Brussell, 17.5.2018

COM(2018) 294 final

2018/0146(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

B’segwitu għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-hekk imsejħa kawżi “Open Skies”, fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet eżistenti bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bi ftehim fil-livell tal-Unjoni (l-“awtorizzazzjoni orizzontali”). L-għanijiet ta’ ftehimiet ta’ dan it-tip huma li jagħtu aċċess mhux diskriminatorju lit-trasportaturi kollha tal-ajru tal-UE għar-rotot tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi, u b'hekk il-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jiġu jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

Konsistenza ma' dispożizzjonijiet ta' politika eżistenti fil-qasam tal-politika

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jieħdu post jew jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet eżistenti fi 27 ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċina”).

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-Ftehim se jaqdi mira fundamentali tal-politika esterna tal-Unjoni dwar l-avjazzjoni billi jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni l-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Il-bażi ġuridika

L-Artikoli 100(2) u 218(5) tat-TFUE

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta hija msejsa kompletament fuq il-“mandat orizzontali" mogħti mill-Kunsill b'kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet koperti mil-liġi tal-Unjoni u mill-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru.

Proporzjonalità

Il-Ftehim se jemenda jew jikkomplementa d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru safejn ikun meħtieġ biss biex tiġi żgurata l-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Għażla tal-istrument

Il-Ftehim bejn l-Unjoni u ċ-Ċina huwa l-aktar strument effikaċi biex il-ftehimiet bilaterali eżistenti kollha bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Filippini dwar is-servizzi tal-ajru jsiru konformi mal-liġi tal-Unjoni.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-evalwazzjonijiet ex post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

F'konformità mal-Artikolu 218(4) tat-TFUE, il-Kummissjoni wettqet in-negozjati b'konsultazzjoni ma' kumitat speċjali. Waqt in-negozjati saru wkoll konsultazzjonijiet mal-industrija. Tqiesu l-kummenti li saru f’dan il-proċess. L-Istati Membri kkonċernati vverifikaw il-preċiżjoni tar-referenzi għall-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru. L-industrija enfasizzat l-importanza ta’ bażi legali soda għall-operazzjonijiet kummerċjali tagħha.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli.

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-proposta tipprevedi s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u ċ-Ċina se jinbidlu b’dispożizzjonijiet fi ftehim wieħed, jew inkella se jiġu kkumplimentati minn dispożizzjonijiet ta’ dan it-tip.

Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli.

4.IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni u l-arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Il-partijiet fil-Ftehim għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub permezz ta’ mezzi diplomatiċi dwar it-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Ir-relazzjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi tradizzjonalment kienu rregolati permezz ta’ ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, l-Annessi ta’ dawn il-ftehimiet u arranġamenti bilaterali jew multilaterali relatati oħra.

Madankollu, il-klawżoli tradizzjonali ta’ ħatra fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru tal-Istati Membri jiksru l-liġi tal-Unjoni. Dawn jippermettu li pajjiż terz jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta’ trasportatur tal-ajru li jkun ġie maħtur minn Stat Membru iżda li ma jkunx proprjetà sostanzjali ta’ dak l-Istat Membru jew taċ-ċittadini tiegħu u li effettivament ma jkunx ikkontrollat mill-Istat Membru jew miċ-ċittadini tiegħu. Instab li dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra t-trasportaturi tal-ajru tal-UE stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru iżda li jkunu proprjetà ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra u kkontrollati minnhom. Dan imur kontra l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li liċ-ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu eżerċitaw il-libertà tal-istabbiliment tagħhom, jiggarantilhom l-istess trattament fl-Istat Membru ospitanti bħal dak li jingħata liċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru.

Hemm kwistjonijiet oħra, bħalma huma l-ftehimiet kummerċjali obbligatorji bejn il-kumpaniji tal-avjazzjoni, fejn il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tkun żgurata billi jiġu emendati jew ikkomplementati d-dispożizzjonijiet eżistenti fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

F’konformità mal-mekkaniżmi u mad-direttivi mogħtija fl-Anness tal-“mandat orizzontali”, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim maċ-Ċina li jieħu post ċerti dispożizzjonijiet li hemm fil-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u ċ-Ċina. L-Artikolu 2 tal-Ftehim jieħu post il-klawżoli tradizzjonali ta’ ħatra bi klawżola ta’ ħatra tal-UE, biex jippermetti lit-trasportaturi tal-ajru kollha tal-UE jibbenefikaw mid-dritt tal-istabbiliment. L-Artikolu 4 jsolvi l-kunflitti potenzjali mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

Minħabba li n-negozjati dwar il-ftehim ġew konklużi b’suċċess, il-ftehim jenħtieġ li jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni Ewropea. Hawnhekk qed tiġi proposta deċiżjoni għal dan il-għan.

