Brussell, 24.5.2018

COM(2018) 354 final

2018/0179(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar divulgazzjonijiet relatati ma’ investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2018) 257 final}
{SWD(2018) 264 final}
{SWD(2018) 265 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Din il-proposta hija parti minn inizjattiva usa’ tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli. Hija tqiegħed il-pedament għal qafas tal-UE li jpoġġi kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) fil-qalba tas-sistema finanzjarja biex jgħin fit-trasformazzjoni tal-ekonomija Ewropea f’sistema aktar ekoloġika, aktar reżiljenti u aktar ċirkolari. Il-fatturi ESG jenħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar investimenti sabiex l-investimenti jsiru aktar sostenibbli.

Din il-proposta u l-atti leġiżlattivi proposti magħha għandhom l-għan li jintegraw il-kunsiderazzjonijiet ESG fil-proċess ta’ investiment u konsultattiv b’mod konsistenti fis-setturi kollha. Dan huwa mistenni li jiżgura li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji — kumpaniji maniġerjali tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFM), impriżi tal-assigurazzjoni, istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs), maniġers tal-fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (EuVECA), maniġers tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (EuSEF) u ditti tal-investiment - li jirċievu mandat mill-klijenti jew mill-benefiċjarji tagħhom biex jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment f’isimhom jintegraw l-ESG fil-proċessi interni tagħhom u jinfurmaw lill-klijenti tagħhom f’dan ir-rigward. Din il-proposta tiżgura wkoll li d-ditti tal-investiment u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri jikkunsidraw l-ESG bħala muturi ta’ valur fil-pariri mogħtija bħala parti mid-dmirijiet tagħhom lejn l-investituri u li jipprovdu lill-investituri bl-informazzjoni relatata. Barra minn hekk, biex jgħinu lill-investituri jqabblu l-marka tal-karbonju tal-investimenti, il-proposti jintroduċu kategoriji ġodda ta’ valuri referenzjarji ta’ emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u impatt pożittiv tal-karbonju. Dawn il-proposti, li jsaħħu lil xulxin, jenħtieġ li jiffaċilitaw l-investimenti fi proġetti u assi sostenibbli madwar l-UE.

Il-pakkett tal-Kummissjoni jsegwi l-isforzi globali lejn ekonomija aktar sostenibbli. Il-gvernijiet minn madwar id-dinja għażlu perkors aktar sostenibbli għall-pjaneta u l-ekonomija tagħna billi adottaw il-Ftehim ta’ Pariġi tal-2016 dwar it-tibdil fil-klima u l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli.

L-UE hija impenjata fi żvilupp li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-preżent mingħajr ma jikkomprometti l-kapaċità tal-ġenerazzjonijiet futuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom stess. Is-sostenibbiltà ilha fil-qalba tal-proġett Ewropew. It-Trattati tal-UE jirrikonoxxu d-dimensjonijiet soċjali u ambjentali u li dawn jenħtieġ li jiġu indirizzati flimkien.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2016 dwar il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli 1  torbot l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti mal-qafas ta’ politika Ewropew biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet u l-inizjattivi ta’ politika kollha tal-UE, fi ħdan l-UE u madwar id-dinja, jadottaw l-SDGs mill-bidu nett. L-UE hija impenjata bis-sħiħ ukoll biex tilħaq il-miri tal-2030 tal-UE dwar il-klima u l-enerġija u tintegra l-iżvilupp sostenibbli fil-politiki tal-UE, kif ħabbar Jean-Claude Juncker fil-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea 2 tal-2014. Għalhekk, ħafna mill-prijoritajiet tal-politika tal-Kummissjoni Ewropea għall-2014-2020 jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi tal-UE u jimplimentaw l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. Dawn jinkludu l-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa 3 , il-Pakkett ta’ Ekonomija Ċirkolari, il-Pakkett tal-Unjoni tal-Enerġija, ir-rieżami tal-Istrateġija dwar il-Bijoekonomija tal-UE 4 , l-Unjoni tas-Swieq Kapitali 5  u l-Baġit tal-UE għall-2014-2020, inkluż il-Fond ta’ Koeżjoni u proġetti ta’ riċerka. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nediet pjattaforma b’diversi partijiet ikkonċernati biex jiġu segwiti u skambjati l-aħjar prattiki dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs.

Il-kisba tal-għanijiet ta’ sostenibbiltà tal-UE tirrikjedi investimenti kbar. Huwa stmat li investiment annwali addizzjonali ta’ EUR 180 biljun huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-miri dwar il-klima u l-enerġija biss sal-2030 6 . Parti sostanzjali minn dawn il-flussi finanzjarji se jkollhom bżonn jiġu mis-settur privat. L-għeluq ta’ din id-diskrepanza fl-investiment ifisser ridirezzjoni sinifikanti ta’ flussi ta’ kapital privat lejn investimenti aktar sostenibbli u jirrikjedi riformulazzjoni komprensiva tal-qafas finanzjarju Ewropew.

F’dan il-kuntest, f’Diċembru 2016 il-Kummissjoni stabbiliet Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli biex tiżviluppa strateġija ġenerali u komprensiva tal-UE dwar il-finanzi sostenibbli. Ir-rapport tal-Grupp, ippubblikat fil-31 ta’ Jannar 2018, ipprovda viżjoni komprensiva dwar il-finanzi sostenibbli għall-Ewropa u identifika żewġ imperattivi għas-sistema finanzjarja Ewropea. L-ewwel wieħed huwa li tittejjeb il-kontribuzzjoni tal-finanzi għal tkabbir sostenibbli u inklussiv. It-tieni wieħed huwa li tissaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja billi jiġu inkorporati l-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ investiment. Bħala segwitu, fis-7 ta’ Marzu 2018 il-Kummissjoni ppubblikat Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli 7 .

Il-prodotti finanzjarji, kemm jekk huma fondi ta’ investiment, assigurazzjoni tal-ħajja jew prodotti tal-pensjoni, u servizzi ta’ mmaniġġar ta’ portafolli huma pprovduti biex jiġbru l-kapital tal-investituri, u jinvestu dak il-kapital b’mod kollettiv permezz ta’ portafoll ta’ strumenti finanzjarji bħal ishma, bonds u titoli oħra. Filwaqt li r-regoli eżistenti fid-Direttiva 2009/65/KE 8 , id-Direttiva 2009/138/KE 9 , id-Direttiva 2011/61/UE 10 , id-Direttiva 2014/65/UE 11 u d-Direttiva (UE) 2016/2341 12 jirrikjedu li l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi jaġixxu fl-aħjar interess tal-klijenti tagħhom u jipprovdu ambitu għall-integrazzjoni ta’ riskji tas-sostenibilità, ma jqisuxhomx u ma jintegrawhomx b’mod sistematiku u konsistenti fid-deċiżjonijiet ta’ investiment u fil-proċessi ta’ divulgazzjoni tagħhom.

Id-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE huma kkomplementati minn erba’ oqfsa ta’ fondi:

·Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju 13 ,

·Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej 14 ,

·Ir-Regolament (UE) 2015/760 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil 15 , u

·Ir-Regolament (UE) 2017/1131 dwar il-fondi tas-suq monetarju 16 .

Il-qasam regolatorju għall-prodotti finanzjarji jitlesta permezz ta’ regoli ta’ distribuzzjoni, inklużi r-regoli dwar il-pariri, stipulati fid-Direttiva 2014/65/UE u d-Direttiva (UE) 2016/97 17 . Dawn id-Direttivi jirrikjedu li d-ditti ta’ investiment u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni jipprovdu pariri biex jaġixxu fl-aħjar interess tal-klijenti tagħhom, iżda ma jirrikjedux la li dawn jikkunsidraw b’mod espliċitu r-riskji ESG fil-pariri tagħhom u lanqas li jiddivulgaw dawk il-kunsiderazzjonijiet.

Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tirrappreżenta l-ewwel pass lejn qafas ta’ divulgazzjoni aktar konċiż fis-settur tas-servizzi finanzjarji fir-rigward tal-fatturi ESG. Id-Direttiva (UE) 2017/828 18 dwar l-involviment fit-tul tal-azzjonisti żiedet l-obbligi ta’ trasparenza għall-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi billi tobbligahom li jiżviluppaw u jiddivulgaw strateġija ta’ involviment inkluża deskrizzjoni ta’ kif jimmonitorjaw il-kumpaniji li jinvestu fuq il-prestazzjoni mhux finanzjarja, l-impatt soċjali u ambjentali u l-governanza korporattiva, u li fuq bażi annwali jiddivulgaw kif ġiet implimentata l-politika ta’ involviment tagħhom. Madankollu, għad hemm nuqqas ta’ trasparenza dwar kif l-investituri istituzzjonali, il-maniġers tal-assi u l-konsulenti finanzjarji jikkunsidraw r-riskji għas-sostenibbiltà fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ investiment jew il-proċessi konsultattivi tagħhom. Bħala riżultat ta’ dan, il-klijenti tagħhom ma jirċevux l-informazzjoni kollha li jeħtieġu biex jinfurmaw id-deċiżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet ta’ investiment tagħhom. Barra minn hekk, l-impriżi soġġetti għad-Direttiva 2014/95/UE 19 dwar id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar li emendat id-Direttiva 2013/34/UE 20 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati jfasslu dikjarazzjonijiet mhux finanzjarji dwar l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-impriżi kif ukoll l-impatt li għandhom l-attivitajiet tagħhom, b’rabta, inter alia, ma’ kwistjonijiet ambjentali, soċjali u tal-impjegati.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta tintroduċi rekwiżiti addizzjonali għall-elementi eżistenti tal-leġiżlazzjoni rilevanti. Dawn l-elementi ġodda huma konsistenti mal-għanijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika, u b’mod partikolari d-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2009/138/KE, id-Direttiva 2011/61/UE, id-Direttiva 2014/65/UE, id-Direttiva (UE) 2016/97, id-Direttiva (UE) 2016/2341, ir-Regolament (UE) Nru 345/2013, ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 u r-Regolament (UE) 2015/760. Il-proposta tallinja r-regoli fl-oqfsa leġiżlattivi differenti u tissalvagwardja l-konsistenza magħhom.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-Ewropa qiegħda dejjem aktar taffaċċja konsegwenzi katastrofiċi u mhux mistennija minħabba t-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tar-riżorsi. Huwa għalhekk li tkabbir ekonomiku aktar sostenibbli, jiġifieri t-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, aktar effiċjenti fir-riżorsi u ċirkolari, aktar trasparenza u ħsieb u ppjanar fuq terminu twil, filwaqt li tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, huwa essenzjali għall-kompetittività tal-ekonomija tal-UE fuq terminu twil. Peress li s-sistema finanzjarja hawnhekk għandha rwol vitali, irridu nistimulaw il-kapital privat f’investimenti aktar sostenibbli. Dan il-ħsieb huwa fil-qalba tal-proġett ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) 21 .

