovdut one-stop shop għal skemi ta’ mobbiltà tal-Unjoni permezz tal-Programm Erasmus.
Barra minn hekk, kif jidher mill-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, hija meħtieġa simplifikazzjoni sinifikanti tal-mod kif jiġu implimentati l-azzjonijiet internazzjonali tal-programm. Attwalment, xi partijiet ta’ dawn l-azzjonijiet huma ffinanzjati minn erba’ strumenti ta’ kooperazzjoni esterna differenti tal-Unjoni u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp. Dawn l-azzjonijiet se jiġu simplifikati billi jitnaqqas l-għadd ta’ strumenti ta’ kooperazzjoni esterna u billi jiġu razzjonalizzati l-proċeduri għall-ipprogrammar tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet Erasmus skont dawn l-istrumenti.
•Drittijiet fundamentali
Din il-proposta hija konsistenti bis-sħiħ mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni. B’mod partikolari, din il-proposta tqis bis-sħiħ l-Artikolu 14 (id-dritt għall-edukazzjoni), 15 (il-libertà professjonali u dritt għax-xogħol), 21 (in-nondiskriminazzjoni), 23 (l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel), 24 (id-drittijiet tat-tfal), 26 (l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabbiltajiet), 31 (il-kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa) u 32 (il-projbizzjoni ta’ impjieg ta’ tfal u l-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol) tal-Karta.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
B’mod konformi mal-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2021-2027, il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-istess perjodu se jiġi stabbilit għal EUR 30 000 000 000.
Aktar dettalji dwar l-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa huma pprovduti fid-Dikjarazzjoni Leġiżlattiva u Finanzjarja mehmuża ma’ din il-proposta.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Il-prestazzjoni tal-Programm se tkun immonitorjata b’mod kontinwu, għall-finijiet ta’ ġestjoni, rapportar u kontabbiltà, komunikazzjoni, viżibilità u sfruttament tar-riżultati. L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni se jiġu stabbiliti fl-Anness tar-Regolament propost iżda l-Kummissjoni tippjana li tistabbilixxi aktar attivitajiet ta’monitoraġġ kontinwu, kif spjegat aktar fit-taqsima 5.1 tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Dawn l-attivitajiet ta’ monitoraġġ se jimmiraw li jivvalutaw il-progress lejn il-kisba tal-miri tal-output u tar-riżultati tal-Programm, u li jsegwu l-indikaturi tal-prestazzjoni fuq terminu qasir, medju u twil abbażi ta’ miri u valuri referenzjarji definiti minn qabel.
Addizzjonalment, l-indikaturi aktar kumplessi u ambizzjużi u ta’ impatt fit-tul se jitkejlu biss ftit drabi matul iċ-ċiklu ta’ programmazzjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzji formali ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u ex-post tal-programm futur, jew permezz ta’ studji u stħarriġ indipendenti dedikati li jridu jitwettqu minn esperti esterni. Xi stħarriġ jista’ jintuża sabiex jitkejjel l-impatt kawżali ta’ ċerti azzjonijiet tal-Programm.
Barra minn hekk, l-arranġamenti ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, b’kont meħud tar-riżultati tar-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm Erasmus+ 2014-2020, se jevitaw li jqiegħdu piż mhux meħtieġ fuq il-benefiċjarji tal-Programm u l-korpi ta’ implimentazzjoni f’termini ta’ għadd u frekwenza ta’ stħarriġ, kampjuni ta’ rispondenti, ammont u livell ta’ kumplessità tad-data miġbura, eċċ.
L-Istati Membri se jikkontribwixxu għall-proċess ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni permezz tar-rapporti nazzjonali tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-programm fit-territorju tagħhom.
L-evalwazzjonijiet se jitwettqu b’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016, fejn it-tliet istituzzjonijiet qablu li l-evalwazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni u l-politika eżistenti jenħtieġ li jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ opzjonijiet għal iktar azzjoni. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-programm fir-realtà bbażati fuq l-indikaturi/il-miri tal-programm u analiżi dettaljata tal-grad sa fejn il-programm jista’ jiġi meqjus rilevanti, effettiv, effiċjenti, jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u huwa koerenti ma’ politiki oħrajn tal-UE. Se jinkludu l-lezzjonijiet miksuba għall-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe nuqqasijiet/problemi jew kwalunkwe potenzjal sabiex ikomplu jittejbu l-azzjonijiet jew ir-riżultati tagħhom u biex jgħinu jimmassimizzaw l-isfruttament/impatt tagħhom.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Kapitolu I – Dispożizzjonijiet ġenerali tar-Regolament propost jistabbilixxu s-suġġett tiegħu, id-definizzjonijiet ta’ ċerti termini għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll l-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm. Il-Programm jimmira li jappoġġa l-iżvilupp edukattiv, professjonali u personali tal-persuni fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, fl-Ewropa u lil hinn minnha, u b’hekk jikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli, impjiegi u koeżjoni soċjali kif ukoll li jsaħħaħ l-identità Ewropea. Huwa strument ewlieni biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport.
L-għanijiet speċifiċi huma definiti għal kull wieħed mit-tliet oqsma ta’ politika tal-programm (l-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport).
Kull waħda mit-tliet oqsma ta’ politika hija strutturata madwar tliet azzjonijiet ewlenin, “mobbiltà għat-tagħlim” (azzjoni ewlenija 1), “kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet” (azzjoni ewlenija 2) u “appoġġ għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni” (azzjoni ewlenija 3).
Kapitoli II – IV jidentifikaw l-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati mill-Programm f’kull qasam ta’ politika u skont kull azzjoni ewlenija, rispettivament fl-oqsma ta’ edukazzjoni u taħriġ (Kapitolu II), żgħażagħ (Kapitolu III) u sport (Kapitolu IV).
Kapitolu V – Dispożizzjonijiet finanzjarji jistabbilixxi l-pakkett baġitarju tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 u l-forom previsti ta’ finanzjament tal-Unjoni. L-ammont ta’ referenza primarja huwa ta’ EUR 30 000 000 000. Jipprevedi wkoll li għandha tiġi allokata kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali skont l-istrumenti esterni. Għal ċerti azzjonijiet huma stabbiliti xi ammonti minimi jew livelli limitu sabiex il-leġiżlatur ikun jista’ jidderiġi l-implimentazzjoni tad-dimensjonijiet differenti tal-Programm.
Kapitolu VI – Parteċipazzjoni fil-programm jispeċifika liema pajjiżi terzi jistgħu jkunu assoċjati mal-Programm u l-kundizzjonijiet skont liema jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fih, flimkien mal-Istati Membri. Dawn il-pajjiżi terzi jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha imposti għall-Istati Membri minn dan ir-Regolament, bħall-obbligu li titwaqqaf aġenzija nazzjonali. L-organizzazzjonijiet u l-individwi minn pajjiżi terzi oħra jistgħu madankollu jipparteċipaw f’uħud mill-azzjonijiet appoġġati mill-Programm. Dan il-Kapitolu jispeċifika wkoll xi regoli speċifiċi applikabbli għall-ġestjoni diretta u indiretta fid-dawl tar-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari liema entitajiet jistgħu japplikaw għall-finanzjament u dwar il-parteċipazzjoni ta’ esperti fil-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu [150(3)] tar-Regolament Finanzjarju.
Kapitolu VII – Programmazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-għoti ta’ setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta programmi ta’ ħidma u setgħat delegati biex tirrevedi u/jew tikkumplimenta l-indikaturi tal-prestazzjoni. Jispeċifika wkoll ir-rekwiżiti f’termini ta’ monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-Programm.
Kapitolu VIII – Informazzjoni, komunikazzjoni u disseminazzjoni jiddefinixxi r-rekwiżiti għall-atturi kollha konċernati f’termini ta’ disseminazzjoni ta’ informazzjoni, reklamar u segwitu fir-rigward tal-azzjonijiet kollha appoġġati mill-Programm.
Kapitolu IX – Sistema ta’ ġestjoni u awditjar jistabbilixxi d-dispożizzjoni għall-istabbiliment u l-funzjonament tal-korpi ta’ implimentazzjoni tal-Programm. F’termini ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu eżekuttiv propost huwa kombinazzjoni ta’ ġestjoni indiretta u ġestjoni diretta. Il-kombinazzjoni tal-modi ta’ ġestjoni tibni fuq l-istrutturi eżistenti tal-programm attwali. L-aġenziji nazzjonali se jkunu responsabbli għall-ġestjoni tal-parti l-kbira tal-fondi tal-Programm.
Kapitolu X – Sistema ta’ kontroll jistabbilixxi s-sistema superviżorja neċessarja li tiżgura li l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tkun debitament ikkunsidrata meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament.
Kapitolu XI – Komplementarjetà ma’ politiki, programmi u fondi oħra tal-Unjoni jipprevedi li l-Programm għandu jiġi implimentat sabiex jiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà ġenerali tal-Programm ma’ politiki u strumenti oħra tal-Unjoni u l-prinċipju għas-supplimentarjetà tal-fondi. Huma previsti regoli speċifiċi li jippermettu l-komplementarjetajiet bejn il-Programm u l-fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.
Kapitolu XII – Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-għoti ta’ setgħat delegati lill-Kummissjoni u tkun żgurata t-tranżizzjoni bejn il-programmi. Fir-rigward tal-Kumitat meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 biex jassissti lill-Kummissjoni fl-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dan se jkun il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 li jistabbilixxi l-programm Erasmus+. Id-dispożizzjonijiet finali jistabbilixxu d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament propost li għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha mill-1 ta’ Jannar 2021.
2018/0191 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi “Erasmus”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 165(4) u 166(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)F’kuntest ta’ bidliet rapidi u profondi kkawżati mir-rivoluzzjoni teknoloġika u l-globalizzazzjoni, l-investiment fil-mobbilità għat-tagħlim, l-iżvilupp ta’ politika ta’ kooperazzjoni u innovattiva fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport huwa essenzjali għall-bini ta’ soċjetajiet inklużivi, koeżivi u reżiljenti u ż-żamma tal-kompetittività tal-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-identità Ewropea u għal Unjoni aktar demokratika.
(2)Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tisħiħ tal-Identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura tal-14 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni ressqet il-viżjoni tagħha sabiex taħdem lejn Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025, li fiha t-tagħlim ma jkunx imfixkel mill-fruntieri; Unjoni, li fiha jkun sar standard li wieħed iqatta’ żmien fi Stat Membru ieħor biex jistudja u jitgħallem fi kwalunkwe mod jew ambjent, u fejn, tkun saret in-norma li wieħed jitkellem żewġ lingwi oħra minbarra l-lingwa materna tiegħu; Unjoni li fiha l-persuni ikollhom sens qawwi tal-identità tagħhom bħala Ewropej, tal-wirt kulturali tal-Ewropa u tad-diversità tagħha. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li tingħata spinta lill-programm Erasmus+ ippruvat u ttestjat fil-kategoriji kollha ta’ studenti li diġà jkopri u li jintlaħqu studenti li ġejjin minn kuntesti żvantaġġati.
(3)L-importanza tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ għall-futur tal-Unjoni hija riflessa fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2018 intitolata “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b’mod effiċjenti wara l-2020”, li tenfasizza l-ħtieġa li jitwettqu l-impenji magħmula mill-Istati Membri fis-Summit Soċjali ta’ Gothenburg, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-ewwel prinċipju tiegħu dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja. Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-mobbiltà u l-iskambji, inkluż permezz ta’ programm sostanzjalment imsaħħaħ, inklużiv u estiż, kif kien mitlub mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2017.
(4)Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat u ffirmat solennement fis-17 ta’ Novembru 2017 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, jistabbilixxi, bħala l-ewwel prinċipju ewlieni tiegħu, li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużivi sabiex jinżammu u jinkisbu ħiliet li jippermettulhom jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u jġestixxu b’suċċess it-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol.
(5)Fis-16 ta’ Settembru 2016 fi Bratislava, il-mexxejja ta’ sebgħa u għoxrin Stat Membru enfasizzaw id-determinazzjoni tagħhom li jipprovdu opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ. Fid-Dikjarazzjoni ta’ Ruma li ġiet iffirmata fil-25 ta’ Marzu 2017, il-mexxejja ta’ sebgħa u għoxrin Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea wegħdu li jaħdmu għal Unjoni fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aħjar edukazzjoni u taħriġ u jistgħu jistudjaw u jsibu impjieg madwar l-Unjoni; Unjoni li tippreserva l-wirt kulturali tagħna u li tippromwovi d-diversità kulturali.
(6)Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm Erasmus+ 2014-2020 ikkonferma li l-ħolqien ta’ programm uniku dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-sport irriżulta f’simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni u sinerġiji sinifikanti fil-ġestjoni tal-Programm filwaqt li huwa meħtieġ titjib ulterjuri sabiex issir konsolidazzjoni ulterjuri tal-kisbiet fl-effiċjenza tal-Programm 2014-2020. Fil-konsultazzjonijiet għall-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u dwar il-Programm futur, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati għamlu talba qawwija għall-kontinwità fil-kamp ta’ applikazzjoni, l-arkitettura u l-mekkaniżmi eżekuttivi tal-Programm, filwaqt li talbu għadd ta’ titjib, bħal li l-Programm isir aktar inklużiv. Esprimew ukoll l-appoġġ sħiħ tagħhom biex il-Programm jinżamm integrat u msejjes fuq il-paradigma tat-tagħlim tul il-ħajja. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Frar 2017 dwar l-implimentazzjoni ta’ Erasmus+, laqa’ l-istruttura integrata tal-programm u stieden lill-Kummissjoni tisfrutta b’mod sħiħ id-dimensjoni tat-tagħlim tul il-ħajja tal-programm billi trawwem u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni transsettorjali fil-programm futur. L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li tinżamm dimensjoni internazzjonali qawwija fil-Programm u li tiġi estiża għal setturi oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
(7)Il-konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar il-finanzjament tal-Unjoni fl-oqsma tal-valuri u l-mobbiltà kkonfermat dawn is-sejbiet ewlenin u enfasizzat il-ħtieġa li l-programm futur isir programm aktar inklużiv u li jkompli jiffoka l-prijoritajiet fuq l-immodernizzar tas-sistemi edukattivi u tat-taħriġ kif ukoll it-tisħiħ tal-prijoritajiet dwar it-trawwim tal-identità Ewropea, iċ-ċittadinanza attiva u l-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika.
