Brussell,30.5.2018

COM(2018) 366 final

2018/0190(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2018) 274 final }
{SWD(2018) 290 final}
{SWD(2018) 291 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet

Il-wirt kulturali rikk, u s-setturi kulturali u kreattivi dinamiċi Ewropej huma parti mill-identità Ewropea. Il-kultura u l-espressjonijiet kulturali jimmanifestaw ruħhom b’mod qawwi fil-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni u jistgħu jikkontribwixxu għall-benesseri, iċ-ċittadinanza attiva, il-valuri komuni, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp ta’ djalogi interkulturali kif ukoll ta’ ambjent medjatiku ħieles, pluralistiku u diversifikat. Is-setturi kulturali u kreattivi jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-iżvilupp ekonomiku tal-Unjoni, jiġġeneraw l-impjiegi u t-tkabbir, u għalhekk huma essenzjali għall-futur tal-Ewropa.

Dawn is-setturi għandhom ukoll is-setgħa li jagħtu sura lill-aspirazzjonijiet u r-relazzjonijiet tagħna mal-oħrajn u mad-dinja, kif ukoll il-postijiet u l-pajsaġġi fejn ngħixu jew l-istili ta’ ħajja li niżviluppaw. Jippromwovu l-eċċellenza Ewropea fix-xena dinjija, filwaqt li jsaħħu l-pożizzjoni globali tal-Unjoni.

L-appoġġ Ewropew għas-setturi tal-kultura u tal-awdjoviżiv ingħata permezz ta’ diversi programmi ta’ finanzjament għal bosta snin. Il-programm Ewropa Kreattiva 2014-2020 jikkostitwixxi pjattaforma unika biex jipprovdilhom appoġġ koordinat u kostruttiv fil-kontinent kollu. Il-proposta attwali tibni fuq din l-esperjenza u għandha l-għan li tkompli u ssaħħaħ l-elementi li jaħdmu sew, inkluż permezz ta’ baġit imsaħħaħ li jirrifletti l-impenn tal-Unjoni Ewropea lejn is-setturi u r-rikonoxximent tar-rwol essenzjali tagħhom fl-Unjoni tagħna. Permezz ta’ ħafna attivitajiet u proġetti li se tiffinanzja, il-proposta se tkun fattur ewlieni biex jissaħħu s-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, u biex jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom f’perspettiva ekonomika, soċjali u internazzjonali.

L-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li “Il-mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha,” u fost l-oħrajn, “għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew”. Fuq dawn il-linji, id-dokument ta’ riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-finanzi tal-UE jiddikjara “Il-baġit tal-UE jappoġġa dan, b’ħidma flimkien mal-baġits nazzjonali u b’mod kumplimentari għal sforzi oħra fil-livell Ewropew u dak nazzjonali”.

Biex jiġu promossi l-kompetittività u d-diversità kulturali u lingwistika tal-industrija awdjoviżiva, l-UE użat diversi strumenti li jlaqqgħu flimkien il-leġiżlazzjoni, l-appoġġ għall-politika u l-finanzjament. L-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa titlob li l-qafas legali jiġi modernizzat, li min-naħa tiegħu jeħtieġ l-adattament tal-appoġġ finanzjarju tal-UE għall-industrija awdjoviżiva, biex jirrifletti t-tendenzi ġodda tas-suq, it-tibdil fix-xejriet tal-konsumaturi u ż-żieda fil-konverġenza bejn servizzi lineari u mhux lineari.

Madankollu, is-setturi kulturali u kreattivi qed jaffaċċjaw għadd ta’ sfidi.

L-ewwel, is-setturi kulturali u kreattivi fl-Ewropa jridu jaffaċċjaw kompetizzjoni akbar minn atturi globali ġodda u b’saħħithom bħalma huma l-magni tat-tiftix u l-pjattaformi soċjali bbażati fuq il-web. Dan wassal għall-ħtieġa li jiġu żviluppati mudelli ta’ negozju ġodda u li jintlaħaq il-potenzjal għat-tkabbir billi jiġu sfruttati t-teknoloġiji diġitali sabiex dawn ikunu kompetittivi f’suq globali.

It-tieni, il-bidla diġitali qed twassal għal bidla fil-paradigma, li tħalli impatt kbir fuq kif il-prodotti kulturali jinħolqu, jiġu ġestiti, disseminati, aċċessati, ikkonsmati u kummerċjalizzati, u li b'hekk tbiddel il-proposti tal-valur li kienu predominanti fl-era analoġika. Id-diġitalizzazzjoni ħaffet id-distribuzzjoni tal-kontenut u tas-servizzi kulturali u kreattivi, iżda intensifikat ukoll il-kompetizzjoni tal-kontenut bejn il-fruntieri fuq skala globali.

It-tielet, hemm suq frammentat ġmielu għax-xogħlijiet kulturali u kreattivi li jirriżulta fil-biċċa l-kbira mid-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa, bil-konsegwenza li s-setturi kulturali u kreattivi huma frammentati skont il-linji nazzjonali u lingwistiċi u m’għandhomx massa kritika. Din id-diversità hija parti mir-rikkezza kulturali tal-Ewropa.

Fl-istess ħin, iċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali tax-xogħlijiet għadha limitata. Għalhekk huwa importanti li jiġu stimolati ċ-ċirkolazzjoni u l-koproduzzjoni transnazzjonali ta’ xogħlijiet bejn il-fruntieri u li jiġu żviluppati aktar soluzzjonijiet effettivi biex jintlaħqu l-udjenzi bejn il-fruntieri.

Ir-raba’, il-konċentrazzjoni tas-suq hija ta’ tħassib dejjem akbar. F’ċerti oqsma kulturali u kreattivi, qed tiżviluppa tendenza fejn għadd limitat ta’ atturi ewlenin huma responsabbli għal parti kbira tal-bejgħ globali.

Il-ħames, l-industrija awdjoviżiva Ewropea hija rikonoxxuta f'livell internazzjonali, iżda mhijiex kompetittiva biżżejjed fis-Suq Uniku Diġitali. 80 % tal-films Ewropej huma produzzjonijiet nazzjonali iżda l-koproduzzjonijiet jimxu aktar mill-films nazzjonali. F’xi pajjiżi għad hemm bżonn li l-professjonisti fis-settur awdjoviżiv isaħħu l-kapaċità tagħhom li joperaw.

Fl-aħħar nett, hemm fenomenu ta’ diżinformazzjoni li qed jikber maż-żmien. L-industriji tal-kontenut, b’mod partikolari fis-settur tal-mezzi ta’ informazzjoni, huma fil-qalba tal-ġlieda biex tinżamm kultura ta’ dibattitu demokratiku bilanċjat u ġust. Il-libertà artistika u ambjent medjatiku ħieles u diversifikat huma essenzjali biex jitwasslu opinjonijiet u perspettivi diverġenti. Dawn jikkontribwixxu għal soċjetajiet pluralistiċi fejn iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati, inkluż fil-kuntest ta’ elezzjonijiet politiċi.

Dawn l-isfidi ta’ natura transnazzjonali jirrikjedu approċċ Ewropew immirat biex jottimizzaw il-potenzjal tas-setturi li jikkontribwixxu għall-impjiegi, it-tkabbir u l-inklużjoni soċjali, inkluż għall-persuni l-aktar żvantaġġati u gruppi li diffiċli jintlaħqu. Huma komuni għall-Istati Membri kollha tal-UE u għandhom dimensjonijiet transfruntiera. Tabilħaqq, filwaqt li l-azzjoni fil-livell nazzjonali hija importanti, l-Istati Membri individwali waħidhom m’għandhomx biżżejjed influwenza biex jindirizzawhom bis-sħiħ.

L-għan tal-inizjattiva huwa li tibni fuq il-kisbiet tal-programm Ewropa Kreattiva u li żżid l-isforzi bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti b’rabta mal-aktar l-iżviluppi ta’ politika reċenti. Il-programm Ewropa Kreattiva il-ġdid beħsiebu joffri opportunitajiet lill-operaturi biex dawn jiżviluppaw inizjattivi transfruntiera Ewropej innovattivi mil-lat tekniku u mil-lat artistiku għall-iskambju, il-koproduzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej, u jagħmluhom aċċessibbli għal udjenza wiesgħa u diversifikata. Se jintensifika l-ittestjar ta’ mudelli ġodda ta’ negozju li jippermetti lill-persuni li joħolqu xogħlijiet artistiċi jagħmlu l-aħjar użu tat-teknoloġija diġitali għall-ħolqien u l-iżvilupp tal-udjenzi.

Sabiex jaffaċċja swieq internazzjonali dejjem aktar kompetittivi, il-Programm il-ġdid se jappoġġa s-sħubijiet u n-netwerks transfruntiera kif ukoll mudelli ġodda ta’ kollaborazzjoni, biex iħeġġeġ l-espansjoni tas-setturi kulturali u kreattivi tal-Ewropa. Dan se jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-atturi Ewropej fis-swieq Ewropej u fis-swieq globali, pereżempju billi jappoġġa l-preżenza, il-kummerċjalizzazzjoni u l-immarkar korporattiv tagħhom f’livell internazzjonali. Il-programm se jinvesti fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet kreattivi tal-artisti u tal-professjonisti tal-industrija billi jippermettilhom jikkollaboraw b’mod transfruntiera. Se jappoġġa inizjattivi li jippermettu li aktar nies jieħdu sehem fil-kultura u b’hekk jikkontribwixxi għal soċjetà Ewropea soċjalment aktar inklużiva.

Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva riveduta se tipprovdi aktar opportunitajiet għall-promozzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej, iżda magħha jenħtieġu miżuri ta’ appoġġ li jgħinu biex ix-xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali jsiru disponibbli b’mod aktar wiesa’ fl-Ewropa kollha u lil hinn minnha. Il-programm il-ġdid se jindirizza l-isfidi li qed jaffaċċja s-settur awdjoviżiv, inkluża l-bidla diġitali, billi titrawwem il-kooperazzjoni tul il-katina tal-valur, mill-istadji bikrija tal-produzzjoni sad-distribuzzjoni u l-wiri. Se jappoġġa speċifikament proġetti b’potenzjal ta’ ċirkolazzjoni għolja u b’approċċ għas-suq globali u b’aċċess għall-kontenut fost il-pjattaformi kollha.

Il-programm il-ġdid se jappoġġa wkoll azzjonijiet bl-għan li jsaħħu s-settur tal-mezzi tal-informazzjoni tal-Ewropa, il-libertà tal-ġurnaliżmu, id-diversità u l-pluraliżmu tal-kontenut ġurnalistiku, kif ukoll approċċ kritiku lejn il-kontenut tal-media permezz tal-litteriżmu medjatiku.

Din il-proposta tipprevedi data ta’ applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, b’konformità man-notifika mir-Renju Unit dwar l-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-politika

Din l-inizjattiva tikkontribwixxi għall-ambizzjoni espressa f’Ruma f’Marzu 2017 mis-27 Stat Membru u mill-istituzzjonijiet tal-UE għal Unjoni “fejn iċ-ċittadini jkollhom opportunitajiet ġodda għall-iżvilupp kulturali u soċjali u għat-tkabbir ekonomiku [...]; Unjoni li tippreserva l-wirt kulturali tagħna u tippromwovi d-diversità kulturali” 1 . Din l-ambizzjoni ġiet ikkonfermata fis-Summit tal-Mexxejja ta’ Gothenburg f’Novembru 2017 u mill-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2017, li enfasizza s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 2 bħala opportunità kruċjali biex jiżdied l-għarfien dwar l-importanza soċjali u ekonomika tal-kultura u l-patrimonju.

Hija konsistenti mal-Komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tal-Identità Ewropea permezz tal-Edukazzoni u l-Kultura 3 , fejn il-Kummissjoni sostniet li “huwa fl-interess komuni tal-Istati Membri kollha li nużaw il-potenzjal sħiħ tal-edukazzjoni u tal-kultura bħala muturi tal-impjiegi, tal-ġustizzja soċjali, taċ-ċittadinanza attiva kif ukoll bħala mezz biex tiġi esperjenzata l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha”.

L-inizjattiva hija wkoll konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2018 dwar Aġenda Ġdida Ewropea għall-Kultura 4 , mal-Komunikazzjoni Konġunta tas-SEAE/tal-Kummissjoni tal-2016 “Lejn strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali” 5 u mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2014 “Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali” 6 , li lkoll jitolbu li l-kultura jkollha rwol imsaħħaħ fl-iżvilupp soċjali, ekonomiku u internazzjonali ulterjuri tal-Unjoni tagħna.

L-inizjattiva hija konsistenti mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2018 “L-indirizzar tad-diżinformazzjoni online: Approċċ Ewropew” 7 , b’mod partikolari mal-objettiv ġenerali tagħha dwar il-promozzjoni “tad-diversità tal-informazzjoni, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati bbażati fuq ħsieb kritiku, permezz tal-appoġġ għall-ġurnaliżmu ta’ kwalità għolja, għal-litteriżmu fil-media u r-riekwilibriju tar-relazzjoni bejn dawk li joħolqu l-informazzjoni u dawk li jiddistribwixxuha”.

Fl-aħħar nett, l-inizjattiva tikkunsidra l-istrateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE, adottata f’Settembru 2017 8 , li tenfasizza l-ħtieġa li l-industrija Ewropea tiġi aġġornata għall-era diġitali bl-appoġġ għall-innovazzjoni u l-kreattività, bl-appoġġ għall-iżvilupp tal-ħiliet u billi tipprovdi ambjent favorevoli għall-intraprenditorija u għall-espansjoni ta’ intrapriżi żgħar u medji dinamiċi.

B’mod iktar partikolari fir-rigward tas-settur awdjoviżiv, il-fergħa MEDIA se takkumpanja l-politiki tas-Suq Uniku Diġitali tal-UE. Dawn jinkludu b’mod partikolari l-proposti li jiġi modernizzat il-qafas tad-drittijiet tal-awtur kif ukoll id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva riveduta. Din tal-aħħar se ssaħħaħ il-kapaċità tal-atturi awdjoviżivi Ewropej biex jiffinanzjaw, jipproduċu u jiddisseminaw xogħlijiet li jistgħu jkunu viżibbli biżżejjed fuq media differenti disponibbli (bħat-televiżjoni, iċ-ċinema jew il-Video on Demand) u li jkunu attraenti għall-udjenzi f’suq dejjem aktar miftuħ u kompetittiv fl-Ewropa u lil hinn minnha. L-appoġġ għandu jiżdied biex jindirizza l-iżviluppi reċenti fis-suq, inkluża l-pożizzjoni iktar b’saħħitha tal-pjattaformi tad-distribuzzjoni globali meta mqabbla max-xandara nazzjonali li tradizzjonalment jinvestu fil-produzzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej.

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 tistabbilixxi għan aktar ambizzjuż għall-integrazzjoni tal-klima tal-programmi kollha tal-UE, b’mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-UE tikkontrbwixxi għall-għanijiet tal-klima. Il-kontribuzzjoni ta’ dan il-programm għall-kisba ta’ din il-mira ġenerali se tiġi mmonitorjata permezz ta’ sistema li timmarka l-klima tal-UE f’livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni, inkluż bl-użu ta’ metodoloġiji aktar preċiżi fejn dawn ikunu disponibbli. Il-Kummissjoni se tkompli tippreżenta l-informazzjoni kull sena f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-kuntest tal-abbozz tal-baġit annwali.