Din il-proposta hija komplementari għal dan il-għan u azzjoni ta’ prijorità fir-rieżami ta’ nofs it-terminu tas-CMU peress li tinkludi miżuri biex tintuża s-setgħa trasformattiva tat-teknoloġija finanzjarja u biex il-kapital privat jiġi mċaqlaq lejn investiment sostenibbli. Hija tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ swieq tal-kapital aktar integrati billi tagħmilha aktar faċli għall-investituri biex jibbenefikaw mis-suq uniku filwaqt li jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

Din il-proposta hija parti minn pakkett tal-UE aktar komprensiv biex tintlaħaq l-aġenda għall-klima u l-iżvilupp sostenibbli tal-UE u tikkontribwixxi għall-miri tal-enerġija u l-klima tal-Unjoni għall-2014-2020, bħall-Politika dwar l-Arja Nadifa, il-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari, l-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, inklużi l-Pakkett tal-Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha u l-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima. B’differenza mill-inizjattivi l-oħra tal-UE, din il-proposta tiffoka espliċitament fuq aspetti ta’ finanzjament mis-settur privat. Hija konsistenti mar-rieżami tas-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja 22 li tipprevedi emendi għal regolamenti li jistabbilixxu l-Awtorità Bankarja Ewropea 23 , l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol 24 u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq 25 sabiex l-Awtoritajiet iqisu r-riskji relatati mal-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza meta jwettqu l-kompiti tagħhom. B’dan il-mod tiżgura li l-attivitajiet tas-suq finanzjarju jkunu aktar konsistenti ma’ għanijiet sostenibbli. Il-proposta tal-Kummissjoni dwar prodott tal-pensjoni personali pan-Ewropew (PEPP) tipprovdi għal diversi divulgazzjonijiet fir-rigward tal-fatturi ESG 26 .

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Din il-proposta taqa’ taħt il-qasam tal-kompetenza kondiviża skont l-Artikolu 4(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE li jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

Id-divulgazzjonijiet lill-investituri aħħarin isaħħu l-protezzjoni tagħhom għaliex għandhom l-għan li jinformaw aħjar l-għażliet tagħhom dwar l-investiment. Bħalissa, l-investituri aħħarin ma jistgħux jiksbu l-benefiċċju tas-suq intern minħabba li ma hemm l-ebda qafas ta’ divulgazzjoni ddedikat u koerenti dwar l-integrazzjoni tar-riskji ESG minn maniġers tal-assi, inklużi ditti tal-investiment li jipprovdu l-immaniġġar ta’ portafolli, IORPs u fornituri oħra tal-pensjoni, impriżi tal-assigurazzjoni li jagħmlu l-IBIPs disponibbli, intermedjarji tal-assigurazzjoni u ditti tal-investiment li jipprovdu pariri. Barra minn hekk, l-investituri aħħarin attwalment ma jirċevux divulgazzjonijiet koerenti minn prodotti u servizzi finanzjarji li jimmiraw għal investimenti sostenibbli.

L-analiżi mwettqa bħala parti mir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt tissuġġerixxi li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji għandhom nuqqas ta’ inċentivi regolatorji biex jiddivulgaw lill-investituri aħħarin kif jintegraw il-fatturi ta’ sostenibbiltà fil-proċess tagħhom ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-investiment. Dan, min-naħa tiegħu, jagħmilha aktar diffiċli u jiswa aktar flus għall-investituri aħħarin biex jagħmlu għażliet infurmati dwar l-investiment. Id-divulgazzjonijiet fis-setturi tal-immaniġġar tal-assi, tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet jibqgħu mhux sistematiċi, mhux koerenti u jonqsu milli jiżguraw il-komparabbiltà.

Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt identifika differenzi konsiderevoli bejn l-Istati Membri u s-setturi tas-servizzi finanzjarji. Hemm ukoll żvilupp parallel ta’ prattiki bbażati fuq is-suq abbażi ta’ prijoritajiet immexxija mill-kummerċ li jagħtu lok għal eżiti diverġenti u għalhekk jikkawżaw aktar frammentazzjoni mhux meħtieġa tas-suq. L-istandards ta’ divulgazzjoni diverġenti u l-prattiki bbażati fuq is-suq jagħmluha diffiċli ħafna biex jitqabblu prodotti u servizzi finanzjarji differenti, joħolqu kundizzjonijiet inġusti għal prodotti u servizzi finanzjarji, manifatturi u kanali ta’ distribuzzjoni differenti u joħolqu ostakoli addizzjonali għas-suq intern. Id-diverġenzi jħawdu wkoll lill-investituri aħħarin u jfixklu d-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom u jnaqqsu l-opportunitajiet għal investimenti sostenibbli. Rekwiżiti u approċċi differenti huma ta’ ostakolu għal-libertajiet fundamentali u b’hekk għandhom effetti diretti fuq il-funzjonament tas-suq intern. Barra minn hekk, sabiex jirrispondu għall-Ftehim dwar il-Klima ta’ Pariġi, billi l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jirrappreżentaw forza mexxejja importanti, l-Istati Membri x’aktarx jadottaw miżuri nazzjonali diverġenti addizzjonali biex jinċentivaw investimenti aktar sostenibbli. Madankollu, dawn il-miżuri diverġenti jistgħu joħolqu ostakoli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u jkunu detrimentali għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji. Ir-regoli dwar id-divulgazzjoni ma jirregolawx l-aċċess għas-suq għal dawn il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u konsulenti finanzjarji iżda jirregolaw il-mod kif jitwettqu l-attivitajiet tagħhom. Ir-regoli jsostnu l-funzjonament korrett u sikur tas-suq intern, jissalvagwardjaw il-kompetizzjoni bejn parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji differenti u jippreservaw inċentivi ta’ mġiba għall-innovazzjoni. Konsegwentament, il-bażi ġuridika xierqa hija l-Artikolu 114 tat-TFUE.

Il-bidu tal-attivitajiet bħala maniġers tal-fondi huwa rregolat mid-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2011/61/UE, ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013. Il-bidu tal-attività bħala IORPs huwa rregolat mid-Direttiva (UE) 2016/2341, dak bħala impriżi tal-assigurazzjoni mid-Direttiva 2009/138/KE, dak bħala fornituri ta’ mmaniġġar ta’ portafolli mid-Direttiva 2014/65/UE u dak bħala konsulenti finanzjarji mid-Direttiva 2014/65/UE u mid-Direttiva (UE) 2016/97. Dawn il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji se jkomplu jkunu soġġetti għal dawn l-oqfsa, u r-regoli dwar id-divulgazzjoni li jistabbilixxu se jkunu supplimentati mir-regoli dwar id-divulgazzjoni inklużi f’dan ir-Regolament il-ġdid.

Din il-proposta temenda d-Direttiva (UE) 2016/2341, li kienet ibbażata fuq l-Artikoli 53, 62 u 114(1) tat-TFUE. Hija tagħti setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati li jispeċifikaw ir-regola tal-"persuna prudenti" fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tar-riskji ESG u l-inklużjoni ta’ fatturi ESG fil-proċessi ta’ deċiżjonijiet interni dwar l-investiment u l-immaniġġar tar-riskju. Peress li l-governanza u l-immaniġġar tar-riskju ġenerali diġà jenħtieġ li jintegraw il-fatturi u r-riskji ESG, dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jiġu organizzati biex jikkonformaw mal-atti delegati. Peress li l-Kummissjoni tippjana li tagħmel użu mis-setgħat attwali skont id-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2009/138/KE u d-Direttiva 2011/61/UE biex tispeċifika l-integrazzjoni tar-riskji ESG skont dawk id-Direttivi, is-setgħat skont id-Direttiva (UE) 2016/2341 jipprovdu mezzi li jissalvagwardjaw b’mod ugwali l-protezzjoni tal-konsumatur u kundizzjonijiet ekwi bejn l-IORPs u parteċipanti oħra fis-swieq finanzjarji. Peress li l-bidliet proposti għad-Direttiva (UE) 2016/2341 jikkonċernaw regoli relatati mal-imġiba tal-investiment mill-IORPs, l-Artikolu 114 tat-TFUE huwa l-bażi ġuridika xierqa.

   Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-azzjoni tal-Unjoni tista’ tittieħed biss jekk l-għanijiet previsti ma jkunux jistgħu jintlaħqu mill-Istati Membri waħedhom. Il-problemi identifikati mhumiex limitati għat-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri. Konsegwentement, l-għan tal-proposta huwa li tiżgura soluzzjoni kkoordinata għan-nuqqasijiet li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni attwali tal-UE li tkopri l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji. L-uniformità u ċ-ċertezza tad-dritt tal-eżerċizzju tal-libertajiet tat-Trattat jistgħu jiġu żgurati aħjar billi tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE.