2018/0146 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fiftehimiet bilaterali eżistenti permezz ta’ ftehim fil-livell tal-Unjoni.

(2)Il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, innegozjat Ftehim mal-Gvern tar-Repubblika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (“il-Ftehim”). In-negozjati ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fit-8 ta' Diċembru 2017.

(3)L-għan tal-Ftehim huwa li jġib il-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn 27 Stat Membru u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(4)Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru b’dan qed jiġi approvat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tat-tali Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istrument tas-setgħat sħaħ, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim, għall-persuna/persuni indikata/indikati min-negozjatur tal-Ftehim biex jiffirma/jiffirmaw il-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President


Brussell, 17.5.2018

COM(2018) 294 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru


ABBOZZ

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

L-UNJONI EWROPEA,

min-naħa l-waħda, u

L-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

min-naħa l-oħra,

(minn hawn ’il quddiem imsejħin “il-partijiet”),

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabet li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali eżistenti bejn diversi Stati Membri u l-pajjiżi terzi mhumiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JINNUTAW li ġew konklużi għadd ta’ ftehimiet bilaterali tas-servizzi tal-ajru bejn diversi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li kien fihom dispożizzjonijiet simili u li hemm obbligu fuq l-Istati Membri li jieħdu l-passi kollha xierqa biex jeliminaw in-nuqqas ta’ kompatibilità bejn it-tali ftehimiet u t-Trattat tal-UE,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Unjoni Ewropea għandha l-kompetenza esklużiva fir-rigward ta’ diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni Ewropea stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju biex jipprovdu servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu dritt ta’ sjieda fi trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JAGĦRFU li l-konsistenza bejn il-liġi tal-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tipprevedi bażi legali tajba għas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina u tippreżerva l-kontinwità ta’ servizzi tal-ajru bħal dawn,

FILWAQT LI JAGĦRFU li meta Stat Membru jkun ħatar trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu jkun eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, id-drittijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont id-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza mogħtija fil-ftehim bejn l-Istat Membru li jkun ħatar it-trasportatur tal-ajru u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom japplikaw bl-istess mod fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor,

FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Unjoni Ewropea, f’dan il-Ftehim, li jiżdied il-volum totali ta’ traffiku tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li jiġi affettwat il-bilanċ bejn trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni Ewropea u trasportaturi tal-ajru tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew li jipprevali fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet tat-traffiku,

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-intenzjonijiet li r-rikonoxximent tad-dritt tal-istabbiliment u l-adozzjoni tal-prinċipju tal-ħatra tal-UE m’għandhomx ikunu intenzjonati jew interpretati b’tali mod li jiffaċilitaw iċ-ċirkomvenzjoni u ma jipprevenux ir-rifjut tad-drittijiet tat-traffiku f’każ ta’ ċirkomvenzjoni bħal din.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

ARTIKOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; “Trattati tal-UE” tfisser it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. . 

2.Ir-referenzi f’kull ftehim imniżżel fl-Anness 1 għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

3.Ir-referenzi f’kull ftehim imniżżel fl-Anness 1 għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru maħturin minn dak l-Istat Membru.

4.L-għoti tad-drittijiet tat-traffiku se jkompli jopera fl-ambitu ta’ ftehimiet bilaterali bejn ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u kull Stat Membru individwu ieħor.

ARTIKOLU 2

Il-ħatra tat-trasportatur tal-ajru, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi, ir-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi

1.Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħatra tat-trasportaturi tal-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tiegħu mogħtija mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi tat-trasportaturi tal-ajru, rispettivament.

2.    Malli tirċievi ħatra mingħand Stat Membru, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-inqas dewmien proċedurali, sakemm:

   

I.it-trasportatur tal-ajru jkun stabbilit, skont it-Trattati tal-UE, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jaħtru u f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti dwar l-istabbiliment tal-Istat Membru li jkun qed jaħtru u jkollu Liċenzja Operattiva valida skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea; kif ukoll

II.il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru huwa eżerċitat u miżmum mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru tagħha u l-awtorità aeronawtika rilevanti hija identifikata b'mod ċar fil-ħatra; kif ukoll

III.it-trasportatur tal-ajru għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru li mingħandu jkun irċieva l-liċenzja valida tal-operat; kif ukoll

IV.it-trasportatur tal-ajru jkun, direttament jew b’maġġoranza ta’ ishma, proprjetà tal-Istati Membri, u jkun ikkontrollat b’mod effettiv minnhom u/jew miċ-ċittadini tagħhom u/jew mill-Istati l-oħra mniżżlin fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra.