(8)Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Baġit modern għal Unjoni li tipproteġi, tagħti s-setgħa u tiddefendi - il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027” adottata fit-2 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni talbet li ssir enfasi aktar qawwija fuq “iż-żgħażagħ” fil-qafas finanzjarju li jmiss, b’mod partikolari billi tirdoppja u aktar id-daqs tal-Programm Erasmus+ 2014-2020, waħda mill-aktar stejjer ta’ suċċess viżibbli tal-Unjoni. Il-fokus tal-Programm il-ġdid jenħtieġ li jkun fuq l-inklużività, u sabiex jintlaħqu aktar żgħażagħ minn kuntesti żvantaġġati. Dan jenħtieġ li jippermetti aktar żgħażagħ li jmorru f’pajjiż ieħor sabiex jitgħallmu jew jaħdmu.
(9)F’dan il-kuntest, huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm suċċessur għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (il-“Programm”) tal-programm Erasmus+ 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. In-natura integrata tal-programm 2014-2020 li tkopri t-tagħlim fil-kuntesti kollha - formali, mhux formali u informali, u f’kull stadju tal-ħajja - jenħtieġ li tinżamm sabiex tagħti spinta lill-modi ta’ tagħlim flessibbli li jippermettu lill-individwi jiżviluppaw dawk il-kompetenzi li huma meħtieġa sabiex jaffaċċaw l-isfidi tas-seklu wieħed u għoxrin.
(10)Il-Programm jenħtieġ li jkun mgħammar sabiex isir kontributur terġa ikbar għall-implimentazzjoni tal-għanijiet u l-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Approċċ koerenti għat-tagħlim tul il-ħajja huwa ċentrali għall-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet differenti li l-persuni se jaffaċċaw tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Fit-teħid ta’ dan l-approċċ ’il quddiem, il-Programm li jmiss jenħtieġ li jżomm relazzjoni mill-qrib mal-qafas strateġiku ġenerali għall-politika ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, inkluż l-aġendi ta’ politika għall-iskejjel, l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim għall-adulti, filwaqt li jsaħħaħ u jiżviluppa sinerġiji ġodda ma’ programmi u oqsma ta’ politika relatati oħra tal-Unjoni.
(11)Il-Programm huwa komponent ewlieni tal-bini ta’ Qasam Ewropew tal-Edukazzjoni. Jenħtieġ li jkun mgħammar biex jikkontribwixxi għas-suċċessur tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-Aġenda tal-Ħiliet għall-Ewropa b’impenn kondiviż għall-importanza strateġika tal-ħiliet u l-kompetenzi għaż-żamma tal-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività. Jenħtieġ li jappoġġa lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-għanijiet tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni.
(12)Il-Programm jenħtieġ li jkun koerenti mal-istrateġija ġdida tal-Unjoni Ewropea dwar iż-żgħażagħ, il-qafas għal kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ għall-2019-2027, ibbażat fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar “L-impenn, il-konnessjoni u l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ: Strateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ”.
(13)Il-Programm jenħtieġ li jqis il-pjan ta’ ħidma tal-Unjoni għall-isport li huwa l-qafas ta’ kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-isport għas-snin […]. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà bejn il-pjan ta’ ħidma tal-Unjoni u l-azzjonijiet appoġġati skont il-Programm fil-qasam tal-isport. Hemm bżonn li wieħed jiffoka b’mod partikolari fuq l-isport tal-organizzazzjonijiet ta’ bażi, b’kunsiderazzjoni tar-rwol importanti li għandu l-isports fil-promozzjoni tal-attività fiżika u l-istil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa, l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-valuri komuni Ewropej permezz tal-isport, il-governanza tajba u l-integrità fl-isport, kif ukoll l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet fl-isport u permezz tal-isport.
(14)Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Unjoni b’mod partikolari billi jappoġġa attivitajiet ta’ mobbiltà u kooperazzjoni li jrawmu l-iżvilupp ta’ kompetenzi f’oqsma ta’ studju jew dixxiplini li jħarsu ’l quddiem bħax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, it-tibdil fil-klima, l-ambjent, l-ambjent, l-enerġija nadifa, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, l-analiżi tad-data u l-arti/id-disinn, sabiex jgħinu lil-persuni jiżviluppaw l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-futur.
(15)Is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa jenħtieġ li jiżguraw li jintużaw riżorsi kombinati mill-Programm u l-Programm Orizzont Ewropa biex jappoġġaw attivitajiet dedikati għat-tisħiħ u l-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Ewropej. Orizzont Ewropa, fejn xieraq, se jikkumplimenta l-appoġġ tal-Programm għall-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, b’mod partikolari d-dimensjoni tar-riċerka tiegħu bħala parti mill-iżvilupp ta’ strateġiji ġodda konġunti u integrati fit-tul u sostenibbli dwar l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa se jgħinu jrawmu l-integrazzjoni tal-edukazzjoni u r-riċerka fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja.
(16)Il-Programm jenħtieġ li jkun iktar inklużiv billi jtejjeb is-sensibilizzazzjoni tiegħu għal dawk li għandhom inqas opportunitajiet, inkluż permezz ta’ formats tal-mobbiltà għat-tagħlim iktar flessibbli, u billi jrawwem il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet iż-żgħar, b’mod partikolari parteċipanti ġodda u organizzazzjonijiet ta’ bażi bbażati fil-komunità li jaħdmu direttament ma’ studenti żvantaġġati ta’ kull età. Il-formats virtwali, bħall-kooperazzjoni virtwali, il-mobbiltà mħallta u dik virtwali, jenħtieġ li jiġu promossi biex jilħqu iktar parteċipanti, b’mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet u dawk li għalihom iċ-ċaqliqa fiżika minn pajjiż ieħor li huwa differenti mill-pajjiż ta’ residenza tagħhom tkun ostaklu.
(17)Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-edukazzjoni u l-kultura, il-Kummissjoni enfasizzat ir-rwol ċentrali tal-edukazzjoni, il-kultura u l-isport fil-promozzjoni ta’ ċittadinanza attiva u valuri komuni fost l-iżgħar ġenerazzjonijiet. It-tisħiħ tal-identità Ewropea u t-trawwim tal-parteċipazzjoni attiva tal-individwi fil-proċessi demokratiċi huwa kruċjali għall-futur tal-Ewropa u s-soċjetajiet demokratiċi tagħna. Jekk persuna ssiefer sabiex tistudja, titgħallem, titħarreġ u taħdem jew sabiex tipparteċipa f’attivitajiet taż-żgħażagħ u tal-isports, dan jikkontribwixxi għat-tisħiħ ta’ din l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha u s-sens li tkun parti minn komunità kulturali kif ukoll sabiex titrawwem din iċ-ċittadinanza attiva, fost persuni ta’ kull età. Dawk li jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ mobbiltà jenħtieġ li jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tagħhom kif ukoll jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tal-pajjiż ospitanti tagħhom biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom. L-attivitajiet marbutin mat-tisħiħ tal-aspetti kollha tal-kreattività fl-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ u t-tisħiħ tal-kompetenzi ewlenin individwali jenħtieġ li jiġu appoġġati.
(18)Id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm jenħtieġ li tingħata spinta li timmira li toffri għadd akbar ta’ opportunitajiet għall-mobbiltà, il-kooperazzjoni u d-djalogu ta’ politika ma’ pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm. Billi nibnu fuq l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ attivitajiet internazzjonali ta’ edukazzjoni għolja u taż-żgħażagħ skont il-programmi predeċessuri fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, l-attivitajiet internazzjonali ta’ mobbiltà jenħtieġ li jiġu estiżi għal setturi oħra, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.
(19)L-arkitettura bażika tal-programm 2014-2020 fi tliet kapitoli - l-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport - strutturata madwar tliet azzjonijiet ewlenin kienet ta’ suċċess u jenħtieġ li tinżamm. Jenħtieġ li jiġi introdott titjib biex jiġu simplifikati u razzjonalizzati l-azzjonijiet appoġġati mill-Programm.
(20)Il-Programm jenħtieġ li jirrinforza l-opportunitajiet ta’ mobbiltà għat-tagħlim eżistenti, b’mod partikolari f’dawk is-setturi fejn il-Programm jista’ jkollu l-akbar kisbiet fl-effiċjenza, sabiex iwessa’ l-ilħuq tiegħu u jissodisfa d-domanda għolja mhux milħuqa. Dan jenħtieġ li jsir b’mod partikolari billi jiżdiedu u jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ta’ mobbiltà għal studenti ta’ edukazzjoni għolja, studenti tal-iskola u studenti fis-settur tal-edukazzjoni t-taħriġ vokazzjonali. Il-mobbiltà ta’ studenti adulti b’livell baxx ta’ ħiliet jenħtieġ li tkun inkorporata fi sħubiji għall-kooperazzjoni. L-opportunitajiet ta’ mobbiltà għaż-żgħażagħ li jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ tagħlim mhux formali jenħtieġ li jiġu estiżi wkoll sabiex jilħqu aktar żgħażagħ. Il-mobbiltà tal-persunal fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jenħtieġ li tiġi rinforzata wkoll, b’konsiderazzjoni tal-effett ta’ ingranaġġ li għandha. B’mod konformi mal-viżjoni ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni reali, il-Programm jenħtieġ li jagħti spinta wkoll lill-mobbiltà u l-iskambji u jippromwovi l-parteċipazzjoni tal-istudenti f’attivitajiet edukattivi u kulturali billi jappoġġa d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi bħall-Kard Ewropea tal-Istudenti. Din l-inizjattiva tista’ tkun pass importanti biex il-mobbiltà ssir realtà għal kulħadd billi tippermetti lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jibgħatu u jirċievu iktar studenti ta’ skambju filwaqt li ttejjeb il-kwalità fil-mobbiltà tal-istudenti u wkoll billi tiffaċilita l-aċċess tal-istudenti għal diversi servizzi (librerija, trasport, akkomodazzjoni) qabel ma jaslu fl-istituzzjoni barra minn pajjiżhom.
(21)Il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika Ewropea, inkluż billi jappoġġa proġetti ta’ parteċipazzjoni sabiex iż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom u jitgħallmu jipparteċipaw fis-soċjetà ċivika, ikollhom sensibilizzazzjoni dwar valuri komuni Ewropej inkluż id-drittijiet fundamentali, jiġbor flimkien żgħażagħ u dawk li jieħdu deċiżjonijiet fil-livell lokali, nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll jikkontribwixxi għall-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea.
(22)Il-Programm jenħtieġ li joffri l-opportunità liż-żgħażagħ sabiex jiskopru l-Ewropa, permezz ta’ esperjenzi ta’ tagħlim barra minn pajjiżhom. Iż-żgħażagħ ta’ tmintax-il sena, b’mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet, jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jkollhom esperjenza ta’ vjaġġ fl-Ewropa tal-ewwel darba, għal terminu qasir fil-livell individwali jew fi grupp fil-qafas ta’ attività edukattiva informali mmirata lejn it-trawwim tas-sens ta’ appartenenza tagħhom fl-Unjoni Ewropea u l-iskoperta tad-diversità kulturali tagħha. Il-Programm jenħtieġ li jidentifika l-korpi responsabbli biex jilħqu u jagħżlu l-parteċipanti u jappoġġa l-attivitajiet li jrawmu d-dimensjoni tat-tagħlim tal-esperjenza.
(23)Il-Programm jenħtieġ li jtejjeb ukoll it-tagħlim tal-lingwi, b’mod partikolari permezz ta’ użu iktar mifrux ta’ għodod online, għaliex t-tagħlim elettroniku joffri vantaġġi addizzjonali għat-tagħlim tal-lingwi f’termini ta’ aċċess u flessibbiltà.
(24)Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tagħhom li jgħammru lill-individwi bl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa f’dinja li qed tinbidel kif ukoll biex jissodisfaw b’mod adegwat il-potenzjal għall-innovazzjoni, il-kreattività u l-intraprenditorija, b’mod partikolari fi ħdan l-ekonomija diġitali.
(25)Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill Ewropew talab lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipproċedu b’għadd ta’ inizjattivi sabiex iżidu l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal livell ġdid, inkluż billi jinkoraġġixxu l- emerġenza ta’ “Universitajiet Ewropej” sal-2024, li jikkonsistu f’netwerks minn isfel għal fuq ta’ universitajiet madwar l-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa dawn l-Universitajiet Ewropej.
(26)Il-Communiqué ta’ Bruges tal-2010 talbet appoġġ għall-eċċellenza vokazzjonali għal tkabbir intelliġenti u sostenibbli. Il-Komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tal-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa tal-2017 tindika li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom jingħaqdu mas-sistemi tal-innovazzjoni, bħala parti minn strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-livell reġjonali. Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi l-mezzi sabiex tingħata risposta lil dawn it-talbiet u jappoġġa l-iżvilupp ta’ pjattaformi transnazzjonali ta’ Ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali integrati mill-qrib fi strateġiji lokali u reġjonali għat-tkabbir, l-innovazzjoni u l-kompetittività. Dawn iċ-ċentri ta’ eċċellenza jenħtieġ li jaġixxu ta’ xprunaturi ta’ ħiliet vokazzjonali ta’ kwalità f’kuntest ta’ sfidi settorjali, filwaqt li jappoġġaw bidliet strutturali ġenerali u politiki soċjoekonomiċi fl-Unjoni.
(27)Sabiex iżid l-użu ta’ attivitajiet virtwali ta’ kooperazzjoni, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa użu iktar sistematiku tal-pjattaformi online bħal eTwinning, School Education Gateway, il-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa, il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ u l-pjattaforma online għall-edukazzjoni għolja.
(28)Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi sabiex jiffaċilita t-trasparenza u r-rikonoxximent ta’ ħiliet u kwalifiki, kif ukoll it-trasferiment ta’ krediti jew unitajiet ta’ eżiti tat-tagħlim, sabiex irawwem l-assigurazzjoni tal-kwalità u jappoġġa l-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali, il-ġestjoni tal-ħiliet u l-gwida. F’dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ ukoll għall-punti ta’ kuntatt u n-netwerks fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni li jiffaċilitaw skambji trans-Ewropej kif ukoll l-iżvilupp ta’ mogħdiji ta’ tagħlim flessibbli bejn oqsma differenti ta’ edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ u f’kuntesti formali u mhux formali.
(29)Il-Programm jenħtieġ li jimmobilizza l-potenzjal tal-parteċipanti preċedenti ta’ Erasmus+ u jappoġġa l-attivitajiet b’mod partikolari n-networks tal-Alumni, l-ambaxxaturi u l-Europeers, billi jħeġġiġhom jaġixxu ta’ multiplikaturi tal-Programm.
(30)Bħala mod ta’ kif tiġi żgurata l-kooperazzjoni ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu offruti opportunitajiet ta’ mobbiltà lil persuni f’diversi setturi ta’ attività, bħas-settur pubbliku, tal-agrikoltura u tal-intrapriża, sabiex ikunu jistgħu jkollhom esperjenza ta’ tagħlim barra minn pajjiżhom li tippermettilhom, fi kwalunkwe stadju tal-ħajja tagħhom, jikbru u jiżviluppaw professjonalment kif ukoll personalment, b’mod partikolari billi jiżviluppaw sensibilizzazzjoni rigward l-identità Ewropea tagħhom u fehim tad-diversità kulturali Ewropea. Il-Programm jenħtieġ li joffri punt tad-dħul għall-iskemi ta’ mobbiltà transnazzjonali tal-Unjoni b’dimensjoni ta’ tagħlim b’saħħitha, li jissimplifika l-offerta ta’ tali skemi għall-benefiċjarji u dawk li jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet. L-espansjoni tal-proġetti Erasmus jenħtieġ li tiġi ffaċilitata; jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ miżuri speċifiċi biex jgħinu lill-promoturi tal-proġetti Erasmus japplikaw għal għotjiet jew jiżviluppaw sinerġiji permezz tal-appoġġ tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u l-programmi relatati mal-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa u l-kultura.
(31)Huwa importanti li jiġu stimulati t-tagħlim, l-apprendiment u r-riċerka fi kwistjonijiet ta’ integrazzjoni Ewropea, kif ukoll li jiġu promossi d-dibattiti dwar dawn il-kwistjonijiet permezz ta’ appoġġ għall-azzjonijiet Jean Monnet fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja iżda wkoll f’oqsma oħrajn tal-edukazzjoni u t-taħriġ. It-trawwim ta’ sens ta’ identità Ewropea u l-impenn huma partikolarment importanti fi żminijiet meta l-valuri komuni li l-Unjoni hija msejsa fuqhom, u li jiffurmaw parti mill-identità Ewropea tagħna, qed jiġu ttestjati, u meta ċ-ċittadini juru livelli baxxi ta’ involviment. Il-Programm jenħtieġ li jkompli jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-eċċellenza fl-istudji ta’ integrazzjoni Ewropea.
(32)Billi jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima b’konformità mal-impenji tal-Unjoni sabiex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u tikseb l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-mira kumplessiva ta’ 25% tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni li jappoġġa l-għanijiet tal-klima. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċess ta’ reviżjoni.
(33)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fit-tifsira ta’ [referenza li għandha tiġi aġġornata kif xieraq il-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.
(34)Fi ħdan pakkett bażiku għal azzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti mill-aġenziji nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jenħtieġ li jiġi definit tqassim tal-allokazzjoni minima għal kull settur (edukazzjoni għolja, edukazzjoni skolastika, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u edukazzjoni għall-adulti) sabiex tkun garantita massa kritika ta’ approprjazzjonijiet biex jintlaħqu l-output u r-riżultati maħsuba f’kull wieħed minn dawn is-setturi.
(35)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku u implimentazzjoni indiretta.
(36)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jrendu r-riżultati, filwaqt li jqiesu, b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu tas-somom f’daqqa, ir-rati fissi u l-kostijiet ta’ unità, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif jissemma fl-Artikolu [125(1)] tar-Regolament Finanzjarju.
(37)Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-Programm fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilit skont il-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll abbażi ta’ strumenti legali oħrajn. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jagħti d-drittijiet neċessarji u aċċess għall-uffiċjali awtorizzanti responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw l-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Il-parteċipazzjoni sħiħa tal-pajjiżi terzi fil-Programm jenħtieġ li tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet speċifiċi li jkopru l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz konċernat mal-Programm. Parteċipazzjoni sħiħa tinvolvi, barra minn hekk, l-obbligu li titwaqqaf aġenzija nazzjonali u li jiġu ġestiti wħud mill-azzjonijiet tal-Programm f’livell deċentralizzat. Individwi u entitajiet minn pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw f’xi wħud mill-azzjonijiet tal-Programm, kif definit fil-programm ta’ ħidma u s-sejħiet għall-proposti ppubblikati mill-Kummissjoni. Meta jiġi implimentat il-Programm, jistgħu jiġu kkunsidrati arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet mill-Istati mikro Ewropej.
(38)B’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultarperiferiċi tal-Unjoni’, il-Programm jenħtieġ li jikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika ta’ dawn ir-reġjuni. Il-miżuri se jikkunsidraw iż-żieda tal-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-azzjonijiet kollha. Jenħtieġ li jitrawmu l-iskambji tal-mobbiltà u l-kooperazzjoni bejn il-persuni u l-organizzazzjonijiet minn dawn ir-reġjuni u pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-ġirien tagħhom. Tali miżuri se jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment.
(39)Skont [ir-referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont id-Deċiżjoni l-ġdida dwar l-OCT l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/KE], l-individwi u l-entitajiet stabbiliti f’pajjiżi jew territorji barranin huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u l-għanijiet tal-Programm u l-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-pajjiż jew it-territorju barrani huwa marbut. Ir-restrizzjonijiet imposti mir-remotezza ta’ dawn il-pajjiżi jew territorji jenħtieġ li titqies meta jiġi implimentat il-Programm, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm tiġi mmonitorjata u evalwata regolarment.
(40)B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta programmi ta’ ħidma u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan. Il-programm ta’ ħidma jenħtieġ li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom b’konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm, il-kriterji tal-għażla u tal-għotja, kif ukoll l-elementi l-oħrajn kollha meħtieġa. Il-programmi ta’ ħidma u kwalunkwe emenda fihom jenħtieġ li jiġu adottati minn atti ta’ implimentazzjoni b’konformità mal-proċedura ta’ eżami.
(41)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tal-Programm abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti ta’ monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Tali rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi speċifiċi, miżurabbli u realistiċi li jistgħu jitkejlu matul iż-żmien bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fir-realtà.
(42)Jenħtieġ li jiġu żgurati sensibilizzazzjoni, reklamar u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm, fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, reklamar u ta’ disseminazzjoni jibbażaw fuq il-korpi ta’ implimentazzjoni kollha tal-Programm, inkluż, meta jkun rilevanti, bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati ewlenin oħra.
(43)Sabiex tiġi żgurata effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar b’saħħithom bejn l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqa b’inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament.
(44)Biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Programm jagħmel użu massimu mill-mekkaniżmi eżekuttivi diġà fis-seħħ. L-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li għalhekk tiġi fdata lill-Kummissjoni, u lill-aġenziji nazzjonali. Fejn ikun fattibbli, u sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza, l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li ikunu l-istess bħal dik deżinjata għall-ġestjoni tal-programm predeċessur. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità ex-ante jenħtieġ li jkun limitat għar-rekwiżiti li huma ġodda u speċifiċi għall-Programm, sakemm dan ma jkunx ġustifikat, bħal f’każ ta’ nuqqasijiet serji jew sottoprestazzjoni min-naħa tal-aġenzija nazzjonali konċernata.
(45)Biex jiġu żgurati l-ġestjoni finanzjarja tajba u ċ-ċertezza tad-dritt f’kull pajjiż parteċipanti, jenħtieġ li kull awtorità nazzjonali tiddeżinja korp indipendenti tal-awditjar. Fejn fattibbli, u sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza, il-korp indipendenti tal-awditjar jenħtieġ li jkun l-istess bħal dak iddeżinjat għall-azzjonijiet imsemmija fil-programm preċedenti.
(46)L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex iwarrbu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Programm. Dan jinkludi r-risolviment, fejn possibbli, u mingħajr ħsara għad-dritt tal-Unjoni dwar kwistjonijiet tad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta’ viżi u ta’ permessi ta’ residenza. B’mod konformi mad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri huma nkoraġġuti jistabbilixxu proċeduri rapidi għall-ammissjoni.
(47)Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni jenħtieġ li tiżgura li d-data għall-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programm ta’ monitoraġġ tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu, u fil-livell xieraq ta’ granularità. Din id-data jenħtieġ li tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni b’mod li tkun konformi mar-regoli rilevanti tal-protezzjoni tad-data.
(48)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(49)Sabiex jiġu simplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jintużaw kemm jista’ jkun għotjiet simplifikati fil-forma ta’ somom f’daqqa, spejjeż ta’ unità u finanzjament b’rata fissa. L-għotjiet simplifikati biex jappoġġaw l-azzjonijiet ta’ mobbiltà tal-Programm, kif definit mill-Kummissjoni, jenħtieġ li iqisu l-ispejjeż tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż ospitanti. Il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali tal-pajjiżi mittenti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jaġġustaw dawn l-għotjiet simplifikati fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, b’mod partikolari sabiex jiżguraw aċċess għal persuni b’inqas opportunitajiet. B’konformità mad-dritt nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġu wkoll jeżentaw dawk l-għotjiet minn kwalunkwe taxxa u imposta soċjali. L-istess eżenzjoni jenħtieġ li tapplika għal entitajiet pubbliċi jew privati li jagħtu appoġġ finanzjarju bħal dan lill-individwi konċernati.
(50)B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/1939, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod skorrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. B’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn tal-Unjoni li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u trid tiżgura li kwalunkwe terza parti involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
(51)Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-azzjonijiet imwettqa fi ħdan il-Programm ma’ attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri u ma’ attivitajiet oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura u l-midja, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija u l-intrapriża, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali b’fokus fuq il-bdiewa żgħażagħ, il-koeżjoni, il-politika reġjonali u l-kooperazzjoni u l-iżvilupp internazzjonali.
(52)Filwaqt li l-qafas regolatorju diġà ppermetta lill-Istati Membri u lir-reġjuni jistabbilixxu sinerġiji fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti bejn Erasmus+ u strumenti oħra tal-Unjoni, bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, li jappoġġaw ukoll l-iżvilupp kwalitattiv ta’ sistemi edukattivi, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ fl-Unjoni, dan il-potenzjal s’issa għadu ma ġiex sfruttat, u għalhekk ġew limitati l-effetti sistemiċi tal-proġetti u l-impatt fuq il-politika. Jenħtieġ li ssir komunikazzjoni u kooperazzjoni effettiva fil-livell nazzjonali bejn il-korpi nazzjonali inkarigati mill-ġestjoni ta’ dawn l-istrumenti varji sabiex jiġi massimizzat l-impatt rispettiv tagħhom. Il-Programm jenħtieġ li jippermetti l-kooperazzjoni attiva ma’ dawn l-istrumenti.
(53)Sabiex tirrevedi jew tikkumplimenta l-indikaturi tal-prestazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti b’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Anness. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fil-preparazzjoni tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw il-preparazzjoni tal-atti delegati.
(54)Huwa xieraq li jiġi żgurat l-għeluq korrett tal-programm predeċessur, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti pluriennali għall-ġestjoni tiegħu, bħall-finanzjament ta’ assistenza teknika u amministrattiva. Mill-1 ta’ Jannar 2021, l-assistenza teknika u amministrattiva jenħtieġ li tiżgura, jekk meħtieġ, il-ġestjoni tal-azzjonijiet li għadhom ma ġewx finalizzati skont il-programm predeċessur sal-31 ta’ Diċembru 2020.
(55)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ lejn id-dritt għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u d-dritt għal non-diskriminazzjoni bbażata fuq sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(56)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, għaliex ir-rispett lejn l-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament tal-Unjoni effettiv.
(57)Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-karattru transnazzjonali tiegħu, il-volum kbir u l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku wiesa’ tal-attivitajiet ta’ mobbiltà u kooperazzjoni ffinanzjati, l-effetti tiegħu fuq l-aċċess għall-mobbiltà għat-tagħlim u b’mod aktar ġenerali dwar l-integrazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll id-dimensjoni internazzjonali rinforzata tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan.
(58)Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 jenħtieġ li jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.
(59)Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-appoġġ finanzjarju previst skont il-Programm, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi Erasmus, il-programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (“il-Programm”).
Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“tagħlim tul il-ħajja” tfisser tagħlim fil-forom kollha tiegħu (tagħlim formali, mhux formali u informali) li jseħħ fl-istadji kollha tal-ħajja, minn edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, edukazzjoni ġenerali, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni għolja, u tagħlim għall-adulti, li jirriżulta f’titjib fl-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet jew il-parteċipazzjoni fis-soċjetà f’perspettiva personali, ċivika, kulturali, soċjali u/jew relatata mal-impjieg, inkluż il-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza u gwida;
(2)“mobbiltà għat-tagħlim” tfisser iċ-ċaqliq fiżiku lejn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ jew tagħlim mhux formali jew informali; Dan tista’ tkun akkumpanjata minn miżuri bħal appoġġ u taħriġ lingwistiku u/jew tkun ikkumplimentata minn tagħlim online u kooperazzjoni virtwali. F’xi każijiet speċifiċi, tista’ tkun fil-forma ta’ tagħlim permezz tal-użu tal-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;
(3)“tagħlim mhux formali” tfisser tagħlim volontarju li jseħħ barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali permezz ta’ attivitajiet ta’ skop (f’termini ta’ għanijiet, metodi u żmien) u b’xi forma ta’ appoġġ għat-tagħlim;
(4)“tagħlim informali” tfisser tagħlim li jirriżulta minn attivitajiet ta’ kuljum u esperjenzi li mhumiex organizzati jew strutturati f’termini ta’ appoġġ għall-għanijiet, żmien jew tagħlim. Jista’ jkun mhux intenzjonat mill-perspettiva tal-istudent;
(5)“żgħażagħ” tfisser individwi bejn it-13 u t-30 sena;
(6)“l-isport tal-organizzazzjonijiet ta’ bażi” tfisser l-isport organizzat fil-livell lokali mill-persuni sportivi mhux professjonisti, u l-isport għal kulħadd;
(7)“studenti ta’ edukazzjoni għolja” tfisser kwalunkwe persuna rreġistrata f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja, inkluż għal ċiklu qasir, f’livell ta’ baċellerat, master jew dottorat jew ekwivalenti. Tkopri wkoll gradwati riċenti;
(8)“persunal” tfisser kwalunkwe persuna li, fuq bażi professjonali jew volontarja, hija involuta fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fit-tagħlim mhux formali, u tista’ tinkludi professuri, għalliema, persuni li jħarrġu, mexxejja tal-iskola, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, kowċis tal-isports, persunal mhux edukattiv u prattikanti oħra involuti fil-promozzjoni tat-tagħlim;
(9)“student ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali” tfisser kwalunkwe persuna reġistrata fi programm ta’ edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali inizjali jew kontinwu fi kwalunkwe livell sa livell ta’ wara l-iskola sekondarja. Jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ individwi li reċentament iggradwaw minn tali programmi;
(10)“student tal-iskola” tfisser kwalunkwe persuna reġistrata f’kapaċità ta’ tagħlim f’istituzzjoni li tipprovdi edukazzjoni ġenerali fi kwalunkwe livell mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sal-edukazzjoni sekondarja superjuri, meqjusa mill-Awtoritajiet Nazzjonali bħala eliġibbli sabiex tipparteċipa fil-Programm, fit-territorji rispettivi tagħhom;
(11)“edukazzjoni għall-adulti” tfisser kwalunkwe forma ta’ tagħlim mhux vokazzjonali għall-adulti wara l-edukazzjoni inizjali, kemm jekk tkun ta’ natura formali, mhux formali jew informali;
(12)“pajjiż terz mhux assoċjat mal-Programm” tfisser pajjiż terz li mhux qed jipparteċipa bis-sħiħ fil-Programm iżda li l-entitajiet legali tiegħu jistgħu eċċezzjonalment jibbenefikaw mill-Programm f’każijiet debitament ġustifikati fl-interess tal-Unjoni;
(13)“pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhuwiex Stat Membru;
(14)“sħubija” tfisser ftehim bejn grupp ta’ istituzzjonijiet u/jew organizzazzjonijiet sabiex jitwettqu attivitajiet u proġetti konġunti;
(15)“lawrja konġunta tal-master” tfisser programm ta’ studju integrat offrut tal-inqas minn żewġ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li jirriżulta f’ċertifikat wieħed ta’ lawrja maħruġ u ffirmat b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet parteċipanti kollha u rikonoxxut uffiċjalment fil-pajjiżi fejn jinsabu l-istituzzjonijiet parteċipanti;
(16)“internazzjonali” tirrigwarda kwalunkwe azzjoni li tinvolvi mill-inqas pajjiż terz wieħed li mhuwiex assoċjat mal-Programm;
(17)“kooperazzjoni virtwali” tfisser kwalunkwe forma ta’ kooperazzjoni li tuża għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;
(18)“istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja” tfisser kwalunkwe tip ta’ istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja li, b’konformità mad-dritt jew prattika nazzjonali, toffri lawrji rikonoxxuti jew kwalifiki tal-livell terzjarju oħrajn rikonoxxuti, irrispettivament minn x’jissejjaħ dan l-istabbiliment kif ukoll kwalunkwe tip ieħor ta’ istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja li hija kkunsidrata mill-awtoritajiet nazzjonali bħala eliġibbli biex tipparteċipa fil-Programm, fit-territorji rispettivi tagħhom;
(19)“transnazzjonali” tirrelata ma’ kwalunkwe azzjoni li tinvolvi mill-inqas żewġ pajjiżi li huma Stati Membri jew pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm;
(20)“attività ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ” tfisser attività barra mill-iskola mwettqa minn gruppi informali ta’ żgħażagħ u/jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u karatterizzata minn approċċ ta’ tagħlim mhux formali;
(21)“ħaddiem li jaħdem maż-żgħażagħ” tfisser professjonist jew voluntier involut fit-tagħlim mhux formali li jappoġġa liż-żgħażagħ fl-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali tagħhom;
(22)“djalogu maż-żgħażagħ tal-UE” tfisser djalogu maż-żgħażagħ u mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, li jservi bħala forum għal riflessjoni konġunta kontinwa dwar il-prijoritajiet, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ;
(23)“pajjiż terz assoċjat mal-Programm” tfisser pajjiż terz li huwa parti għal ftehim mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Programm u li jissodisfa l-obbligi kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-Istati Membri;
(24)“entità legali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista’, meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika b’konformità mal-Artikolu [197(2)(c)] tar-Regolament Finanzjarju;
(25)“persuni b’inqas opportunitajiet” tfisser dawk li jaffaċċaw ostakli li ma jħalluhomx ikollhom aċċess effettiv għal opportunitajiet skont il-Programm għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, ġeografiċi jew ta’ saħħa, kuntest ta’ migrazzjoni jew għal raġunijiet bħal diżabbiltà u diffikultajiet edukattivi;
(26)“awtorità nazzjonali” tfisser l-awtorità inkarigata, fil-livell nazzjonali, mill-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-ġestjoni tal-Programm fi Stat Membru jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm;
(27)“aġenzija nazzjonali” tfisser korp wieħed jew iktar fi Stat Membru jew pajjiż terz partikolari assoċjata mal-Programm responsabbli mill-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali. Jista’ jkun hemm aktar minn aġenzija nazzjonali waħda fi Stat Membru jew pajjiż terz partikolari assoċjat mal-Programm.
Artikolu 3
Għanijiet tal-programm
1.L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa l-iżvilupp edukattiv, professjonali u personali tal-persuni fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, fl-Ewropa u lil hinn minnha, u b’hekk jikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli, impjiegi u koeżjoni soċjali kif ukoll li jsaħħaħ l-identità Ewropea. Bħala tali, il-Programm għandu jkun strument ewlieni għall-bini ta’ żona Ewropea tal-edukazzjoni, li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni strateġika Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, bl-aġendi settorjali sottostanti tiegħu, li javvanzaw il-kooperazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ skont l-Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-Unjoni 2019-2027 u l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport.
2.Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:
(a)li jippromwovi l-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ;
(b)li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ;
(c)li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim tal-kowċis u l-persunal tal-isport, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet tal-isport u l-politiki tal-isport.
3.L-għanijiet tal-Programm għandhom jiġu segwiti permezz tat-tliet azzjonijiet ewlenin li ġejjin:
(a)mobbiltà għat-tagħlim (“azzjoni ewlenija 1”);
(b)kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet (“azzjoni ewlenija 2”); u
(c)għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni (“azzjoni ewlenija 3”);
L-għanijiet għandhom jiġu segwiti permezz tal-azzjonijiet Jean Monnet kif stabbilit fl-Artikolu 7.
Id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet appoġġati skont kull azzjoni ewlenija hija stabbilita fil-Kapitolu II (edukazzjoni u taħriġ), il-Kapitolu III (iż-żgħażagħ) u l-Kapitolu IV (l-isport).
KAPITOLU II
EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ
Artikolu 4
Azzjoni ewlenija 1
Mobbiltà għat-tagħlim
Fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 1:
(a)il-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal ta’ edukazzjoni għolja;
(b)il-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali;
(c)il-mobbiltà ta’ studenti u persunal tal-iskola;
(d)il-mobilità tal-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti;
(e)opportunitajiet ta’ tagħlim tal-lingwa, inklużi dawk li jappoġġaw attivitajiet ta’ mobbilità.
Artikolu 5
Azzjoni ewlenija 2
Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet
Fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 2:
(a)sħubiji għall-kooperazzjoni u skambji ta’ prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta’ aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm;
(b)sħubiji għall-eċċellenza, b’mod partikolari universitajiet Ewropej, Ċentri ta eċċellenza vokazzjonali u lawrji konġunti ta’ master;
(c)sħubiji għall-innovazzjoni għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa;
(d)pjattaformi u għodod online sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni virtwali, inkluż is-servizzi ta’ appoġġ għal eTwinning u għall-pjattaforma elettronika għat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa.
Artikolu 6
Azzjoni ewlenija 3
Appoġġ għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni
Fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 3:
(a)il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġendi ta’ politika ġenerali u settorjali tal-Unjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż bl-appoġġ tan-netwerk Eurydice jew attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet rilevanti oħra;
(b)l-appoġġ għal għodod u miżuri tal-Unjoni li jrawmu l-kwalità, it-trasparenza u r-rikonoxximent ta’ kompetenzi, ħiliet u kwalifiki;
(c)djalogu ta’ politika u kooperazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati ewlenin, inklużi netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ;
(d)miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kwalitattiva u inklużiva tal-Programm;
(e)kooperazzjoni ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni;
(f)attivitajiet ta’ disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet ta’ politika Ewropea kif ukoll fuq il-Programm.
Artikolu 7
Azzjonijiet Jean Monnet
Il-Programm għandu jappoġġa tagħlim, apprendiment, riċerka u dibattiti dwar kwistjonijiet ta’ integrazzjoni Ewropea permezz tal-azzjonijiet li ġejjin:
(a)azzjoni Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja;
(b)azzjoni Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ;
(c)appoġġ għall-istituzzjonijiet li ġejjin, li jsegwu mira ta’ interess Ewropew: l-Istitut Universitarju Ewropew, Firenze, inkluż l-Iskola tal-Governanza Transnazzjonali tiegħu; il-Kulleġġ tal-Ewropa (il-kampus ta’ Bruges u dak ta’ Natolin); l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika, Maastricht; l-Akkademja tad-Dritt Ewropew, Trier; l-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva, Odense u ċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew, Nizza.
KAPITOLU III
ŻGĦAŻAGĦ
Artikolu 8
Azzjoni ewlenija 1
Mobbiltà għat-tagħlim
Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 1:
(a)il-mobbilità taż-żgħażagħ;
(b)attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ;
(c)attivitajiet ta’ DiscoverEU;
(d)il-mobbilità ta’ dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ.
Artikolu 9
Azzjoni ewlenija 2
Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet
Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 2:
(a)sħubiji għall-kooperazzjoni u skambji ta’ prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta’ aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm;
(b)sħubiji għall-innovazzjoni għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa;
(c)pjattaformi u għodod online għall-kooperazzjoni virtwali.
Artikolu 10
Azzjoni ewlenija 3
Appoġġ għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni
Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 3:
(a)il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġenda ta’ politika tal-Unjoni dwar iż-żgħażagħ, bl-appoġġ tan-netwerk Wiki taż-Żgħażagħ;
(b)għodod u miżuri tal-Unjoni li jrawmu l-kwalità, it-trasparenza u r-rikonoxximent ta’ kompetenzi u ħiliet, b’mod partikolari permezz ta’ Youthpass;
(c)djalogu ta’ politika u kooperazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati rilevnati, inkluż netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi, u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ, id-djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u l-appoġġ għall-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej;
(d)miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kwalitattiva u inklużiva tal-Programm;
(e)kooperazzjoni ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni;
(f)attivitajiet ta’ disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet ta’ politika Ewropea kif ukoll fuq il-Programm.
KAPITOLU IV
SPORT
Artikolu 11
Azzjoni ewlenija 1
Mobbiltà għat-tagħlim
Fil-qasam tal-isport, il-Programm għandu jappoġġa, taħt l-azzjoni ewlenija 1, il-mobbiltà tal-kowċis u tal-persunal sportiv.
Artikolu 12
Azzjoni ewlenija 2
Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet
Fil-qasam tal-isport, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 2:
(a)sħubiji għall-kooperazzjoni u skambji ta’ prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta’ aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm;
(b)avvenimenti sportivi mingħajr qligħ li jimmiraw lejn żvilupp ulterjuri tad-dimensjoni Ewropea tal-isport.
Artikolu 13
Azzjoni ewlenija 3
Appoġġ għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni
Fil-qasam tal-isport, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 3:
(a)il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġenda ta’ politika tal-Unjoni dwar l-isport u l-attività fiżika;
(b)djalogu ta’ politika u kooperazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-isport;
(c)attivitajiet ta’ disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet tal-politika Ewropea u dwar il-Programm, inklużi premjijiet u għotjiet sportivi.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 14
Baġit
1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 30 000 000 000 fi prezzijiet attwali.
2.Il-Programm għandu jkun implimentat skont id-distribuzzjoni indikattiva li ġejja:
(a)EUR 24 940 000 000 għal azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li minnhom:
(1)mill-inqas EUR 8 640 000 000 jenħtieġ li jiġu allokati għal azzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;
(2)mill-inqas EUR 5 230 000 000 għal azzjonijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;
(3)mill-inqas EUR 3 790 000 000 għal azzjonijiet ta’ edukazzjoni skolastika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;
(4)mill-inqas EUR 1 190 000 000 għal azzjonijiet edukattivi għall-adulti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5;
(5)EUR 450 000 000 għal azzjonijiet Jean Monnet imsemmija fl-Artikolu 7;
(b)EUR 3 100 000 000 għal azzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ imsemmija fl-Artikoli 8 sa 10;
(c)EUR 550 000 000 għal azzjonijiet fil-qasam tal-isport imsemmija fl-Artikoli 11 sa 13; u
(d)mill-inqas EUR 960 000 000 bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-aġenziji nazzjonali.
3.Minbarra l-pakkett finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, għandha ssir disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali permezz tar-Regolament .../... [Strument tal-Viċinat, tal-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Internazzjonali] u permezz tar-Regolament .../... [IPA III], sabiex tappoġġa azzjonijiet implimentati u ġestiti b’konformità ma’ dan ir-Regolament. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffinanzjata b’konformità mar-Regolamenti li jistabbilixxu dawk l-istrumenti.
4.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva.
5.Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm ta’ ħidma tista’ tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021.
6.Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament b’konformità mal-[punt (a) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament b’konformità mal-[punt (c)] ta’ dak l-Artikolu. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 15
Forom ta’ finanzjament mill-UE u metodi ta’ implimentazzjoni
1.Il-Programm għandu jiġi implimentat, b’mod konsistenti, b’ġestjoni diretta b’konformità mar-Regolament Finanzjarju jew b’ġestjoni indiretta mal-korpi msemmija fl-Artikolu [61(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju.
2.Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist pubbliku.
3.Il-kontribuzzjonijiet għall-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru tal-fondi dovuti mir-reċipjenti u għandhom jiġu kkunsidrati bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-[Artikolu X tar-]Regolament X [suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] għandhom japplikaw.
KAPITOLU VI
PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMM
Artikolu 16
Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm
1.Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:
(a)membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea;
(b)pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;
(c)pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;
(d)pajjiżi terzi oħrajn, b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:
–jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;
–jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul b’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-Regolament Finanzjarju;
–ma jagħtix lill-pajjiż terz setgħa ta’ deċiżjoni fuq il-programm;
–jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni sabiex jiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u jipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.
2.Il-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-Programm biss safejn jissodisfaw l-obbligi kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-Istati Membri.
Artikolu 17
Pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm
Fir-rigward tal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4 sa 6, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7, u l-Artikoli 8 sa 10, 12 u 13, il-Programm jista’ jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:
(a)il-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 16 li ma jissodisfawx il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu;
(b)kwalunkwe pajjiż terz ieħor.
Artikolu 18
Regoli applikabbli għal ġestjoni diretta u indiretta
1.Il-Programm għandu jkun miftuħ għal entitajiet legali pubbliċi u privati attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport.
2.Meta jimplimentaw il-Programm, inter alia fir-rigward tal-għażla tal-parteċipanti u l-għoti ta’ għotjiet, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru sforzi għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u li tittejjeb is-sensibilizzazzjoni għal persuni b’anqas opportunitajiet.
3.Għall-għażliet taħt ġestjoni diretta u indiretta, il-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu [145(3), it-tielet inċiż] tar-Regolament Finanzjarju jista’ jkun magħmul minn esperti esterni.
4.L-entitajiet pubbliċi, kif ukoll l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, li jkunu rċevew iktar minn ħamsin fil-mija tad-dħul annwali tagħhom minn sorsi pubbliċi fl-aħħar sentejn, għandhom jitqiesu li għandhom il-kapaċità finanzjarja, professjonali u amministrattiva meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet skont il-Programm. Ma għandhomx għalfejn jippreżentaw aktar dokumentazzjoni biex juru dik il-kapaċità.
5.Sabiex ittejjeb l-aċċess għall-persuni b’inqas opportunitajiet u tiżgura l-implimentazzjoni bla xkiel tal-Programm, il-Kummissjoni tista’ taġġusta jew tista’ tawtorizza lill-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23 biex jaġġustaw, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, l-għotjiet sabiex jappoġġaw azzjonijiet ta’ mobbiltà tal-Programm.
6.Il-Kummissjoni tista’ tniedi sejħiet konġunti mal-pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji tagħhom biex jiffinanzjaw proġetti abbażi ta’ fondi korrispondenti. Il-proġetti jistgħu jiġu evalwati u magħżula permezz ta’ proċeduri ta’ evalwazzjoni u għażla konġunta li jridu jiġu maqbula mill-organizzazzjonijiet jew aġenziji ta’ finanzjament, b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.
KAPITOLU VII
PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI
Artikolu 19
Programm ta’ ħidma
Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu [108] tar-Regolament Finanzjarju. Addizzjonalment, il-programm ta’ ħidma għandu jagħti indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u tad-distribuzzjoni ta’ fondi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm għall-azzjonijiet li jridu jiġu ġestiti permezz tal-aġenzija nazzjonali. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31.
Artikolu 20
Monitoraġġ u rapportar
1.L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness.
2.Sabiex tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 30, li temenda l-Anness biex tirrevedi jew tikkumplimenta l-indikaturi fejn meqjus neċessarju u li tissupplimenta dan ir-Regolament bid-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.
3.Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, fil-ħin u fil-livell xieraq ta’ dettall mill-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu [2(5)] tar-Regolament Finanzjarju. Għal dak il-fini, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonat fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni u l-Istati Membri.
Artikolu 21
Evalwazzjoni
1.L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
2.L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Din għandha tkun akkumpanjata wkoll minn evalwazzjoni finali tal-programm predeċessur.
3.Bla ħsara għar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IX u l-obbligi tal-aġenziji nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 24, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ April 2024, rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm fit-territorji rispettivi tagħhom.
4.Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.
5.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
KAPITOLU VIII
INFORMAZZJONI, KOMUNIKAZZJONI U DISSEMINAZZJONI
Artikolu 22
Informazzjoni, komunikazzjoni u disseminazzjoni
1.L-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 24 għandhom jiżviluppaw strateġija konsistenti fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effettiva kif ukoll tad-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati ta’ attivitajiet appoġġati skont l-azzjonijiet li jġestixxu fil-Programm, għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tagħha ta’ disseminazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-Programm, inkluż informazzjoni dwar azzjonijiet u attivitajiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u r-riżultati tiegħu, u għandhom jinfurmaw lill-gruppi fil-mira rilevanti dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet imwettqa fil-pajjiż tagħhom.
2.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi lill-midja u lill-pubbliku..
3.L-entitajiet legali fis-setturi koperti mill-Programm għandhom jużaw il-marka kummerċjali “Erasmus” għall-finijiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni ta’ informazzjoni marbuta mal-Programm.
4.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.
KAPITOLU IX
ĠESTJONI U SISTEMA TA’ AWDITU
Artikolu 23
Awtorità nazzjonali
1.Sa [ …], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni permezz ta’ notifika formali trażmessa mir-Rappreżentant Permanenti tagħhom, tal-persuna/i awtorizzata/i legalment biex taġixxi/jaġixxu f’isimhom bħala l-awtorità nazzjonali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ sostituzzjoni tal-awtorità nazzjonali matul l-iżvolġiment tal-Programm, l-Istat Membru konċernat għandu immedjatament jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan, b’konformità mal-istess proċedura.
2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji u xierqa biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament kif suppost tal-Programm, inkluż, fejn possibbli, miżuri maħsuba biex jirriżolvu kwistjonijiet li jikkawżaw diffikultajiet fil-ksib tal-viżi.
3.Sa [ …], l-awtorità nazzjonali għandha tiddeżinja aġenzija nazzjonali jew aġenziji nazzjonali. F’każijiet fejn ikun hemm aktar minn aġenzija nazzjonali waħda, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mekkaniżmu adegwat sabiex jikkoordina l-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiżguraw implimentazzjoni koerenti u kosteffiċjenti tal-Programm u kuntatt effettiv mal-Kummissjoni f’dan ir-rigward, u biex jiffaċilitaw it-trasferiment possibbli tal-fondi bejn l-aġenziji, biex b’hekk jippermettu l-flessibbiltà u użu aħjar tal-fondi allokati lill-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jiddetermina kif jorganizza r-relazzjoni bejn l-awtorità nazzjonali u l-aġenzija nazzjonali tiegħu, inkluż kompiti bħall-istabbiliment tal-programm ta’ ħidma tal-aġenzija nazzjonali.
L-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’valutazzjoni tal-konformità ex-ante xierqa li l-aġenzija nazzjonali tikkonforma mal-punti (c)(v) u (vi) tal-Artikolu [58(1)] u l-Artikolu [60(1), (2) u (3)] tar-Regolament Finanzjarju, u mar-rekwiżiti tal-Unjoni għall-istandards tal-kontroll intern għall-aġenziji nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tal-fondi tal-programm għall-appoġġ għall-għotjiet.
4.L-awtorità nazzjonali għandha tiddeżinja korp indipendenti tal-awditjar kif jissemma fl-Artikolu 26.
5.L-awtorità nazzjonali għandha tibbaża l-valutazzjoni tal-konformità ex ante tagħha fuq il-kontrolli u l-awditi tagħha stess, u/jew fuq il-kontrolli u l-awditi li saru mill-korp indipendenti tal-awditjar msemmi fl-Artikolu 26. Fejn l-aġenzija nazzjonali tiddeżinja għall-Programm tkun l-istess bħall-aġenzija nazzjonali ddeżinjata għall-Programm predeċessur, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità ex ante għandu jkun limitat għar-rekwiżiti li jkunu ġodda u speċifiċi għall-Programm.
6.F’każ li l-Kummissjoni tirrifjuta d-deżinjazzjoni tal-aġenzija nazzjonali bbażata fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-valutazzjoni tal-konformità ex-ante, jew jekk l-aġenzija nazzjonali ma tikkonformax mar-rekwiżiti minimi stabbiliti mill-Kummissjoni, l-awtorità nazzjonali għandha tiżgura li jittieħdu l-passi meħtieġa ta’ rimedju sabiex jiġi żgurat li l-aġenzija nazzjonali tikkonforma mar-rekwiżiti minimi, jew għandha tiddeżinja korp ieħor bħala aġenzija nazzjonali.
7.L-awtorità nazzjonali għandha timmonitorja u twettaq superviżjoni tal-ġestjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali. Għandha tinforma u tikkonsulta lill-Kummissjoni mingħajr dewmien qabel ma tieħu kull deċiżjoni li jista’ jkollha impatt sinifikattiv fuq il-ġestjoni tal-Programm, b’mod partikolari dwar l-aġenzija nazzjonali tagħha.
8.L-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi kofinanzjament adegwat għall-operazzjonijiet tal-aġenzija nazzjonali tagħha biex tiżgura li l-Programm ikun ġestit b’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.
9.Abbażi tad-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali, l-opinjoni tal-verifika indipendenti dwarha u l-analiżi tal-Kummissjoni tal-konformità u l-prestazzjoni tal-aġenzija nazzjonali, l-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, kull sena, informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħha ta’ monitoraġġ u superviżjoni fir-rigward tal-Programm.
10.L-awtorità nazzjonali għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni kif suppost tal-fondi tal-Unjoni ttrasferiti mill-Kummissjoni lill-aġenzija nazzjonali fil-qafas tal-Programm.
11.F’każ ta’ xi irregolarità, negliġenza jew frodi attribwibbli għall-aġenzija nazzjonali, jew kwalunkwe nuqqasijiet serji jew prestazzjoni insuffiċjenti min-naħa tal-aġenzija nazzjonali, u fejn dan iwassal għal pretensjonijiet mill-Kummissjoni kontra l-aġenzija nazzjonali, l-awtorità nazzjonali għandha tinżamm responsabbli li tħallas lura lill-Kummissjoni il-fondi mhux irkuprati.
12.Fiċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 11, l-awtorità nazzjonali tista’, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Kummissjoni, tirrevoka l-mandat tal-aġenzija nazzjonali. F’każ li l-awtorità nazzjonali tixtieq tirrevoka dak il-mandat għal kwalunkwe raġuni oħra ġustifikata, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bir-revoka minn tal-inqas sitt xhur qabel id-data maħsuba għat-terminazzjoni tal-mandat tal-aġenzija nazzjonali. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom formalment jaqblu dwar miżuri tranżitorji speċifiċi u f’waqthom.
13.Fil-każ ta’ revoka, l-awtorità nazzjonali għandha twettaq l-kontrolli meħtieġa dwar il-fondi tal-Unjoni fdati lill-aġenzija nazzjonali li l-mandat tagħha ġie revokat u għandha tiżgura trasferiment bla tfixkil ta’ dawk il-fondi u tad-dokumenti u tal-għodod ta’ ġestjoni kollha meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm lill-aġenzija nazzjonali l-ġdida. L-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi lill-aġenzija nazzjonali li l-mandat tagħha ġie revokat bl-appoġġ finanzjarju meħtieġ biex tkompli timplimenta l-obbligi kuntrattwali tagħha fil-konfront tal-benefiċjarji tal-Programm u tal-Kummissjoni sakemm isir trasferiment ta’ dawk l-obbligi lill-aġenzija nazzjonali ġdida.
14.Jekk il-Kummissjoni titlob dan, l-awtorità nazzjonali għandha tiddeżinja l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet, jew it-tipi ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet bħal dawn, li għandhom jiġu kkunsidrati eliġibbli jipparteċipaw f’azzjonijiet speċifiċi tal-Programm fit-territorji rispettivi tagħhom.
Artikolu 24
Aġenzija nazzjonali
1.L-aġenzija nazzjonali għandha:
(a)jkollha personalità ġuridika jew tkun parti minn entità li jkollha personalità ġuridika, u tkun regolata mid-dritt tal-Istat Membru konċernat; ministeru ma jistax jiġi deżinjat bħala aġenzija nazzjonali;
(b)ikollha l-kapaċità ta’ ġestjoni, persunal u infrastrutturi adegwati biex tissodisfa l-kompiti tagħha b’mod sodisfaċenti, tiżgura ġestjoni effiċjenti u effettiva tal-Programm u ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni;
(c)ikollha l-mezzi operattivi u legali biex tapplika r-regoli ta’ ġestjoni amministrattiva, kuntrattwali u finanzjarja stabbiliti fil-livell tal-Unjoni;
(d)toffri garanziji finanzjarji xierqa, preferibbilment maħruġa minn awtorità pubblika, korrispondenti għal-livell ta’ fondi tal-Unjoni li hija għandha tintalab tamministra;
(e)tkun deżinjata għad-durata tal-Programm.
2.L-aġenzija nazzjonali għandha tkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett tal-azzjonijiet li għandhom jiġu deskritti fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu [19], b’mod konformi mal-[punti (c)(v) u (vi) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament Finanzjarju.
3.L-aġenzija nazzjonali għandha tippubblika appoġġ għall-għotja lill-benefiċjarji fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu [2(5)] tar-Regolament Finanzjarju permezz ta’ ftehim ta’ għotja kif speċifikat mill-Kummissjoni għall-azzjoni konċernata tal-Programm.
4.L-aġenzija nazzjonali għandha tirrapporta kull sena lill-Kummissjoni u lill-awtorità nazzjonali b’konformità mal-Artikolu [60(5)] tar-Regolament Finanzjarju. L-aġenzija nazzjonali għandha tkun inkarigata mill-implimentazzjoni tal-osservazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni b’segwitu għall-analiżi tagħha tad-dikjarazzjoni tal-ġestjoni annwali u tal-opinjoni tal-awditu indipendenti dwarha.
5.L-aġenzija nazzjonali ma tistax mingħajr awtorizzazzjoni bil-miktub minn qabel mill-awtorità nazzjonali u mill-Kummissjoni tiddelega lill-parti terza kwalunkwe kompitu tal-Programm jew l-implimentazzjoni tal-baġit konferita lilha. L-aġenzija nazzjonali għandha żżomm ir-responsabbiltà unika għal kwalunkwe kompiti delegati lil parti terza.
6.Fejn il-mandat ta’ aġenzija nazzjonali jiġi revokat, dik l-aġenzija nazzjonali għandha tibqa’ legalment responsabbli li tissodisfa l-obbligi kuntrattwali tagħha fil-konfront tal-benefiċjarji tal-Programm u tal-Kummissjoni sakemm isir it-trasferiment ta’ dawk l-obbligi lill-aġenzija nazzjonali l-ġdida.
7.L-aġenzija nazzjonali għandha tkun inkarigata mill-ġestjoni u mil-likwidazzjoni tal-ftehimiet finanzjarji relatati mal-programmi predeċessuri li jkunu għadhom miftuħa fil-bidu tal-Programm.
Artikolu 25
Il-Kummissjoni Ewropea
1.Abbażi tar-rekwiżiti ta’ konformità għall-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23(3), il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll, b’mod partikolari abbażi tal-valutazzjoni tal-konformità ex ante pprovduti lilha mill-awtorità nazzjonali, id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali u l-opinjoni dwarha tal-korp indipendenti tal-awditjar, b’kont meħud tal-informazzjoni annwali pprovduta mill-awtorità nazzjonali dwar l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u superviżjoni tagħha fir-rigward tal-Programm.
2.Fi żmien xahrejn minn meta tasal il-valutazzjoni tal-konformità ex ante mingħand l-awtorità nazzjonali kif jissemma fl-Artikolu 23(3), il-Kummissjoni għandha taċċetta, kundizzjonalment taċċetta jew tirrifjuta d-deżinjazzjoni tal-aġenzija nazzjonali. Il-Kummissjoni ma għandhiex tidħol f’relazzjoni kuntrattwali mal-aġenzija nazzjonali sakemm tkun aċċettat il-valutazzjoni tal-konformità ex ante. Fil-każ ta’ aċċettazzjoni b’mod kundizzjonali, il-Kummissjoni tista’ tapplika miżuri proporzjonati ta’ prekawzjoni għar-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-aġenzija nazzjonali.
3.Il-Kummissjoni għandha kull sena tagħmel il-fondi tal-Programm li ġejjin disponibbli għall-aġenziji nazzjonali:
(a)fondi ta’ appoġġ għall-għotja fl-Istat Membru konċernat għall-azzjonijiet tal-Programm li l-ġestjoni tagħhom hija fdata lill-aġenzija nazzjonali;
(b)kontribuzzjoni finanzjarja f’appoġġ għall-kompiti ta’ ġestjoni tal-Programm tal-aġenzija nazzjonali li għandha tiġi stabbilita abbażi tal-ammont ta’ fondi tal-Unjoni ta’ appoġġ għall-għotja fdati lill-aġenzija nazzjonali;
(c)fejn rilevanti, fondi addizzjonali għal miżuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 6 u l-punt (d) tal-Artikolu 10.
4.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-programm ta’ ħidma tal-aġenzija nazzjonali. Il-Kummissjoni ma għandhiex tagħmel il-fondi tal-Programm disponibbli lill-aġenzija nazzjonali qabel mal-Kummissjoni tkun approvat formalment il-programm ta’ ħidma tal-aġenzija nazzjonali.
5.Wara l-valutazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni u tal-opinjoni tal-korp indipendenti tal-awditjar dwarha, il-Kummissjoni għandha tindirizza l-opinjoni u l-osservazzjonijiet tagħha lill-aġenzija nazzjonali u lill-awtorità nazzjonali.
6.Fil-każ li l-Kummissjoni ma tistax taċċetta d-dikjarazzjoni annwali ta’ ġestjoni jew l-opinjoni tal-awditjar indipendenti dwarha, jew fil-każ ta’ implimentazzjoni mhux sodisfaċenti mill-aġenzija nazzjonali tal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ timplimenta kwalunkwe miżura ta’ prekawzjoni u korrettiva meħtieġa biex tissalvagwardja l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’konformità mal-Artikolu [60(4)] tar-Regolament Finanzjarju.
7.Għandhom jiġu organizzati laqgħat regolari man-netwerk tal-aġenziji nazzjonali sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni koerenti tal-Programm fl-Istati Membri kollha u fil-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-Artikolu 17.
Artikolu 26
Korp indipendenti tal-awditjar
1.Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu joħroġ opinjoni tal-awditjar dwar id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni msemmija fl-Artikolu [60(5)] tar-Regolament Finanzjarju. Għandha tifforma l-bażi tal-assigurazzjoni kumplessiva skont l-Artikolu [123] tar-Regolament Finanzjarju.
2.Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu:
(a)ikollu l-kompetenza professjonali meħtieġa biex jagħmel l-awditjar tas-settur pubbliku;
(b)jiżgura li l-awditjar tiegħu ikun iqis l-istandards tal-awditjar aċċettati fil-livell internazzjonali;
(c)ma jkunx f’pożizzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi fir-rigward tal-entità legali li l-aġenzija nazzjonali tifforma parti minnha. B’mod partikolari, għandu jkun indipendenti fir-rigward tal-funzjonijiet tiegħu, mill-entità legali li l-aġenzija nazzjonali tifforma parti minnha.
3.Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu jagħti lill-Kummissjoni u lir-rappreżentanti tagħha, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, aċċess sħiħ għad-dokumenti u r-rapporti kollha b’appoġġ għall-opinjoni tal-awditjar li huwa jippubblika dwar id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali.
KAPITOLU X
SISTEMA TA’ KONTROLL
Artikolu 27
Prinċipji tas-sistema ta’ kontroll
1.Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jkunu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa mhux kif dovut u, fejn hu xieraq, permezz ta’ pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2.Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kontrolli ta’ superviżjoni fir-rigward tal-azzjonijiet u tal-attivitajiet tal-Programm ġestiti mill-aġenziji nazzjonali. Għandha tistipula r-rekwiżiti minimi għall-kontrolli mill-aġenzija nazzjonali u l-korp indipendenti tal-awditjar.
3.L-aġenzija nazzjonali għandha tkun responsabbli għall-kontrolli primarji tal-benefiċjarji tal-għotja għall-azzjonijiet tal-Programm kif jissemma fl-Artikolu 24(2). Dawn il-kontroll għandhom jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li l-għotjiet mogħtija jintużaw kif intenzjonat u b’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.
4.Fir-rigward tal-fondi tal-Programm trasferiti lill-aġenziji nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni kif suppost tal-kontrolli tagħha mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-aġenziji nazzjonali, abbażi tal-prinċipju ta’ awditjar uniku u wara li ssir analiżi bbażata fuq ir-riskju. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).
Artikolu 28
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Fejn pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm permezz ta’ deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa għall-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, għall-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
KAPITOLU XI
KOMPLEMENTARJETÀ
Artikolu 29
Komplementarjetà ma’ politiki, programmi u fondi tal-Unjoni oħrajn
1.Il-Programm għandu jiġi implimentat sabiex jiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà kumplessivi tiegħu ma’ politiki, programmi u fondi tal-Unjoni rilevanti oħrajn, b’mod partikolari dawk relatati mal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kultura u l-medja, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija u l-intrapriża, il-politika diġitali, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-klima, il-koeżjoni, il-politika reġjonali, il-migrazzjoni, is-sigurtà u l-kooperazzjoni internazzjonali u l-iżvilupp.
2.Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mill-Programm tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet.
3.Fejn il-Programm u l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (SIE) imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) XX [CPR] jipprovdu appoġġ finanzjarju b’mod konġunt għal azzjoni unika, dik l-azzjoni għandha tiġi implimentata b’konformità mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluż ir-regoli dwar l-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament.
4.L-azzjonijiet eliġibbli skont il-Programm li ġew ivvalutati f’sejħa għall-proposti skont il-Programm u li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità ta’ dik is-sejħa għall-proposti, iżda li mhumiex iffinanzjati minħabba restrizzjonijiet baġitarji, jistgħu jintgħażlu għall-finanzjament mill-fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (SIE). F’dan il-każ għandhom japplikaw ir-rati ta’ kofinanzjament u r-regoli ta’ eliġibbiltà bbażati fuq dan ir-Regolament. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu implimentati mill-awtorità ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu [65] tar-Regolament (UE)XX [CPR] b’konformità mar-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament u jiffinanzjaw regolamenti speċifiċi, inkluż regoli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji.
KAPITOLU XII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 30
Eżerċizzju tad-delega
1.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 20 hija mogħtija lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028.
3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 20 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti deżinjati minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.
5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 31
Proċedura ta’ kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Il-kumitat jista’ jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet speċifiċi biex jittratta kwistjonijiet settorjali. Fejn ikun xieraq, u b’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu u fuq bażi ad hoc, esperti esterni, inklużi rappreżentanti tas-sħab soċjali, jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat bħala osservaturi.
3.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 32
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 33
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet mibdija skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.
2.Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013.
3.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu [130(2)] tar-Regolament Finanzjarju, u f’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra l-kostijiet marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-attivitajiet appoġġati u mġarrba matul l-ewwel sitt xhur tal-2021 bħala eliġibbli għal finanzjament mill-1 ta’ Jannar 2021, anki jekk il-benefiċjarju ma jkunx ġarrabhom qabel ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-għotja.
4.Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 14(5), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet u attivitajiet mhux lesti sal-[31 ta’ Diċembru 2027].
5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw fuq livell nazzjonali t-tranżizzjoni bla tfixkil bejn l-azzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-programmi Erasmus+ (2014-2020) u dawk li għandhom jiġu implimentati taħt dan il-Programm.
Artikolu 34
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi […] [għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam(oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.Durata u impatt finanzjarju
1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata(i)
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)
7. Investiment fil-Persuni, fil-Koeżjoni Soċjali u fil-Valuri
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
☑ azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida segwita minn proġett pilota/azzjoni preparatorja
◻ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew dirottar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn/ma' azzjoni oħra jew azzjoni ġdida
1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Fit-terminu ta’ żmien qasir u twil il-Programm jimmira li jappoġġa l-opportunitajiet ta’ mobbiltà għat-tagħlim li jikkontribwixxu għall-iżvilupp personali, edukattiv, ċiviku u professjonali tal-individwi. Il-Programm se jappoġġa wkoll il-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati fil-livell organizzattiv u ta’ politika bil-ħsieb li jrawwem l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fiż-żgħażagħ u fl-isport.
Soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-att bażiku tiegħu, il-Programm huwa ppjanat li jiġi implimentat fl-1 ta’ Jannar 2021, għal durata ta’ seba’ snin.
1.4.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni
Filwaqt li l-Istati Membri jibqgħu responsabbli mill-kontenut u l-organizzazzjoni tal-politiki tagħhom fl-oqsma konċernati, il-Programm jimmira li jagħti spinta lill-mobbiltà transnazzjonali u internazzjonali u l-proġetti ta’ kooperazzjoni, kif ukoll li jappoġġa l-iżviluppi ta’ politika b’dimensjoni Ewropea.
L-għanijiet ta’ din l-inizjattiva ma jistgħux jinkisbu b’mod adegwat u suffiċjenti mill-Istati membri minħabba l-karattru transnazzjonali, il-volum għoli u l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografika wiesgħa tal-attivitajiet iffinanzjati ta’ mobbiltà għat-tagħlim u ta’ kooperazzjoni, l-effetti tagħhom fuq l-aċċess għall-mobbiltà għat-tagħlim u b’mod ġenerali fuq l-integrazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll id-dimensjoni internazzjonali rinforzata. Kif intwera mill-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ Erasmus+, l-inizjattivi uniċi tal-istituzzjonijiet edukattivi jew l-Istati Membri, minkejja li meqjusa effiċjenti u ta’ benefiċċju fil-livell nazzjonali, ma għandhomx skala u volum suffiċjenti, u ma għandhomx effett ta’ lħuq mifrux mal-Ewropa kollha. L-azzjonijiet tal-Unjoni jippermettu t-tisħiħ tal-massa kritika u l-indirizzar tal-isfidi panEwropej fl-oqsma konċernati. F’termini ta’ ambitu, il-kopertura kumulattiva tal-pajjiż individwali u transsettorjali għadha limitata meta mqabbla mal-programm Erasmus+ attwali.
L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ Erasmus+ sabet li fin-nuqqas tal-programm, il-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal, kif ukoll il-kooperazzjoni Ewropea fis-setturi koperti mill-Programm, tkun sostanzjalment ridotta. Il-valur miżjud ewlieni tal-Unjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni kif spjegat mill-evalwazzjoni jikkonċerna l-kisbiet tal-kwalità, l-innovazzjoni, il-professjonalizzazzjoni u l-internazjonalizzazzjoni għall-organizzazzjonijiet involuti, kif ukoll livelli miżjuda ta’ kooperazzjoni transsettorjali, bilanċ ġeografiku mtejjeb, fejn il-pajjiżi ż-żgħar u l-pajjiżi mill-Ewropa ċentrali u tal-Lvant huma integrati aħjar. L-evalwazzjoni wriet ukoll li l-Programm b’mod attiv qed jibni attitudnijiet pożittivi lejn l-Unjoni Ewropea u qed jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-identità Ewropea, b’mod trasversali fl-attivitajiet kollha ffinanzjati. L-evalwazzjoni spjegat ukoll il-benefiċċji ta’ espansjoni tal-attivitajiet iffokati b’mod speċifiku fuq it-titjib tal-għarfien u tal-fehim tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, l-istudenti tal-iskola u l-istudenti f’edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali.
Il-valur miżjud tal-Unjoni jieħu wkoll mill-effett kumulattiv tal-attivitajiet tal-programm biex jistimula l-għarfien espert Ewropew, b’mod partikolari f’ċerti setturi ewlenin tal-futur, fejn isaħħaħ il-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Unjoni. Id-dimensjoni transnazzjonali u internazzjonali tal-attivitajiet appoġġati trawwem it-talenti u tiżviluppa l-konnessjonijiet fis-setturi li jirrikjedu grad għoli ta’ internalizzazzjoni. Il-programm se jikkontribwixxi għal żieda fil-volum ta’ professjonisti tas-sengħa, li bbenefikaw mill-esperjenza internazzjonali u arrikkew il-ħiliet tekniċi u trasversali tagħhom. Il-valur miżjud tal-Unjoni se jkun li jsawwar il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ ċittadini Ewropej kreattivi u innovattivi u jgħin jistabbilixxi mentalità verament Ewropea. Id-dimensjoni transnazzjonali Ewropea se tiżviluppa konnessjonijiet f’setturi li jirrikjedu grad għoli ta’ internalizzazzjoni. L-appoġġ tal-innovazzjoni fil-livell tal-Unjoni se jkun qed irawwem ukoll l-arrikkiment reċiproku bejn il-pajjiżi, li jgħin lill-Istati Membri jipprogressaw f’pass simili fil-modernizzazzjoni u l-innovazzjoni tas-sistemi u l-politiki tagħhom. Il-programm se jikkontribwixxi wkoll, kemm direttament kif ukoll indirettament, għall-isfruttament ta’ opportunitajiet u jindirizza l-isfidi attwalment affaċċati minn organizzazzjoni, istituzzjonijiet, kif ukoll minn sistemi u politiki li jipprovdu għall-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali taċ-ċittadini billi jfornuhom b’edukazzjoni, taħriġ, attivitajiet taż-żgħażagħ u l-isport li huma ta’ kwalità għolja, innovattivi u inklużivi. Il-programm se jinkludu wkoll azzjoni li hija speċifikament imfassla li twessa’ l-aċċess għall-programm għal atturi li huma iżgħar u li se tappoġġa formats flessibbli (ġeneralment transnazzjonali u, f’każijiet eċċezzjonali, attivitajiet nazzjonali b’dimensjoni Ewropea b’saħħitha, bħal attivitajiet dwar tema Ewropea speċifika jew prijorità ta’ politika). Dan se jippermetti lill-organizzazzjonijiet b’inqas kapaċità organizzattiva u persunal mingħajr esperjenza jew ftit li xejn f’kooperazzjoni transnazzjonali, bħall-organizzazzjonijiet ta’ bażi u l-parteċipanti ġodda, li jkollhom esperjenza tal-ewwel darba ta’ aċċess għall-fondi tal-Unjoni u li jiksbu għarfien dwar l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni transnazzjonali fil-futur.
1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
L-
evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ Erasmus+ li tlestiet reċentament ivvalutat il-progress fl-implimentazzjoni ta’ Erasmus+ fil-perjodu 2014-2016 fil-pajjiżi parteċipanti kollha, kif ukoll eżaminat l-impatt fit-tul tas-seba’ programmi preċedenti għall-perjodu 2007-2013 (evalwazzjoni ex-post), inkluż fil-pajjiżi sħab. L-evalwazzjoni sabet li Erasmus+ u l-programmi predeċessuri tiegħu wrew rilevanza, effettività u effiċjenza b’saħħithom. Ġeneralment, il-programm huwa vvalutat ħafna minn diversità mifruxa ta’ partijiet ikkonċernati kif ukoll mill-pubbliku ġenerali, jibbenefika minn fama tajba ħafna, huwa rikonoxxut sew lil hinn mill-grupp ta’ benefiċjarji diretti u perċeput bħala azzjoni ewlenija tal-Unjoni. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu sabet ukoll li l-programm qed jikkontribwixxi għal Unjoni iktar koeżiva u li huwa effettiv fl-iskattar tal-innovazzjoni fost l-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fil-programm. Erasmus+ ta prova wkoll li huwa importanti għas-sensibilizzazzjoni globali tal-Unjoni, b’mod partikolari billi jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Ewropa u l-pajjiżi sħab.
Ġiet prodotta evidenza robusta dwar l-effettività tal-programm f’livelli diversi, jiġifieri żgħażagħ individwali u persunal li jibbenefikaw mill-programm, kif ukoll organizzazzjonijiet u sistemi. Il-programm wera’ l-kapaċità tiegħu li jespandi u jadatta għal gruppi fil-mira ġodda kif ukoll li dejjem ikompli jtejjeb il-mekkaniżmi eżekuttivi tiegħu. Erasmus+ parzjalment naqqas il-piż amministrattiv għall-partijiet ikkonċernati u għall-benefiċjarji – eż. billi tejjeb id-diġitalizzazzjoni u introduċa proċeduri rapidi ta’ għażla tal-għotja. Il-piż amministrattiv imnaqqas tejjeb il-prestazzjoni mhux finanzjarja għall-proġetti appoġġati għaliex il-benefiċjarji setgħu jiffokaw iktar fuq il-kontenut tal-proġetti tagħhom. L-evalwazzjoni stabbilit ukoll li r-restawr tal-programmi predeċessuri fi programm uniku integrat saħħaħ il-koerenza tiegħu f’termini ta’ allinjament bejn it-tipi ta’ azzjonijiet iffinanzjati u l-loġika ta’ intervent tal-programm, tejjeb l-effiċjenza tiegħu, u ssemplifika l-arkitettura tiegħu fi tliet azzjonijiet ewlenin. Il-partijiet ikkonċernati jridu l-istabbiltà jew evoluzzjonijiet progressivi fil-futur.
L-evalwazzjoni għall-programm futur irrakkomandat:
- li tingħata spinta l-inklużività (kemm għall-individwi kif ukoll għall-organizzazzjoniet) għall-gruppi vulnerabbli u li jitwessa’ l-aċċess għall-programm, jiġifieri għal individwi li għandhom opportunitajiet inqas;
- li jiġu ottimizzati l-azzjonijiet immirati fl-istimulu tal-innovazzjoni, u b’hekk jikkontribwixxu għall-għeluq tal-lakuna bejn il-ħiliet u l-kompetenzi;
- li ssir prijoritizzazzjoni aħjar u li jkun hemm investiment strateġiku fis-setturi bl-ogħla potenzjal ta’ prestazzjoni - skejjel, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, żgħażagħ;
- li jiġu massimizzati r-rilevanza u l-impatt tal-azzjonijiet ta’ tagħlim għall-adulti, Jean Monnet u tal-Isport;
- li tingħata spinta lis-sensibilizzazzjoni Ewropea: jiġu rinforzati l-miżuri biex jitrawwem il-fehim tal-integrazzjoni Ewropea u s-sens ta’ appartenenza fl-Ewropa;
- li jiżdiedu l-opportunitajiet internazzjonali u s-sensibilizzazzjoni globali tal-programm;
- li r-regoli tal-programm u l-proċeduri amministrattivi jkomplu jiġu simplifikati, inkluż dwar l-azzjonijiet internazzjonali, għodod online ottimizzati, u jitnaqqas l-ammont ta’ informazzjoni meħtieġa mill-parteċipanti u mill-benefiċjarji;
- li jiġu rinforzati u żviluppati sinerġiji ġodda ma’ strumenti u politiki oħrajn tal-Unjoni;
- li dawk li jfasslu l-politika jiġu involuti iktar fid-disinn u fl-implimentazzjoni tas-sejħiet ta’ politika.
1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa
Il-Programm huwa wieħed mill-istrumenti ta’ finanzjament skont il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 immirat lejn l-investiment fil-persuni, fil-koeżjoni soċjali u fil-valuri. Il-Programm se jkun konsistenti ma’, u jikkumplimenta, l-istrumenti l-oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari l-istrumenti ta’ kooperazzjoni esterna, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, il-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Il-Programm se jfittex li jkollu sinerġiji wkoll mal-Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni kif ukoll mal-Fond tas-Sigurtà Interna. Hemm ukoll komplementarjetajiet potenzjali importanti bejn l-għanijiet u l-interventi tal-Programm u l-programm Drittijiet u Valuri tal-futur. Il-Programm se jkun konsistenti ma’, u jikkostitwixxi kumpliment importanti, il-programm Ewropa Kreattiva futur. Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm se jkun konsistenti wkoll, u jikkumplimenta l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà billi joffri tipi ta’ attivitajiet differenti. Fil-qasam tal-ħiliet diġitali, il-Programm Ewropa Diġitali se jikkumplimenta l-approċċ mifrux ta’ Erasmus+ billi jappoġġa l-iżvilupp u l-akkwist ta’ ħiliet diġitali avvanzati.
Potenzjal kbir ħafna għall-komplementarjetajiet u għas-sinerġiji li ġew identifikati fir-rigward tal-għanijiet komuni (eż. l-iżvilupp kwalitattiv tas-sistemi edukattivi, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ, l-iżvilupp tal-kapital uman, eċċ.). Dawn il-programmi tal-Unjoni huma kruċjali għal Ewropa iktar kompetittiva, reżiljenti u lesta għall-futur. Is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet imtejba huma mistennija li jżidu l-koerenza bejn il-programmi ta’ nfiq u jippermettu kooperazzjoni effettiva, billi jwieġbu għall-isfidi tas-soċjetà attwali.
Minkejja li dawn il-programmi huma appoġġati minn strumenti distinti, b’modi operandi indipendenti, loġika ta’ intervent modi ta’ ġestjoni u arkitettura differenti, l-interazzjoni tagħhom tista’ tiġġenera effetti ta’ konverġenza. Għalhekk, is-sinerġiji se jiġu mfittxa fejn ikunu possibbli u jrendu iktar valur miżjud.
Sinerġiji ġodda jew rinforzati jistgħu jkunu stabbiliti f’diversi livelli:
1. fil-livell strateġiku, koerenza mtejba u allinjament aħjar ta’ għanijiet ta’ politika kondiviżi;
2. fil-livell ta’ programmazzjoni, koerenza mtejba ta’ prijoritajiet u oqfsa ta’ implimentazzjoni kompatibbli;
3. fil-livell tal-proġett, il-ġabra strateġika ta’ finanzjament minn diversi sorsi.
Bħala għodda konkreta biex ittejjeb l-implimentazzjoni tas-sinerġiji, qed jiġi propost li skemi ta’ mobbiltà oħrajn jiġu integrati b’dimensjoni b’saħħitha ta’ tagħlim taħt Erasmus, biex b’hekk l-infrastruttura tal-programm Erasmus u l-mekkaniżmi eżekuttivi tiegħu jintużaw bħala “vettura”, u jsegwu l-loġika ta’ intervent ta’ Erasmus. Azzjoni ġdida tiġi introdotta bil-ħsieb li tappoġġa l-mobbiltà ta’ kategoriji differenti ta’ organizzazzjonijiet jew individwi li huma speċifikament immirati f’oqsma ta’ politika oħrajn (eż. settur tal-governanza pubblika, żvilupp agrikolu u rurali, intrapriża, infurzar tal-liġi, eċċ.). Din tikkontribwixxi għal koerenza ta’ implimentazzjoni mtejba, kif ukoll iktar simplifikazzjoni u kisbiet fl-effiċjenza. Din il-“vettura” ta’ Erasmus se tkun offruta bħala azzjoni ċentralizzata, għall-massa kritika limitata tagħha (tal-inqas fil-fażi inizjali tagħha), kif ukoll il-komponent transsettorjali tagħha.
1.5.Durata u impatt finanzjarju
⌧ durata limitata
–⌧
fis-seħħ minn 01/01/2021 sa 31/12/2027
–⌧
Impatt finanzjarju minn 2021 sa 2027 għal approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn 2021 sa 2032 għal approprjazzjonijiet ta’ pagament.
◻ durata illimitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
⌧ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–⌧ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–⌧
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
⌧ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja jiġu fdati lil:
–⌧ pajjiżi terzi jew il-korpi li huma ddeżinjaw;
–◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻il-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
–⌧ korpi tad-dritt pubbliku;
–⌧ korpi amministrati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
Kummenti
Fir-rigward tal-mekkaniżmi eżekuttivi l-istrumenti (l-iktar l-għotjiet) u l-modi ta’ ġestjoni - ġestjoni diretta u ġestjoni indiretta - se jiġu ppreservati għaliex ma hija meħtieġa l-ebda bidla strutturali fil-modus operandi tal-programm.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Il-qafas futur tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ Erasmus se jsegwi approċċ ibbażat fuq a) monitoraġġ kontinwu għall-valutazzjoni tal-progress lejn il-kisba tal-miri tal-output u tar-riżultati tal-programm; u b) evalwazzjonijiet u studji/stħarriġ għall-identifikazzjoni tal-impatt fit-tul tal-programm, imkejla biss ftit drabi matul iċ-ċiklu tal-programm (eżerċizzji ta’ evalwazzjoni formali ta’ nofs it-terminu u ex-post, u studji u stħarriġ indipendenti dedikati).
L-għan huwa li jintużaw l-arranġamenti eżistenti sa fejn ikun possibbli, u li jiġi simplifikat, razzjonalizzat u imnaqqas il-piż amministrattiv għall-parteċipanti (individwi u organizzazzjonijiet), filwaqt li jiżgura li tinġabar informazzjoni suffiċjenti għall-valutazzjoni tal-impatt tal-programm u bħala salvagwardja għar-responsabbiltà. Konsegwentement, ir-regoli għall-monitoraġġ u għar-rapportar se jkunu sistematikament stabbiliti b’konsiderazzjoni tal-effiċjenza u l-kosteffettività tagħhom, ibbażati fuq l-esperjenza miksuba fil-programm attwali, mingħajr kompromess tad-data għall-finijiet tal-evalwazzjoni.
B’konformità mas-sejbiet tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, il-programm Erasmus li jmiss jimmira li jissemplifika u jtejjeb is-sistema ta’ monitoraġġ fir-rigward ta’:
- iċ-ċarezza u r-rilevanza tal-indikaturi tal-output, kif ukoll tal-kwalità tad-data;
- ir-robustezza tal-indikaturi tar-riżultati awtorapportati;
- il-proporzjonalità bejn il-piż relatat fuq il-benefiċjarji (għadd u frekwenza ta’ stħarriġ, kampjuni ta’ rispondenti, ammont u livell ta’ kumplessità tad-data miġbura, eċċ.) u l-użu tad-data għal finijiet ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u disseminazzjoni;
- il-faċilità tal-użu u l-interoperabbiltà ulterjuri tal-għodod online.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti
Il-kombinazzjoni kontinwa proposta tal-għodod ta’ ġestjoni tal-programm (diretta u indiretta) hija bbażata fuq l-esperjenza pożittiva tal-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+ attwali, kif evalwat f’nofs it-terminu li sabithom adattati “b’koordinazzjoni kumplessiva tajba u mingħajr identifikazzjoni ta’ ineffiċjenzi maġġuri”. Tibni fuq strutturi eżistenti, b’konformità mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà, proporzjonalità u effiċjenza.
Il-preservazzjoni ta’ modalitajiet ippruvati u ttestjati se tippermetti l-iffokar fuq it-twassil u l-prestazzjoni, tissalvagwardja kisbiet ippruvati ta’ effiċjenza, filwaqt li timminimizza l-piż amministrattiv (bħal dak li ġie esperjenzat matul it-tranżizzjoni mill-ġenerazzjoni tal-programm 2007-2013 għal 2014-2020). Il-prinċipju ġenerali jinżamm: bħala regola ġenerali, mhux se jingħata appoġġ dirett lil benefiċjarji individwali; l-appoġġ se jkompli jgħaddi minn organizzazzjonijiet parteċipanti, li se jqassmuh lil studenti jew prattikanti individwali.
Ġeneralment il-kostijiet ta’ ġestjoni għall-Unjoni tal-programm Erasmus+ attwali huma raġonevoli (6% tal-baġit amministrattiv u operattiv ta’ Erasmus). Dan huwa partikolarment ċar meta mqabbel ma azzjonijiet nazzjonali iżgħar, li jidher li jiswew iktar (fuq medja, 14% tal-baġit rispettiv tagħhom).
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Ir-riskji identifikati fl-implimentazzjoni tal-programmi attwali jidħlu primarjament fil-kategoriji li ġejjin:
- żbalji li jirriżultaw min-nuqqas ta’ esperjenza li għandhom il-benefiċjarji tar-regoli. Ir-rati ta’ żball u l-aġġustamenti finanzjarji huma mistennija jkunu ogħla fil-każ ta’ azzjonijiet b’regoli ta’ ġestjoni finanzjarja iktar kumplessi, b’mod partikolari fejn l-għotjiet huma bbażati fuq kostijiet reali. Dan ir-riskju jista’ fil-biċċa l-kbira jittaffa billi jintużaw kostijiet simplifikati (somom f’daqqa, rati fissi u skali ta’ kostijiet ta’ unità) kif jippermetti r-Regolament Finanzjarju;
- affidabilità tal-katina ta’ kontroll u manteniment tar-rendikont tal-entrati. Erasmus jiġi ġestiet minn għadd kbir ta’ intermedjarji, l-Aġenziji Nazzjonali, b’kontrolli superviżorji fornuti minn Korp Indipendenti tal-Awditjar kif previst fir-Regolament Finanzjarju, kif ukoll superviżjoni operazzjonali u ta’ governanza mill-Awtoritajiet Nazzjonali. Il-qafas ta’ kontroll li jtaffi dawn ir-riskji huwa stabbilit sew;
- il-parteċipanti speċifiċi fil-mira (eż. is-setturi taż-żgħażagħ jew tal-adulti) jista’ ma jkollhomx is-solidità finanzjarja jew l-istrutturi u l-kapaċità ta’ ġestjoni sofistikati biex iġestixxu l-fondi tal-Unjoni, u jkunu soġġetti għal monitoraġġ u kontrolli addizzjonali bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju.
Is-simplifikazzjoni ewlenija ta’ taffija tar-riskji u ta’ tnaqqis tar-rati ta’ żball li jirriżultaw mill-kumplessità tar-regoli finanzjarji se tkun l-użu mifrux tal-għotjiet fil-forma ta’ somom f’daqqa, rati fissi, u skali ta’ kostijiet ta’ unità, u formats simplifikati tal-azzjonijiet, li jagħmlu r-regoli faċli biex wieħed isegwihom, filwaqt li tiġi ppreservata r-responsabbiltà.
L-entitajiet kollha fdati huma dejjem responsabbli għal-livell primarju tal-kontrolli sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni, filwaqt li l-Kummissjoni hija responsabbli mis-superviżjoni tal-qafas ġenerali. Din is-sistema ta’ kontroll solida li bħalissa hija fis-seħħ se tinżamm għall-kontroll tal-użu tal-fondi tal-Unjoni għall-azzjonijiet ġestiti skont il-ġestjoni indiretta mill-Aġenziji Nazzjonali u kif ukoll skont il-ġestjoni diretta, b’konformità mar-Regolament Finanzjarju. Fir-rigward tal-fondi tal-Programm trasferiti lill-Aġenziji Nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koordinazzjoni kif suppost tal-kontrolli tagħha mal-awtoritajiet nazzjonali u l-aġenziji nazzjonali, abbażi tal-prinċipju uniku tal-awditjar u b’segwitu għal analiżi bbażata fuq ir-riskju. Filwaqt li l-Aġenziji Nazzjonali se jkunu responsabbli mill-kontrolli primarji tal-benefiċjarji, is-sistema tagħhom ta’ kontroll intern u ta’ konformità se tkompli tiġi mmonitorjata u taħt is-superviżjoni tal-Istati Membri/Awtoritajiet Nazzjonali u awditjata minn Korp Indipendenti tal-Awditjar. Sabiex tkun żgurata l-koerenza u l-affidabilità tal-kontrolli fil-livell tal-pajjiż, kull sena l-Kummissjoni se tkompli tippubblika gwida ta’ kontroll.
Is-sistema ta’ kontroll se tiġi stabbilita f’mod li tiżgura l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-kontrolli. L-oqfsa ta’ superviżjoni u prestazzjoni tal-Kummissjoni se jiżguraw livell għoli ta’ monitoraġġ u feedback sabiex jinformaw l-approċċ ta’ politika. Erasmus se jiġi inkluż fil-programm tal-Kummissjoni taż-żjarat Superviżorji, l-awditi finanzjarji, u żjarat ta’ monitoraġġ u implimentazzjoni, kif ukoll attivitajiet ta’ gwida bħal konferenzi, laqgħat ta’ tnedija, laqgħat ta’ Aġenziji Nazzjonali, korsijiet ta’ taħriġ u webinars.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)
Fir-rigward tal-kosteffettività, il-Kummissjoni għamlet stima inizjali tal-kostijiet tar-riżorsi u l-inputs meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli u stmat, sa fejn huwa possibbli, il-benefiċċji tagħhom f’termini tal-ammont ta’ żbalji u irregolaritajiet evitati, detetti u kkoreġuti minn dawn il-kontrolli iżda wkoll f’termini ta’ żbalji mhux kwantifikabbli. Dan l-approċċ jenfasizza l-kontrolli finanzjarji u operazzjonali tal-qalba tal-katina tal-kontroll.
L-istrateġija ta’ kontroll hija bbażata fuq qafas uniku ta’ kontroll integrat sabiex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli matul iċ-ċiklu tal-proġett kollu. L-approċċ li ttieħed għall-valutazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli huwa bbażat fuq il-loġika tal-elementi kostitwenti ta’ assigurazzjoni u qafas uniku ta’ kontroll integrat. Il-Kummissjoni tiddistingwi bejn il-frekwenza u l-intensità tal-kontrolli minħabba l-profili ta’ riskju differenti fost it-tranżazzjonijiet attwali u futuri u minħabba l-kosteffettività tal-kontrolli eżistenti u alternattivi tagħha, b’mod partikolari kif spjegat lill-Aġenziji Nazzjonali fil-gwida għall-implimentazzjoni tal-programm. L-Aġenziji Eżekuttivi u l-entitajiet kollha fdati huma dejjem responsabbli għal-livell primarju tal-kontrolli sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni, filwaqt li l-Kummissjoni hija responsabbli mill-kontrolli ta’ superviżjoni.
L-istima tal-Kummissjoni hija li l-kost globali tal-kontroll huwa baxx, u fil-firxa ta’ 1-5%, skont il-kejl użat, tal-baġit ġestit (il-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva huwa eskluż). Dawn il-kostijiet huma proporzjonati u kosteffettivi minħabba r-riskju probabbli ta’ żball jekk tali kontrolli ma kinux fis-seħħ, u r-rekwiżit huwa l-iżgurar ta’ rata ta’ żball inqas minn 2%. Abbażi tal-esperjenza bl-Erasmus+ attwali u l-programmi predeċessuri tiegħu, li għandhom rata ta’ żball ta’ madwar 1% fuq bażi pluriennali, ir-riskju ta’ żball mistenni huwa ta’ inqas minn 2%.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Il-kontrolli mmirati lejn il-prevenzjoni u d-detezzjoni ta’ frodi ma humiex differenti minn dawk maħsuba biex jiżguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet (l-iżbalji mhux intenzjonati). Kull sena l-Kummissjoni tirrevedi r-rapportar kollu mill-Aġenziji Nazzjonali dwar il-possibbiltà ta’ frodi jew irregolaritajiet. Dawn il-każijiet huma prinċipalment iffokati fil-livell nazzjonali fejn l-Aġenziji Nazzjonali għandhom aċċess dirett għal mezzi ta’ rimedju legali u referenza għal każijiet ta’ frodi.
Is-servizzi tal-Kummissjoni jikkontribwixxu għall-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) li jkunu għaddejjin u jorganizzaw segwitu għall-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi li jkunu lesti. Il-preġudizzju finanzjarju għall-baġit tal-Unjoni li jirriżulta minn frodi stabbilit fir-rapporti finali tal-każijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi li jikkonċernaw programmi li għandhom regoli ta’ finanzjament u partijiet ikkonċernati simili, huwa baxx. Il-każijiet jiġu referuti lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u lill-Uffiċċju ta’ Investigazzjoni u Dixxiplina (IDOC) kif xieraq, iżda għadd sinifikanti ta’ każijiet jiġu segwiti matul is-sena direttament mill-Aġenziji Nazzjonali u mill-Awtoritajiet Nazzjonali, li għandhom aċċess dirett għall-entitajiet ġudizzjarji u ta’ kontra l-frodi rilevanti.
Sa mill-2014 is-servizzi tal-Kummissjoni li jimplimentaw l-azzjoni żviluppaw u implimentaw l-istrateġija tagħhom stess ta’ kontra l-frodi (AFS), elaborata abbażi tal-metodoloġija fornuta mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi. Filwaqt li tiġi aġġornata regolarment, tiġi ssuplimentata minn (l-iktar riċenti fl-2017), fejn xieraq, dokumenti proċedurali ta’ livell iktar baxx, li jkopru kif il-każijiet jiġu riferuti u segwiti.
Kif ġie konkluż fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, minħabba l-fatt li l-iskala ta’ frodi fil-programm hija estremament limitata u hija fil-biċċa l-kbira ristretta għal każijiet ta’ sottomissjonijiet multipli ta’ applikazzjoni għal proġetti jew mexxejja tal-proġetti li jonqsu milli jonoraw l-obbligi tagħhom, il-miżuri fis-seħħ huma kkunsidrati kemm xierqa kif ukoll proporzjonati. B’konsiderazzjoni tal-livell tal-impatt ta’ frodi potenzjalment affaċċat mill-programm propost, b’mod partikolari l-preġudizzju finanzjarju reġistrat mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, ir-riskju residwu ta’ frodi ma jiġġustifikax miżuri addizzjonali. Is-servizzi tal-Kummissjoni jżommu kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u jsegwu l-każijiet li jkunu għaddejjin mill-qrib. Għalhekk huwa possibbli li nikkonkludu b’mod pożittiv dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tar-riskju ta’ frodi.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
Intestatura 2 “Koeżjoni u Valuri”
Titolu 07 “Investiment fil-Persuni, fil-Koeżjoni Soċjali u fil-Valuri”
Kapitolu 03 “Erasmus”
|
|
|
|
|
skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
07 01 02 – Appoġġ amministrattiv għall-programm
|
|
|
|
|
|
|
|
07 03 01 - Promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet u l-politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ
|
|
|
|
|
|
|
|
07 03 02 - Promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet u l-politiki fil-qasam taż-żgħażagħ
|
|
|
|
|
|
|
|
07 03 03 - Promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-kowċis u l-persunal tal-isport, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet tal-isport u l-politiki tal-isport
|
|
|
|
|
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet operattivi
|
07 03 01 Promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet u l-politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
07 03 02 Promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet u l-politiki fil-qasam taż-żgħażagħ
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
07 03 03 Promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-kowċis u l-persunal tal-isport, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet tal-isport u l-politiki tal-isport
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm
|
07 01 02 Appoġġ amministrattiv għal Erasmus
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
35.007
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
SUBINTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
BARRA MILL-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.2.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani
–◻
Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu tar-riżorsi umani.
–⌧
Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi l-użu tar-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Karigi tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Persunal estern (f’unità ekwivalenti għal Full Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED
Intestatura 7
|
Iffinanzjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Uffiċjali u aġenti temporanji
|
|
|
|
|
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–◻
ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi
–◻
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi u li qed jiġi stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻
fuq ir-riżorsi proprji
–◻
fuq dħul ieħor
jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa ◻
EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Impatt tal-proposta/inizjattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|