Biex tappoġġa l-użu sħiħ tal-potenzjal tal-programm li jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-klima, il-Kummissjoni se tfittex li tidentifika l-azzjonijiet rilevanti fit-tħejjija, fl-implimentazzjoni, fir-reviżjoni u fil-proċessi ta’ evalwazzjoni tal-programm.

Il-programm għandu jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkontribwixxi biex tinkiseb parteċipazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fl-industriji kulturali u kreattivi.

Konsistenza ma’ politiki u programmi oħra tal-Unjoni

Il-programm se jkun konsistenti u komplementari mal-istrumenti l-oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari Erasmus+, il-Fondi koperti bir-Regolament (...) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], inkluż il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Programm Orizzont Ewropa kif ukoll strumenti ta’ finanzjament esterni. Filwaqt li jissejjes fuq id-dispożizzjoni ta’ integrazzjoni tat-Trattat u l-approċċ politiku ġdid ibbażat fuq il-kollegamenti kulturali, kif stabbilit fl-Aġenda Ġdida Ewropea għall-Kultura, il-programm għandu l-għan li jiżviluppa sinerġiji mal-oqsma ta’ politika li ġejjin.

(1)Sinerġiji mal-politiki tal-edukazzjoni u taż-żgħażagħ

Il-futur tal-programm Erasmus se jkunu komplement importanti tal-programm Ewropa Kreattiva. Il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, appoġġata minn Erasmus+, se tgħin tħejji lill-individwi bl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jaffaċċjaw l-isfidi soċjali u ekonomiċi kif ukoll biex jilħqu l-potenzjal tagħhom għall-innovazzjoni, il-kreattività u l-intraprenditorija, b’mod partikolari fl-ekonomija diġitali. L-attivitajiet marbuta mal-aspetti kollha tal-kreattività fl-edukazzjoni u mat-tisħiħ tal-kompetenzi ewlenin individwali se jikkostitwixxu rabta importanti bejn iż-żewġ programmi. Barra minn hekk, fil-qafas tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, se jkun hemm aktar opportunitajiet apposta li jattiraw liż-żgħażagħ lejn ir-ristawr jew lejn il-preservazzjoni ta’ siti ta’ wirt kulturali.

(2)Sinerġiji mal-programm tad-Drittijiet u l-Valuri

Jeżistu rabtiet qawwija, speċjalment fl-oqsma tal-pluraliżmu tal-media, l-identità Ewropea, il-valuri u l-wirt kulturali, bejn il-programm Ewropa Kreattiva u l-programm tad-Drittijiet u l-Valuri li se jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini permezz tal-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet, tal-valuri u tal-ugwaljanza u bil-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-involviment, il-parteċipazzjoni u t-tifkira.

(3)Sinerġiji mal-politiki tal-impjiegi u dawk soċjali

Il-futur tal-Fond Soċjali Ewropew + se jkun element kostitwenti prinċipali tar-raggruppament “Ninvestu fin-Nies, il-Koeżjoni Soċjali u l-Valuri”. Se jipprovdi appoġġ liċ-ċittadini billi jinvesti fil-kapital uman, fl-appoġġ għall-impjiegi (taż-żgħażagħ), fl-innovazzjoni soċjali, fil-ksib ta' ħiliet diġitali bażiċi u fl-integrazzjoni tal-migranti, u billi jappoġġa lil persuni l-aktar fil-bżonn (inklużjoni soċjali). Hekk hemm rabtiet sodi mal-għanijiet tal-programm Ewropa Kreattiva. Id-diversità kulturali u lingwistika, li l-Programm Ewropa Kreattiva għandu l-għan li jsaħħaħ, pereżempju bit-titjib taċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħlijiet kulturali u awdjoviżivi Europej bejn il-fruntieri, hija aspett importanti ta’ soċjetajiet inklużivi, billi dawn jikkontribwixxu lejn id-djalogu interkulturali. Barra minn hekk, filwaqt li jsaħħaħ il-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi, il-programm huwa favur il-ħolqien tal-impjiegi f’dawn is-setturi.

(4)Sinerġiji mal-politiki reġjonali, urbani u rurali

Il-politiki tal-UE għall-iżvilupp reġjonali, urban u rurali huma strumentali għall-promozzjoni tar-ristawr tal-wirt kulturali u għall-appoġġ tal-industriji kulturali u kreattivi. Se jiġu żgurati sinerġiji potenzjali biex jinfurzaw mill-ġdid il-komplementarjetà bejn dawn l-istrumenti u Ewropa Kreattiva, li jistgħu jappoġġaw it-tagħlim bejn il-pari dwar il-pjanijiet ta’ investiment kulturali sinifikanti fit-tul għall-industriji kreattivi, it-turiżmu, l-inklużjoni soċjali, ir-ristawr tal-wirt kulturali abbażi tal-istandards tal-kwalità tar-rinnovazzjoni tal-wirt kulturali u jżidu l-kontribut tagħhom għall-għanijiet tal-iżvilupp reġjonali u urban u għall-awtosostenibbiltà finanzjarja tal-proġetti kulturali.

(5)Sinerġiji mas-Suq Uniku

Il-programm Ewropa Kreattiva se jikkumplimenta l-azzjonijiet finanzjati mill-Programm futur tas-Suq Uniku f'dak li jikkonċerna l-aspetti tal-għoti tas-setgħa lin-nies u t-trawwim tat-talent kreattiv fis-setturi rispettivi. Jistgħu jinstabu wkoll sinerġiji mat-turiżmu, li għandu dimensjoni kulturali u jista' jitqies bħala mod kif jissaħħaħ il-fehim reċiproku fost in-nies. Fejn xieraq, il-programm Ewropa Kreattiva se jiffoka l-interventi tiegħu fuq il-kreattività u l-elementi kulturali ta’ ċerti industriji kreattivi (bħad-disinn u l-moda) billi jikkonċentra fuq il-promozzjoni jew l-iżvilupp tal-ħiliet, il-kooperazzjoni u l-mobbiltà transfruntiera. Il-kumplimentarjetà se tiġi żgurata wkoll bl-azzjonijiet li jappoġġaw l-industrija tat-turiżmu.

(6)Sinerġiji mal-programm Diġitali

Fil-programm Ewropa Diġitali hemm żewġ proġetti ta’ tmexxija li se jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ta’ skjerament marbuta mal-istrateġija #Digital4Culture. Il-proġett ta’ tmexxija dwar it-trasformazzjoni diġitali tas-settur tal-wirt kulturali se jkompli jappoġġa l-inizjattiva Ewropea mnedija matul is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018. Il-parti tal-programm li tiffoka fuq il-ħiliet diġitali għandha sinerġiji ma’ kwistjonijiet bħal-litteriżmu medjatiku u l-edukazzjoni dwar il-films.

(7)Sinerġiji mal-programm Riċerka u Innovazzjoni tal-UE.

Il-ġbir flimkien tar-riżorsi għall-applikazzjoni tal-aktar teknoloġiji moderni u biex jitħeġġu approċċi xjentifiċi ġodda jista' jtejjeb ġmielu l-fehim, il-ħarsien u d-disseminazzjoni tal-wirt kulturali, u jista' jagħmel l-istess ukoll fis-settur kulturali u kreattiv b’mod ġenerali. Is-sinerġiji potenzjali jridu jissaħħu biex jinfurzaw mill-ġdid il-komplementarjetà bejn dawn l-istrumenti u Ewropa Kreattiva, b’tali mod li s-setturi kulturali u kreattivi jibbenefikaw b’mod sħiħ mill-progress fir-riċerka Ewropea.

Fil-programm Orizzont Ewropa, ir-raggruppament dwar “Soċjetajiet Inklużivi, Reżiljenti u Sikuri” jinkludi attivitajiet li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-ICT għad-diġitalizzazzjoni u l-konservazzjoni tal-wirt kulturali tanġibbli u mhux tanġibbli.

Fil-qasam tal-interventi tal-Internet tal-Ġenerazzjoni li Jmiss, ir-raggruppament “Industrija Diġitali” jipprevedi attivitajiet ta’ riċerka li jorbtu mill-qrib mal-industriji kulturali u kreattivi, pereżempju Realtà awmentata/Realtà virtwali, ambjenti ta’ immersjoni, interfaċċi kompjuter-bniedem, mezzi ġodda tal-media (soċjali). Huwa previst ukoll li jitkomplew l-isforzi biex jinkisbu kollegamenti bejn is-setturi kreattivi, b’mod partikolari l-arti, u l-innovazzjoni fl-industrija u s-soċjetà permezz tal-programm S+T+ARTS.

(8)Sinerġiji mal-politiki tal-azzjoni esterna

Ewropa Kreattiva u l-azzjonijiet ta’ kollaborazzjoni internazzjonali ffinanzjati permezz tal-programmi esterni tal-Unjoni se jikkumplimentaw lil xulxin.

Il-fergħa KULTURA beħsiebha tittestja skemi ta’ monitoraġġ u inizjattivi oħra ta’ skambju ma’ pajjiżi terzi għall-inizjattiva tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura jew tiftaħ l-iskema tan-Netwerks u l-Pjattaformi jew il-kompetizzjoni għall-Premjijiet tal-UE għall-Kultura b’mod limitat għal pajjiżi mhux tal-UE, biex jiġu żviluppati inċentivi li jħeġġu l-inklużjoni ta’ pajjiżi terzi sħab fi proġetti fejn l-organizzazzjonijiet fl-UE huma fuq quddiem u biex tappoġġa l-isforzi tal-promozzjoni fi swieq ta’ importanza strateġika u festivals barra mill-Istati Membri tal-UE li għalihom bħalissa ma hemm l-ebda baġit speċifiku.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-inizjattiva se tissejjes fuq l-Artikoli 167 u 173 tat-TFUE. L-Artikolu 167 tat-TFUE jispeċifika l-kompetenzi tal-Unjoni fil-qasam kulturali u jitlob azzjoni mill-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess ħin tressaq il-wirt kulturali komuni fuq quddiem u, jekk ikun meħtieġ, tappoġġa u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam imsemmi f’din id-dispożizzjoni. L-Artikolu 173 TFUE jiddikjara li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni, inkluż it-teħid ta’ azzjoni biex tinkoraġġixxi ambjent favorevoli għall-inizjattiva u għall-iżvilupp tal-impriżi.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-valur miżjud ewlieni tal-UE jiġi mid-dimensjoni transnazzjonali b’saħħitha tal-programm, kif intwera diġà fil-programm Ewropa Kreattiva 2014-2020. Fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu nstab li l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-programm huma b’mod ġenerali koerenti u kumplimentari ma’ dawk tal-politiki u tal-programmi nazzjonali, u b’hekk jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

B’mod partikolari, in-natura transnazzjonali u multilaterali tal-programm Ewropa Kreattiva tipprovdi offerta partikolari li rari tiġi jkun hemm bħala bil-fondi nazzjonali, li għandha t-tendenza li tiffoka aktar fuq attivitajiet domestiċi u, sa ċertu punt, fuq il-kooperazzjoni transnazzjonali bilaterali. Dan il-fokus transnazzjonali u multilaterali huwa apprezzat ħafna mill-partijiet ikkonċernati u mill-benefiċjarji bħala element uniku ta’ Ewropa Kreattiva. Huma biss ftit il-fondi internazzjonali eżistenti oħrajn li jappoġġaw il-kooperazzjoni transnazzjonali fis-setturi kulturali u kreattivi u dawk li jappoġġawha huma ta’ skala iżgħar b’mod sinifikanti.

L-elementi ta’ valur miżjud tal-UE tal-programm huma:

·Iċ-ċirkolazzjoni transfruntiera ta’ xogħlijiet kulturali u kreattivi, b’mod partikolari dawk awdjoviżivi li jilħqu udjenzi ikbar u aktar diversifikati fl-Unjoni u lil hinn minnha, biex jirriflettu d-diversità Ewropea;

·L-ekonomiji ta’ skala u l-massa kritika li jista’ jrawwem l-appoġġ tal-UE, biex jinħoloq effett ta’ ingranaġġ fuq il-fondi addizzjonali; L-effett tar-reputazzjoni għall-benefiċjarji tal-programmi jżid l-interess potenzjali tas-sħab u l-intermedjarji finanzjarji u l-fiduċja tagħhom fi proġetti appoġġati, li jiffaċilita l-aċċess għal finanzjament addizzjonali; Il-ħolqien ta’ netwerks Ewropej u ta’ sħubijiet transfruntiera, li jikkostitwixxu l-elementi strutturali prinċipali u l-aktar dejjiema ta’ Ewropa Kreattiva u jappoġġjaw il-kapaċità kumplessiva tal-operaturi;

·In-netwerks transnazzjonali wkoll iżidu l-kapaċità tal-operaturi kulturali u kreattivi b’mod ġenerali u speċjalment għal dawk li jaħdmu f’oqsma speċjalizzati u fl-Istati Membri fejn kapaċitajiet bħal dawn huma inqas żviluppati;

·Mobbiltà transfruntiera orjentata lejn ir-riżultati għall-operaturi kulturali u kreattivi twassal għall-iżvilupp tal-ħiliet u għal żieda fil-kapaċità tas-setturi;

·Il-mitigazzjoni tar-riskji għall-organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi, li tippermettilhom jieħdu sehem fi proġetti b’dimensjoni Ewropea u b’hekk jikkontribwixxu għas-saħħa ekonomika ġenerali tagħhom;

·Il-programm għandu enfasi soċjali b’saħħitha; billi jappoġġa d-diversità kulturali u lingwistika, il-libertà artistika u kreattiva kif ukoll l-iżvilupp ta’ ambjent medjatiku ħieles, pluralistiku u diversifikat, jikkontribwixxi għall-benessri soċjali Ewropew u għal identità Ewropea komuni;

·Filwaqt li l-iskemi ta’ appoġġ għall-films fil-livell nazzjonali jiffukaw primarjament fuq il-produzzjoni tax-xogħlijiet, l-appoġġ tal-UE jintervjeni primarjament fuq azzjonijiet upstream (it-taħriġ, l-iżvilupp) u downstream (id-distribuzzjoni, il-promozzjoni, il-wiri) sabiex ikun żgurat li x-xogħlijiet Ewropej jiċċirkolaw aħjar bejn il-fruntieri. Hekk, jippromwovi ċ-ċirkolazzjoni libera tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, imtejba bid-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi tillimita ruħha għall-minimu rikjest biex tikseb l-għan iddikjarat fil-livell Ewropew u dak li huwa meħtieġ għal dak l-iskop.

Għażla tal-istrument

Il-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027 il-ġdid jibni fuq il-Programm Ewropa Kreattiva attwali (2014-2020), li laqqa’ flimkien żewġ sottoprogrammi (MEDIA u Kultura) f’qafas wieħed. Iqis il-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-opportunitajiet ta’ fergħa transsettorjali komuni fejn l-innovazzjoni u l-esperimentazzjoni se jkunu l-punt fokali.

Iż-żamma tal-marki stabbiliti sew tal-programm Ewropa Kreattiva, inkluża l-marka MEDIA, se tgħin tiżgura l-involviment kontinwu kif ukoll il-viżibilità tal-appoġġ tal-UE.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET RETROSPETTIVI, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet retrospettivi/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-evalwazzjoni interim tal-Programm Ewropa Kreattiva u evalwazzjoni ex post tat-tliet programmi preċedenti, Kultura, MEDIA 2007 u MEDIA Mundus, ġew kummissjonati mill-Kummissjoni Ewropea fl-2016 u twasslu fil-perjodu ta’ bejn Mejju 2016 u Awwissu 2017. L-evalwazzjonijiet ta’ Ewropa Kreattiva u tal-programmi preċedenti segwew l-għanijiet li ġejjin:

·Il-valutazzjoni tar-rilevanza, tal-koerenza, tal-effittività, tal-effiċjenza, tas-sostenibbiltà u tal-valur miżjud tal-UE (minn hawn ’il quddiem il-kriterji tal-evalwazzjoni) tal-Programm Ewropa Kreattiva u tal-programmi preċedenti;

·Il-valutazzjoni tal-kontribut ta’ Ewropa Kreattiva għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, fil-prijoritajiet il-ġodda u l-istrateġiji settorjali tal-Kummissjoni;

·Il-valutazzjoni tar-riżultati u tal-impatt fit-tul tal-programmi preċedenti.

Skont l-evalwazzjoni, instab li l-programm Ewropa Kreattiva indirizza kemm il-ħtiġijiet attwali kif ukoll dawk emerġenti fis-setturi kulturali u kreattivi. Bl-appoġġ adegwat mill-programm, il-benefiċjarji mis-setturi kulturali u kreattivi fl-Ewropa kollha jistgħu jieħdu azzjoni b’rispons għall-bidla diġitali biex juru xogħolhom fuq livell internazzjonali fl-ispirtu tad-diversità kulturali, b’mod partikolari permezz tal-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ġodda li jsaħħu l-kompetittività tagħhom.

Ewropa Kreattiva huwa koerenti ħafna mal-prijoritajiet u mal-mekkaniżmi ta’ finanzjament u ta’ appoġġ l-oħrajn tal-UE rilevanti għas-setturi kulturali u kreattivi, inklużi kemm opportunitajiet speċifiċi għas-settur u kemm appoġġ finanzjarju, kummerċjali u ekonomiku ġeneriku għall-SMEs.

Instab ukoll li l-Programm Ewropa Kreattiva jwettaq il-prijoritajiet strateġiċi tal-UE: il-Programm qed jagħti kontribut importanti lejn il-mira tal-impjiegi tal-UE2020 u l-prijoritajiet tal-Kummissjoni attwali, iħeġġeġ l-investiment bil-għan li jinħolqu l-impjiegi, u suq intern aktar profond u ġust b’bażi industrijali msaħħa, u wkoll lejn l-istrateġiji settorjali fil-livell tal-UE, bħalma huma l-għanijiet tas-Suq Uniku Diġitali.

Barra minn hekk, l-evalwazzjoni kkonkludiet li fid-dawl tad-daqs u tal-firxa tas-setturi kulturali u kreattivi fil-livell Ewropew u fiż-żoni ġeografiċi koperti mill-Programmi evalwati, id-daqs tal-baġits ta’ Ewropa Kreattiva u tal-programmi predeċenti tiegħu ma kinux suffiċjenti biex jinħoloq impatt maġġuri ta’ skala Ewropea u/jew fil-livell settorjali.

L-evalwazzjoni wriet ukoll li s-sottoprogramm MEDIA kkontribwixxa b’mod effettiv għall-approfondiment tas-suq intern. Fl-istess ħin, matul is-snin l-ambitu tas-sottoprogramm MEDIA kiber mingħajr żieda ekwivalenti fil-baġit. Għalhekk, il-finanzjament hu mxerred b'mod mhux konċentrat fost ħafna prijoritajiet, u dan dgħajjef l-impatt potenzjali tiegħu.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar il-fondi tal-UE fil-qasam tal-valuri u tal-mobbiltà

L-għan tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-fondi tal-UE fil-qasam tal-valuri u tal-mobbiltà kien li jinġabru l-opinjonijiet tal-partijiet interessati kollha dwar kif isir l-aħjar użu minn kull euro tal-baġit tal-UE. Il-konsultazzjonijiet saru fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet tal-programmi finanzjarji eżistenti tal-UE li jkopru diversi oqsma ta’ politika, inkluż dwar il-prestazzjoni attwali u l-isfidi futuri.

Hawn qed jiġu ppreżentati ftit mir-riżultati ewlenin:

(1)Skont ir-rispondenti, “Il-promozzjoni tal-identità Ewropea u tal-valuri komuni” kif ukoll “il-promozzjoni tad-drittijiet u tal-ugwaljanza” huma sfidi ta’ politika komuni importanti li għandhom jiġu indirizzati f’dawk il-programmi. Għall-programm Ewropa Kreattiva, l-isfidi ekonomiċi u tad-diversità kulturali huma iktar importanti mill-“promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-imparzjalità”.

(2)Nofs ir-rispondenti jew iżjed iqisu li “L-appoġġ għall-innovazzjoni”, “it-trawwim tad-diversità kulturali u tal-wirt kulturali Ewropej”, “il-promozzjoni tal-identità Ewropea u tal-valuri komuni” huma politiki li jindirizzaw l-isfidi bis-sħiħ jew b'mod pjuttost tajjeb. Barra minn hekk, 52 % tar-rispondenti 9 b'esperjenza fil-programm Ewropa Kreattiva jqisu li l-politika ta’ “Appoġġ għall-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej” tindirizza l-isfidi bis-sħiħ jew pjuttost tajjeb.

(3)Madwar 80 % tar-rispondenti b’xi tip ta’ esperjenza fil-Programmi tal-UE msemmija hawn fuq jaqblu li dawn il-programmi jżidu l-valur fil-biċċa l-kbira, jew pjuttost sew, għal dak li l-Istati Membri jistgħu jiksbu fil-livelli nazzjonali, reġjonali u/jew lokali.

(4)L-ostakli ewlenin li jistgħu jwaqqfu milli l-programmi/fondi attwali jilħqu l-għanijiet tagħhom kif identifikati mir-rispondenti huma simili ħafna, irrispettivament mill-programm ikkonċernat: “Nuqqas ta’ baġit tal-programmi biex tiġi ssodisfata d-domanda”; “Nuqqas ta’ appoġġ mogħti lil partijiet ikkonċernati ta’ skala żgħira”; “Nuqqas ta’ appoġġ mogħti lil dawk li jkunu qed japplikaw għall-ewwel darba” huma identifikati bħala t-tliet ostakli ewlenin.

(5)Ir-rispondenti b’xi tip ta’ esperjenza f’wieħed mill-programmi tal-UE jew aktar, jaqblu li “l-użu ta’ formoli ta’ applikazzjoni aktar simplifikati”, “l-iffaċilitar ta’ netwerk strutturat u sħubiji”, “l-iffaċilitar tal-finanzjamenti għal azzjonijiet li jkopru bosta setturi ta’ azzjoni” kif ukoll “koordinazzjoni aħjar bejn id-diversi programmi/fondi” huma l-passi ewlenin li għandhom jittieħdu biex jiġu ssimplifikati u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-benefiċjarji.

Konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin oħrajn

Bħala parti mill-evalwazzjoni interim tal-Programm Ewropa Kreattiva, bejn it-23 ta’ Jannar u l-24 ta’ April 2017 saret konsultazzjoni pubblika miftuħa. Din kienet tinkludi mistoqsijiet li jħarsu ’l quddiem dwar programm suċċessur possibbli għal Ewropa Kreattiva wara l-2020. Fir-rigward tas-sottoprogrammi Kultura u MEDIA ta’ Ewropa Kreattiva, 90 % u 80 % rispettivament tar-rispondenti qalu li ħafna mill-prijoritajiet tagħhom kienu għadhom rilevanti jew estremament rilevanti, filwaqt li aktar minn nofshom qablu li l-appoġġ ipprovdut mis-Sottoprogramm Kultura kien komplementari bis-sħiħ jew parzjalment għall-finanzjament nazzjonali, tal-UE jew internazzjonali. L-aktar opportunitajiet importanti msemmija mir-rispondenti tal-istħarriġ jinkludu l-valuri kulturali komuni, l-appoġġ għall-edukazzjoni kulturali, il-promozzjoni tad-diversità kulturali, l-appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni u l-promozzjoni tal-importanza tal-kultura fis-soċjetà.

Għarfien espert estern

Minbarra r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika, il-Kummissjoni qieset ir-riżultati tal-evalwazzjoni interim tal-programm Ewropa Kreattiva attwali mwettqa fl-2017-2018, il-feedback minn diversi partijiet ikkonċernati, partikolarment fil-kuntest tal-Forum Ewropew tal-Films 10 u sensiela ta’ laqgħat tematiċi tal-partijiet ikkonċernati tal-mużika, is-sejbiet ta’ studji indipendenti, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet ta' esperti tal-Istati Membri fil-kuntest tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni dwar il-kultura u ċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej, u d-djalogu strutturat mas-settur matul il-perjodu 2014-2018.

Dawn is-sorsi differenti enfasizzaw il-ħafna benefiċċji pożittivi ta’ Ewropa Kreattiva, iżda identifikaw ukoll oqsma li jistgħu jiġu mtejba u simplifikati. Billi l-għanijiet ġenerali tal-programm attwali (il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika, it-tisħiħ tal-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi) għadhom validi b’mod wiesa’, hemm il-ħtieġa għal aktar integrazzjoni u tkabbir sabiex jiġu indirizzati aħjar il-ħtiġijiet u n-nuqqasijiet identifikati, li komplew sejrin għall-agħar f’dawn l-aħħar snin:

(1)Żieda fil-pressjoni fuq id-diversità u l-wirt kulturali Ewropej, flimkien ma’ dominanza u ċirkolazzjoni akbar ta’ xogħlijiet minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-Istati Uniti,

(2)Xogħlijiet Ewropej li ma jiċċirkolawx biżżejjed u ma jilħqux udjenzi biżżejjed,

(3)Kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi insuffiċjenti u batuta,

(4)Nuqqas ta’ taħriġ u ta’ opportunitajiet ta’ mobbiltà għall-artisti u l-professjonisti kreattivi,

(5)Nuqqas ta’ internazzjonalizzazzjoni tal-kultura Ewropea,

(6)Diffikultajiet biex jintlaħqu l-udjenzi u biex tiġi żgurata l-inklużjoni soċjali,

(7)Adattament u tħejjija limitati għall-bidla diġitali,

(8)Nuqqas ta’ bini ta’ kapaċità tal-professjonisti u tal-professjonalizzazzjoni tal-individwi,

(9)Sfidi speċifiċi għall-industrija awdjoviżiva fil-kuntest tas-Suq Uniku Diġitali li qed isir dejjem iżjed integrat,

(10)Sfidi settorjali speċifiċi, b’mod partikolari fis-settur tal-mużika, fis-settur tal-kotba u tal-pubblikazzjoni u fis-settur tal-arkitettura u tal-wirt kulturali.

Valutazzjoni tal-impatt

Tħejjiet valutazzjoni tal-impatt biex tappoġġa l-programmi “Ewropa Kreattiva”, “Drittijiet u Valuri” u “Ġustizzja”. Għalkemm il-Kummissjoni ddeċidiet li jkun iktar xieraq li din il-ħidma titmexxa ’l quddiem permezz ta’ żewġ programmi separati, is-sejbiet tal-valutazzjoni tal-impatt ikkombinata għadhom rilevanti u huma applikabbli għaż-żewġ sottoprogrammi kultura u MEDIA.

Fl-20 ta’ April 2018, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ta opinjoni pożittiva tal-valutazzjoni tal-impatt. Fl-istess ħin, enfasizza li r-rabtiet bejn is-sejbiet tal-evalwazzjonijiet, il-kontribut mill-partijiet ikkonċernati, id-diversi għanijiet, u r-raġunijiet għall-istruttura tal-programm għandhom ikunu spjegati aħjar. Semma wkoll il-ħtieġa għal garanziji addizzjonali li l-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni se jippermetti li ssir valutazzjoni robusta u oġġettiva tal-livell ta’ suċċess tal-programm.

Din l-inizjattiva tqis il-kummenti tal-Bord. Tibni fuq l-istruttura tal-programm Ewropa Kreattiva eżistenti u tirrifletti aħjar ir-rispons tal-partijiet ikkonċernati. Pereżempju, b’rispons għal domanda għal aktar skalabbiltà, il-fergħa MEDIA l-ġdida se tiżgura l-possibbiltà li jiġu żviluppati azzjonijiet koordinati li jlaqqgħu flimkien id-diversi partijiet tal-katina tal-valur awdjoviżiva.

Barra minn hekk, is-sistema tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni għall-programm kollu se tissaħħaħ permezz ta’ indikaturi xierqa tal-impatt u tal-produzzjoni.

Simplifikazzjoni

Sabiex il-programm futur jiġi simplifikat meta mqabbel mal-programm Ewropa Kreattiva attwali:

·Fil-programm se tiġi inkorporata flessibbiltà akbar sabiex il-programmi ta’ ħidma jiġu adattati għal ċirkostanzi mhux previsti jew għall-iżviluppi teknoloġiċi jew soċjetali ġodda, u biex tkun premjata l-prestazzjoni;

·Se jitfittxu effettività u effiċjenza akbar b’aktar użu ta’ ftehimiet qafas ta’ sħubija u ta’ għotjiet f’sensiela biex tiġi pprovduta stabbiltà finanzjarja u jiġi faċilitat l-aċċess għal atturi iżgħar. L-iskambju tat-tagħlim li diġà kien ta’ suċċess matul l-implimentazzjoni tal-proġetti u d-disseminazzjoni tar-riżultati ta’ dan it-tagħlim se jissaħħu ulterjorment;

·MEDIA se jintroduċi inċentivi biex jippremja r-riżultati, marbuta b’mod partikolari mal-kapaċità li jintlaħqu udjenzi kbar (eż. proġetti awdjoviżivi li jiksbu riżultati tajbin fil-bejgħ ta' biljetti taċ-ċinema);

·L-azzjonijiet settorjali futuri tal-mużika, kif ukoll l-iskema tat-traduzzjoni se jinkludu kriterji tal-għoti li jippremjaw is-suċċess fis-suq u l-isforzi biex jintlaħqu udjenzi ġodda;

·Se jiġu mfassla arranġamenti effettivi ta’ tranżizzjonijiet li jiffaċilitaw l-assoċjazzjoni mal-programm il-ġdid ta’ pajjiżi terzi li qabel kienu assoċjati ma’ Ewropa Kreattiva 2014/2020;

·Fil-linji gwida tiegħu se tingħata aktar ċarezza, u l-proċessi u l-proċeduri se jinvolvu l-użu sistematiku ta’ formoli elettroniċi u rapporti elettroniċi u obbligi ta’ rappurtar eħfef. Se jiġi introdott sett koerenti ta’ regoli (ġabra unika ta’ regoli), filwaqt li jitħalla spazju għal approċċi differenti meta jkun hemm bżonn.

Miżuri sostanzjali ta’ simplifikazzjoni bħal ammonti f’daqqa, kostijiet unitarji u rati fissi kienu diġà ġew introdotti b’suċċess minn programmi oħra u jistgħu jiġu introdotti f’Ewropa Kreattiva l-ġdid. Minħabba l-ispeċifiċità tas-settur kulturali u l-karattru individwali tal-azzjonijiet appoġġati, il-kalkolu u l-applikazzjoni ta’ ammonti f’daqqa u ta’ rati fissi kienu ta’ sfida (barra l-iskema tat-traduzzjoni letterarja) iżda fejn il-bażi għall-kalkolu tista’ tittaffa jkun jikkostitwixxi tnaqqis pożittiv tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji. F’MEDIA se jkomplu jintużaw ammonti f’daqqa biex tiġi simplifikata l-ġestjoni finanzjarja, meta jkun xieraq. Il-metodoloġija għall-kalkolu ta’ ammonti f’daqqa se tipprevedi monitoraġġ regolari biex jiġi żgurat l-allinjament mal-ispejjeż reali.