3.    Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru maħtur minn Stat Membru f’każ li:

I.it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jaħtru skont it-Trattati tal-UE jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea; jew

II.l-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru tat-trasportatur tal-ajru ma jkunx jeżerċita jew iżomm kontroll regolatorju effettiv fuqu, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata b’mod ċar fil-ħatra; jew

III.it-trasportatur tal-ajru m’għandux l-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru li mingħandu jkun irċieva l-liċenzja operattiva valida; jew

IV. it-trasportatur tal-ajru ma jkunx, direttament jew b’maġġoranza ta’ ishma, proprjetà tal-Istati Membri, jew ikkontrollat b’mod effettiv minnhom u/jew miċ-ċittadini tagħhom u/jew mill-Istati l-oħra mniżżlin fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra; jew

V.it-trasportatur tal-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera fl-ambitu ta’ ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u xi Stat Membru ieħor, u li, billi dan it-trasportatur jeżerċita d-drittijiet fuq it-traffiku skont dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, inkluż it-tħaddim ta’ servizz li huwa kkumerċjalizzat bħala, jew inkella jikkostitwixxi through service, ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew

VI.it-trasportatur tal-ajru maħtur ikollu Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru maħruġ minn Stat Membru li r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ma jkollhiex ftehim bilaterali tas-servizzi tal-ajru miegħu u dak l-Istat Membru jkun caħħad lir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina mid-drittijiet tat-traffiku.

4.    Id-drittijiet u l-obbligi taħt dan l-Artikolu ma jistgħux jiġu eżerċizzati f’manjiera li tiddiskrimina bejn it-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea abbażi tan-nazzjonalità.

ARTIKOLU 3

Is-sikurezza

1.    Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(c).

2.    F’każ li Stat Membru jkun ħatar trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu jkun eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont id-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza mogħtija fil-ftehim bejn l-Istat Membru li jkun ħatar it-trasportatur tal-ajru u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom japplikaw bl-istess mod fir-rigward tal-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-operat ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.

ARTIKOLU 4

Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

1.    Il-ftehimiet bilaterali tas-servizz tal-ajru konklużi bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-komperizzjoni tal-Partijiet.

2.    Id-dispożizzjonijiet fl-Anness 2(d) għandhom jitħassru u ma jibqgħux fis-seħħ.

ARTIKOLU 5

L-Annessi ta’ dan il-Ftehim

L-Annessi ta' dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.

ARTIKOLU 6

Dħul fis-seħħ

1.Il-partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub permezz ta’ mezzi diplomatiċi li jkunu tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom li huma meħtieġa biex dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika.

2.Dan il-Ftehim għandu japplika għal dawk il-ftehimiet u l-arranġamenti kollha mniżżlin fl-Anness 1, li huma fis-seħħ.

ARTIKOLU 7

Rieżami, reviżjoni jew emenda

1.    Il-partijiet għandhom jimmonitorjaw u jirrevedu regolarment l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Rieżamijiet bħal dawn għandhom b’mod partikolari jivvalutaw kwalunkwe effetti negattivi mhux previsti miż-żewġ Partijiet.

2.    Jekk jiġi mitlub minn kwalunkwe wieħed minnhom, il-partijiet għandu jkollhom konsultazzjonijiet biex jiddiskutu l-aħjar reazzjonijiet għall-effetti mhux previsti msemmija fil-paragrafu 1.

3.    Il-partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrieżaminaw, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim bi qbil reċiproku.

ARTIKOLU 8

It-terminazzjoni

1.Fil-każ li jintemm Ftehim elenkat fl-Anness 1, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-Ftehim ikkonċernat elenkat fl-Anness 1 għandhom jintemmu fl-istess ħin.

2.Fil-każ li l-Ftehimiet kollha elenkati fl-Anness 1 jintemmu, dan il-Ftehim għandu jintemm fl-istess ħin.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji ta’ hawn taħt, awtorizzati kif xieraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi [….], f’żewġ kopji, illum il-[…] jum tax-xahar ta’ [… tas-sena …], bil-Bulgaru, bil-Kroat, biċ-Ċek, bid-Daniż, bin-Netherlandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż u biċ-Ċiniż.