Proporzjonalità

Din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. Il-miżuri proposti huma meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet tat-trasparenza u jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tiftix tal-investituri biex jiġu ddeterminati kif ir-riskji għas-sostenibbiltà huma integrati fil-proċess ta’ investiment mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji. Id-disponibbiltà u l-kwalità tal-informazzjoni dwar dan l-aspett huma element ewlieni fil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ugwali billi jiġi żgurat approċċ koerenti bejn is-setturi u l-Istati Membri. Il-konsulazzjoni wriet li l-ispejjeż biex jiġu kkunsidrati u integrati l-fatturi ESG huma limitati.

Ir-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja din il-proposta jissuġġerixxi li d-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2009/138/KE, id-Direttiva 2011/61/UE, id-Direttiva 2014/65/UE, id-Direttiva (UE) 2016/97, id-Direttiva (UE) 2016/2341, ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 ma jikkunsidrawx u ma jirrikjedux espliċitament divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà. Din il-proposta għandha l-għan li tnaqqas l-ispejjeż tat-tiftix għall-investituri aħħarin fuq l-investimenti sostenibbli.

Konsegwentement, il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex tindirizza l-kwistjonijiet fil-livell tal-UE.

Għażla tal-istrument

Din il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet li b’mod ikkoordinat jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-miżuri ta’ protezzjoni tal-investitur u jiggarantixxu aktar ċertezza legali lill-investituri aħħarin. In-nuqqas ta’ trasparenza dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u dwar it-twettiq ta’ investimenti sostenibbli ma jiġix solvut biss billi jiġu emendati d-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2009/138/KE, id-Direttiva 2011/61/UE, id-Direttiva 2014/65/UE, id-Direttiva (UE) 2016/97, id-Direttiva (UE) 2016/2341, ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013, minħabba li dan jista’ jwassal għal implimentazzjoni mhux uniformi. L-għan tal-proposta huwa li żżid it-trasparenza fl-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u fl-insegwiment tal-investimenti sostenibbli. Huwa meħtieġ regolament applikabbli direttament, li jipprovdi armonizzazzjoni sħiħa, biex jinkisbu dawn l-għanijiet ta’ politika u huwa l-aħjar mod biex titwassal armonizzazzjoni massima bejn l-oqfsa regolatorji differenti filwaqt li jiġu evitati d-diverġenzi.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Ir-rispons għal konsultazzjoni pubblika dwar l-investiment fuq terminu twil u sostenibbli (mit-18 ta’ Diċembru 2015 sal-31 ta’ Marzu 2016) issuġġerixxa li r-rabta bejn id-dmirijiet tal-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi u l-ESG hija dgħajfa u li s-swieq ma jintegrawx biżżejjed ir-riskji ESG u ma jirrispondux biżżejjed għall-opportunitajiet ESG.

Il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-Finanzi Sostenibbli (HLEG) twaqqaf f’Diċembru 2016 biex jgħin fl-iżvilupp ta’ strateġija tal-UE dwar il-Finanzi Sostenibbli permezz ta’ rakkomandazzjonijiet: ippubblika rapport interim tal-HLEG dwar il-Finanzjament ta’ Ekonomija Ewropea Sostenibbli f’nofs Lulju 2017 u ppreżenta r-rapport f’avveniment għall-partijiet ikkonċernati fit-18 ta’ Lulju 2017, segwit minn kwestjonarju ta’ konsultazzjoni. Fil-31 ta’ Jannar 2018, ġiet ippubblikata dikjarazzjoni ta’ rispons flimkien mar-rapport finali tal-HLEG dwar il-Finanzjament ta’ Ekonomija Ewropea Sostenibbli. Id-dikjarazzjoni ta’ rispons tiġbor fil-qosor it-tweġibiet tar-rispondenti għall-kwestjonarju. Kien hemm ċerti tendenzi qawwija fir-risposti kollha, inklużi

·l-importanza ta’ strateġija ċara dwar is-sostenibbiltà madwar l-UE;

·l-importanza li jiġi pprovdut ambjent favorevoli għal investiment sostenibbli u finanzjament sussegwenti;

·il-ħtieġa li jiġu ddefiniti d-dmirijiet tal-investituri istituzzjonali u tal-maniġers tal-assi fir-rigward tas-sostenibbiltà, li jistgħu jiġu estiżi biex jinkorporaw kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza usa’; dak id-dmir jenħtieġ li jinkludi wkoll il-kunċett ta’ sostenibbiltà;

·il-ħtieġa għal divulgazzjonijiet mtejba.

Il-Kummissjoni rċeviet tmien tweġibiet għall-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu dwar id-dmirijiet tal-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi rigward is-sostenibbiltà (bejn it-13 ta’ Novembru 2017 u l-11 ta’ Diċembru 2017). Kollha kemm huma appoġġaw il-ħidma tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-fatturi ta’ sostenibbiltà jiġu vvalutati, jitqiesu konsistentement u jiġu ddivulgati mill-investituri istituzzjonali u mill-maniġers tal-assi. Barra minn hekk, kollha rreferew għal kwistjonijiet bħat-trasparenza u d-divulgazzjoni, is-superviżjoni tal-integrazzjoni ESG, iċ-ċarezza tad-dmirijiet tal-investituri fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, il-komparabbiltà u l-affidabbiltà tad-data disponibbli jew l-immanniġġar tar-riskju u l-arranġamenti ta’ governanza.

Il-Kummissjoni kompliet tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati permezz ta’ konsultazzjoni pubblika dwar id-dmirijiet tal-investituri istituzzjonali u tal-maniġers tal-assi fir-rigward tas-sostenibbiltà (mit-13 ta’ Novembru 2017 sad-29 ta’ Jannar 2018). Il-konsultazzjoni segwiet fuq tnejn mit-tmien rakkomandazzjonijiet fir-rapport interim tal-HLEG u, b’mod partikolari, fittxet fehmiet dwar l-integrazzjoni tal-fatturi ESG mill-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi. Il-Kummissjoni rċeviet 191 tweġiba għall-konsultazzjoni.

Il-Kummissjoni wettqet ukoll intervisti mmirati mal-partijiet ikkonċernati (minn Jannar sa Frar 2018), jiġifieri ma’ maniġers tal-assi ta’ daqs medju/kbir u investituri istituzzjonali (kumpaniji tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni) li diġà integraw il-fatturi ESG fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom u/jew għandhom prodotti ta’ investiment soċjalment responsabbli. Ġew intervistati 23 entità. Intużaw ukoll kwestjonarji dwar l-input u d-data. Il-maġġoranza vasta tal-entitajiet intervistati kkonfermaw il-ħtieġa li jiġi ċċarat fil-livell tal-UE jekk id-dmirijiet tal-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi jinvolvux il-valutazzjoni tar-riskji relatati mal-ESG u li dawn jitqiesu jekk ikunu rilevanti. L-entitajiet intervistati pprovdew aktar dettalji dwar l-oqsma bħall-istrateġija tal-investiment, l-immaniġġar tar-riskju, il-miżuri ta’ governanza (jiġifieri kumitat speċifiku ESG, membru tal-bord ESG, proċessi ta’ kontroll intern ESG), l-impenn mad-destinatarji ta’ investiment u l-politika tal-votazzjoni. Xi entitajiet semmew ukoll li għandhom politiki ESG separati, jeħtiġilhom jirrappurtaw lil kumitat ESG u lill-bord tagħhom u li l-politiki ta’ remunerazzjoni tagħhom kienu allinjati mal-ESG. Il-maniġers tal-assi semmew li l-benefiċċji tal-integrazzjoni tal-ESG kienu jinkludu l-impatt pożittiv tagħhom fuq il-prestazzjoni finanzjarja (b’mod partikolari fuq terminu twil), karatteristiċi mtejba tar-riskju/ritorn tal-portafoll li jimmaniġġaw, benefiċċji ta’ reputazzjoni tal-integrazzjoni tal-ESG, u l-kapaċità li jattiraw klijenti ġodda. L-assiguraturi u l-fornituri tal-pensjonijiet semmew żieda fid-domanda mill-investituri. Ħafna mill-entitajiet intervistati għandhom divulgazzjoni relatata mal-ESG fil-livell tal-entità u fir-rapporti annwali/perjodiċi, filwaqt li oħrajn għandhom divulgazzjoni speċifika għall-klijent, li mhijiex pubblika. Xi entitajiet bdew jagħmlu divulgazzjoni ESG pubblika fil-livell tal-prodott.

Barra minn hekk, fit-18 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni organizzat konferenza dwar "Il-Finanzjament Sostenibbli: Rapport Interim". Madwar 450 rappreżentant kellhom l-opportunità jiddiskutu r-rapport interim tal-HLEG u jipprovdu r-rispons. Fit-22 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni organizzat ukoll konferenza ta’ livell għoli dwar "Il-finanzjament tat-tkabbir sostenibbli" biex iżżomm il-momentum mas-Summit ta’ One Planet u tkompli tikkonsolida l-appoġġ u l-impenn mill-mexxejja tal-UE u atturi privati ewlenin għall-bidliet meħtieġa fis-sistema finanzjarja biex jiffinanzjaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq diversi studji, informazzjoni u sorsi ta’ data mill-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-OECD, l-HLEG, il-Eurosif, l-akkademja, gruppi ta’ riflessjoni, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Ġestjoni tal-Fondi u l-Assi, rapporti dwar is-suq u studji minn kumpaniji privati. Il-proċess tfassal ukoll fuq studju tal-Kummissjoni dwar l-Effiċjenza fir-Riżorsi u d-Dmirijiet Fiduċjarji tal-Investituri ppubblikat fl-2015. Il-Kummissjoni serrħet ukoll fuq l-esperjenza b’żewġ proġetti tal-Orizzont 2020 relatati mal-finanzjament sostenibbli, jiġifieri proġett dwar l-iżvilupp ta’ metrika għall-investiment fl-enerġija sostenibbli (SEI), parametri referenzjarji u għodod ta’ valutazzjoni għas-settur finanzjarju u proġett dwar ir-riskji u l-opportunitajiet ta’ tranżizzjoni fl-enerġija.

Valutazzjoni tal-impatt

Twettqet valutazzjoni tal-impatt bi tħejjija għal din l-inizjattiva.

Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet (l-opinjoni pożittiva b’riżervi maħruġa fl-14 ta’ Mejju 2018 u ż-żewġ opinjonijiet negattivi preċedenti) maħruġa mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB). Il-proposta u l-valutazzjoni tal-impatt riveduta jindirizzaw il-kummenti tal-RSB, li kkonkluda fl-opinjonijiet tagħhom li kienu meħtieġa aġġustamenti qabel ma nkomplu mexjin’ il quddiem b’din l-inizjattiva. It-tħassib ewlieni tal-Bord kien dwar l-ispejjeż relatati mar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni, kemm għal emittenti iżgħar kif ukoll għal entitajiet finanzjarji rilevanti. Konsegwentement, l-għażliet ta’ politika fir-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt jirriflettu t-tħassib tal-Bord billi:

(a)jiċċaraw id-divulgazzjonijiet fir-rigward tal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u r-rekwiżiti tad-divulgazzjoni ta’ prodotti jew servizzi finanzjarji li jwettqu investimenti sostenibbli;

(b)jiddentifikaw l-inċentivi għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji biex jitnaqqsu l-ispejjeż li jistgħu jitħallsu minn kumpaniji li jkun sar investiment fihom, b’mod partikolari billi tintuża l-informazzjoni f’rapporti tal-maniġment jew dikjarazzjonijiet mhux finanzjarji skont id-Direttiva 2013/34/UE;

(c)jipprovdu eżempji ta’ sitwazzjonijiet fejn l-informazzjoni u d-data jistgħu ma jkunux direttament disponibbli fis-suq jew id-data disponibbli tista’ tkun ta’ kwalità baxxa u/jew mhux komparabbli;

(d)tittejjeb il-preżentazzjoni tal-kompromessi bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji.

F’termini ġenerali, l-għażliet ta’ politika vvalutati fil-valutazzjoni tal-impatt huma kif ġej:

(a)tintalab b’mod espliċitu l-integrazzjoni tar-riskji ESG fil-proċessi ta’ deċiżjoni jew konsultattivi dwar l-investiment bħala parti mid-dmirijiet lejn l-investituri u/jew il-benefiċjarji;

(b)jiġu introdotti divulgazzjonijiet obbligatorji fil-livell tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji dwar kif ir-riskji ESG huma integrati fil-proċess ta’ deċiżjoni u konsultattiv dwar l-investiment;

(c)jiġu introdotti divulgazzjonijiet obbligatorji għall-prodott jew servizz finanzjarju partikolari, dwar l-integrazzjoni tar-riskji ESG fil-proċess ta’ deċiżjoni jew konsultattiv dwar l-investiment;

(d)barra minn hekk, fejn il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji jikkummerċjalizzaw prodotti jew servizzi finanzjarji jsostnu li tali prodotti jew servizzi jsegwu għanijiet ta’ investiment sostenibbli, jiġu obbligati jiddivulgaw informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment għall-għanijiet ta’ investiment sostenibbli (divulgazzjoni ex-post f’rappurtar regolari) u dwar kif l-istrateġija tal-investiment hija allinjata mal-għanijiet ta’ investiment sostenibbli (divulgazzjoni ex-ante f’dokumenti prekuntrattwali u kuntrattwali).

Dan ir-Regolament ikopri l-għażliet ta’ politika (a), (b), (c) u (d). L-għażla ta’ politika (a) hija koperta mill-emenda għad-Direttiva (UE) 2016/2341 li tintroduċi setgħat ta’ implimentazzjoni għall-Kummissjoni biex tadotta atti delegati rispettivi.

Ir-rispons li wasal mill-partijiet ikkonċernati wera li approċċ ċar u koerenti dwar l-integrazzjoni tar-riskji ESG ikollu l-impatti ekonomiċi li ġejjin. L-ewwel nett, l-investituri aħħarin se jkollhom aktar informazzjoni dwar kif il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji jintegraw ir-riskji ESG fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u ta’ konsulenza tagħhom dwar l-investiment. Ir-riskji ESG jitqiesu b’mod aktar sistematiku fl-immudellar finanzjarju, li jwassal għal kompromess ottimali bejn ir-riskji u r-redditi tal-inqas fuq terminu twil, u b’hekk tiġi inkoraġġita l-effiċjenza tas-suq. Dan se jinkoraġġixxi lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji biex ikunu innovattivi fl-istrateġiji ta’ investiment jew fir-rakkomandazzjonijiet tagħhom minħabba l-kunsiderazzjoni ta’ firxa usa’ ta’ fatturi, kemm finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji, li joħolqu l-kundizzjonijiet biex jattiraw investituri ġodda. Barra minn hekk, dan fl-aħħar mill-aħħar se jżid il-kompetizzjoni, u b’hekk jinċentiva lill-entitajiet biex jadottaw standards ESG għoljin.

Ir-rispons mill-partijiet ikkonċernati indika wkoll li l-ispejjeż relatati mal-ESG huma parti mill-ispejjeż ġenerali u organizzattivi interni relatati mal-immaniġġar tar-riskju u l-monitoraġġ ta’ ċerti skoperturi. Fil-fatt, il-kompiti addizzjonali imposti fuq il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji koperti minn din l-inizjattiva jkunu inkorporati fi ħdan il-proċeduri organizzattivi u operattivi eżistenti.

Id-divulgazzjonijiet obbligatorji se jżidu t-trasparenza ġenerali, billi jnaqqsu l-assimetrija ta’ informazzjoni bejn l-investituri aħħarin u l-entitajiet finanzjarji. Se tiżdied il-granularità tal-informazzjoni disponibbli għall-investituri aħħarin. L-informazzjoni se tkun effettiva biex tilħaq is-suq, u taqdi aħjar l-għanijiet ġenerali li jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tiftix għall-investituri aħħarin.

Xi partijiet ikkonċernati indikaw li l-aktar spejjeż sinifikanti jiġu mir-rieżami tad-dokumenti prekuntrattwali u kuntrattwali (eż. madwar EUR 40 00 għal kull prospett, li tkun spiża ta’ darba). Madankollu, dawn l-ispejjeż huma mistennija li jkunu limitati jekk ikun hemm perjodu ta’ tranżizzjoni, kif issuġġerit fl-għażla preferuta. Barra minn hekk, huma indikaw li l-prospett għandu jiġi rrivedut perjodikament fi kwalunkwe każ; għaldaqstant, l-ispiża biex tiżdied informazzjoni relatata mal-ESG jenħtieġ li tkun frazzjoni tagħha. Barra minn hekk, hemm benefiċċji ta’ reputazzjoni għal entitajiet finanzjarji mid-divulgazzjoni, kif ukoll spejjeż imnaqqsa għall-investituri aħħarin biex isibu prodotti u/jew servizzi finanzjarji u jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment li jikkorrispondu mal-preferenzi tagħhom tas-sostenibbiltà.

Il-kombinazzjoni ta’ suq aktar kompetittiv u effiċjenti fil-prodotti u s-servizzi ESG u d-domanda dejjem tikber mill-investituri aħħarin għalihom, megħjuna mit-tnaqqis tal-ispejjeż tat-tiftix, finalment mistennija li twassal għal tkabbir tas-suq.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta tippromwovi d-drittijiet imnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (il-“Karta”). Hija għandha impatt fuq l-integrazzjoni ta’ livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali (l-Artikolu 37 tal-Karta) u diversi drittijiet soċjali (bħall-Artikoli 25 u 26 tal-Karta) kif ukoll il-koeżjoni soċjali (l-Artikolu 36 tal-Karta) peress li l-għan ewlieni tagħha huwa li tinkoraġġixxi l-integrazzjoni tal-fatturi ta’ sostenibbiltà mill-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi u tipprovdi qafas ta’ divulgazzjoni fir-rigward tal-integrazzjoni u l-impatti tal-investimenti fuq l-ekonomija reali u l-kapaċità tagħhom li jistimulaw u jipprovdu l-inċentivi t-tajba għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika, b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u effiċjenti fir-riżorsi.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandhiex impatt baġitarju għall-Kummissjoni.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Se titwettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard minn 60 xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 jistabbilixxi s-suġġett tar-Regolament, b’mod partikolari r-rekwiżiti ta’ trasparenza tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fuq prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni ("IBIPs") u ditti tal-investiment li jipprovdu pariri dwar l-investimenti (konsulenti finanzjarji), dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom dwar l-investiment jew, fejn rilevanti, proċessi konsultattivi u trasparenza fir-rigward ta’ prodotti finanzjarji li jimmiraw għal investimenti sostenibbli, inkluż it-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ karbonju.

L-Artikolu 2 jistabbilixxi t-termini u d-definizzjonijiet li jintużaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari “parteċipant fis-swieq finanzjarji”, “prodott finanzjarju”, “investimenti sostenibbli” u oħrajn. B’mod partikolari, "parteċipant fis-swieq finanzjarji" tfisser impriża tal-assigurazzjoni li tagħmel disponibbli IBIP, maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv ("AIFM"), ditta tal-investiment li tipprovdi mmaniġġar ta’ portafolli, istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali ("IORP"), jew kumpanija maniġerjali tal-UCITS, maniġer ta’ fond kwalifikanti ta’ kapital ta’ riskju jew fond kwalifikanti ta’ intraprenditorija soċjali. Peress li skont ir-Regolament (UE) 2015/760 27 , il-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq terminu twil ("ELTIFs") jistgħu jiġu mmaniġġati biss mill-AIFMs, l-AIFMs li jimmaniġġaw l-ELTIFs jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ parteċipant fis-swieq finanzjarji u huma għalhekk obbligati li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ trasparenza skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-ELTIFs. Sabiex jiġu inklużi poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja fi grupp b’komponenti ta’ investiment fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-IBIPs jinkludu IBIPs kif definiti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 28 kif ukoll prodotti ta’ investiment tal-assigurazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-investituri professjonali.

Skont l-Artikolu 3, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji huma meħtieġa jippubblikaw politiki bil-miktub dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fl-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ investiment. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji huma meħtieġa li jippubblikawhom fuq is-siti web tagħhom u jżommu l-politiki aġġornati. Dan l-obbligu jestendi wkoll għall-konsulenti finanzjarji.

L-Artikolu 4 jistabbilixxi li fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jeħtiġilhom jinkludu informazzjoni dwar kif il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji jinkorporaw ir-riskji għas-sostenibbiltà. Dan huwa b’żieda ma’ dak li huwa diġà meħtieġ skont ir-regoli settorjali applikabbli (id-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2009/138/KE, id-Direttiva 2011/61/UE, id-Direttiva 2014/65/UE, id-Direttiva (UE) 2016/97, id-Direttiva (UE) 2016/2341, ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013). Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji huma meħtieġa jipprovdu deskrizzjonijiet tal-proċeduri u l-kundizzjonijiet applikati għall-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbilità fid-deċiżjonijiet ta’ investiment, l-estent sa fejn ir-riskji għas-sostenibbilità huma mistennija li jkollhom impatt fuq ir-redditi tal-prodotti finanzjarji offruti u kif il-politiki ta’ remunerazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jqisu l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u l-investimenti sostenibbli. L-istess obbligi, adattati biex jaqblu mal-proċess konsultattiv, huma imposti fuq il-konsulenti finanzjarji.

L-Artikolu 5 jistabbilixxi regoli ta’ trasparenza prekuntrattwali dwar l-investimenti sostenibbli. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji huma meħtieġa jinkludu informazzjoni dwar kif tiġi żgurata l-mira ta’ investiment sostenibbli, jiġifieri jekk ġiex indikat indiċi bħala parametru referenzjarju u spjegazzjoni għaliex il-ponderazzjoni u l-kostitwenti tal-parametru referenzjarju jvarjaw minn indiċi wiesa’ tas-suq. Il-maniġers ta’ fondi kwalifikanti ta’ intraprenditorija soċjali li jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar l-impatt soċjali pożittiv immirat minn fond partikolari skont il-metodoloġiji skont ir-Regolament (UE) Nru 346/2013, jistgħu jużaw din l-informazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 5. L-Artikolu 5 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ divulgazzjoni għall-prodotti finanzjarji li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju. Biex jistandardizza u jissimplifika d-divulgazzjonijiet prekuntrattwali, dan l-Artikolu jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji. L-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jiġi żviluppat b’mod konġunt, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (“Kumitat Konġunt”), mill-Awtorità Bankarja Ewropea (“EBA”), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (“EIOPA”) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”).

L-Artikolu 6 jintroduċi rekwiżit biex fuq is-sit web tagħhom, flimkien mal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 5 u l-Artikolu 7, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jippubblikaw deskrizzjoni tal-mira ta’ investiment sostenibbli, informazzjoni dwar il-metodoloġiji użati għall-valutazzjoni, l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-effettività tal-investimenti. Sabiex id-divulgazzjonijiet prekuntrattwali tiġi standardizzata u ssimplifikata, dan l-Artikolu jipprovdi wkoll għal awtorizzazzjoni għal standards tekniċi regolatorji. L-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jiġu żviluppati, b’mod konġunt permezz tal-Kumitat Konġunt, mill-EBA, l-EIOPA u l-ESMA.

Peress li r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni attwali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE ma jipprovdux l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jinfurmaw kif xieraq l-investituri aħħarin dwar l-impatt relatat mas-sostenibbiltà tal-investimenti tagħhom, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji huma għaldaqstant meħtieġa skont l-Artikolu 7 biex jiddeskrivu f’rapporti perjodiċi l-ispeċifikazzjoni tal-impatti tal-investimenti ta’ sostenibbiltà permezz ta’ indikaturi ta’ sostenibbiltà rilevanti. Il-maniġers ta’ fondi li jikkwalifikaw ta’ intraprenditorija soċjali li jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar l-eżitu soċjali globali milħuq u l-metodi relatati skont ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 jistgħu jużaw din l-informazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 7. Fejn ikun ġie indikat indiċi bħala parametru referenzjarju, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji huma meħtieġa wkoll li jinkludu paragun fejn ikun ġie indikat indiċi bħala parametru referenzjarju, bejn l-impatti tal-portafoll mal-parametru referenzjarju, u indiċi wiesa’ tas-suq f’termini ta’ ponderazzjoni, kostitwenti u indikaturi tas-sostenibbiltà. Id-deskrizzjonijiet jenħtieġ li jiżdiedu mal-obbligi ta’ rappurtar fuq parteċipanti fis-swieq finanzjarji stabbiliti bid-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2011/61/UE, id-Direttiva (UE) 2016/2341, ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013. Fir-rigward tal-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, id-Direttiva 2009/138/KE ma tistabbilixxi l-ebda obbligu ta’ rappurtar annwali fuq l-impriża tal-assigurazzjoni. Għalhekk, l-Artikolu 7 jiżgura li d-divulgazzjonijiet rispettivi jsiru disponibbli kull sena u skont l-Artikolu 185(6) tad-Direttiva 2009/138/KE, jiġifieri bil-miktub, u b’lingwa uffiċjali kif iddeterminat skont dik id-Direttiva. L-Artikolu 7 jiżgura wkoll li d-ditti tal-investiment li jipprovdu mmaniġġar ta’ portafolli jiddivulgaw l-informazzjoni fir-rapporti perjodiċi msemmija fl-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE. Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jistgħu jużaw l-informazzjoni fir-rapporti ta’ ġestjoni skont l-Artikolu 19 jew id-dikjarazzjonijiet mhux finanzjarji skont l-Artikolu 19a tad-Direttiva 2013/34/UE. Biex jiġu standardizzati u ssimplifikati d-divulgazzjonijiet, dan l-Artikolu jistabbilixxi wkoll setgħa għall-istandards tekniċi regolatorji. L-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jiġu żviluppati, b’mod konġunt permezz tal-Kumitat Konġunt, mill-EBA, l-EIOPA u l-ESMA.

Skont l-Artikolu 8, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji jeħtiġilhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha ppubblikata fuq is-siti web tagħhom tinżamm aġġornata, inkluża spjegazzjoni ċara ta’ kwalunkwe emenda għall-informazzjoni ppubblikata.

Skont l-Artikolu 9, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji jenħtieġ li jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jkunux imorru kontra l-informazzjoni ddivulgata skont dan ir-Regolament, sakemm il-leġiżlazzjoni settorjali, b’mod partikolari d-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2014/65/UE, id-Direttiva (UE) 2016/97 u r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 ma jipprovdux għal regoli aktar stretti. L-Artikolu 9 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex timplimenta standards tekniċi. L-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu żviluppati, b’mod konġunt permezz tal-Kumitat Konġunt, mill-EBA, l-EIOPA u l-ESMA.

L-Artikolu 10 jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341. L-emenda tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tispeċifika f’atti delegati, skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, ir-regola tal-"persuna prudenti" fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza u l-inklużjoni tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza fid-deċiżjonijiet interni dwar l-investiment u fil-proċessi tal-immaniġġar tar-riskju. Peress li r-regoli ta’ governanza u dwar l-immaniġġar tar-riskju skont id-Direttiva (UE) 2016/2341 diġà japplikaw għal deċiżjonijiet dwar l-investimenti u valutazzjonijiet tar-riskji, inklużi l-kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza, l-attivitajiet u l-proċessi sottostanti tal-IORPs jenħtieġ li jiġu infurmati biex jikkonformaw mal-atti delegati. L-atti delegati jenħtieġ li jiżguraw konsistenza, fejn rilevanti, ma’ atti delegati adottati skont id-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2009/138/KE u d-Direttiva 2011/61/UE.

L-Artikolu 11 jistabbilixxi li trid titwettaq evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard minn 60 xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

Skont l-Artikolu 12, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, is-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10 japplikaw mid-data meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ewwel rapporti annwali li jkun fihom informazzjoni skont l-Artikolu 7(1) sa (3) ikunu relatati mas-sena kalendarja kollha, l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1) sa (3) hija differita għall-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan l-Artikolu.

2018/0179 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar divulgazzjonijiet relatati ma’ investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 29 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 30 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)It-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, aktar sostenibbli, effiċjenti fir-riżorsi u ċirkolari hija kruċjali biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-ekonomija tal-Unjoni. Il-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima (COP21) kif ratifikat mill-Unjoni fil-5 ta’ Ottubru 2016 31 u li daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2016, għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rispons għat-tibdil fil-klima, fost mezzi oħra, billi l-flussi finanzjarji jsiru konsistenti ma’ perkors lejn emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet serra u l-iżvilupp reżistenti għat-tibdil fil-klima.

(2)Għan komuni tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 , id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 , id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 , id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 , id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 , id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 , ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 huwa li jiġi ffaċilitat l-bidu u t-tkomplija tal-attivitajiet tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (AIFM), impriżi tal-assigurazzjoni, ditti tal-investiment, intermedjarji tal-assigurazzjoni, istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs), maniġers ta’ fondi kwalifikanti ta’ kapital ta’ riskju (maniġers tal-EuVECA), u maniġers ta’ fondi kwalifikanti ta’ intraprenditorija soċjali (maniġers tal-EuSEF). Dawn id-Direttivi u Regolamenti jiżguraw protezzjoni aktar uniformi tal-investituri aħħarin u jagħmluha aktar faċli għalihom biex jibbenefikaw minn firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi finanzjarji, u fl-istess ħin jipprovdu regoli li jippermettu lill-investituri jagħmlu deċiżjonijiet ta’ investimenti infurmati. Filwaqt li dawn l-għanijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom intlaħqu, id-divulgazzjonijiet lill-investituri aħħarin dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u l-miri ta’ investimenti sostenibbli fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ investiment mill-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, l-AIFMs, l-impriżi tal-assigurazzjoni, id-ditti ta’ investiment li jipprovdu mmaniġġar ta’ portafolli, l-IORPs, il-fornituri tal-pensjoni, il-maniġers tal-EUVECA u l-maniġers tal-EUSEF (parteċipanti fis-swieq finanzjarji) u d-divulgazzjonijiet lill-investituri aħħarin dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-proċessi konsultattivi mill-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni (IBIPs) u d-ditti ta’ investimenti li jipprovdu pariri dwar l-investiment (konsulenti finanzjarji) mhumiex żviluppati biżżejjed peress li dawn id-divulgazzjonijiet għadhom mhumiex soġġetti għal rekwiżiti armonizzati.

(3)Fin-nuqqas ta’ regoli armonizzati tal-Unjoni dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà lill-investituri aħħarin, huwa probabbli li se jibqgħu jiġu adottati miżuri diverġenti fil-livell nazzjonali u approċċi differenti fis-setturi tas-servizzi finanzjarji differenti jistgħu jibqgħu jippersistu. Miżuri u approċċi diverġenti bħal dawn ikomplu jikkawżaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw minn differenzi sinifikanti fl-istandards ta’ divulgazzjoni. Barra minn hekk, żvilupp parallel tal-prattiki bbażati fuq is-suq, fuq il-bażi ta’ prijoritajiet immexxija mill-kummerċ li jipproduċu riżultati diverġenti, attwalment jikkawża frammentazzjoni ulterjuri tas-suq u jista’ jaggrava ulterjorment il-funzjonament tas-suq intern fil-futur. L-istandards diverġenti tad-divulgazzjoni u l-prattiki bbażati fuq is-suq jagħmluha diffiċli ħafna li jsir pargun bejn prodotti u servizzi finanzjarji differenti u joħolqu kundizzjonijiet mhux ekwi bejn dawn il-prodotti u servizzi u bejn il-kanali ta’ distribuzzjoni u joħolqu ostakoli addizzjonali għas-suq intern. Dawn id-diverġenzi jistgħu joħolqu wkoll konfużjoni għall-investituri aħħarin u jistgħu jfixklu d-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom. Fl-iżgurar tal-konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, l-Istati Membri x’aktarx li jadottaw miżuri nazzjonali diverġenti li jistgħu joħolqu ostakoli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u jkunu detrimentali għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ regoli armonizzati relatati mat-trasparenza jagħmilha diffiċli għall-investituri aħħarin biex iqabblu b’mod effettiv il-prodotti u s-servizzi finanzjarji differenti fl-Istati Membri differenti f’dak li jirrigwarda r-riskju ambjentali, soċjali u ta’ governanza tagħhom u l-miri ta’ investiment sostenibbili. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi indirizzat il-funzjonament eżistenti tas-suq intern u li jiġu evitati ostakoli futuri probabbli.

(4)Biex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti ta’ dan ir-Regolament u li l-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu applikati b’mod ċar u konsistenti mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni armonizzata ta’ “investimenti sostenibbli”.

(5)Il-politiki ta’ remunerazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u, fejn rilevanti, il-miri ta’ investiment sostenibbli u jenħtieġ li jkunu mfassla biex jikkontribwixxu għal tkabbir sostenibbli fuq terminu twil. Għalhekk, id-divulgazzjonijiet prekuntrattwali jenħtieġ li jinkludu informazzjoni dwar kif il-politiki ta’ remunerazzjoni ta’ dawn l-entitajiet huma konsistenti mal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u huma f’konformità, fejn rilevanti, mal-miri ta’ investiment sostenibbli tal-prodotti u s-servizzi finanzjarji li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jagħmlu disponibbli jew il-konsulenti finanzjarji jagħtu pariri dwarhom.

(6)Peress li l-parametri referenzjarji tas-sostenibbiltà jservu bħala punti ta’ referenza standard skont liema jiġu mkejla l-investimenti sostenibbli, l-investituri aħħarin jenħtieġ li jiġu infurmati permezz ta’ divulgazzjonijiet prekuntrattwali dwar kemm huwa xieraq l-indiċi indikat, b’mod partikolari l-allinjament ta’ dak l-indiċi mal-mira ta’ investiment sostenibbli. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jenħtieġ li jiddivulgaw ukoll ir-raġunijiet għall-ponderazzjoni u l-kostitwenti differenti tal-indiċi nnominat meta mqabbel ma’ indiċi tas-suq wiesa’. Biex titkattar it-trasparenza, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jenħtieġ li jindikaw ukoll fejn tista’ tinstab il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-indiċi nnominat u l-indiċi tas-suq wiesa’, biex b’hekk l-investituri aħħarin ikollhom l-informazzjoni meħtieġa dwar kif intgħażlu u ġew ipponderati l-assi sottostanti tal-indiċijiet, liema assi kienu esklużi u għal liema raġuni, kif tkejlu l-impatti relatati mas-sostenibbiltà, jew liema sorsi ta’ data ntużaw. Tali divulgazzjonijiet jenħtieġ li jippermettu paragun effettiv u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ perċezzjoni korretta tal-investimenti favur is-sostenibbiltà. Fejn ma jkun ġie indikat l-ebda indiċi bħala parametru referenzjaru, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jenħtieġ li jispjegaw kif tintlaħaq il-mira ta’ investiment sostenibbli.

(7)Meta prodott jew servizz finanzjarju jkollu fil-mira tiegħu tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju, id-divulgazzjonijiet prekuntrattwali jenħtieġ li jinkludu l-iskopertura fil-mira ta’ emissjonijiet baxxi ta’ karbonju. F’sitwazzjonijiet fejn mhuwa disponibbli l-ebda valur referenzjarju armonizzat tal-Unjoni għall-karbonju, id-divulgazzjonijiet jenħtieġ li jinkludu spjegazzjoni dettaljata dwar kif tiġi żgurata t-tkomplija tal-konformità mal-mira.

(8)Sabiex tiġi inkoraġġita t-trasparenza u jiġu infurmati l-investituri aħħarin, l-aċċess għall-informazzjoni dwar kif ir-riskji għas-sostenibbiltà huma integrati mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-investiment u mill-konsulenti finanzjarji fi proċessi konsultattivi jenħtieġ li jiġi rregolat billi dawk l-entitajiet jintalbu jżommu dik l-informazzjoni fuq is-siti web tagħhom.

(9)Ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni attwali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jipprovdux li l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu infurmati kif xieraq l-investituri aħħarin dwar l-impatt relatat mas-sostenibbiltà tal-investimenti tagħhom trid tiġi ddivulgata. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ divulgazzjoni aktar speċifiċi fir-rigward tal-investimenti sostenibbli. Pereżempju, l-impatt ġenerali relatat mas-sostenibbiltà tal-prodotti finanzjarji jenħtieġ li jiġi rrappurtat regolarment permezz ta’ indikaturi rilevanti għall-mira ta’ investiment sostenibbli magħżula. Meta indiċi xieraq ikun innominat bħala valur referenzjarju dik l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll għall-indiċi nnominat u għal indiċi tas-suq wiesa’ biex ikun jista’ jsir paragun. L-informazzjoni dwar il-kostitwenti tal-indiċi nnominat u tal-indiċi tas-suq wiesa’ flimkien mal-ponderazzjonijiet tagħhom jenħtieġ li tiġi ddivulgata wkoll, biex tiġi pprovduta informazzjoni ulterjuri dwar kif jintlaħqu l-miri ta’ investiment sostenibbli. Meta l-maniġers tal-EuSEF jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar l-impatt soċjali pożittiv fil-mira ta’ fond partikolari, l-eżitu soċjali globali milħuq u l-metodi relatati użati skont ir-Regolament (UE) Nru 346/2013, dawn jistgħu, fejn xieraq, jużaw din l-informazzjoni għall-finijiet tad-divulgazzjonijiet skont dan ir-Regolament.

(10)Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 timponi obbligi ta’ trasparenza fir-rigward tal-aspetti soċjali, ambjentali u ta’ governanza korporattiva f’rappurtar mhux finanzjarju. Madankollu, il-forma u l-preżentazzjoni meħtieġa minn dawk id-Direttivi, mhumiex xierqa għall-użu dirett mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji fir-relazzjonijiet tagħhom mal-investituri aħħarin. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji jenħtieġ li jkollhom l-għażla li jużaw l-informazzjoni fir-rapporti ta’ ġestjoni u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont id-Direttiva 2013/34/UE għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, fejn xieraq.

(11)Biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tal-informazzjoni ppubblikata fuq is-siti web tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u s-siti web tal-konsulenti, dik l-informazzjoni jenħtieġ li tinżamm aġġornata, u kwalunkwe rieżami jew tibdil jenħtieġ li jiġi spjegat b’mod ċar.

(12)Sabiex jiġi speċifikat kif l-IORPs jagħmlu deċiżjonijiet dwar l-investiment u jivvalutaw ir-riskji sabiex iqisu r-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fid-Direttiva (UE) 2016/2341. Ir-regoli ta’ governanza u ta’ mmaniġġar tar-riskju diġà japplikaw għad-deċiżjonijiet dwar l-investiment u l-valutazzjonijiet tar-riskji sabiex jiżguraw il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet tal-IORPs. Id-deċiżjonijiet dwar l-investiment u l-valutazzjoni tar-riskji rilevanti, inklużi riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza, jenħtieġ li jsiru b’tali mod li jiżguraw konformità mal-interessi tal-membri u l-benefiċjarji. L-attivitajiet u l-proċessi sottostanti tal-IORPs jenħtieġ li jiżguraw li jinkiseb l-għan tal-atti delegati. L-atti delegati jenħtieġ li jiżguraw konsistenza, fejn rilevanti, ma’ atti delegati adottati skont id-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2009/138/KE u d-Direttiva 2011/61/UE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat ta’ gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(13)L-Awtorità Bankarja Ewropea ("EBA"), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("EIOPA") u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("ESMA") (kollettivament magħrufa bħala l-"ESAs") stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 41 ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43 rispettivament jenħtieġ li, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar id-dettalji tal-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni dwar miri ta’ investiment ta’ sostenibbiltà li għandhom jiġu ddivulgati f’dokumenti prekuntrattwali, rapporti perjodiċi u siti web ta’ parteċipanti fis-suq finanzjarju skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament Nru 1093/2010, ir-Regolament Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji.

(14)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-ESAs permezz tal-Kumitat Konġunt, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 1094/2010 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, biex tiġi stabbilita l-preżentazzjoni standard ta’ investimenti sostenibbli fil-komunikazzjonijiet kummerċjali.

(15)Peress li r-rapporti perjodiċi fi prinċipju jagħtu sommarju tar-riżultati tan-negozju għal snin kalendarji sħaħ, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta’ trasparenza fir-rapporti perjodiċi jenħtieġ li jiġu differiti għal [PO: Daħħal l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12].

(16)Ir-regoli ta’ divulgazzjoni inklużi f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jissupplimentaw, u jenħtieġ li japplikaw flimkien, mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2009/138/KE, id-Direttiva 2011/61/UE, id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 44 ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013.

(17)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(18)Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-protezzjoni għall-investituri aħħarin u li jittejbu d-divulgazzjonijiet għalihom, inkluż f’każijiet ta’ xiri transfruntier għall-investituri aħħarin, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti uniformi ta’ divulgazzjoni fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati dwar it-trasparenza li għandhom jiġu applikati mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u d-ditti tal-investiment li jipprovdu pariri dwar l-investiment dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew konsultattiv dwar l-investiment u t-trasparenza tal-prodotti finanzjarji li għandhom l-investimenti sostenibbli bħala l-miri tagħhom, inkluż it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“parteċipant fis-swieq finanzjarji” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(i)impriża tal-assigurazzjoni li tagħmel disponibbli IBIP, AIFM, ditta ta’ investiment li tipprovdi mmaniġġar ta’ portafolli, IORP jew fornitur ta’ prodott tal-pensjoni;

(ii)maniġer ta’ fond li jikkwalifika ta’ kapital ta’ riskju rreġistrat skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;

(iii)maniġer ta’ fond li jikkwalifika ta’ intraprenditorija soċjali rreġistrat skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 346/2013;

(iv)kumpanija maniġerjali tal-UCITS;

(b)“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)“IBIP” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(i)prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45 ;

(ii)prodott tal-assigurazzjoni, magħmul disponibbli għal investitur professjonali, li joffri valur fil-maturità jew valur ta’ ċessjoni u meta dak il-valur fil-maturità jew dak il-valur ta’ ċessjoni jkunu kompletament jew parzjalment esposti, direttament jew indirettament, għaċ-ċaqliq tas-suq;

(d)“AIFM” tfisser AIFM kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(e)“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(f)“immaniġġar ta’ portafolli” tfisser immaniġġar ta’ portafolli kif definit fl-Artikolu 4(1)(8) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(g)“IORP” tfisser istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali awtorizzata jew irreġistrata skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;

(h)“prodott tal-pensjoni” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(i)prodott tal-pensjoni msemmi fl-Artikolu 2(2)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014;

(ii)prodott tal-pensjoni individwali msemmi fl-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014;

(i)“kumpanija maniġerjali tal-UCITS” tfisser kumpanija maniġerjali kif definita fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE jew kumpanija ta’ investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) tagħha;

(j)“prodott finanzjarju” tfisser immaniġġar ta’ portafolli, AIF, IBIP, prodott tal-pensjoni, skema tal-pensjoni jew UCITS;

(k)“AIF” tfisser AIF kif definit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(l)“skema tal-pensjoni” tfisser skema tal-pensjoni kif definita fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva (UE) 2016/2341;

(m)“UCITS” tfisser impriża għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli awtorizzata skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(n)“parir dwar l-investiment” tfisser parir dwar l-investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(o)“investimenti sostenibbli” tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin jew kombinazzjoni ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)investimenti f’attività ekonomika li tikkontribwixxi għal objettiv ambjentali, inkluż investiment ambjentalment sostenibbli kif definit fl-Artikolu 2 ta’ [PO: Jekk jogħġbok daħħal referenza għar-Regolament dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli];

(ii)investimenti f’attività ekonomika li tikkontribwixxi għal objettiv soċjali, u b’mod partikolari investiment li jikkontribwixxi biex jindirizza l-inugwaljanza, investiment li jippromwovi l-koeżjoni soċjali, l-integrazzjoni soċjali u r-relazzjonijiet industrijali, jew investiment fil-kapital uman jew f’komunitajiet ekonomikament jew soċjalment żvantaġġati;

(iii)investimenti f’kumpaniji li jsegwu prattiki ta’ governanza tajba, u b’mod partikolari kumpaniji bi strutturi b’saħħithom ta’ mmaniġġar, relazzjonijiet mal-impjegati, remunerazzjoni tal-persunal rilevanti u konformità tat-taxxa;

(p)“investitur fil-livell tal-konsumatur” tfisser investitur li mhuwiex investitur professjonali;

(q)“investitur professjonali” tfisser klijent li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE;

(r)“intermedjarju tal-assigurazzjoni” tfisser intermedjarju tal-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(1)(3) tad-Direttiva (UE) 2016/97;

(s)“parir dwar l-assigurazzjoni” tfisser parir kif definit fl-Artikolu 2(1)(15) tad-Direttiva (UE) 2016/97.

Artikolu 3

Trasparenza tal-politiki dwar ir-riskju għas-sostenibbiltà

1.Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jippubblikaw politiki dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ investiment fuq is-siti web tagħhom.

2.L-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u d-ditti tal-investiment li jipprovdu pariri dwar l-investiment għandhom jippubblikaw bil-miktub il-politiki dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà f’pariri dwar l-investiment jew pariri dwar l-assigurazzjoni fuq is-siti web tagħhom.

Artikolu 4

Trasparenza tal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà

1.Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jinkludu deskrizzjonijiet ta’ dawn li ġejjin fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali:

(a)il-proċeduri u l-kundizzjonijiet applikati għall-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fid-deċiżjonijiet ta’ investiment;

(b)il-grad sa liema r-riskji għas-sostenibbiltà huma mistennija li jkollhom impatt rilevanti fuq ir-redditi tal-prodotti finanzjarji magħmula disponibbli;

(c)kif il-politiki ta’ remunerazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji huma konsistenti mal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u huma f’konformità, fejn rilevanti, mal-mira ta’ investimenti sostenibbli tal-prodott finanzjarju.

2.L-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u d-ditti ta’ investiment li jipprovdu pariri dwar l-investiment għandhom jinkludu deskrizzjonijiet ta’ dawn li ġejjin fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali:

(a)il-proċeduri u l-kundizzjonijiet applikati għall-integrazzjonijiet tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-pariri dwar l-investiment jew fil-pariri dwar l-assigurazzjoni;

(b)il-punt sa fejn ir-riskji għas-sostenibbiltà huma mistennija li jkollhom impatt rilevanti fuq ir-redditi tal-prodotti finanzjarji li ngħataw il-pariri dwarhom;

(c)kif il-politiki ta’ remunerazzjoni tad-ditti tal-investiment li jipprovdu pariri dwar l-investiment u intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIP huma konsistenti mal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u huma konformi, fejn rilevanti, mal-mira ta’ investiment sostenibbli tal-prodott finanzjarju li ngħataw il-pariri dwaru.

3.Id-divulgazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 għandhom isiru b’dan il-mod:

(a)għall-AIFMs, fid-divulgazzjonijiet lill-investituri msemmija fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b)għall-impriżi tal-assigurazzjoni, fl-għoti ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)għall-IORPs, fl-għoti ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;

(d)għall-maniġers tal-fondi li jikkwalifikaw ta’ kapital ta’ riskju, fl-għoti ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;

(e)għall-maniġers ta’ fondi kwalifikanti ta’ intraprenditorija soċjali, fl-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013;

(f)għall-fornituri ta’ prodotti tal-pensjoni, bil-miktub, fi żmien sew qabel investitur fil-livell tal-konsumatur ikun marbut minn kuntratt relatat ma’ prodott tal-pensjoni;

(g)għall-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, fil-prospett imsemmi fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(h)għad-ditti ta’ investiment li jipprovdu mmaniġġar ta’ portafolli jew jipprovdu pariri dwar l-investiment, skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(i)għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs, skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97.

Artikolu 5

Trasparenza tal-investimenti sostenibbli fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali

1.Meta prodott finanzjarju għandu bħala l-mira tiegħu investimenti sostenibbli jew investimenti b’karatteristiċi simili, u jkun ġie nnominat indiċi bħala valur referenzjarju, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 4(1) għandha tkun akkumpanjata minn dawn li ġejjin:

(a)informazzjoni dwar kif l-indiċi nnominat huwa allinjat ma’ din il-mira;

(b)spjegazzjoni għaliex il-ponderazzjoni u l-kostitwenti tal-indiċi indikat allinjat ma’ dik il-mira huma differenti minn indiċi wiesa’ tas-suq.

2.Meta prodott finanzjarju għandu bħala l-mira tiegħu investimenti sostenibbli jew investimenti b’karatteristiċi simili, u ma jkun ġie nnominat l-ebda indiċi bħala valur referenzjarju, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tinkludi spjegazzjoni dwar kif għandha tintlaħaq dik il-mira.

3.Meta prodott finanzjarju għandu bħala l-mira tiegħu t-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 4(1) għandha tinkludi l-iskopertura fil-mira għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju.

Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, meta l-ebda [valur referenzjarju ta’ emissjonijiet baxxi ta’ karbonju tal-UE] jew [valur referenzjarju tal-impatt tal-karbonju pożittiv] skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 ma jkun disponibbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 għandha tinkludi spjegazzjoni dettaljata dwar kif jiġi żgurat l-isforz kontinwu biex tintlaħaq il-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju.

4.Fl-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 4(1), il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jinkludu indikazzjoni dwar fejn għandhom jinstabu l-metodoloġija użata għall-indiċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-valuri referenzjarji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

5.L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (“il-Kumitat Konġunt”), għandhom jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar id-dettalji tal-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont dan l-Artikolu.

6.L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 6

Trasparenza tal-investimenti sostenibbli fuq is-siti web

1.Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jippubblikaw u jżommu fuq is-siti web tagħhom, għal kull prodott finanzjarju msemmi fil-paragrafi (1), (2) u (3) tal-Artikolu 5, dawn li ġejjin:

(a)deskrizzjoni tal-mira ta’ investiment sostenibbli;

(b)informazzjoni dwar il-metodoloġiji użati biex biex jiġi vvalutat, imkejjel u ssorveljat l-impatt tal-investimenti sostenibbli magħżula għall-prodott finanzjarju, inklużi s-sorsi ta’ data tiegħu, il-kriterji ta’ skrinjar għall-assi sottostanti u l-indikaturi ta’ sostenibbiltà rilevanti użati biex jitkejjel l-impatt sostenibbli globali tal-prodott finanzjarju;

(c)l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5;

(d)l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7.

L-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppubblikata b’mod ċar f’parti prominenti tas-sit web.

2.L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) u (b) tal-paragrafu 1.

L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7

Trasparenza tal-investimenti sostenibbli fir-rapporti perjodiċi

1.Meta l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jagħmlu disponibbli prodott finanzjarju msemmi fil-paragrafi (1), (2) u (3) tal-Artikolu 5, dawn għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ dawn li ġejjin fir-rapporti perjodiċi:

(a)l-impatt globali relatat mas-sostenibbiltà li għandu l-prodott finanzjarju permezz ta’ indikaturi tas-sostenbbiltà rilevanti;

(b)meta indiċi jkun ġie nnominat bħal valur referenzjarju, paragun bejn l-impatt globali tal-prodott finanzjarju fi ħdan l-indiċi nnominat u indiċi tas-suq wiesa’ f’termini ta’ ponderazzjoni, kostitwenti u indikaturi tas-sostenibbiltà.

2.Id-divulgazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru b’dan il-mod li ġej:

(a)għall-AIFMs fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b)għall-impriżi tal-assigurazzjoni, kull sena bil-miktub skont l-Artikolu 185(6) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)għall-IORPs, fir-rapport tal-benefiċċju tal-pensjoni msemmi fl-Artikolu 38 tad-Direttiva (UE) 2016/2341 u fl-għoti ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 43 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;

(d)għall-maniġers ta’ fondi li jikkwalifikaw ta’ kapital ta’ riskju fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;

(e)għall-maniġers ta’ fondi li jikkwalifikaw ta’ intraprenditorija soċjali fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 346/2013;

(f)għall-fornituri ta’ prodotti tal-pensjoni, bil-miktub tal-inqas fir-rapporti annwali jew fir-rapporti skont il-liġi nazzjonali;

(g)għall-kumpaniji maniġjerali tal-UCITS jew il-kumpaniji ta’ investiment tal-UCITS fir-rapporti ta’ kull sitt xhur u dawk annwali msemmija fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(h)għad-ditti ta’ investiment li jipprovdu mmaniġġar ta’ portafolli, fir-rapporti perjodiċi msemmija fl-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE.

3.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jistgħu jużaw l-informazzjoni fir-rapporti tal-ġestjoni skont l-Artikolu 19 jew l-informazzjoni f’dikjarazzjonijiet mhux finanzjarji skont l-Artikolu 19a tad-Direttiva 2013/34/UE fejn xieraq.

4.L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8

Rieżami ta’ divulgazzjonijiet

1.Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 3 jew l-Artikolu 6 tinżamm aġġornata. Meta parteċipant fis-swieq finanzjarji jemenda informazzjoni bħal din, għandha tiġi ppubblikata spjegazzjoni ċara ta’ dik il-bidla fuq l-istess sit web.

2.Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u d-ditti ta’ investiment li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 3.

Artikolu 9

Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni settorjali aktar stretta, b’mod partikolari d-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2014/65/UE, id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1286/2014, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u d-ditti ta’ investimenti li jipprovdu investiment għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom ma jkunux f’kontradizzjoni mal-informazzjoni ddivulgata skont dan ir-Regolament.

2.L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA, jistgħu jiżviluppaw, permezz tal-Kumitat Konġunt, abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jistabbilixxu l-preżentazzjoni standard ta’ informazzjoni dwar investimenti sostenibbli.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 10

Emendi għad-Direttiva (UE) 2016/2341

Id-Direttiva (UE) 2016/2341 hija emendata kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu 9 li ġej:

“9. Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 60a, għandha s-setgħa li tadotta miżuri li jiżguraw li:

(a)titqies ir-regola tal-“persuna prudenti” fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza;

(b)jiġu inklużi l-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza fid-deċiżjonijiet ta’ investiment intern u l-proċessi ta’ mmaniġġar tar-riskju.

Dawn l-atti delegati għandhom iqisu d-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-IORPs u r-riskji inerenti għal dawn l-attivitajiet u jiżguraw konsistenza mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/65/KE, l-Artikolu 132 tad-Direttiva 2009/138/KE u l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/61/UE.”;

(2)jiddaħħal l-Artikolu 60a li ġej:

Artikolu 60a

Eżerċitar tad-delega

1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(9) għal perjodu ta’ żmien indeterminat, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 19(9) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 19(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”.

Artikolu 11

Evalwazzjoni

Sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn [PO: Jekk jogħġbok daħħal 12-il xahar wara d-data ta’ pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea].

Madankollu, l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10 għandhom japplikaw minn [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ] u l-Artikolu 7(1) sa (3) għandu japplika minn [PO: Jekk jogħġbok daħħal l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-passi li jmiss għal futur Ewropew sostenibbli. Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà (COM(2016) 739 final).
(2)    Bidu ġdid għall-Ewropa: L-Aġenda tiegħi għall-Impjiegi, it-Tkabbir, ilĠustizzja u t-Tibdil Demokratiku Linji Gwida Politiċi għallKummissjoni Ewropea li jmiss, Strasburgu, il-15 ta’ Lulju 2014.
(3)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew ta’ Investiment: Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa (COM(2014) 0903 final).
(4)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar il-Bijoekonomija tal-2012 (SWD(2017) 374 final).
(5)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta’ Azzjoni għall-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali (COM(2015) 468 final).
(6)    L-istima hija medja tad-diskrepanza fl-investiment fis-sena għall-perjodu bejn l-2021 u l-2030, abbażi ta’ projezzjonijiet tal-mudell PRIMES użati mill-Kummissjoni Ewropea fil-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Proposta tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (2016).
(7)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta’ Azzjoni: Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli (COM(2018)097 final).
(8)    Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(9)    Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(10)    Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(11)    Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(12)    Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).
(13)    Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).
(14)    Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).
(15)    Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98).
(16)    Ir-Regolament (UE) Nru 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).
(17)    Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).
(18)    Id-Direttiva (UE) 2017/828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta’ involviment fit-tul tal-azzjonisti (ĠU L 132, 20.5.2017, p. 1).
(19)    Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).
(20)    Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(21)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta’ Azzjoni għall-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali (COM(2015) 468 final).
(22)    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, 1094/2010, 1095/2010, 345/2013, 346/2013, 600/2014, 2015/760, 2016/1011, 2017/1129 (COM(2017) 536 final).
(23)    Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(24)    Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(25)    Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(26)    Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) (COM(2017) 343 final).
(27)    Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98).
(28)    Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).
(29)    ĠU Ċ , , p. .
(30)    ĠU Ċ , , p. .
(31)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).
(32)    Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(33)    Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(34)    Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(35)    Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(36)    Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).
(37)    Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).
(38)    Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).
(39)    Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).
(40)    Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(41)    Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(42)    Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(43)    Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(44)    Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).
(45)    Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).