Il-kumplessità tar-regoli ta’ finanzjament tal-programmi attwali, kif ukoll l-eteroġeneità tagħhom jirrappreżentaw ostaklu għall-applikanti. L-użu ta’ punt ta’ dħul uniku għal utenti esterni li jipparteċipaw f’għotjiet taċ-ċiklu tal-ħajja (jiġifieri portal tal-parteċipanti), inkluża s-sistema ġenerali tal-ġestjoni tal-għotjiet, għandu rwol importanti x’jaqdi fis-simplifikazzjoni tal-aċċess għall-programm. L-appoġġ ta’ MEDIA se jsir aktar effettiv billi jiġu semplifikati l-azzjonijiet u t-tranżazzjonijiet finanzjarji korrispondenti tagħhom; filwaqt li KULTURA se jkompli jiffoka fuq l-azzjonijiet li rnexxew u jkompli jindirizza fallimenti ġodda tas-suq emerġenti permezz ta’ azzjoni settorjali mmirata b’mod speċifiku. B’mod ġenerali, il-partijiet ikkonċernati mis-setturi kulturali u kreattivi se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn approċċ ta’ “one-stop-shop”.

Drittijiet fundamentali

Din il-proposta hija konsistenti għalkollox mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. B’mod partikolari, din il-proposta tqis bis-sħiħ l-Artikoli 11 (il-libertà tal-espressjoni), 13 (il-libertà tal-arti u x-xjenzi), 15 (il-libertà professjonali u d-dritt għax-xogħol), 21 (in-nondiskriminazzjoni), 22 (id-diversità kulturali), 23 (l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel), 31 (kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa) tal-Karta.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Ewropa Kreattiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 se jammonta għal EUR 1 850 000 000 (prezzijiet attwali).

Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva mehmuża ma’ din il-proposta tipprovdi aktar dettalji dwar l-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-programmi ta’ finanzjament eżistenti, bl-eċċezzjoni tal-attivitajiet fil-qasam tal-mezzi tal-informazzjoni, jiġu implimentati prinċipalment bil-ġestjoni diretta tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) għaliex dan hu kosteffettiv, kif ġie kkonfermat fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu. Skont evalwazzjonijiet eżistenti, m’hemmx bżonn li jinbidel il-mod tal-ġestjoni.

·L-implimentazzjoni ta’ MEDIA se tiġi ssimplifikata, pereżempju, billi l-benefiċjarji jinġabru fi gruppi u jitnaqqas in-numru ta’ kuntratti ta’ għotjiet u ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament sottostanti. Filwaqt li jibni fuq is-simplifikazzjoni li għaddejja bħalissa tal-iskemi tad-Distribuzzjoni, li jirrappreżentaw 30 % tal-baġit ta’ MEDIA, l-objettiv se jkun li t-tranżazzjonijiet globali ta’ MEDIA jitnaqqsu bi 30 %, biex b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż ġenerali amministrattivi u tiżdied l-effiċjenza tal-programm.

·Strumenti finanzjarji li jipprovdu garanzija meta jkun meħtieġ appoġġ tat-tip ta’ ekwità għall-SMEs fis-setturi kulturali u kreattivi se jiġu implimentati permezz tal-Fond Invest tal-UE bil-mod ta’ ġestjoni indiretta bi ftehimiet ta’ delega mas-sħab ta’ implimentazzjoni b’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

L-evalwazzjonijiet se jitwettqu skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 11 , fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni u politika eżistenti għandhom jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ għażliet għal azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-programm fil-prattika abbażi tal-indikaturi/il-miri tal-programm u analiżi ddettaljata dwar kemm il-programm jista’ jitqies rilevanti, effettiv, effiċjenti, li jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u huwa koerenti ma’ politiki oħra tal-UE. Dawn se jinkludu t-tagħlimiet meħuda biex jiġu identifikati kwalunkwe nuqqasijiet/problemi jew kwalunkwe potenzjal għal titjib ulterjuri tal-azzjonijiet jew tar-riżultati tagħhom, u biex jiġi megħjun l-isfruttament/l-impatt massimizzat tagħhom. Ix-xogħol dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni se jibni fuq il-qafas tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni rivedut żviluppat għal Ewropa Kreattiva 2014/2020. Se jlaqqa’ flimkien data dwar il-proġett u l-benefiċjarju (miġbura permezz ta’ formoli u rapporti elettroniċi) b’informazzjoni kuntestwali addizzjonali mill-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew jew studji mmirati. L-indikaturi se jirriflettu b’mod realistiku l-informazzjoni disponibbli għal kull waħda mill-fergħat. Il-monitoraġġ tal-programm se jsir b’mod kontinwu (għal rispons f’waqtu għal kwalunkwe avveniment mhux previst jew ħtieġa eċċezzjonali) u fuq bażi ta’ ppjanar regolari (biex jirrapporta dwar avvenimenti ewlenin bħal sejħiet għal proposti, reviżjonijiet ta’ proġetti, avvenimenti ta’ koordinazzjoni jew ta’ disseminazzjoni). Sussegwentement, il-monitoraġġ se jikkontribwixxi għal dawn li ġejjin:

·Rapport ta’ monitoraġġ annwali li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-progress miksub fl-ilħuq tal-għanijiet tal-programm;

·Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu (li għandha titwettaq sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm);

·Evalwazzjoni finali li għandha titwettaq sa mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu ta’ programmazzjoni.

Dawn l-evalwazzjonijiet retrospettivi se jitwettqu b’konformità mal-aħħar verżjoni applikabbli tal-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar (bl-użu wkoll tal-għodod tagħha ta’ gwida u l-aħjar prassi), jivvalutaw il-prestazzjoni tal-programm abbażi tal-indikaturi/il-miri ewlenin tal-programm u analiżi ddettaljata dwar kemm il-programm jista’ jitqies rilevanti, effettiv, effiċjenti, jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u huwa koerenti ma’ politiki oħra tal-UE. Dawn se jinkludu rakkomandazzjonijiet biex jiġu indirizzati kwalunkwe nuqqasijiet/problemi identifikati jew kwalunkwe potenzjal għal titjib ulterjuri tal-azzjonijiet jew tar-riżultati tagħhom u biex jgħinu l-isfruttament/l-impatt massimizzat tagħhom.

Ir-rapportar lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-istituzzjonijiet tal-UE rilevanti l-oħra kollha se jseħħ fuq bażi regolari permezz ta’ rapporti ewlenin ta’ monitoraġġ u tal-evalwazzjoni u tabella ta’ valutazzjoni pubblika tal-indikaturi ewlenin tal-programm.

Soġġett għar-riżultat tal-Analiżi tal-Ispejjeż u tal-Benefiċċji li se ssir b’mod ċentrali għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, parti sinifikanti tal-programm x’aktarx se tiġi implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura taħt is-superviżjoni tad-Direttorati Ġenerali responsabbli għall-programm.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Din il-proposta se tibni fuq l-istruttura eżistenti tal-Programm Ewropa Kreattiva u tkompliha, bil-fergħat Kultura, MEDIA, u l-fergħa transsettorjali msaħħa, li se jippermettu azzjoni innovattiva fejn l-attività trażversali tipprovdi valur miżjud. L-arkitettura u l-għanijiet ta’ Ewropa Kreattiva kienu kkonfermati bl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu 12 u b’feedback ieħor rilevanti. Madankollu, hemm bżonn ta’ adattamenti li jirriflettu l-iżviluppi ekonomiċi, teknoloġiċi, soċjetali u politiċi kif spjegat hawn fuq.

Pereżempju, il-programm il-ġdid jinkludi approċċi aktar iffukati għall-azzjonijiet eżistenti, iżda wkoll elementi li għadhom kemm ġew żviluppati.

Il-fergħa Kultura se tkompli tappoġġa sħubijiet, netwerks u pjattaformi transnazzjonali u se tiżviluppa inizjattivi speċifiċi għas-settur, se tappoġġja l-operaturi kulturali u kreattivi fl-isforzi tagħhom biex jilħqu l-udjenzi fl-Ewropa u lil hinn minnha u se tiżviluppa elementi li jagħtu importanza primarja lill-benefiċċji soċjali speċifiċi tal-kultura għall-individwi u s-soċjetà. Se ssaħħaħ azzjonijiet speċjali eżistenti bħal dik tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura u ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew.

Il-fergħa MEDIA se timmira biex tħeġġeġ il-kollaborazzjoni u l-innovazzjoni fil-ħolqien u l-produzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, inkluż permezz tat-trawwim tat-talenti tal-Ewropa. Se tfittex li ttejjeb id-distribuzzjoni fiċ-ċinemas u online u tipprovdi aċċess usa’ bejn il-fruntieri għal xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, inkluż permezz ta’ mudelli ta’ negozju innovattivi. Se tippromwovi xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u tappoġġa l-iżvilupp tal-udjenzi fl-Ewropa kollha u lil hinn minnha. Dawn il-prijoritajiet se jiġu indirizzati permezz ta’ appoġġ għall-ħolqien, il-promozzjoni, l-aċċess, u d-disseminazzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej bil-potenzjal li jilħqu udjenzi kbar fl-Ewropa u lil hinn minnha, u b’hekk tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva. Barra minn hekk, il-fergħa MEDIA se tipprovdi approċċ aktar flessibbli, li jippermetti aktar kooperazzjoni bejn il-partijiet differenti tal-katina tal-valur. Se tippromwovi wkoll l-istabbiliment ta’ sħubijiet u netwerks strutturati biex issaħħaħ il-kompetittività ġenerali tas-settur awdjoviżiv tal-Ewropa u biex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi relatati mal-ġestjoni tal-programm.

Il-fergħa TRANSSETTORJALI se tippromwovi attivitajiet trażversali li jinvolvu s-settur awdjoviżiv u setturi kulturali u kreattivi oħrajn. Se tippromwovi l-għarfien tal-programm u tappoġġa t-trasferibbiltà tar-riżultati. Se tħeġġeġ ukoll approċċi innovattivi għall-ħolqien tal-kontenut, l-aċċess, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni fost is-setturi kulturali u kreattivi. Se tippromwovi attivitajiet trażversali li jkopru diversi setturi bl-għan li jsir adattament għall-bidliet strutturali li qed jaffaċċja s-settur tal-media, b’mod partikolari fir-rigward tan-natura ħielsa u pluralistika tal-ambjent medjatiku, il-ġurnaliżmu ta’ kwalità u l-litteriżmu medjatiku. Fl-aħħar nett, se tistabbilixxi u tappoġġa desks tal-programm biex jipprovdu informazzjoni dwar il-Programm u jippromwovuh f’pajjiżhom u biex iħeġġu l-kooperazzjoni transfruntiera fis-setturi kulturali u kreattivi.



2018/0190 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari, l-Artikolu 167(5), u l-Artikolu 173(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 13 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 14 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-kultura, il-patrimonju kulturali u d-diversità kulturali huma ta’ valur kbir għas-soċjetà Ewropea mil-lat kulturali, ambjentali, soċjali u ekonomiku, u jenħtieġ li jiġu promossi u appoġġati. Id-dikjarazzjoni ta’ Ruma tal-25 ta’ Marzu 2017 u l-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2017 iddikjaraw li l-edukazzjoni u l-kultura huma kruċjali biex jinbnew soċjetajiet li jiffavorixxu l-inklużività u l-koeżjoni ta’ kulħadd, u biex tiġi appoġġata l-kompetittività Ewropea.

(2)Skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), “l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi”. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid u huma stabbiliti b’mod ċar fid-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji mnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li għandha l-istess valur legali bħat-Trattati, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tat-TUE.

(3)L-Artikolu 3 tat-TUE jispeċifika wkoll li l-mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha u li, fost affarijiet oħra, għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew.

(4)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura 15 tkompli tistabbilixxi l-għanijiet tal-Unjoni għas-setturi kulturali u kreattivi. Għandha l-għan li tisfrutta s-setgħa tal-kultura u tad-diversità kulturali għall-koeżjoni soċjali u l-benessri fis-soċjetà, u li trawwem id-dimensjoni transfruntiera tas-setturi kulturali u kreattivi u tappoġġa l-kapaċità tagħhom li jikbru, filwaqt li tħeġġeġ il-kreattività bbażata fuq il-kultura fl-edukazzjoni u l-innovazzjoni. Il-Komunikazzjoni tittratta wkoll l-impjiegi, it-tkabbir u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali. Il-programm Ewropa Kreattiva, flimkien ma’ programmi oħra tal-Unjoni, jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ din l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura. Dan huwa wkoll b’konformità mal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, li daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2007, u li l-Unjoni hija parti għaliha.

(5)Il-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea tiddependi mill-eżistenza ta’ setturi kulturali u kreattivi ta’ suċċess li jkunu reżiljenti, u li jkunu kapaċi joħolqu, jipproduċu u jqassmu x-xogħlijiet tagħhom lil udjenza Ewropea kbira u diversifikata. Dan ikabbar il-potenzjal kummerċjali tagħhom u jikkontribwixxi lejn tkabbir sostenibbli u lejn il-ħolqien tal-impjiegi. Barra minn hekk, il-promozzjoni tal-kreattività tagħti spinta lill-kompetittività u lill-innovazzjoni fil-ktajjen tal-valur industrijali. Minkejja l-progress li sar dan l-aħħar, is-suq kulturali u kreattiv Ewropew għadu frammentat fil-livell nazzjonali u lingwistiku. Dan ixekkel lis-setturi kulturali u kreattivi minħabba li ma jippermettilhomx jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku Ewropew u, b’mod partikolari, mis-suq uniku diġitali.

(6)Il-Programm jenħtieġ li jqis in-natura doppja tas-setturi kulturali u kreattivi filwaqt li jirrikonoxxi, minn naħa waħda, il-valur intrinsiku u artistiku tal-kultura u, min-naħa l-oħra, il-valur ekonomiku ta’ dawk is-setturi, inkluż il-kontribut aktar wiesa’ tagħhom għat-tkabbir u l-kompetittività, u għall-kreattività u l-innovazzjoni. Dan jeħtieġ setturi kulturali u kreattivi Ewropej qawwija, b’mod partikolari industrija awdjoviżiva Ewropea vivaċi, li l-kapaċità tagħha li tilħaq udjenzi kbar u l-importanza ekonomika tagħha, inkluż għal setturi kreattivi oħra u għat-turiżmu kulturali, ikunu ġew ikkunsidrati. Madankollu, il-kompetizzjoni globali tas-swieq awdjoviżivi ġiet intensifikata iktar bħala riżultat tat-tfixkil diġitali li qed ikopli jikber maż-żmien, eż. bidliet fil-produzzjoni u l-konsum tal-midja, u l-pożizzjoni ta’ importanza dejjem akbar tal-pjattaformi globali fid-distribuzzjoni tal-kontenut. Għalhekk, għandu jingħata aktar appoġġ lill-industrija Ewropea.

(7)Sabiex ikun effettiv, il-Programm jenħtieġ li jikkunsidra n-natura tas-setturi differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta’ approċċi mfassla apposta fi ħdan fergħa ddedikata lis-settur awdjoviżiv, fergħa ddedikata lis-setturi kulturali u kreattivi l-oħra, kif ukoll fergħa transsettorjali.

(8)Il-fergħa transsettorjali għandha l-għan li tisfrutta l-potenzjal ta’ kollaborazzjoni fost setturi kulturali u kreattivi differenti. Approċċ trażversali konġunt iwassal għal benefiċċji f’termini ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ effiċjenza amministrattiva.

(9)Hemm bżonn ta’ intervent mill-Unjoni fis-settur awdjoviżiv, maħsub biex jakkumpanja l-politiki tal-Unjoni dwar is-Suq Uniku Diġitali. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-modernizzazzjoni tal-qafas tad-drittijiet tal-awtur u r-Regolament propost dwar trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir 16 , kif ukoll il-proposta biex tiġi emendata d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 . Għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċità tal-atturi tas-settur awdjoviżiv Ewropew biex jiffinanzjaw, jippproduċu u jiddisseminaw xogħlijiet li jistgħu jkunu viżibbli b’mod suffiċjenti fuq it-tipi differenti ta’ midja ta’ komunikazzjoni disponibbli (eż. it-TV, iċ-ċinema jew il-Video On Demand) u li l-udjenzi jsibuhom attraenti f’suq akbar u aktar kompetittiv kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha. L-appoġġ jenħtieġ li jiġi miżjud sabiex jindirizza l-iżviluppi li seħħew dan l-aħħar fis-suq u, b’mod partikolari, il-pożizzjoni iktar b’saħħitha tal-pjattaformi globali ta’ distribuzzjoni meta mqabbla ma’ xandara nazzjonali li tradizzjonalment jinvestu fil-produzzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej.

(10)L-azzjonijiet speċjali mfassla bħala parti mill-Programm Ewropa Kreattiva, bħaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, il-Jiem tal-Patrimonju Ewropew, il-premjijiet Ewropej fl-oqsma tal-mużika kontemporanja, il-pop u r-rock, il-letteratura, il-patrimonju u l-arkitettura u l-Kapitali Ewropej tal-Kultura ġibdu l-attenzjoni ta’ miljuni ta’ ċittadini Ewropej, urew il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi tal-politiki kulturali Ewropea u, għaldaqstant, jenħtieġ li jibqgħu jsiru u, kull meta jkun possibbli, għandhom jitwessgħu.

(11)Il-kultura hija essenzjali għat-tisħiħ ta’ komunitajiet inklużivi u koeżivi. Fil-kuntest tal-pressjoni migratorja, il-kultura għandha rwol importanti fl-integrazzjoni tal-migranti billi tgħinhom iħossuhom parti mis-soċjetajiet li jospitawhom, filwaqt li tgħin ukoll fl-iżvilupp ta’ relazzjonijiet tajba bejn il-migranti u komunitajiet ġodda.

(12)Il-libertà artistika hija l-qalba ta’ setturi kulturali u kreattivi vivaċi, u dan jgħodd ukoll għas-settur tal-mezzi ta’ informazzjoni. Il-programm jenħtieġ li jippromwovi kollegamenti u kollaborazzjoni bejn is-settur awdjoviżiv u s-settur tal-pubblikazzjoni sabiex jiġi promoss ambjent medjatiku pluralistiku.

(13)B’konformità mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Programm, fl-attivitajiet kollha tiegħu, jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-għanijiet ta’ nondiskriminazzjoni u, fejn applikabbli, jenħtieġ li jiddefinixxi kriterji xierqa ta’ bilanċ bejn is-sessi.

(14)B’konformità mal-Komunikazzjoni Konġunta “Lejn strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali”, li ġiet approvata bir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2017 18 , l-istrumenti ta’ finanzjament Ewropej u, b’mod partikolari, dan il-programm, jenħtieġ li jagħrfu r-rilevanza tal-kultura fir-relazzjonijiet internazzjonali u r-rwol tagħha fil-promozzjoni tal-valuri Ewropej permezz ta’ azzjonijiet immirati mfasslin b’tali mod li jkollhom impatt ċar tal-UE fuq ix-xena globali.

(15)B’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali” tat-22 ta’ Lulju 2014 19 , il-politiki u l-istrumenti rilevanti jenħtieġ li joħorġu l-valur fuq terminu ta’ żmien twil u tas-sostenibbiltà tal-wirt kulturali tal-Ewropa, u jiżviluppaw approċċ aktar integrat lejn il-preżervazzjoni u l-valorizzazzjoni tiegħu.

(16)B’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ninvestu f’Ewropa intelliġenti, innovattiv u sostenibbli tal-Industrija — Tiġdid tal-Politika Industrijali” tat-13 ta’ Settembru 2017 20 , l-azzjonijiet futuri jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni ta’ kreattività, id-disinn u t-teknoloġiji l-aktar avvanzati biex joħolqu ktajjen ta’ valur industrijali ġodda u jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-kompetittività tal-industriji tradizzjonali.

(17)Soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, fil-Programm jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, il-pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali li jkunu qed jibbenefikaw minn strateġija ta’ qabel l-adeżjoni, kif ukoll il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u s-sħab strateġiċi tal-UE.

(18)Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta’ strumenti legali oħra. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv.

(19)Il-programm jenħtieġ li jkattar il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (l-UNESCO, il-Kunsill tal-Ewropa, inkluż Eurimages u l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew (l- “Osservatorju”), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali. Dan il-programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-impenji tal-Unjoni b’rabta mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari d-dimensjoni kulturali tagħha 21 . Fir-rigward tas-settur awdjoviżiv, il-programm jenħtieġ li jiżgura l-kontribut tal-Unjoni għall-ħidma tal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew.

(20)Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b’konformità mal-impenji tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi lejn l-integrazzjoni ta’ azzjonijiet klimatiċi u lejn il-kisba ta’ mira ġenerali fejn 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE jappoġġa għanijiet relatati mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti.

(21)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-iffissar u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, filwaqt li jipprevedu t-twettiq ta’ verifiki rigward ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament tal-Unjoni effettiv.

(22)Sa mill-ħolqien tagħha, l-Akkademja Ewropea tal-Films żviluppat kompetenza unika u tinsab f’pożizzjoni unika biex toħloq komunità pan-Ewropea ta’ persuni li joħolqu l-films u professjonisti tal-films, bl-għan li l-films Ewropej jiġu promossi u disseminati lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom biex tiżi żviluppata udjenza verament Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li tkun eliġibbli għal appoġġ dirett mill-Unjoni.

(23)Sa mill-ħolqien tagħha, l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea żviluppat kompetenza unika fil-promozzjoni tad-djalogu interkulturali, tar-rispett reċiproku u tal-fehim permezz tal-kultura. L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea hija partikolari minħabba li hija orkestra Ewropea li tmur lil hinn mill-konfini kulturali, u hija magħmula minn mużiċisti żgħażagħ li jintgħażlu skont kriterji eżiġenti ta' kwalità permezz ta' proċess annwali rigoruż ta' udjenza bi prova li jsir fl-Istati Membri kollha. Għalhekk, jenħtieġ li tkun eliġibbli għal appoġġ dirett mill-Unjoni.

(24)Organizzazzjonijiet mis-setturi kulturali u kreattivi b’kopertura ġeografika Ewropea kbira li l-attivitajiet tagħhom jinvolvu l-għoti ta’ servizzi kulturali direttament liċ-ċittadini tal-Unjoni u li għalhekk għandhom il-potenzjal li jkollhom impatt dirett fuq l-identità Ewropea jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-appoġġ mill-Unjoni.

(25)Sabiex jiġi żgurat li l-allokazzjoni ta’ fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni ssir b’mod effiċjenti, hemm bżonn li jiġu żgurati l-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-attivitajiet kollha li jitwettqu skont il-Programm, u l-kumplimentarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri, filwaqt li jenħtieġ li jiġu mfittxija l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u sinerġiji ma’ programmi ta’ finanzjament li jappoġġaw l-oqsma ta’ politika b’rabtiet mill-qrib ma’ xulxin kif ukoll ma’ politiki orizzontali bħall-politika tal-UE dwar il-kompetizzjoni.

(26)L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b’mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

(27)Waħda mill-akbar sfidi għas-setturi kulturali u kreattivi hija l-aċċess għal finanzjament li jippermetti li l-attivitajiet li jwettqu jkabbru, iżommu jew iżidu l-kompetittività, jew jinternazzjonalizzaw l-attivitajiet tagħhom. L-għanijiet ta’ politika ta’ dan il-Programm jenħtieġ ukoll li jiġu indirizzati permezz ta’ strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja bħala parti mit-tieqa ta’ politika/twieqi ta’ politika tal-Fond InvestEU.

(28)Filwaqt li jitqies l-għarfien espert tekniku meħtieġ biex issir valutazzjoni tal-proposti li huma parti minn azzjonijiet speċifiċi tal-Programm, jenħtieġ li jkun previst li, fejn rilevanti, il-kumitati ta’ evalwazzjoni jistgħu jkunu magħmula minn esperti esterni.

(29)Il-Programm jenħtieġ li jinkludi sistema realistika u maniġġabbli ta’ indikaturi tal-prestazzjoni li takkumpanja l-azzjonijiet tiegħu u timmonitorja l-prestazzjoni tiegħu fuq bażi kontinwa. Dan il-monitoraġġ, kif ukoll l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm u mal-azzjonijiet tiegħu jenħtieġ li jibnu fuq it-tliet fergħat tal-programm.

(30)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-programm Ewropa Kreattiva li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fit-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 22 , għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(31)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru […] (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, bl-inklużjoni tar-regoli dwar għotjiet, inklużi għotjiet lil partijiet terzi, premjijiet, akkwist pubbliku, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(32)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ ammonti f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(33)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 24 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 25 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939  26 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 . Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(34)Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE 28 , persuni u entitatijiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(35)Sabiex jiġu emendati l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ indikaturi stabbiliti fl-Artikolu 15 u fl-Anness II. Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Dawk il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ndaqs waqt it-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(36)Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-Programm, il-kostijiet imġarrba mill-benefiċjarju qabel tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-għotja, b’mod partikolari l-kostijiet relatati mad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli, sakemm dawn ikunu marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li jkunu qed jingħataw appoġġ.

(37)Skont il-paragrafu 22 u l-paragrafu 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta’ informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-prattika.

(38)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta l-programmi ta' ħidma. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 . Hemm bżonn li jiġi żgurat l-għeluq b’mod korrett tal-Programm predeċessur, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti pluriennali għall-ġestjoni tiegħu, bħall-finanzjament ta’ assistenza teknika u amministrattiva. Mill-[1 ta’ Jannar 2021], l-assistenza teknika u amministrattiva jenħtieġ li tiżgura, jekk ikun meħtieġ, il-ġestjoni tal-azzjonijiet li għadhom ma ġewx iffinalizzati bħala parti mill-programm predeċessur sal-[31 ta’ Diċembru 2020].

(39)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament hu li jiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt għal ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u tad-dritt ta’ nondiskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess, ta’ oriġini razzjali jew etnika, ta’ reliġjon jew twemmin, ta’ diżabbiltà, ta’ età jew ta’ orjentazzjoni sesswali, u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa wkoll konformi mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà.

(40)Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-karattru transnazzjonali tagħhom, il-volum għoli u l-ambitu ġeografiku wiesa’ tal-attivitajiet ta’ mobbiltà u ta’ kooperazzjoni ffinanzjati, l-effetti tagħhom fuq l-aċċess għall-mobbiltà għat-tagħlim u, b’mod aktar ġenerali, fuq l-integrazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll id-dimensjoni internazzjonali msaħħa tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(41)Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 jenħtieġ li jitħassar b’effett mill-[1 ta’ Jannar 2021].

(42)Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-appoġġ finanzjarju previst skont il-Programm, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-[1 ta’ Jannar 2021].



ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I
Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (“il-Programm”).

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2 
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-UE, inklużi dawk fi ħdan faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombinaw forom ta' appoġġ li mhumiex rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-UE b’forom ta' sostenn rimborsabbli minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll minn istituzzjonijiet finanzjarji kummerċjali u minn investituri;

(2)“setturi kulturali u kreattivi” tfisser is-setturi kollha li l-attivitajiet tagħhom huma bbażati fuq valuri kulturali u/jew espressjonijiet artistiċi u espressjonijiet kreattivi oħra individwali jew kollettivi. L-attivitajiet jistgħu jinkludu l-iżvilupp, il-ħolqien, il-produzzjoni, id-disseminazzjoni u l-preżervazzjoni ta' prodotti u servizzi li jinkorporaw espressjonijiet kulturali, artistiċi jew espressjonijiet kreattivi oħra, kif ukoll il-funzjonijiet relatati bħall-edukazzjoni jew il-ġestjoni. Se jkollhom potenzjal li jiġġeneraw l-innovazzjoni u l-impjiegi, b’mod partikolari mill-proprjetà intellettwali. Is-setturi jinkludu l-arkitettura, l-arkivji, il-libreriji u l-mużewijiet, is-snajja’ artistiċi, l-awdjoviżiv (inkluż il-film, it-televiżjoni, il-logħob tal-vidjo u l-multimedia), il-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli, id-disinn (inkluż id-disinn tal-moda), il-festivals, il-mużika, il-letteratura, l-arti tal-ispettaklu, il-kotba u l-pubblikazzjoni, ir-radju u l-arti viżiva;

(3)“intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju” jew (SMEs) tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE 30 .

(4)“entità ġuridika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista’, meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu [197(2)(c)] tar-Regolament Finanzjarju;

(5)“is-Siġill ta’ Eċċellenza” hija t-tikketta ta’ kwalità għolja li tingħata lil proġetti ppreżentati għal Ewropa Kreattiva li huma meqjusa li jistħoqqilhom finanzjament iżda li ma jirċevuhx minħabba limiti baġitarji. Dan jirrikonoxxi l-valur tal-proposta u jappoġġa t-tfittxija għal finanzjament alternattiv.

Artikolu 3
Għanijiet tal-programm

(1)L-għanijiet ġenerali tal-programm huma:

(a)il-promozzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea b’rabta mad-diversità kulturali u lingwistika u mal-wirt kulturali u lingwistiku;

(b)żieda fil-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi, b’mod partikolari f’dik tas-settur awdjoviżiv.

(2)Il-programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)it-tisħiħ tad-dimensjoni ekonomika, soċjali u esterna tal-kooperazzjoni fil-livell Ewropew biex jiġu żviluppati u promossi d-diversità kulturali Ewropea u l-wirt kulturali tal-Ewropa, filwaqt li tissaħħaħ il-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u jittejbu r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali;

(b)il-promozzjoni tal-kompetittività u tal-iskalabbiltà tal-industrija awdjoviżiva Ewropea;

(c)il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni politika u ta’ azzjonijiet innovattivi li jappoġġaw il-fergħat kollha tal-programm, inkluż il-promozzjoni kemm ta’ ambjent medjatiku diversifikat u pluralistiku, kif ukoll tal-litteriżmu medjatiku u tal-inklużjoni soċjali. 

(3)Il-Programm għandu jkopri l-fergħat li ġejjin:

(a)il-fergħa “KULTURA” tkopri s-setturi kulturali u kreattivi, għajr is-settur awdjoviżiv;

(b)il-fergħa “MEDIA” tkopri s-settur awdjoviżiv;

(c)il-fergħa “TRANSSETTORJALI” tkopri l-attivitajiet kollha fis-setturi kulturali u kreattivi.

Artikolu 4
Il-fergħa KULTURA

B’konformità mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-fergħa “KULTURA” għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

(a)it-tisħiħ tad-dimensjoni transfruntiera u taċ-ċirkolazzjoni ta’ operaturi u xogħlijiet kulturali u kreattivi Ewropej;

(b)iż-żieda tal-parteċipazzjoni kulturali fl-Ewropa kollha;

(c)il-promozzjoni tar-reżiljenza u l-inklużjoni soċjali permezz tal-kultura u tal-wirt kulturali;

(d)it-tisħiħ tal-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej bl-għan li dawn jirnexxu, u biex jinħolqu l-impjiegi u t-tkabbir;

(e)it-tisħiħ tal-identità u tal-valuri Ewropej permezz tal-kuxjenza kulturali, l-edukazzjoni artistika u l-kreattività bbażata fuq il-kultura fl-edukazzjoni;

(f)il-promozzjoni tal-bini ta' kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi internazzjonali sabiex ikunu attivi fil-livell internazzjonali;

(g)l-għoti ta’ kontribut lejn l-istrateġija globali tal-Unjoni għar-relazzjonijiet internazzjonali permezz tad-diplomazija kulturali.

Dawn il-prijoritajiet huma spjegati aktar fid-dettall fl-Anness I.

Artikolu 5
Il-fergħa MEDIA

B’konformità mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-fergħa “MEDIA” għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

(a)it-trawwim tat-talenti u tal-ħiliet u l-istimolar tal-kollaborazzjoni u tal-innovazzjoni fil-ħolqien u l-produzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej;

(b)it-tisħiħ tad-distribuzzjoni fiċ-ċinemas u online u l-provvista ta’ aċċess usa’ bejn il-fruntieri għal xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, inkluż permezz ta’ mudelli ta’ negozju innovattivi u permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda;

(c)il-promozzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u l-għoti ta’ appoġġ lill-iżvilupp tal-udjenzi kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha.

Dawn il-prijoritajiet għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ appoġġ għall-ħolqien, il-promozzjoni, l-aċċess, u d-disseminazzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej b’potenzjal li jilħqu udjenzi kbar kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha, u b’hekk għandhom iwasslu għal adattament għal żviluppi ġodda tas-suq u jakkumpanjaw id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva.

Dawn il-prijoritajiet huma spjegati aktar fid-dettall fl-Anness I.

Artikolu 6
Il-fergħa TRANSSETTORJALI

B’konformità mal-għanijiet tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 3, il-fergħa “TRANSSETTORJALI” għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

(a)l-għoti ta’ appoġġ għall-kooperazzjoni politika transnazzjonali u transsettorjali, inkluż fir-rigward tar-rwol tal-kultura fl-inklużjoni soċjali, u l-promozzjoni tal-għarfien tal-programm, kif ukoll l-għoti ta’ appoġġ għat-trasferibbiltà tar-riżultati;

(b)il-promozzjoni ta’ approċċi innovattivi għall-ħolqien, l-aċċess, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni tal-kontenut fost setturi kulturali u kreattivi differenti;

(c)il-promozzjoni ta’ attivitajiet trażversali li jkopru bosta setturi bl-għan li jsir aġġustament għall-bidliet strutturali li jiffaċċja s-settur tal-media, inkluż it-tisħiħ ta’ ambjent medjatiku ħieles, diversifikat u pluralistiku, tal-ġurnaliżmu ta’ kwalità u tal-litteriżmu medjatiku;

(d)it-twaqqif u l-għoti ta’ appoġġ lil Desks tal-Programm għal għanijiet ta’ promozzjoni tal-Programm fil-pajjiż tagħhom, u biex iħeġġu l-kooperazzjoni transfruntiera fis-setturi kulturali u kreattivi.

Dawn il-prijoritajiet huma spjegati aktar fid-dettall fl-Anness I.

Artikolu 7
Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR 1 850 000 000, f’termini ta’ prezzijiet attwali.

Il-programm għandu jiġi implimentat skont id-distribuzzjoni finanzjarja indikattiva li ġejja:

sa EUR 609 000 000 għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a) (il-fergħa KULTURA);

sa EUR 1 081 000 000 għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) (il-fergħa MEDIA);

sa EUR 160 000 000 għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(2)(c) (il-fergħa TRANSSETTORJALI).

2.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditu u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.

3.Apparti l-pakkett finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, jistgħu jiġu magħmula disponibbli kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali mill-istrumenti ta’ finanzjament esterni [l-Istrument tal-Viċinat, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)], bħala appoġġ għal azzjonijiet implimentati u ġestiti skont dan ir-Regolament. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffinanzjata skont ir-Regolamenti li jistabbilixxu dawk l-istrumenti.

4.Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont l-[Artikolu 62(1)(a)] tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont l-[Artikolu 62(1)(c)] ta' dak ir-Regolament. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 8
Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

1.    Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

(b)pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)il-pajjiżi l-oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim uniku speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

(a)jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

(b)jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat b’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid];

(c)ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;

(d)jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

2. Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 fil-fergħa MEDIA u fil-fergħa TRANSSETTORJALI għandha tkun soġġetta għas-sodisfar tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE.

3. Il-ftehimiet konklużi ma’ pajjiżi speċifikati fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jistgħu jidderogaw mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 f’każijiet debitament ġustifikati.

L-Artikolu 8 bis

Pajjiżi terzi oħra

Jekk ikun fl-interess tal-Unjoni li jsir hekk, il-Programm jista’ jappoġġa l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, għajr ma’ dawk imsemmija fl-Artikolu 8, fir-rigward ta’ azzjonijiet iffinanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-istrumenti ta’ finanzjament esterni skont l-Artikolu 7(3).

Artikolu 9
Kooperazzjoni ma’ organizzazzjoni internazzjonali u mal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew

1.L-aċċess għall-Programm għandu jkun miftuħ għal organizzazzjonijiet internazzjonali li huma attivi fl-oqsma koperti mill-Programm b’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

2.L-Unjoni għandha tkun membru tal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew tul il-Programm. Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Osservatorju għandha tikkontribwixxi lejn l-ilħuq tal-prijoritajiet tal-fergħa MEDIA. Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fit-trattamenti tagħha mal-Osservatorju. Il-fergħa MEDIA għandha tappoġġa l-ħlas tat-tariffa ta' kontribuzzjoni għas-sħubija tal-Unjoni fl-Osservatorju biex jitrawmu l-ġbir u l-analiżi tad-data fis-settur awdjoviżiv.

Artikolu 10
Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-UE

1.Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta ma’ korpi msemmija fl-Artikolu 61(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

2.Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet, u akkwist pubbliku. Jista' jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit.

3.L-operazzjonijiet ta' taħlit skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[regolament InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

4.Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri, u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fl-[Artikolu X tar-] Regolament XXX [is-suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] .

Artikolu 11
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm permezz ta’ deċiżjoni taħt ftehim internazzjonali jew permezz ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa mill-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, drittijiet bħal dawn għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).

Artikolu 12
Programmi ta’ ħidma

1.Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.

2.Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

Kapitolu II
Għotjiet u entitajiet eliġibbli

Artikolu 13
Għotjiet

1.Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

2.Il-kumitat ta’ evalwazzjoni jista’ jkun magħmul minn esperti esterni.

3.B’deroga mill-Artikolu [130(2)] tar-Regolament Finanzjarju, u f’każijiet debitament ġustifikati, il-kostijiet imġarrba mill-benefiċjarju qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għotja jistgħu jitqiesu eliġibbli, sakemm ikunu marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-attivitajiet appoġġati.

4.Fejn applikabbli, l-azzjonijiet tal-Programm għandhom jiddefinixxu kriterji xierqa ta’ nondiskriminazzjoni, inkluż b’rabta mal-bilanċ bejn is-sessi.

Artikolu 14
Entitajiet eliġibbli

1.Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafu 2 sal-paragrafu 4 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-[Artikolu 197] tar-Regolament Finanzjarju.

2.Huma eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:

(a) l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin::

(1)Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(2)pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm;

(3)pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3 u l-paragrafu 4;

(b)kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

3.L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari.

4.Jenħtieġ li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm, fil-prinċipju, iġarrbu l-kost tal-parteċipazzjoni tagħhom. Jekk ikun fl-interess tal-Unjoni, l-kostijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom jistgħu jiġu koperti minn kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-istrumenti ta’ finanzjament estern skont l-Artikolu 7(3).

5.L-entitajiet li ġejjin jistgħu jingħataw għotjiet mingħajr sejħa għal proposti:

(a)L-Akkademja Ewropea tal-Films;

(b)L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea.

Kapitolu III
Sinerġiji u kumplimentarjetà

Artikolu 15
Kumplimentarjetà

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura l-konsistenza u l-kumplimentarjetà globali tal-Programm mal-politiki u l-programmi rilevanti, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-bilanċ bejn is-sessi, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija u l-intrapriżi, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-koeżjoni, il-politika reġjonali u urbana, l-għajnuna mill-Istat u l-kooperazzjoni u l-iżvilupp internazzjonali.

Artikolu 16
Finanzjament kumulattiv u kombinat

1.Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, inkluż Fondi skont ir-Regolament (UE) Nru XX/XXXX [CPR], sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet totali eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi prorata.

2.Proposta eliġibbli bħala parti mill-Programm tista’ tiġi ppremjata b’Siġill ta’ Eċċellenza, dejjem sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)tkun ġiet ivvalutata f’sejħa għal proposti bħala parti mill-Programm;

(b)tikkonforma mar-rekwiżiti minimi dwar il-kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti;

(c)ma tistax tiġi ffinanzjata bħala parti minn dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji.

Kapitolu IV
Monitoraġġ, Evalwazzjoni u Kontroll

Artikolu 17
Monitoraġġ u rapportar

1.L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.

2.Biex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 19 sabiex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inklużi emendi għall-Anness II bl-għan li l-indikaturi jiġi rieżaminati jew supplimentati fejn meħtieġ għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

3.Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u, fejn rilevanti l-Istati Membri.

Artikolu 18
Evalwazzjoni

1.L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

3.Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

4.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

5.Is-sistema ta’ rapportar dwar l-evalwazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-evalwazzjoni tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti u effettiv, f’waqtu u fil-livell xieraq ta’ granularità. Dik id-data u l-informazzjoni għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni b’mod li jkun konformi ma’ dispożizzjonijiet legali oħra; pereżempju, meta jkun meħtieġ li jsir hekk, id-data personali għandha ssir anonima. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE.

Artikolu 19
Eżerċizzju tad-delega

1.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 17 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Kapitolu V
Dispożizzjonijiet Tranżitorji u Finali

Artikolu 20
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha appoġġati permezz tal-fergħat tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 21
Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 22
Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013, li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll il-kostijiet tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013.

3.Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-kostijiet previsti fl-Artikolu 7(4), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 23
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President


DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam(oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.Durata u impatt finanzjarju

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata(i)

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

Ninvestu fin-nies, il-Koeżjoni Soċjali u l-Valuri, Ewropa Kreattiva (Kultura u awdjoviżiv (MEDIA)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 31  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew dirottar ta' azzjoni waħda jew aktar lejn/ma' azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva.

Il-Programm il-ġdid Ewropa Kreattiva 2021-2027 se jippermetti sfruttar ulterjuri, u se joħroġ fuq quddiem nett il-potenzjal għall-indirizzar ta’ sfidi komuni u għall-ħolqien ta’ opportunitajiet komuni kif inbnew fl-ewwel ġenerazzjoni (2014-2020) ta’ programm konġunt għas-setturi kulturali u kreattivi. B’mod partikolari, dan jikkonċerna l-opportunitajiet ta’ fergħa transsettorjali komuni fejn l-enfasi se titqiegħed fuq l-innovazzjoni. Iż-żamma tal-marka stabbilita sew tal-programm Ewropa Kreattiva se tgħin biex jiġu żgurati kemm l-involviment kontinwu kif ukoll il-viżibbiltà tal-appoġġ tal-UE.

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Raġunijiet għal azzjoni f’livell Ewropew (ex-ante)

L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm preċedenti wriet li l-għanijiet u l-prijoritajiet tiegħu kienu ġeneralment koerenti u kumplimentari mal-għanijiet u l-prijoritajiet ta’ politiki u programmi nazzjonali, u b’hekk tqies li l-prinċipju tas-sussidjarjetà ġie rispettat. B’mod partikolari, in-natura transnazzjonali u multilaterali tal-programm Ewropa Kreattiva tipprovdi offerta distintiva li rarament tiġi kkumplementata b’finanzjament nazzjonali. Uriet ukoll li l-programm jindirizza l-isfidi ewlenin li jiffaċċjaw dawn is-setturi, b’mod partikolari l-aċċess għal finanzjament, il-frammentazzjoni tas-suq għal xogħlijiet kulturali kif ukoll id-diġitalizzazzjoni u l-globalizzazzjoni. Il-Programm Ewropa Kreattiva wassal ukoll riżultati b’rabta mal-prijoritajiet strateġiċi tal-UE, bħall-għanijiet UE2020 dwar l-impjiegi, l-istimolar tal-ħolqien tal-impjiegi u suq intern aktar ġust b’bażi industrijali msaħħa u strateġiji settorjali fil-livell tal-UE bħas-Suq Uniku Diġitali. Konsultazzjoni pubblika miftuħa li takkumpanja r-rieżami ta’ nofs it-terminu kif ukoll waħda aktar komprensiva implimentata minn Jannar sa Marzu 2018 ikkonfermaw li l-maġġoranza kbira ta’ dawk li wieġbu qablu li l-isfidi rispettivi ġew indirizzati pjuttost sew minn Ewropa Kreattiva. Dawn is-sejbiet ġew ikkonfermati minn għarfien espert estern ieħor u mill-kummenti li nġabru, inter alia, permezz tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni, id-djalogu strutturat mas-settur u fora oħra bħall-Forum Ewropew tal-Films.

Valur miżjud għall-Unjoni mistenni li jkun iġġenerat (ex post)

Iċ-ċirkolazzjoni transfruntiera ta’ xogħlijiet, inklużi xogħlijiet awdjoviżivi;

Il-ħolqien ta’ netwerks internazzjonali u ta’ sħubijiet transfruntiera, li jikkostitwixxu l-elementi strutturali prinċipali u l-aktar dejjiema ta’ Ewropa Kreattiva;

Netwerks transnazzjonali jżidu wkoll il-kapaċità tal-operaturi kulturali u kreattivi b’mod ġenerali, b’mod speċjali għal dawk li jaħdmu f’oqsma speċjalizzati u fl-Istati Membri fejn dawk il-kapaċitajiet huma inqas żviluppati;

Il-mobbiltà transfruntiera għall-operaturi kulturali u kreattivi fi proġett u approċċ orjentat lejn il-ksib ta’ riżultati jwasslu għal żvilupp tal-ħiliet u se jsaħħu l-kapaċità tas-setturi;

L-għoti ta’ appoġġ lill-organizzazzjonijiet b’rabta mat-teħid tar-riskji (ikkalkulati), li jippermettilhom jiffokaw fuq li joperaw b’dimensjoni Ewropea;

L-effett fuq ir-reputazzjoni għall-benefiċjarji tal-programmi, li jżid l-interess potenzjali ta’ sħab u ta’ intermedjarji finanzjarji u jkabbar il-fiduċja tagħhom fi proġetti li jingħataw appoġġ. Ġie rrappurtat li dan l-aspett tar-reputazzjoni jiffaċilita l-aċċess għal finanzjament addizzjonali;

Il-programm għandu fokus qawwi fuq is-soċjetà, minħabba li permezz tal-għoti ta’ appoġġ lid-diversità kulturali u lingwistika, kif ukoll lil-libertà artistika u kreattiva, l-UE tibgħat u tirċievi messaġġi sinifikanti u rilevanti mingħand u lejn iċ-ċittadini Ewropej, biex b’hekk jingħata kontribut għall-benesseri soċjali Ewropew;

Fl-istess ħin, il-programm Ewropa Kreattiva għandu wkoll impatt pożittiv fuq l-ekonomija Ewropea kollha kemm hi permezz tal-appoġġ għall-ħolqien, il-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta’ proprjetà kulturali, u tal-appoġġ għall-aċċess għal servizzi kulturali kif ukoll għall-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi tal-Ewropa. Filwaqt li l-iskemi ta’ appoġġ għall-films fil-livell nazzjonali jiffukaw primarjament fuq il-produzzjoni ta’ xogħlijiet, l-appoġġ tal-UE jintervjeni fuq azzjonijiet upstream (taħriġ, żvilupp) u downstream (id-distribuzzjoni, il-promozzjoni, il-wiri) bl-eċċezzjoni ta’ koproduzzjonijiet tat-televiżjoni, sabiex ikun żgurat li x-xogħlijiet Ewropej jiċċirkolaw aħjar bejn il-fruntieri, ikunu viżibbli u jirnexxu fil-kanali kollha ta’ distribuzzjoni, inkluż online;

L-appoġġ tal-UE jakkumpanja ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ servizzi tal-media awdjoviżivi mtejba mid-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u, b’mod partikolari, il-prominenza ta’ xogħlijiet Ewropej f’katalgi ta’ servizzi Video on Demand.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Skont l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u l-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa, l-ostakli ewlenin li ġew identifikati minn dawk li wieġbu u li jistgħu jipprevjenu lill-programmi/fondi attwali milli jilħqu l-għanijiet tagħhom huma “Nuqqas ta’ baġit għall-programmi sabiex tiġi ssodisfata d-domanda”; “Nuqqas ta’ appoġġ mogħti lil partijiet ikkonċernati ta’ skala żgħira”; “Nuqqas ta’ appoġġ għal applikanti tal-ewwel darba” ġew identifikati bħala t-tliet ostakoli prinċipali.

Rispondenti b’esperjenza f’wieħed mill-Programmi tal-UE jew aktar jaqblu li “l-użu ta’ forom tal-applikazzjoni aktar simplifikati”, “il-faċilitazzjoni ta’ netwerks u sħubijiet strutturati”, “il-faċilitazzjoni tal-finanzjament għall azzjonijiet li jaqsmu s-setturi ta’ azzjonijiet” kif ukoll “koordinazzjoni aħjar bejn il-programmi/fondi differenti” huma l-passi prinċipali li għandhom jittieħdu sabiex il-piżijiet amministrattivi jiġu ssimplifikati u jonqsu għall-benefiċjarji.

F’termini ta’ simplifikazzjoni, għandhom jiġu introdotti l-elementi li ġejjin:

Fil-programm se tiġi inkorporata flessibbiltà akbar, sabiex il-programmi ta’ ħidma jiġu adattati għal ċirkostanzi mhux previsti jew għal żviluppi teknoloġiċi jew żviluppi fis-soċjetà, filwaqt li tiġi ppremjata l-prestazzjoni.

Hemm bżonn ta’ effikaċja u effiċjenza akbar, inkluż użu akbar ta’ ftehimiet qafas ta’ sħubija u konċessjonijiet kumulattivi sabiex tiġi pprovduta stabbiltà finanzjarja u sabiex l-aċċess minn parteċipanti iżgħar jiġi ffaċilitat. L-iskambju ta’ tagħlim matul l-implimentazzjoni tal-proġetti, li diġà kiseb suċċess, u d-disseminazzjoni tar-riżultati ta’ dan it-tagħlim se jkomplu jissaħħu.

L-azzjonijiet settorjali futuri relatati mal-mużika u l-iskema tat-traduzzjoni se jinkludu kriterji tal-għoti li jippremjaw is-suċċess fis-suq u l-prestazzjoni fl-imgħoddi.

Se jiġu mfassla akkordji ta’ tranżizzjonijiet biex tiġi ffaċilitata l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi terzi, li qabel kienu assoċjati ma’ Ewropa Kreattiva 2014/2020, mal-programm il-ġdid.

Se tiżdied iċ-ċarezza fil-linji gwida u fil-proċessi tagħha, filwaqt li l-proċeduri tagħha, li se jkunu kkaratterizzati minn obbligi ta’ rappurtar eħfef, se jinvolvu l-użu sistematiku ta’ formoli elettroniċi u ta’ rapporti elettroniċi. Se jiġi introdott sett koerenti ta’ regoli (ġabra unika ta’ regoli), filwaqt li jitħalla spazju għal approċċi differenzjati meta jkun hemm bżonn.

Miżuri sostanzjali ta’ simplifikazzjoni bħal ammonti f’daqqa, kostijiet unitarji u rati fissi diġà ġew introdotti b’suċċess fi programmi oħra u jistgħu jiġu introdotti fil-programm Ewropa Kreattiva l-ġdid.

Il-kumplessità tar-regoli tal-finanzjament tal-programmi attwali, kif ukoll l-eteroġenità tagħhom jirrappreżentaw ostakolu għall-applikanti. L-użu ta’ punt ta’ dħul waħdieni għal utenti esterni biex jipparteċipaw fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-għotjiet (jiġifieri portal għall-parteċipanti), inkluż sistema ġenerali ta’ ġestjoni tal-għotjiet, għandu sehem importanti fis-semplifikazzjoni tal-aċċess għall-programm.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa

Il-programm se jkun konsistenti ma’ strumenti oħra tal-Unjoni u se jikkomplementahom, b’mod partikolari Erasmus+, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), inkluż il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li jmiss kif ukoll l-istrumenti ta’ kooperazzjoni esterni (NDICI, IPA III u PTEE). Abbażi tad-dispożizzjoni tat-Trattat rigward l-integrazzjoni u l-approċċ politiku l-ġdid ibbażat fuq skambji kulturali, kif stabbilit fl-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura, il-programm għandu l-għan li jiżviluppa sinerġiji mal-oqsma ta’ politika li ġejjin: Politiki dwar l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, Politiki dwar l-Impjiegi u l-Politika Soċjali, Politiki ta’ Koeżjoni u Rurali, il-Programm tas-Suq Uniku, Infrastruttura Strateġika bħal pereżempju Ewropa Diġitali, Orizzont Ewropa, il-Programmi ta’ Riċerka kif ukoll Politiki Esterni u Politiki ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp.


1.5.Durata u impatt finanzjarju

   durata limitata

   fis-seħħ mill-[01/01/2021] sal-[31/12/2027]

   Impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament u sa wara l-2027 għall-pagamenti.

 durata illimitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 32  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil dawn li ġejjin:

pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi tal-liġi pubblika;

korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

[…]

[…]

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Sett ta’ indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali huwa stabbilit fil-Bażi Ġuridika. Se jsiru rapporti dwar dawn l-indikaturi fuq bażi regolari.

Fil-31 ta’ Diċembru 2024 se jsir rieżami ta’ nofs it-terminu. Sal-31 ta’ Diċembru 2029 għandu jiġi implimentat rieżami finali.

Il-monitoraġġ se jseħħ b’konformità mar-rekwiżiti tal-Memorandum ta’ qbil li ġew miftiehma mal-EACEA.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

Il-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet tal-programm x’aktarx li se jkomplu jiġu implimentati mill-EACEA għal raġunijiet ta’ kosteffiċjenza. S’issa, il-mod attwali ta’ implimentazzjoni wera li huwa effettiv, u bħalissa r-rati ta’ errur huma ta’ inqas minn 2 %, abbażi tar-riżultati preliminari għall-QFP attwali. B’mod partikolari, il-biċċa l-kbira tal-finanzjament se tiġi implimentata permezz ta’ għotjiet. Dawn l-għotjiet normalment se jkunu fil-forma ta’ kostijiet reali iżda jistgħu wkoll jingħataw f’forma ta’ ammonti f’daqqa, rati fissi, kostijiet unitarji jew kombinament ta’ dawn kollha.

L-użu ta’ skali ta’ kostijiet unitarji u ta’ miżuri semplifikati oħra se jnaqqas il-marġni għal erruri fid-dikjarazzjonijiet għal rimborż tal-kostijiet. Se jiġu applikati diversi miżuri li jippermettu aċċess aħjar, pereżempju mill-organizzazzjonijiet iżgħar, u semplifikazzjoni tal-linji gwida u tal-proċeduri abbażi tar-Regolament Finanzjarju (ara hawn fuq). Il-fergħa MEDIA se tissimplifika l-għadd relattivament għoli ta’ azzjonijiet differenti tagħha, sabiex ikun hemm fokus aħjar.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Il-programm Ewropa Kreattiva jiffaċċja l-istess riskji li jħabbtu wiċċhom magħhom il-programmi l-oħra tal-Kummissjoni li huma mmirati lejn benefiċjarji żgħar ta’ natura differenti. B’mod partikolari, ħafna mill-benefiċjarji mhumiex rikorrenti, jew m’għandhomx strutturi amministrattivi estensivi.

Huwa probabbli li l-biċċa l-kbira ta’ Ewropa Kreattiva se tkompli tiġi implimentata mill-EACEA. Fl-2018, awditu tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-EACEA b’rabta mal-ġestjoni tal-għotjiet – fażi I (mis-sejħa sal-iffirmar ta’ kuntratti) wera li hemm nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll intern, b’mod partikolari fil-komponent III “Attivitajiet ta’ kontroll” u fil-komponent IV “Informazzjoni u Komunikazzjoni”. B’mod partikolari, hemm bżonn li jissaħħu kemm ir-rwol tal-kumitati ta’ evalwazzjoni kif ukoll il-ġestjoni ta’ esperti esterni fl-għoti ta’ għotjiet.

Bi tweġiba għal dan, l-Aġenzija stabbiliet pjan ta’ azzjoni li jiffoka fuq ir-reviżjoni tal-proċeduri, tal-linji gwida u tal-mudelli. Dan fih azzjonijiet immedjati (eż. dokumentazzjoni xierqa tal-proċeduri u tal-bidliet immedjati tal-proċeduri, applikati immedjatament għall-ewwel sejħiet tal-2018) u bidliet oħra rigward il-mod kif taħdem l-EACEA li għandhom jiġu implimentati sal-2018. B’mod partikolari, iddaħħlu fis-seħħ proċeduri adattati rigward l-evalwazzjoni ta’ sejħiet għal proposti, iżda l-konsegwenzi tagħhom f’termini ta’ kostijiet ta’ kontroll għad iridu jiġu vvalutati.

Il-pjan ta’ azzjoni huwa r-responsabbiltà tal-EACEA, bl-appoġġ tad-Direttorati Ġenerali prinċipali. Madankollu, is-superviżjoni tal-EACEA mid-Direttorati Ġenerali prinċipali ġiet imsaħħa.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Wara l-awditu tal-EACEA mill-IAS li sar fl-2017/18, iddaħħlu fis-seħħ proċeduri adattati rigward l-evalwazzjoni ta’ sejħiet għal proposti, iżda l-konsegwenzi tagħhom f’termini ta’ kostijiet ta’ kontroll għad iridu jiġu vvalutati. Il-monitoraġġ bejn id-DĠ prinċipali u l-EACEA żdied sabiex jippermetti li ssir superviżjoni msaħħa f’isem il-Kummissjoni.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

L-istrateġiji kontra l-frodi kemm tal-EACEA (li ġew aġġornati fl-2018) kif ukoll tal-Kummissjoni se jippermettu li jiġi indirizzat ir-riskju ta’ frodi, prinċipalment permezz ta’ miżuri li jipprevjenu l-irregolaritajiet, li mbagħad jiġu skalati f’każ ta’ detezzjoni ta’ frodi.

Il-miżuri li ġejjin se jkomplu jiġu implimentati, kemm fil-livell tad-DĠ prinċipali kif ukoll fl-EACEA: Monitoraġġ kompjuterizzat (desk monitoring), missjonijiet ta’ monitoraġġ b’konformità ma’ strateġija ta’ monitoraġġ definita, rekwiżiti ta’ rappurtar ċari fil-ftehimiet ta’ għotja mal-benefiċjarji, laqgħat ta’ tnedija ma’ benefiċjarji ġodda, il-possibbiltà li l-għotjiet jitwaqqfu f’każ ta’ nuqqas ta’ riżultati jew f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet ta’ finanzjament bħal pereżempju dawk dwar il-komunikazzjoni.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji ġodda tan-nefqa proposti

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Intestatura 2 “Koeżjoni u Valuri”

Titolu 07 “Ninvestu fin-nies, il-Koeżjoni Soċjali u l-Valuri”

Kapitolu 05 “Ewropa Kreattiva”

Diff./mhux diff 33 .

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA 34

mingħand il-pajjiżi kandidati 35

mingħand pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

2

07 01 04 XX Nefqa amministrattiva – Ewropa Kreattiva

Mhux diff.

IVA

IVA

IVA

LE

2

07 05 01 – KULTURA

Diff.

IVA

IVA

IVA

LE

2

07 05 02 – MEDIA

Diff.

IVA

IVA

IVA

LE

2

07 05 03 – FERGĦA TRANSSETTORJALI

Diff.

IVA

IVA

IVA

LE

3.2.Allokazzjoni Indikattiva fil-Fergħa Transsettorjali għall-perjodu finanzjarju 2021-2027

A) Kooperazzjoni politika transnazzjonali u transsettorjali, il-promozzjoni tal-għarfien tal-programm u appoġġ għat-trasferibbiltà tar-riżultati: EUR 5 miljun

B) Il-promozzjoni ta’ approċċi innovattivi għall-ħolqien, l-aċċess, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni tal-kontenut fost setturi kulturali u kreattivi differenti: EUR 52 miljun

C) Il-promozzjoni ta’ attivitajiet trażversali li jkopru bosta setturi bl-għan li jsir aġġustament għall-bidliet strutturali li jiffaċċja s-settur tal-media, inkluż it-tisħiħ ta’ ambjent medjatiku ħieles, diversifikat u pluralistiku, tal-ġurnaliżmu ta’ kwalità u tal-litteriżmu medjatiku: EUR 61 miljun

D) It-twaqqif u l-għoti ta’ appoġġ lil Desks tal-Programm biex dawn jipprovdu informazzjoni dwar il-Programm fil-pajjiż tagħhom u biex jippromwovuh, u l-istimolar tal-kooperazzjoni transfruntiera fis-setturi kulturali u kreattivi: EUR 42 miljun

3.3.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.3.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

2

Koeżjoni u Valuri

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali 36

Impenji

(1)

Pagamenti

(2)

07 05 01 – KULTURA

Impenji

(1)

75,862

77,382

78,929

80,505

82,120

83,756

84,947

563,500

Pagamenti

(2)

40,558

54,101

68,138

72,858

75,386

77,563

79,217

95,678

563,500

07 05 02 – MEDIA

Impenji

(1)

134,221

136,912

139,640

142,439

145,287

148,188

150,313

997,000

Pagamenti

(2)

70,740

94,534

119,185

127,480

131,902

135,723

138,639

178,798

997,000

07 05 03 – FERGĦA TRANSSETTORJALI

Impenji

(1)

21,539

21,970

22,409

22,857

23,314

23,781

24,131

160,000

Pagamenti

(2)

12,730

16,457

20,319

21,642

22,365

22,997

23,487

20,003

160,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 

Impenji = Pagamenti

(3)

07 01 04 XX - Appoġġ amministrattiv għal Ewropa Kreattiva

Impenji = Pagamenti

(3)

17,420

17,760

18,125

18,485

18,850

19,239

19,621

129,500

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm 37

Impenji

=1+3

249,042

254,023

259,103

264,286

269,571

274,963

279,012

1.850,000

Pagamenti

=2+3

141,448

182,852

225,767

240,465

248,504

255,522

260,963

294,479

1.850,000



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Meta timtela din it-taqsima jenħtieġ li tintuża “id-data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li jittella’ fid-DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani 38  

14,301

15,601

16,745

16,745

16,745

16,745

16,745

113,627

Nefqa amministrattiva oħra

0,888

0,888

0,888

0,888

0,888

0,888

0,888

6,213

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

15,189

16,489

17,633

17,633

17,633

17,633

17,633

119,840

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

264,231

270,512

276,736

281,919

287,204

292,596

296,645

1,969,840

Pagamenti

156,637

199,341

243,4

258,098

266,137

273,155

278,596

294,479

1,969,840

3.3.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

14,301

15,601

16,745

16,745

16,745

16,745

16,745

113,627

Nefqa amministrattiva oħra

0,888

0,888

0,888

0,888

0,888

0,888

0,888

6,213

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

15,189

16,489

17,633

17,633

17,633

17,633

17,633

119,840

Barra mill-INTESTATURA 7 39
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

17,420

17,760

18,125

18,485

18,850

19,239

19,621

129,500

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

17,420

17,760

18,125

18,485

18,850

19,239

19,621

129,500

TOTAL

32,609

34,249

35,758

36,118

36,483

36,872

37,254

249,340

 

3.3.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

93

101

109

109

109

109

109

Delegazzjonijiet

Riċerka

 Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  40

Intestatura 7

Iffinazjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

13

15

15

15

15

15

15

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  41

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

106

116

124

124

124

124

124

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompliti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.3.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

    ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi u li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

3.4.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 42

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

[…]

(1)     Id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma, Marzu 2017
(2)    EYCH 2018: https://europa.eu/cultural-heritage/european-year-cultural-heritage_mt  
(3)     COM(2017) 673 final
(4)    COM(2018) 267 final.
(5)     JOIN/2016/029
(6)     COM/2014/0477 final
(7)     COM(2018) 236 final  
(8)     COM(2017) 479 final
(9)    Waslu 1839 tweġiba mill-Ewropa kollha.
(10)    https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/european-film-forum
(11)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(12)    COM(2018) 248 final.
(13)    ĠU C […], […], p. […].
(14)    ĠU C […], […], p. […].
(15)    COM(2018) 267 final.
(16)     COM(2016) 594 final
(17)     COM/2016/0287 final
(18)     JOIN/2016/029
(19)     COM/2014/0477 final
(20)     COM (2017)479 final
(21)    L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, li ġiet adottata min-Nazzjonijiet Uniti f’Settembru 2015, A/RES/70/1.
(22)    ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(23)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(24)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(25)    Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(26)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p.1).
(27)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(28)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea ) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(29)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(30)    ĠU L 124, 20.5.2003
(31)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(32)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(33)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(34)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(35)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(36)    It-totali ma jaqblux minħabba l-arrotondament
(37)    Il-programm jista’ jkun (parzjalment) delegat lil aġenzija eżekuttiva, soġġett għar-riżultat tal-analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji u għad-deċiżjonijiet relatati li jridu jittieħdu.
(38)    Stimi tal-persunal ibbażati fuq il-livell tal-persunal tal-Kummissjoni fl-2018 (bl-esklużjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva) b’introduzzjoni progressiva. Ammonti bbażati fuq il-kostijiet medji żdiedu bi 2 % mill-2019 għall-indiċjar u żdiedu b'1.5 % għall-impatt tal-evoluzzjoni fil-karriera (FP+TA). Mhuwiex inkluż l-għadd stmat ta’ persunal meħtieġ għall-korpi deċentralizzati, u huwa eskluż persunal addizzjonali li jitħallas mill-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi li jkunu se jissieħbu fil-ġejjieni.
(39)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(40)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Persunal tal-aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(41)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
(42)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Brussell,30.5.2018

COM(2018) 366 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013


ANNESS I

Informazzjoni kumplimentari dwar l-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati

1.FERGĦA KULTURA

Il-prijoritajiet tal-fergħa KULTURA tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 4 għandhom jiġu segwiti permezz tal-azzjonijiet li ġejjin:

Azzjonijiet orizzontali:

(a)Proġetti ta’ kooperazzjoni;

(b)Netwerks Ewropej ta’ organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi minn pajjiżi differenti;

(c)Pjattaformi pan-Ewropej kulturali u kreattivi;

(d)Mobbiltà tal-artisti u tal-operaturi tas-setturi kulturali u kreattivi;

(e)Appoġġ għal organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi biex joperaw fil-livell internazzjonali;

(f)Żvilupp, kooperazzjoni u implimentazzjoni tal-politika fil-qasam tal-kultura, inkluż permezz tal-provvista ta’ data u tal-iskambju tal-aħjar prassi, jew proġetti pilota.

Azzjonijiet settorjali:

(a)Appoġġ għas-settur tal-mużika: promozzjoni tad-diversità, tal-kreattività u tal-innovazzjoni fis-settur tal-mużika, b’mod partikolari d-distribuzzjoni tar-repertorju mużikali fl-Ewropa u lil hinn minnha, azzjonijiet ta’ taħriġ u l-iżvilupp tal-udjenzi għar-repertorju Ewropew, kif ukoll appoġġ għall-ġbir u l-analiżi tad-data;

(b)Appoġġ għas-settur tal-kotba u tal-pubblikazzjoni: azzjonijiet immirati għall-promozzjoni tad-diversità, tal-kreattività u tal-innovazzjoni, b’mod partikolari t-traduzzjoni u l-promozzjoni tal-letteratura Ewropea fost il-fruntieri fl-Ewropa u lil hinn minnha, taħriġ u skambji għall-professjonisti fis-settur, l-awturi u t-tradutturi kif ukoll proġetti transnazzjonali għall-kollaborazzjoni, l-innovazzjoni u l-iżvilupp fis-settur;

(c)Appoġġ għas-setturi tal-arkitettura u tal-wirt kulturali: azzjonijiet immirati għall-mobbiltà tal-operaturi, il-bini tal-kapaċità, l-iżvilupp tal-udjenzi u l-internazzjonalizzazzjoni tas-setturi tal-wirt kulturali u tal-arkitettura, il-promozzjoni ta’ Baukultur, l-appoġġ għas-salvagwardja, għall-konservazzjoni u għat-titjib tal-wirt kulturali u tal-valuri tiegħu permezz ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, ta’ netwerking u ta’ tagħlim bejn il-pari;

(d)Appoġġ għal setturi oħra: azzjonijiet immirati favur l-iżvilupp tal-aspetti kreattivi tas-setturi tad-disinn u tal-moda u tat-turiżmu kulturali, kif ukoll il-promozzjoni u r-rappreżentanza tagħhom barra l-Unjoni Ewropea.

Azzjonijiet speċjali bl-għan li d-diversità u l-wirt kulturali Ewropej isiru viżibbli u tanġibbli, u biex jitrawwem id-djalogu interkulturali:

(a)Il-Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura jiżguraw appoġġ finanzjarju għad-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 ;

(b)Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jiżgura appoġġ finanzjarju għad-Deċiżjoni Nru 1194/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 ;

(c)Il-premjijiet kulturali tal-UE;

(d)Il-Jiem tal-Wirt Ewropew;

(e)Appoġġ għal dawk l-istituzzjonijiet kulturali Ewropej li għandhom l-għan li jwasslu servizz kulturali dirett liċ-ċittadini Ewropej b’kopertura ġeografika kbira.

2.FERGĦA MEDIA

Il-prijoritajiet tal-fergħa MEDIA tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 5 għandhom iqisu d-differenzi bejn il-pajjiżi rigward il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-aċċess għall-kontenut awdjoviżiv, kif ukoll id-daqs u l-ispeċifiċitajiet tas-swieq rispettivi u għandhom jiġu segwiti, fost l-oħrajn, permezz ta’ dawn li ġejjin:

(a)L-iżvilupp ta’ xogħlijiet awdjoviżivi;

(b)Il-produzzjoni ta’ kontenut televiżiv u xenarji ta’ sensiliet innovattivi;

(c)Għodod ta’ reklamar u ta’ kummerċjalizzazzjoni, inkluż dawk online u bl-użu tal-analiżi tad-data biex ix-xogħlijiet Ewropej tiżdidilhom il-prominenza, il-viżibbiltà, l-aċċess transfruntiera, u jilħqu udjenzi akbar;

(d)Appoġġ għall-bejgħ u ċ-ċirkolazzjoni internazzjonali ta’ xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali fuq il-pjattaformi kollha, inkluż permezz ta' strateġiji ta’ distribuzzjoni koordinati li jkopru diversi pajjiżi;

(e)Appoġġ għall-iskambji minn negozju għal negozju u attivitajiet ta’ netwerking biex il-koproduzzjonijiet Ewropej u internazzjonali jiġu faċilitati;

(f)Il-promozzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej f’avvenimenti u fieri industrijali fl-Ewropa u lil hinn minnha;

(g)Inizjattivi li jippromwovu l-iżvilupp tal-udjenzi u l-edukazzjoni dwar il-films, li jindirizzaw b’mod partikolari lill-udjenzi żgħażagħ;

(h)Attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ mentoraġġ biex tittejjeb il-kapaċità tal-operaturi awdjoviżivi li jadattaw għal żviluppi ġodda tas-suq u għat-teknoloġiji diġitali;

(i)Netwerk ta’ operaturi ta’ servizzi Video on Demand (VOD), li juru proporzjon sinifikanti ta’ films Ewropej mhux nazzjonali;

(j)Netwerk(s) ta’ festivals Ewropej li juru proporzjon sinifikanti ta’ films Ewropej mhux nazzjonali;

(k)Netwerk ta’ operaturi taċ-ċinema Ewropej li juru proporzjon sinifikanti ta' films Ewropej mhux nazzjonali;

(l)Miżuri speċifiċi li jikkontribwixxu għal parteċipazzjoni aktar bilanċjata bejn is-sessi fis-settur awdjoviżiv;

(m)Appoġġ għad-djalogu politiku, għal azzjonijiet innovattivi ta’ politika u għall-iskambju tal-aħjar prassi – inkluż permezz ta’ attivitajiet analitiċi u permezz tal-forniment ta’ data affidabbli;

(n)L-iskambju transnazzjonali tal-esperjenzi u tal-għarfien, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u netwerking fost is-settur awdjoviżiv u dawk li jfasslu l-politika.

3.FERGĦA TRANSSETTORJALI

Il-prijoritajiet tal-fergħa TRANSSETTORJALI tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom jiġu segwiti b’mod partikolari permezz ta’:

Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Politika u sensibilizzazzjoni:

(a)    L-iżvilupp tal-politika, l-iskambju transnazzjonali tal-esperjenzi u tal-għarfien, l-attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u n-netwerking fost l-organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi u dawk li jfasslu l-politika, ta’ natura transsettorjali;

(b)Attivitajiet analitiċi transettorjali;

(c)Appoġġ għall-azzjonijiet li għandhom l-għan li jrawmu l-kooperazzjoni fil-politika transfruntiera u l-iżvilupp tal-politika b’rabta mar-rwol tal-inklużjoni soċjali permezz tal-kultura;

(d)It-titjib tal-għarfien dwar il-programm u t-temi li jkopri, it-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, u l-għajnuna għat-trasferibbiltà tar-riżultati lil hinn mil-livell tal-Istat Membru.

Il-Laboratorju tal-Innovazzjoni Kreattiva:

(a)Inkoraġġiment biex jinħolqu forom ġodda fit-tlaqqigħ bejn setturi kulturali u kreattivi differenti, pereżempju bl-użu ta’ teknoloġiji innovattivi;

(b)It-trawwim ta’ approċċi transsettorjali innovattivi u għodod li jiffaċilitaw l-aċċess, id-distribuzzjoni, il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-kultura u tal-kreattività, inkluż il-wirt kulturali.

Desks tal-Programm:

(a)Il-promozzjoni tal-programm f’livell nazzjonali u l-forniment ta’ informazzjoni dwar id-diversi tipi ta’ appoġġ finanzjarju disponibbli skont il-politika tal-Unjoni;

(b)It-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-professjonisti, l-istituzzjonijiet, il-pjattaformi u n-netwerks fl-oqsma ta’ politika u fis-setturi koperti mill-programm u bejniethom;

(c)L-appoġġ għall-Kummissjoni biex tiżgura komunikazzjoni u disseminazzjoni xierqa tar-riżultati tal-programm liċ-ċittadini.

L-attivitajiet trażversali li jappoġġaw is-settur tal-mezzi tal-informazzjoni:

(a)L-indirizzar tal-bidliet strutturali li qed jiffaċċja s-settur tal-media, permezz tal-promozzjoni u l-monitoraġġ ta’ ambjent medjatiku diversifikat u pluralistiku;

(b)L-appoġġ għal standards għoljin tal-produzzjoni tal-media billi jitrawmu l-kooperazzjoni, il-ġurnaliżmu ta’ kollaborazzjoni transfruntiera, u l-kontenut ta’ kwalità;

(c)Il-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jiżviluppaw fehim kritiku tal-media.

ANNESS II

Indikaturi

FERGĦA KULTURA:

In-numru u l-iskala ta’ sħubijiet transnazzjonali maħluqa bl-appoġġ tal-Programm

In-numru ta’ artisti u atturi kulturali u/jew kreattivi (ġeografikament) mobbli lil hinn mill-fruntieri nazzjonali bl-appoġġ tal-Programm, skont il-pajjiż ta’ oriġini

In-numru ta’ nies li jaċċessaw xogħlijiet kulturali u kreattivi Ewropej iġġenerati mill-Programm, inklużi xogħlijiet minn pajjiżi li ma jkunux tagħhom

In-numru ta’ proġetti appoġġati mill-Programm indirizzati lejn gruppi żvantaġġati, jiġifieri ż-żgħażagħ u l-migranti mingħajr xogħol

In-numru ta’ proġetti appoġġati mill-Programm li jinvolvu organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi

FERGĦA MEDIA:

In-numru ta’ nies li jaċċessaw xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej minn pajjiżi oħra għajr tagħhom stess u li huma appoġġati mill-Programm

In-numru ta’ parteċipanti f’attivitajiet ta’ tagħlim appoġġati mill-Programm li jistmaw li tejbu l-kompetenzi u żiedu l-impjegabbiltà tagħhom

In-numru u l-baġit ta’ koproduzzjonijiet żviluppati u maħluqa bl-appoġġ tal-Programm

In-numru ta’ nies li ntlaħqu mill-attivitajiet promozzjonali ta’ Negozju għal Negozju fis-swieq ewlenin

FERGĦA TRANSSETTORJALI:

In-numru u l-iskala ta’ sħubijiet transnazzjonali ffurmati (indikatur kompost għal laboratorji tal-innovazzjonijiet kreattivi u azzjonijiet tal-media tal-informazzjoni)

In-numru ta’ avvenimenti għall-promozzjoni tal-Programm organizzati mid-desks tal-programm

(1)    Id-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ April 2014 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 1).
(2)    Id-Deċiżjoni Nru 1194/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (ĠU L 303, 22.11.2011, p. 1).