GĦALL-UNJONI EWROPEA:    GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA    



Anness 1

Il-lista tal-ftehimiet imsemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

(a) Il-ftehimiet u l-arranġamenti l-oħra dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, kif emendati jew immodifikati, li, dakinhar tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati jew inizjalati:

-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali tal-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat f’Beijing fit-12 ta’ Settembru 1985, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Awstrija” fl-Anness 2;

-il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mas-servizzi tal-ajru, iffirmat f’Beijing fl-20 ta’ April 1975, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Belġju” fl-Anness 2;

-il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat f’Beijing fil-21 ta’ Ġunju 1993, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Bulgarija” fl-Anness 2;

-il-Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċina, iffirmat f’Zagreb fl-20 ta’ Ġunju 2009, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Kroazja” fl-Anness 2;

-il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċina, iffirmat fil-5 ta’ April 2000, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u Ċipru” fl-Anness 2;

-il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat f’Beijing fil-25 ta’ Mejju 1988, li fir-rigward tiegħu r-Repubblika Ċeka ddikjarat li tqis lilha nnifisha marbuta bid-dispożizzjonijiet ta’ dan, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Awstrija” fl-Anness 2;

-il-Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, inizjalat fit-12 ta’ Marzu 2010, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u d-Danimarka” fl-Anness 2;

-il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Estonja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mat-trasport bl-ajru ċivili, iffirmat f’Talinn fl-1 ta’ Marzu 1999, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Estonja” fl-Anness 2;

-il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mat-trasport bl-ajru ċivili, iffirmat f’Beijing fit-2 ta’ Ottubru 1975, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Finlandja” fl-Anness 2;

-il-Ftehim bejn il-il-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċinarelatif aux communications aériennes” (marbut mas-servizzi tal-ajru) iffirmat f’Pariġi fl-1 ta’ Ġunju 1966, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u Franza” fl-Anness 2;

-il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru Ċivili bejn il-il-Gvern Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat f’Beijing fil-31 ta’ Ottubru 1975, kif emendat bil-Protokoll ta’ Emenda tal-Ftehim tat-Trasport tal-Ajru Ċivili bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ffirmat f’Beijing fil-11 ta’ Diċembru 1995, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Awstrija” fl-Anness 2;

-il-Ftehim bejn il-il-Gvern tar-Renju tal-Greċja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mat-Trasport bl-Ajru Ċivili, iffirmat f’Beijing fit-23 ta’ Mejju 1973, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ċ-Ċina u l-Greċja” fl-Anness 2;

-il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Ungerija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat f’Budapest fil-15 ta’ Settembru 1993, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ungerija” fl-Anness 2;

-il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Irlanda u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-trasport bl-ajru ċivili, iffirmat f’Beijing fl-14 ta’ Settembru 1998, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Irlanda” fl-Anness 2;

-il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru ċivili bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat f’Beijing fit-8 ta’ Jannar 1973, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Italja” fl-Anness 2;

-il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-trasport bl-ajru ċivili, iffirmat f’Riga fl-4 ta’ Marzu 1999, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Latvja fl-Anness 2.

-il-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru ċivili bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat f’Beijing fit-18 ta’ Novembru 2002, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Lussemburgu” fl-Anness 2;

-    il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-trasport bl-ajru ċivili, iffirmat f’Beijing fl-1 ta’ Settembru 1997, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u Malta” fl-Anness 2.

-il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tan-Netherlands u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mat-trasport bl-ajru ċivili, iffirmat f’Beijing fit-23 ta’ Mejju 1966; minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u n-Netherlands” fl-Anness 2;

-il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu Pollakk u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mas-servizzi bl-ajru, iffirmat f’Beijing fl-20 ta’ Marzu 1986, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Polonja” fl-Anness 2;

-il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Portugiża u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċina inizjalat fis-26 ta’ Marzu 1999, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Portugall” fl-Anness 2;

-il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjali tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mat-trasport tal-ajru ċivili, iffirmat f’Bucharest fis-6 ta’ April 1972, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Rumanija” fl-Anness 2;

-il-Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Slovakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat fit-12 ta’ Awwissu 2010, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovakkja” fl-Anness 2;

-il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mat-Trasport bl-Ajru Ċivili, iffirmat f’Belgrad fl-14 ta’ April 1972 u li jibqa’ effettiv bejn iċ-Ċina u s-Slovenja, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovenja” fl-Anness 2;

-il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju ta’ Spanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina iffirmat f’Beijing fid-19 ta’ Ġunju 1978, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u Spanja” fl-Anness 2;

-il-Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tal-Iżvezja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, inizjalat fit-12 ta’ Marzu 2010, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Iżvezja” fl-Anness 2;

-il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar is-servizzi tal-ajru inizjalati fl-14 ta’ April 2011, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Renju Unit” fl-Anness 2;



Anness 2

Il-lista tal-artikoli fil-Ftehimiet elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 4 ta’ dan il-Ftehim

(a) Il-ħatra minn Stat Membru:

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Awstrija;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Belġju;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Bulgarija;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Kroazja;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Ċipru;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Repubblika Ċeka;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u d-Danimarka;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Estonja;

-l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Finlandja;

-l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Franza;

-l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ġermanja;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Greċja;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ungerija;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Irlanda;

-l-Artikolu III tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Italja;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Latvja;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Lussemburgu;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Malta;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u n-Netherlands;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Polonja;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Portugall;

-l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Rumanija;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovakkja;

-l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovenja;

-l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Spanja;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Iżvezja;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Renju Unit;

(b) Ir-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi:

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Awstrija;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Belġju;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Bulgarija;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Kroazja;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Ċipru;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Repubblika Ċeka;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u d-Danimarka;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Estonja;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Finlandja;

-l-Artikolu 15 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Franza;

-l-Artikolu 3(1)(a) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ġermanja;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Greċja;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ungerija;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Irlanda;

-l-Artikolu III tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Italja;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Latvja;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Lussemburgu;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Malta;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u n-Netherlands;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Polonja;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Portugall;

-l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Rumanija;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovakkja;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovenja;

-l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Spanja;

-l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Iżvezja;

-l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Renju Unit;

(c) Is-sikurezza:

-l-Artikolu 15 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Kroazja;

-l-Artikolu 13 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u d-Danimarka;

-l-Artikolu 17 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ungerija;

-l-Artikolu XIbis tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Italja;

-l-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Lussemburgu;

-l-Artikolu 15 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Portugall;

-l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovakkja;

-l-Anness 3 tal-Memorandum ta’ Qbil bejn iċ-Ċina u Spanja li sar f’Beijing fis-26 ta’ Novembru 2004;

-l-Artikolu 13 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Iżvezja;

-l-Artikolu 10 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Renju Unit;

(d) Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni:

-l-Artikolu 12(2) u l-Artikolu 14 (2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Bulgarija;

-l-Artikolu 9(2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Ċipru;

-l-Artikolu 10(2-4) u l-Artikolu 12 (2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Repubblika Ċeka;

-l-Artikolu 8(2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Estonja;

-l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8 (2-6) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Finlandja;

-Għall-Ftehim bejn Ċina u Franza;

ol-aħħar sentenza tal-paragrafu 1, u l-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 5,

ol-ewwel żewġ sentenzi tal-paragrafu 1, l-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 u s-subparagrafu (B) tal-paragrafu 2, fl-Artikolu 3,

oil-kliem “fil-munita maqbula bejn il-linji tal-ajru maħtura taż-żewġ partijiet kontraenti” fl-Artikolu 12, kif immodifikat mill-iskambju tan-noti diplomatiċi tal-15 u tat-22 ta’ Settembru 1966,

ol-Artikolu 16, kif immodifikat bl-iskambju ta’ noti diplomatiċi tas-27 ta’ Lulju u tas-7 ta’ Settembru 1973,

oit-2 paragrafu tas-subparagrafu 2) tal-paragrafu II tal-iskambju tan-noti diplomatiċi tad-19 ta’ Jannar u tal-11 ta’ Marzu 1991 (li jibda bi "Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet operattivi ta’ dawk is-servizzi…");

-Għall-Ftehim bejn Ċina u l-Ġermanja;

ol-ewwel sentenza tal-Artikolu 7 (3) u l-kliem "kif maqbul" fit-tieni sentenza,

ol-ewwel sentenza tal-Artikolu 8 (2) u l-kelma "Tali" fit- tieni sentenza,

oil-kliem “kif maqbul” fl-Artikolu 8 (3),

oil-kliem “ Jekk ma jistax ikun hemm qbil dwar tariffa skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jew” u l-kliem “maqbul skont id-dispożizzjonijiet tal- paragrafu 2” fl-Artikolu 8 (4);

-l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11 (2-5) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ġreċja;

-l-Artikolu 10(2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ungerija;

-l-Artikolu 8(2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Latvja;

-l-Artikolu 11(2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Lussemburgu;

-l-Artikolu 12(2.a-b) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Malta;

-l-Artikolu 8(2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u n-Netherlands;

-l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 12 (2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Polonja;

-l-Artikolu 17(2-5) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Portugall;

-l-Artikolu 4(2-3) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovenja;

-l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8 (2-6) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Spanja;



Anness 3

Lista ta’ Stati oħrajn imsemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

(a) Ir-Repubblika tal-Iżlanda (fl-ambitu tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b) Il-Prinċipat tal-Liechtenstein(fl-ambitu tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(c) Ir-Renju tan-Norveġja (fl-ambitu tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d) Il-Konfederazzjoni Żvizzera (fl-ambitu tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru).