IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.5.2018
COM(2018) 288 final
2018/0149(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta' Protokoll tal-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) fir-rigward tat-trasport internazzjonali regolari u regolari speċjali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
Il-Ftehim Interbus tat-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank() daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003. Aktar tard, il-Ftehim ġie aġġornat biex jirrifletti l-progress tekniku u leġiżlattiv bid-Deċiżjoni Nru 1/2011 () tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim.
Il-Ftehim Interbus attwalment ikopri t-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank. Fil-5 ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati f’isem l-Unjoni Ewropea, li hija Parti Kontraenti għall-Ftehim Interbus, biex il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim jiġi estiż għat-trasport regolari speċjali u regolari internazzjonali tal-passiġġieri (soġġett għal awtorizzazzjoni). It-test propost fid-Dokument Mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill huwa konformi mal-awtorizzazzjoni għan-negozjar mogħtija mill-Kunsill.
Saru tliet sessjonijiet ta’ negozjar mill-Partijiet Kontraenti, b’konsultazzjoni ma’ Kumitat Speċjali maħtur mill-Kunsill. Kull darba, l-Istati Membri ġew mistiedna jieħdu sehem bħala esperti.
Fil-laqgħa tal-10 ta’ Novembru 2017, il-Partijiet Kontraenti preżenti qablu li t-test kien stabbli u finalizzat, wara li ddaħħlu xi modifiki waqt il-laqgħa. Kienu preżenti tliet Partijiet Kontraenti mil-Lvant u x-Xlokk tal-Ewropa (il-Montenegro, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna). Barra minn hekk, Parti Kontraenti minnhom (l-Albanija) aktar qabel kienet esprimiet fehma pożittiva dwar it-test bil-miktub. Intlaħaq qbil rigward perjodu għall-iffirmar.
It-trasport regolari speċjali u regolari internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank huma setturi importanti li jipprovdu l-mobbiltà liċ-ċittadini Ewropej bi struttura ta’ prezzijiet affordabbli. L-iżvilupp ulterjuri tagħhom lil hinn mill-UE ikun ta’ benefiċċju kemm għaċ-ċittadini tal-UE kif ukoll għat-turisti barranin, għall-industrija tat-turiżmu u għar-reġjuni Ewropej. Il-limitazzjonijiet għal dan l-iżvilupp huma d-differenzi fil-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, li joħolqu ineffiċjenza fil-proċess ta’ awtorizzazzjoni u fl-operat tal-linji regolari speċjali u regolari internazzjonali. Dan jidher bl-aktar mod ċar fil-każ tal-linji regolari internazzjonali twal, li jaqsmu minn diversi pajjiżi.
L-aċċess għas-suq għas-servizzi regolari u s-servizzi regolari speċjali għandu jingħata, kif stipulat fl-abbozz ta’ Protokoll, permezz ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni uniformi soġġetta għall-implimentazzjoni tal-acquis tal-UE fil-qasam tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, inklużi s-sikurezza fit-toroq, provvedimenti tekniċi, kwalifiki tas-sewwieqa, regoli soċjali, id-drittijiet tal-passiġġieri, l-ambjent u d-dħul fil-mestier.
Il-Ftehim Interbus se jkompli jibqa’ fis-seħħ mingħajr tibdil għat-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank.
Il-Protokoll ikopri biss id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex il-Ftehim Interbus jiġi estiż għat-trasport regolari speċjali u regolari internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (taħt awtorizzazzjoni). Ma jemendax u ma jirrepetix ir-regoli komuni iżda jirreferi għad-dispożizzjonijiet sottostanti tal-Ftehim Interbus. Dan, u l-fatt li Parti Kontraenti tista’ tiffirma u tirratifika l-Protokoll, jew tissieħeb miegħu biss wara li tkun iffirmat u rratifikat il-Ftehim Interbus jew tkun aderixxiet miegħu, se jiggarantixxu li r-regoli Interbus jiġu aċċettati u applikati mill-Partijiet Kontraenti meta jiffirmaw u jirratifikaw il-Protokoll, jew meta jaderixxu miegħu.
Flimkien mal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Montenegro, ir-Repubblika tat-Turkija u l-Ukrajna huma Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Interbus u jistgħu jiffirmaw u jirratifikaw il-Protokoll, jew jaderixxu miegħu.
Tqieset l-esperjenza miksuba mill-ftehimiet eżistenti dwar it-trasport bit-triq, pereżempju permezz ta’ sħubijiet bejn operaturi stabbiliti f’territorji fejn jingħata s-servizz.
Soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi, Parti Kontraenti jew Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiddeċiedu li, mingħajr diskriminazzjoni, is-servizzi regolari u s-servizzi regolari speċjali internazzjonali kollha tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq bl-oriġini jew id-destinazzjoni fit-territorju tagħhom huma soġġetti għal arranġamenti ta’ sħubija bejn l-operaturi tal-oriġini u tad-destinazzjoni ta’ dak is-servizz regolari jew servizz regolari speċjali.
Operaturi stabbiliti f’Partijiet Kontraenti jew fi Stati Membri tal-Unjoni li jinqasmu bħala parti mir-rotta, u li fihom jittellgħu u jitniżżlu passiġġieri, jistgħu jingħaqdu ma’ sħubijiet bħal dawn, jekk jiddeċiedu li jagħmlu hekk.
L-abbozz ta’ Protokoll jenfasizza l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 ()) rigward il-penali u l-ksur l-aktar serju kif ukoll rigward l-issodisfar tal-erba’ kundizzjonijiet għall-aċċess għall-mestier ta’ operatur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq (stabbiliment effettiv u stabbli, reputazzjoni tajba, kapaċità finanzjarja u kompetenza professjonali).
L-abbozz ta’ Protokoll jintroduċi Kumitat Konġunt sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-Protokoll. Id-dispożizzjonijiet tal-Kumitat Konġunt stabbilit bħala parti mill-Ftehim Interbus japplikaw mutatis mutandis għall-Kumitat Konġunt skont il-Protokoll. Bħala riżultat ta’ dan, b’konformità mal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jittratta, b’mod partikolari, aġġornamenti tekniċi u leġiżlattivi futuri mhux sostanzjali li huma speċifiċi għall-Protokoll. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta wkoll ir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu stess. Barra minn hekk, il-kompiti tal-Kumitat Konġunt li jirriżultaw mill-abbozz ta’ Protokoll innifsu huma li jirċievi u jqassam l-informazzjoni, l-evalwazzjoni tal-funzjonament tal-Protokoll kull ħames snin u l-miżuri li għandhom jittieħdu f’każ li Parti Kontraenti mhux tal-Unjoni taderixxi mal-Unjoni Ewropea.
Skont l-abbozz ta’ Protokoll, il-perjodu ta’ validità ta’ awtorizzazzjoni għal servizzi regolari u servizzi regolari speċjali internazzjonali ma jistax jaqbeż il-ħames snin.
L-abbozz ta’ Protokoll proprju jiġi konkluż għal perjodu ta’ ħames snin, li jibda jiskorri mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Id-durata tal-Protokoll tiġi estiża b’mod awtomatiku għal perjodi suċċessivi ta’ ħames snin fost dawk il-Partijiet Kontraenti li ma jesprimux ix-xewqa tagħhom li dan ma jsirx.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Il-Protokoll propost huwa konsistenti mal-politika komuni tat-trasport tal-Unjoni. Jinkludi l-partijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 (), kif adattati għall-finijiet ta’ ftehim internazzjonali.
L-abbozz ta’ Protokoll jipprevedi armonizzazzjoni ulterjuri tal-qafas tas-servizzi regolari u s-servizzi regolari speċjali internazzjonali bil-kowċ u bix-xarabank.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-Protokoll huwa konsistenti mal-politika tal-viċinat u mar-relazzjonijiet esterni tal-UE.
L-abbozz ta' Protokoll huwa wkoll konsistenti ma’ ftehimiet eżistenti, bħall-Ftehimiet tal-Unjoni Doganali u ta’ Qabel l-Adeżjoni, u l-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni, u huwa maħsub biex jipprovdi l-ambjent regolatorju li fi ħdanu l-UE u Partijiet Kontraenti oħrajn għall-Ftehim Interbus ikunu jistgħu jaċċessaw is-swieq ta’ xulxin tat-trasport regolari u regolari speċjali internazzjonali tal-passiġġieri skont regoli uniformi.
•Dispożizzjonijiet fiskali
L-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet doganali u fiskali fl-abbozz ta’ Protokoll, fid-dawl tal-għan u tal-kontenut tagħhom, hija biss ta’ natura sekondarja u indiretta meta mqabbel mal-objettivi tal-politika tat-trasport li għandu l-għan li jikseb il-Protokoll.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika hija t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-bażi ġuridika sostantiva, l-Artikolu 91 tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(5) tat-TFUE.
•Sussidjarjetà
L-adeżjoni tal-Unjoni ma’ Protokoll li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ Ftehim multilaterali internazzjonali eżistenti li l-Unjoni hija Parti Kontraenti tiegħu, tista’ tiġi adottata biss mill-Unjoni stess, u li għalhekk hija kompetenti f’din il-kwistjoni b’mod esklussiv.
Il-Protokoll jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet korrispondenti fi ftehimiet bilaterali għal servizzi regolari u servizzi regolari speċjali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq li ġew konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti, kif ukoll bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u Partijiet Kontraenti mhux tal-UE. Madankollu, il-Protokoll jippermetti li l-awtorizzazzjonijiet eżistenti skont il-ftehimiet bilaterali jinżammu għal ħames snin qabel jiġu sostitwiti mid-dispożizzjonijiet tal-Protokoll.
•Proporzjonalità
Id-dispożizzjonijiet tal-abbozz ta’ Protokoll huma proporzjonati u mhux diskriminatorji u japplikaw b’mod reċiproku għall-Partijiet Kontraenti kollha (inkluża l-UE). Għandhom l-għan li jnaqqsu l-kompetizzjoni inġusta li jista' jkun hemm u li jeliminaw mit-toroq il-vetturi fi stat ħażin u l-operaturi li ma jkunux konformi.
Il-leġiżlazzjoni msemmija fl-abbozz ta’ Protokoll diġà ġiet adottata mill-Unjoni Ewropea.
•Għażla tal-istrument
L-Artikolu 218(5) tat-TFUE jipprevedi li l-istrument applikabbli huwa Deċiżjoni tal-Kunsill.
3.ĠBIR U UŻU TAL-GĦARFIEN ESPERT U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT / SIMPLIFIKAZZJONI
•Ġbir u użu tal-għarfien espert u Valutazzjoni tal-Impatt
Il-Kummissjoni la wettqet valutazzjoni tal-impatt u lanqas ma użat għarfien espert estern. L-estensjoni tal-Ftehim Interbus għas-servizzi regolari speċjali u regolari internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank tgħin biex jitwessa’ l-ambitu ġeografiku tal-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq.
L-impatti ekonomiċi u soċjali jkunu ta’ benefiċċju għall-industrija tat-trasport tal-passiġġieri u għat-turiżmu. Iż-żieda fil-volumi tat-traffiku x’aktarx li jkollha impatti ambjentali moderati.
B’mod simili għall-passat, l-operaturi jistgħu jkunu SMEs bi flotot żgħar ta’ kowċis jew xarabanks jew kumpaniji ikbar bi flotot akbar.
Kumitat Speċjali maħtur mill-Kunsill inżamm infurmat b’mod kontinwu rigward il-progress fin-negozjati, u esperti mill-Istati Membri pparteċipaw fin-negozjati mal-Partijiet Kontraenti mhux tal-UE.
•Simplifikazzjoni
L-armonizzazzjoni tal-proċeduri għall-ksib ta’ awtorizzazzjonijiet għat-trasport regolari speċjali u regolari internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank tissimplifika t-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ dan it-tip.
4.IMPLIKAZZJONI GĦALL-BAĠIT
Ebda implikazzjoni.
5.ELEMENTI OĦRA
•Evalwazzjoni u arranġamenti ta’ rappurtar
L-Artikolu 16 tal-abbozz ta’ Protokoll jistipula li l-funzjonament tal-Protokoll għandu jiġi evalwat kull ħames snin mill-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 18 tal-Protokoll.
•Proċedura ulterjuri
Il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jingħata bidu għall-proċedura bil-għan li l-Protokoll jiġi ffirmat u konkluż. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni b’dan qed tippreżenta lill-Kunsill din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta’ Protokoll dwar it-trasport regolari speċjali u regolari internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank tal-Ftehim dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus).
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta:
·L-Artikolu 1 tal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill jipprevedi l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll tal-Ftehim Interbus dwar it-trasport regolari speċjali u regolari internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank.
·L-Artikolu 2 jawtorizza lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistabbilixxi l-istrument tas-setgħat sħaħ għall-iffirmar tal-Protokoll, soġġett għall-konklużjoni tiegħu, għall-persuna jew il-persuni indikati min-negozjatur tal-Protokoll.
·L-Artikolu 3 jipprevedi d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Hemża mad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta:
·L-Artikolu 1 jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Protokoll li jirrigwardja s-servizzi regolari u s-servizzi regolari speċjali internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq bl-oriġini jew id-destinazzjoni fit-territorju tal-Parti Kontraenti fejn huwa stabbilit l-operatur u fejn huma rreġistrati l-vetturi tal-operatur, jew it-territorju li minnu jaqsam is-servizz u fejn jittellgħu u jitniżżlu l-passiġġieri, jew li minnu jgħaddi s-servizz mingħajr ma jittellgħu jew jitniżżlu l-passiġġieri. Kull forma ta’ kabotaġġ hija pprojbita.
·L-Artikolu 2 huwa klawżola tan-nondiskriminazzjoni.
·L-Artikolu 3 jinkludi d-definizzjonijiet.
·L-Artikolu 4 jirreferi għall-Anness 1 tal-Ftehim Interbus dwar id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq.
·L-Artikolu 5 jirreferi għall-Anness 2 tal-Ftehim Interbus dwar il-kondizzjonijiet tekniċi li japplikaw għall-vetturi.
·L-Artikolu 6 fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi regolari u s-servizzi regolari speċjali internazzjonali soġġetti għal awtorizzazzjoni. Inter alia, jipprevedi l-possibbiltà għall-Partijiet Kontraenti jew għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jiddeċiedu dwar jekk jagħmlux is-servizzi regolari jew is-servizzi regolari speċjali bejn il-Partijiet Kontraenti soġġetti għal arranġamenti ta’ sħubija bejn l-operaturi tal-oriġini u tad-destinazzjoni tas-servizz. L-operaturi tal-Partijiet Kontraenti jew tal-Istati Membri li jinqasmu bħala parti mir-rotta u li fihom jittellgħu u jitniżżlu l-passiġġieri jistgħu jingħaqdu ma’ sħubijiet bħal dawn, jekk jiddeċiedu li jagħmlu hekk.
·L-Artikolu 7 jistabbilixxi li t-Taqsimiet V u VI tal-Ftehim Interbus dwar id-dispożizzjonijiet soċjali u d-dispożizzjonijiet doganali u fiskali japplikaw għall-Protokoll.
·L-Artikolu 8 jipprevedi l-awtorità ta’ awtorizzazzjoni li toħroġ l-awtorizzazzjonijiet, ir-riċevituri tal-awtorizzazzjonijiet, il-perjodu ta’ validità ta’ awtorizzazzjoni, il-punti li għandhom jiġu speċifikati f’awtorizzazzjoni u l-użu ta’ vetturi addizzjonali f’ċirkostanzi temporanji u eċċezzjonali.
·L-Artikolu 9 jiddefinixxi l-proċedura għat-tressiq ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.
·L-Artikolu 10 jipprevedi proċedura ta’ awtorizzazzjoni, inklużi kuntatti bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, l-għoti tal-awtorizzazzjoni u r-raġunijiet uniċi għar-rifjut possibbli ta’ applikazzjoni.
·L-Artikolu 11 jipprevedi regoli għat-tiġdid jew għall-alterazzjoni ta’ awtorizzazzjoni.
·L-Artikolu 12 jipprevedi regoli dwar l-iskadenza ta’ awtorizzazzjoni.
·L-Artikolu 13 jipprevedi l-obbligi tal-operaturi tat-trasport.
·L-Artikolu 14 jipprevedi li l-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-operaturi tat-trasport jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti.
·L-Artikolu 15 (flimkien mal-Artikolu 8(9)) jelenka d-dokumenti li għandhom jinġarru fil-vettura.
·L-Artikolu 16 jipprevedi d-durata tal-Protokoll (5 snin) b’estensjoni taċita għal perjodi suċċessivi ta’ 5 snin u evalwazzjonijiet perjodiċi tal-funzjonament tal-Protokoll.
·L-Artikolu 17 jirreferi għal perjodu tranżizzjonali ta’ 5 snin għal servizzi regolari u servizzi regolari speċjali internazzjonali eżistenti tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi ftehimiet bilaterali, għar-ratifika jew l-approvazzjoni tal-Protokoll u tad-Depożitarju tal-Protokoll, għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, għad-denunzja u għal-lingwi.
·L-Artikolu 18 jistabbilixxi Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Protokoll.
·L-Artikolu 19 jipprevedi l-proċedura applikabbli meta Parti Kontraenti għall-Protokoll mhux tal-Unjoni taderixxi mal-Unjoni Ewropea.
·L-Artikolu 20 jiftaħ il-Protokoll għall-iffirmar u jipprevedi li l-adeżjoni mal-Protokoll u r-ratifika tiegħu jistgħu jseħħu biss wara l-iffirmar jew ir-ratifika tal-Ftehim Interbus, jew wara l-adeżjoni miegħu.
·L-Artikolu 21 jistipula li wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, kwalunkwe Parti Kontraenti għall-Ftehim Interbus tista’ taderixxi miegħu.
·Bl-Artikolu 22, l-Annessi tal-Protokoll isiru parti integrali mill-Protokoll.
·L-Annessi 1 u 2 tal-Protokoll jirreferu għall-Annessi 1 u 2 tal-Ftehim Interbus. B’mod partikolari, l-Anness 1 jenfasizza u jtenni l-liġi tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri u l-kontrolli u l-penali fil-każ tal-aktar ksur serju, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-mestier.
·L-Anness 3 jipprevedi Mudell ta’ applikazzjoni għal servizz regolari jew servizz regolari speċjali internazzjonali.
·L-Anness 4 jipprevedi Mudell ta’ awtorizzazzjoni għal servizz regolari jew servizz regolari speċjali internazzjonali tal-passiġġieri.
2018/0149 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta' Protokoll tal-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) fir-rigward tat-trasport internazzjonali regolari u regolari speċjali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea(),
Billi:
(1)F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/917/KE(), il-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) ġie konkluż, f’isem l-Unjoni, fit-3 ta’ Ottubru 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003().
(2)Fil-5 ta’ Diċembru 2014 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati għal Protokoll tal-Ftehim Interbus dwar it-trasport regolari speċjali u regolari internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank mar-Repubblika tal-Albanija, mal-Bożnija-Ħerzegovina, mal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mar-Repubblika tal-Moldova, mal-Montenegro, mar-Repubblika tat-Turkija u mal-Ukrajna.
(3)In-negozjati ġew konklużi b’suċċess matul il-laqgħa tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Interbus li saret fl-10 ta’ Novembru 2017.
(4)Il-Protokoll għandu jiffaċilita l-provvista ta’ servizzi regolari jew servizzi regolari speċjali bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Interbus, u b’hekk mistenni jagħti lok għal titjib fil-links tat-trasport bejniethom.
(5)Fir-rigward tar-regoli ġenerali, b’mod partikolari l-operat tal-Kumitat Konġunt, u sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tiegħu, l-abbozz ta’ Protokoll fil-biċċa l-kbira tiegħu jirrifletti r-regoli stabbiliti fil-Ftehim Interbus.
(6)Sabiex il-benefiċċji tiegħu ma jiddewmux wisq, u b’mod simili għal kif jistipula l-Ftehim Interbus, il-Protokoll jipprevedi d-dħul fis-seħħ tiegħu stess, għall-Partijiet Kontraenti li jkunu approvawh jew irratifikawh, meta erba’ Partijiet Kontraenti, inkluża l-Unjoni, ikunu approvawh jew irratifikawh.
(7)Għalhekk, il-Protokoll tal-Ftehim Interbus dwar it-trasport regolari speċjali u regolari internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank għandu jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Protokoll tal-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) b’rabta mat-trasport regolari speċjali u regolari internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
It-test tal-Protokoll li għandu jiġi ffirmat huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istrument tas-setgħat sħaħ għall-iffirmar tal-Protokoll, soġġett għall-konklużjoni tiegħu, għall-persuna/i indikata/i min-negozjatur tal-Protokoll.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell,16.5.2018
COM(2018) 288 final
ANNESS
tal-
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta' Protokoll tal-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) fir-rigward tat-trasport internazzjonali regolari u regolari speċjali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank
PROTOKOLL
tal-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) fir-rigward tat-trasport internazzjonali regolari u regolari speċjali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank
IL-PARTIJIET KONTRAENTI,
Wara li kkunsidraw ix-xewqa li t-trasport internazzjonali tal-passiġġieri fl-Ewropa jiġi żviluppat u promoss aktar, u li l-organizzazzjoni u l-operat tiegħu jiġu faċilitati,
Wara li kkunsidraw l-importanza dejjem tikber tat-turiżmu, u x-xewqa li l-iskambju kulturali jiġi promoss aktar fost il-Partijiet Kontraenti għal dan il-Protokoll,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (“il-Ftehim Interbus”)(), kif ġie emendat sussegwentement, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003 (),
Wara li kkunsidraw ix-xewqa li l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi tat-trasport inklużi fil-Ftehim Interbus jiġi estiż biex ikopri wkoll is-servizzi regolari u s-servizzi regolari speċjali, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet,
Billi:
(1)Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Interbus għandu jitwessa’ permezz ta’ dispożizzjonijiet li jistabbilixxu proċeduri għal servizzi regolari u servizzi regolari speċjali, soġġett għal awtorizzazzjoni.
(2)Dan il-Protokoll, li fih jinsabu dispożizzjonijiet ta’ dan it-tip, għandu jkun miftuħ għall-adeżjoni mill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Interbus.
(3)Ħlief għal arranġamenti ta’ sħubija, għalissa l-liberalizzazzjoni ta’ servizzi regolari u servizzi regolari speċjali soġġetti għall-awtorizzazzjoni għandhom japplikaw biss għal servizzi b’oriġini jew b’destinazzjoni fil-Parti Kontraenti ta’ stabbiliment tal-operatur tat-trasport bit-triq fejn huma rreġistrati l-vetturi tal-operatur.
(4)Filwaqt li għandha tiġi eskluża l-possibbiltà li jitħaddmu servizzi regolari u servizzi regolari speċjali b’oriġini u destinazzjoni fl-istess Parti Kontraenti minn operaturi stabbiliti f’Parti Kontraenti differenti, operaturi tat-trasport ta’ dan it-tip għandhom jitħallew itellgħu jew iniżżlu passiġġieri f’punti ta’ waqfien prestabbiliti bħala parti minn servizz, sakemm dawn ma jġorrux passiġġieri bejn żewġ waqfiet fi ħdan Parti Kontraenti waħda li ma tkunx il-Parti Kontraenti ta’ stabbiliment.
(5)Il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għal ragunijiet ta’ nazzjonalità jew tas-sede prinċipali tal-operatur tat-trasport, u għal ragunijiet relatati mal-origini jew id-destinazzjoni tal-kowċ u tax-xarabank u tas-servizz mogħti, għandu japplika bħala element bażiku għall-provvista ta’ servizzi ta’ trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq.
(6)Sabiex il-proċeduri jiġu faċilitati u simplifikati, iridu jiġu previsti mudelli uniformi tal-formola ta’ applikazzjoni u tal-awtorizzazzjoni għal servizzi regolari u servizzi regolari speċjali internazzjonali. Barra minn hekk, sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet diverġenti, għandhom jiġu speċifikati d-dokumenti meħtieġa għall-kontrolli li jridu jinżammu fil-vettura u jiġu ppreżentati fuq talba lil kwalunkwe uffiċjal ta’ spezzjoni awtorizzat skont dan il-Protokoll.
(7)L-awtorizzazzjoni għal servizzi regolari u servizzi regolari speċjali internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq approvata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti kollha rilevanti, jew mill-Istati Membri tal-Unjoni kollha ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni tas-servizz, u dawk fir-rotta skont il-“proċedura ta’ awtorizzazzjoni” u mogħtija mill-awtorità ta’ awtorizzazzjoni tal-oriġini jew tad-destinazzjoni tas-servizz għandha tippermetti lill-operatur applikant stabbilit fil-Parti Kontraenti tal-oriġini jew tad-destinazzjoni tas-servizz, jew lill-operatur stabbilit fil-Parti kontraenti tal-oriġini jew tad-destinazzjoni mqabbad mill-operaturi l-oħra għal dawn il-finijiet jew, fil-każ ta’ sħubija jew gruppi, biex is-servizz jitwettaq bejn l-oriġini u d-destinazzjoni tar-rotta. Din l-awtorizzazzjoni għandha tikkostitwixxi l-unika awtorizzazzjoni meħtieġa biex jitwettaq is-servizz. Ma għanda tkun meħtieġa l-ebda awtorizzazzjoni separata biex wieħed jaqsam il-Partijiet Kontraenti jew l-Istati Membri tal-Unjoni jew il-fruntieri tagħhom bħala parti mis-servizz, irrispettivament minn jekk il-passiġġieri jittellgħux jew jitniżżlux fir-rotta fil-Parti Kontraenti jew fl-Istat Membru tal-Unjoni.
(8)Soġġett għal ċertu kundizzjonijiet, Parti Kontraenti jew Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għandhom jitħallew jiddeċiedu jekk is-servizzi regolari u s-servizzi regolari speċjali internazzjonali b’oriġini jew destinazzjoni fit-territorju tagħhom għandhomx ikunu soġġetti għal arranġamenti ta’ sħubija bejn l-operaturi tal-oriġini u tad-destinazzjoni ta’ dak is-servizz. Operaturi stabbiliti fil-Partijiet Kontraenti jew fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li t-territorji tagħhom jinqasmu mis-servizz, li bħala parti minnu l-passiġġieri jittellgħu u jitniżżlu fir-rotta, jistgħu jingħaqdu ma’ tali sħubijiet.
(9)Huwa xieraq li jiġi stabbilit Kumitat Konġunt biex jiġġestixxi dan il-Protokoll, sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq u uniformi u sabiex l-Annessi jiġu adattati għall-progress tekniku u leġiżlattiv,
(10)Jenħtieġ li l-Partijiet Kontraenti japplikaw miżuri soċjali uniformi b’rabta max-xogħol tal-ekwipaġġi ta’ xarabanks u kowċis involuti fit-trasport internazzjonali bit-triq, li jkunu rregolati mir-regoli stabbiliti fil-Ftehim Interbus, li għalih għandu jirreferi dan il-Protokoll.
(11)Il-kundizzjonijiet li fihom għandhom jitwettqu servizzi regolari u servizzi regolari speċjali għandhom jiġu rregolati mir-regoli stabbiliti fil-Ftehim Interbus, li għalih għandu jirreferi dan il-Protokoll, soġġett għal regoli speċifiċi, kif speċifikat fl-Appendiċi 1 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll.
(12)L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi li japplikaw għal xarabanks u kowċis li jwettqu servizzi internazzjonali bejn Partijiet Kontraenti għandhom jiġu rregolati mir-regoli stabbiliti fil-Ftehim Interbus, li għalih għandu jirreferi dan il-Protokoll, kif speċifikat fl-Anness 2 ta’ dan il-Protokoll.
IDDEĊIDEW li jistabbilixxu regoli uniformi għat-trasport internazzjonali regolari u regolari speċjali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank, u
FTIEHMU KIF ĠEJ:
TAQSIMA I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Kamp ta’ Applikazzjoni
1.
Dan il-Protokoll għandu japplika:
(a) għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri, ta’ kwalunkwe nazzjonalità, bit-triq permezz ta’ servizzi regolari u regolari speċjali bil-kowċ u bix-xarabank:
–bejn it-territorji ta’ żewġ Partijiet Kontraenti u, jekk ikun hemm bżonn matul it-twettiq ta’ tali servizzi, li jaqsam mit-territorju ta’ Parti Kontraenti oħra jew mit-territorju ta’ Stat Mhux Kontraenti,
–li jitwettaq minn operaturi tat-trasport f’isem ħaddieħor stabbiliti f’Parti Kontraenti tal-oriġini u/jew tad-destinazzjoni tas-servizz u, fil-każ ta’ sħubija, f’Partijiet Kontraenti jew fi Stati Membri tal-Unjoni li jinqasmu mis-servizz fejn jittellgħu u jitniżżlu l-passiġġieri, jekk jiddeċiedu hekk, f’konformità mal-liġi applikabbli u bil-pussess ta’ liċenzja għat-trasport tal-passiġġieri permezz ta’ servizzi regolari u servizzi regolari speċjali internazzjonali bil-kowċ u bix-xarabank,
–bl-użu ta’xarabanks u kowċis irreġistrati fil-Parti Kontraenti fejn huwa stabbilit l-operatur tat-trasport;
(b) għal vjaġġi vojta tax-xarabanks u l-kowċis ikkonċernati minn dawn is-servizzi.
2.
L-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll ma tista’ tiġi interpretata li tipprovdi l-possibbiltà li jitħaddmu servizzi regolari u servizzi regolari speċjali b’oriġini u destinazzjoni fl-istess Parti Kontraenti minn operaturi stabbiliti f’Parti Kontraenti oħra (kabotaġġ).
3.
Skont il-paragrafu 1, u soġġett għall-paragrafu 2, meta t-trasport ikun parti minn servizz lejn jew minn territorju li fih huwa stabbilit l-operatur tat-trasport, il-passiġġieri jistgħu jittellgħu jew jitniżżlu fir-rotta fit-territorju ta’ kwalunkwe Parti Kontraenti li tawtorizza waqfa fit-territorju tagħha.
4.
Dan il-Protokoll ma japplikax għal dawn li ġejjiin:
–l-użu ta’ xarabanks u kowċis maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri għat-trasport tal-merkanzija għal skopijiet kummerċjali;
–is-servizzi pprovduti għall-kont proprju.
Artikolu 2
Nondiskriminazzjoni
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li għal dan il-Protokoll jiġi applikat il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, is-sede prinċipali tal-operatur tat-trasport jew l-origini jew id-destinazzjoni tax-xarabank, tal-kowċ u tas-servizz ipprovdut.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1.
Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Ftehim Interbus.
2.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
(a)“il-Ftehim Interbus” tfisser il-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank(), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2003(), kif emendat sussegwentement;
(b)“sħubija” tfisser kull ftehim jew arranġament kuntrattwali ieħor ta’ kwalunkwe tip skont liema l-partijiet għalih, magħrufa bħala sħab, jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw fir-rigward tas-servizz li għandu jiġi pprovdut;
(c)“impriża assoċjata” tfisser impriża li fiha għandhom parteċipazzjoni impriża waħda jew aktar (l-impriża jew l-impriżi omm), u li l-politiki operattivi u finanzjarji tagħha jinsabu taħt l-influwenza sinifikanti tal-impriża jew tal-impriżi l-oħra.
(d)“grupp” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
–impriża assoċjata waħda jew aktar, u l-impriża jew l-impriżi omm tagħhom;
–impriża assoċjata waħda jew aktar li jkollha l-istess impriża jew impriżi omm;
TAQSIMA II
KUNDIZZJONIJIET LI JAPPLIKAW GĦAL OPERATURI TAT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI BIT-TRIQ
Artikolu 4
Il-partijiet Kontraenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Anness 1.
TAQSIMA III
KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI LI JAPPLIKAW GĦALL-VETTURI
Artikolu 5
Ix-xarabanks u l-kowċis użati biex jiwettqu s-servizzi regolari u s-servizzi regolari speċjali internazzjonali koperti minn dan il-Protokoll għandhom jikkonformaw mal-istandards tekniċi msemmija fl-Anness 2.
TAQSIMA IV
AĊĊESS GĦAS-SUQ
Artikolu 6
Servizzi regolari u servizzi regolari speċjali internazzjonali soġġetti għal awtorizzazzjoni
1.
Is-servizzi regolari għandhom ikunu miftuħin għal kulħadd, soġġetti, meta jkun il-każ, għal prenotazzjoni ta’ bilfors.
2.
Is-servizzi regolari u s-servizzi regolari speċjali għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skont it-Taqsima VI.
3.
In-natura regolari tas-servizz ma għandha tiġi affettwata minn ebda aġġustament fil-kundizzjonijiet operattivi tas-servizz.
4.
L-organizzazzjoni ta’ servizzi paralleli jew temporanji, li jservu l-istess pubbliku bħas-servizzi regolari eżistenti, in-nuqqas ta’ servizz f’ ċerti waqfiet u s-servizz ta’ waqfiet addizzjonali fuq is-servizzi regolari eżistenti għandhom ikunu rregolati mill-istess regoli applikabbli għas-servizzi regolari eżistenti.
5.
F’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-kompetizzjoni, Parti Kontraenti jew Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jista’ jiddeċiedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, mingħajr diskriminazzjoni, li s-servizzi regolari u s-servizzi regolari speċjali internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq bl-oriġini jew id-destinazzjoni fit-territorju tiegħu huma soġġetti għal arranġamenti ta’ sħubija bejn operaturi stabbiliti fil-Parti Kontraenti jew fl-Istat Membru tal-UE tal-oriġini u d-destinazzjoni ta’ dak is-servizz.
Operaturi stabbiliti fil-Partijiet Kontraenti u fl-Istati Membri tal-Unjoni li jiġu maqsuma bħala parti mir-rotta tas-sevizz, u li fihom il-passiġġieri jittellgħu u jitniżżlu, jistgħu jingħaqdu ma’ sħubijiet bħal dawn, jekk jiddeċiedu li jagħmlu hekk.
Il-partijiet Kontraenti u l-Istati Membri tal-Unjoni kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 18 ta’ dan il-Protokoll rigward it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ dan it-tip, u għandhom jipprovdu wkoll il-ġustifikazzjonijiet tagħhom.
6.
F’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-kompetizzjoni, l-operaturi, fuq bażi volontarja, jistgħu jiffurmaw sħubijiet għall-finijiet tat-twettiq ta’ servizzi regolari jew servizzi regolari speċjali. Dawn li ġejjin jistgħu jipparteċipaw f’dawn is-sħubijiet:
–operaturi stabbiliti fil-Partijiet Kontraenti jew fi Stat Membru tal-Unjoni tal-oriġini jew tad-destinazzjoni tas-servizz;
–operaturi stabbiliti fil-Partijiet Kontraenti u fl-Istati Membri tal-Unjoni li jiġu maqsuma bħala parti mir-rotta tas-sevizz, u li fihom il-passiġġieri jittellgħu u jitniżżlu.
TAQSIMA V
DISPOŻIZZJONIJIET SOĊJALI, DOGANALI U FISKALI
Artikolu 7
It-Taqsima V (dispożizzjonijiet soċjali) u t-Taqsima VI (dispożizzjonijiet doganali u fiskali) tal-Ftehim Interbus għandhom japplikaw għal dan il-Protokoll.
TAQSIMA VI
AWTORIZZAZZJONI GĦAL SERVIZZI REGOLARI U SERVIZZI REGOLARI SPEĊJALI INTERNAZZJONALI
Artikolu 8
In-natura tal-awtorizzazzjoni
1.
L-awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari u servizzi regolari speċjali internazzjonali għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li fih huwa stabbilit l-operatur tat-trasport (minn hawn ’il quddiem “l-awtorità ta’ awtorizzazzjoni”).
2.
Fil-każ ta’ operatur stabbilit fl-Unjoni Ewropea, l-awtorità ta’ awtorizzazzjoni għandha tkun l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini jew tad-destinazzjoni.
3.
Fil-każ ta’ grupp ta’ operaturi li jkollhom il-ħsieb li joperaw servizzi regolari u servizzi regolari speċjali internazzjonali u fil-każ ta’ sħubija bejn impriżi (operaturi) minn mill-inqas żewġ Partijiet Kontraenti li fit-territorju tagħhom jittellgħu u jitniżżlu l-passiġġieri, l-awtorità ta’ awtorizzazzjoni għandha tkun l-awtorità kompetenti li lilha tkun indirizzata l-applikazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1).
4.
L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu f’isem l-operatur, u għandhom ikunu ta’ natura mhux trasferibbli. Madankollu, operatur li jkun irċieva awtorizzazzjoni jista’, bil-kunsens tal-awtorità ta’ awtorizzazzjoni, jopera s-servizz permezz ta’ subkuntrattur, jekk din il-possibbiltà tkun konformi mal-liġi tal-Parti Kontraenti. F’dan il-każ, l-isem tas-subkuntrattur u r-rwol tiegħu għandhom jiġu indikati fl-awtorizzazzjoni. Is-subkuntrattur għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 1, 4 u 5 u, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet soċjali, fl-Artikolu 7, kif ukoll fl-Annessi 1 u 2.
F’każ li grupp ta’ impriżi jkun beħsiebu jopera servizzi regolari jew servizzi regolari speċjali internazzjonali, l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ fl-ismijiet tal-impriżi kollha tal-grupp u fiha għandhom jiġu ddikjarati l-ismijiet tal-operaturi kollha. Din għandha tingħata lill-impriża maħtura mill-operaturi l-oħra għal dawn l-għanijiet u li tkun talbitha, u l-impriżi l-oħra għandhom jingħataw kopji awtentikati.
Fil-każ ta’ sħubija, għandhom jinħarġu kopji oriġinali tal-awtorizzazzjoni għal kull impriża msieħba, u fuq kull awtorizzazzjoni għandu jiġi ddikjatat l-isem ta’ kull impriża.
F’każijiet fejn servizzi regolari jew servizzi regolari speċjali internazzjonali jitwettqu minn grupp jew minn sħubija, kif imsemmi fit-tieni u t-tielet subparagrafi, id-deċiżjoni dwar il-qsim proprju tal-prestazzjonijiet tat-traffiku bejn l-operaturi parteċipanti għandha titħalla f’idejn l-operaturi stess.
5.
Il-perjodu ta’ validità ta’ awtorizzazzjoni ma għandux jiskorri l-ħames snin. Dan jista’ jiġi stabbilit għal perjodu iqsar, jew fuq talba tal-applikant jew permezz ta’ kunsens reċiproku tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jittellgħu jew jitniżżlu.
6.
L-awtorizzazzjonijiet għandhom jispeċifikaw dawn li ġejjin:
(a)it-tip ta’ servizz;
(b)ir-rotta tas-servizz, b’mod partikolari l-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla;
(c)il-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni;
(d)il-waqfiet u l-iskeda tal-ħinijiet.
7.
L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-mudell stabbilit fl-Anness 4.
8.
Soġġett għall-Artikolu 1(2), l-awtorizzazzjonijiet għandhom jintitolaw lid-detentur(i) biex jopera(w) servizzi regolari u/jew servizzi regolari speċjali internazzjonali fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti kollha li minnhom jgħaddu r-rotot tas-servizz.
9.
L-operatur ta’ servizz regolari jew servizz regolari speċjali jista’ juża vetturi addizzjonali biex ilaħħaq ma’ sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali. Tali vetturi addizzjonali jistgħu jintużaw biss bl-istess kundizzjonijiet kif stabbilit fl-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.
F’dan il-każ, minbarra d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 15, l-operatur għandu jiżgura li fil-vettura tinżamm kopja tal-kuntratt bejn l-operatur tas-servizz regolari jew servizz regolari speċjali internazzjonali u l-impriża li tkun qed tipprovdi l-vetturi addizzjonali, jew dokument ekwivalenti. Dak id-dokument irid jiġi ppreżentat fuq talba lil kwalunkwe uffiċjal ta’ spezzjoni awtorizzat.
Artikolu 9
Il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal servizzi regolari u servizzi regolari speċjali internazzjonali
1.
Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ servizzi regolari u servizzi regolari speċjali internazzjonali għandhom jiġu ppreżentati mill-operatur lill-awtorità kompetenti ta’ awtorizzazzjoni tiegħu.
Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni waħda biss għal kull servizz. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 8(3), din għandha tiġi ppreżentata mill-operatur maħtur mill-operaturi l-oħra għal dawn il-finijiet.
L-applikazzjoni għandha tiġi indirizzata lill-awtorità ta’ awtorizzazzjoni tal-Parti Kontraenti fejn ikollu s-sede l-operatur li jkun ippreżentaha.
2.
L-applikazzjoni għall-awtorizazzjoni għandha tiġi ppreżentata fuq il-bażi tal-mudell stabbilit fl-Anness 3.
3.
Il-persuni li japplikaw għall-awtorizzazzjoni għandhom jipprovdu kull informazzjoni oħra li jikkunsidraw bħala rilevanti jew li tkun mitluba mill-awtorità ta’ awtorizzazzjoni, b’mod partikolari d-dokumenti elenkati fl-Anness 3.
Artikolu 10
Proċedura ta’ awtorizzazzjoni
1.
L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu bi ftehim mal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti kollha li l-passiġġieri jittellgħu jew jitniżżlu fit-territorju tagħhom. L-awtorità ta’ awtorizzazzjoni għandha tibgħat lil dawn l-awtoritajiet, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti li t-territorji tagħhom jinqasmu mingħajr ma l-passiġġieri jittellgħu jew jitniżżlu, kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma’ kopji ta’ kwalunkwe dokumenti rilevanti oħra, u l-valutazzjoni tagħha.
Fir-rigward tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu dawk tal-Istati Membri li fit-territorji tagħhom jittellgħu jew jitniżżlu l-passiġġieri, u li t-territorji tagħhom jinqasmu mingħajr ma l-passiġġieri jittellgħu jew jitniżżlu.
2.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti li l-qbil tagħhom ikun ġie mitlub għandhom jgħarrfu lill-awtorità ta’ awtorizzazzjoni dwar id-deċiżjoni tagħhom rigward l-applikazzjoni fi żmien erba’ xhur. Dan il-limitu ta’ żmien għandu jiġi kkalkulat mid-data tal-wasla tat-talba għal ftehim li tkun fil-konferma tar-riċevuta. Jekk id-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li mingħandhom ikun intalab il-ftehim, tkun negattiva, din għandha tkun motivata kif xieraq. Jekk l-awtorità ta’ awtorizzazzjoni ma tirċievi ebda tweġiba fi żmien erba’ xhur, l-awtoritajiet ikkonsultati għandhom jitqiesu li jkunu taw il-kunsens tagħhom u l-awtorità ta’ awtorizzazzjoni tkun tista’ toħroġ l-awtorizzazzjoni.
L-awtoritajiet tal-Partijiet Kontraenti li t-territorji tagħhom jinqasmu mingħajr ma jittellgħu jew jitniżżlu passiġġieri, jistgħu jinnotifikaw lill-awtorità awtorizzazzjoni bil-kummenti tagħhom fi żmien l-iskadenza stabbilita fl-ewwel subparagrafu.
3.
L-awtorità ta’ awtorizzazzjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni mit-trasportatur.
4.
L-awtorizzazzjoni għandha tingħata, minbarra:
(a)jekk l-applikant ma jkunx kapaċi jipprovdi s-servizz li huwa s-suġġett tal-applikazzjoni bl-apparat direttament għad-dispożizzjoni tiegħu;
(b)jekk l-applikant ma jkunx konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew internazzjonali dwar it-trasport bit-triq u b’mod partikolari mal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti relatati mal-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, jew ikun wettaq xi ksur serju tal-leġiżlazzjoni ta’ Parti Kontraenti dwar it-trasport bit-triq, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi u għall-perjodi tas-sewqan u l-mistrieħ tax-xufiera;
(c)jekk, fil-każ ta’ applikazzjoni għal tiġdid ta’ awtorizzazzjoni, ma jkunx hemm konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni;
(d)jekk Parti Kontraenti tiddeċiedi, fuq il-bażi ta’ analiżi dettaljata, li s-servizz ikkonċernat jaffettwa b'mod serju l-vijabbiltà ta' servizz komparabbli kopert minn kuntratt jew minn diversi kuntratti ta' servizz pubbliku li jikkonformaw mal-liġi tal-Parti Kontraenti rigward is-sezzjonijiet diretti kkonċernati. F’każ bħal dak, il-Parti Kontraenti għandha tistabbilixxi kriterji nondiskriminatorji li jippermettu li jiġi ddeterminat jekk is-servizz li tkun saret applikazzjoni għalih jaffettwax b’mod serju l-vijabbiltà tas-servizz komparabbli msemmi hawn fuq, u tikkomunikahom lill-Partijiet Kontraenti l-oħra msemmija fl-Artikolu 10(1);
(e)jekk Parti Kontraenti tiddeċiedi fuq il-bażi ta’ analiżi dettaljata li l-għan prinċipali tas-servizz mhuwiex li jinġarru l-passiġġieri bejn waqfiet li jinsabu f’Partijiet Kontraenti differenti.
F’każ li s-servizz internazzjonali eżistenti tal-kowċ u tax-xarabank ikun qiegħed jaffettwa serjament il-vijabbiltà ta’ servizz komparabbli kopert minn kuntratt ta’ servizz pubbliku wieħed jew aktar li jikkonforma mal-liġi ta’ Parti Kontraenti dwar is-sezzjonijiet diretti kkonċernati, minħabba raġunijiet eċċezzjonali li ma setgħux jiġu mbassra fil-ħin meta ngħatat l-awtorizzazzjoni, Parti Kontraenti tista’, bi qbil mal-Partijiet Kontraenti l-oħra msemmija fl-Artikolu 10(1), tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim tas-servizz internazzjonali tal-kowċ u/jew tax-xarabank wara li jingħata avviż ta’ sitt xhur żmien lit-trasportatur.
Il-fatt li trasportatur joffri prezzijiet orħos minn dawk offruti minn trasportaturi bit-triq oħra jew il-fatt li r-rotta f’dak il-każ tkun diġà mħaddma minn trasportaturi oħra bit-triq ma għandux minnu nnifsu jikkostitwixxi ġustifikazzjoni biex l-applikazzjoni tiġi miċħuda.
5.
L-awtorità ta’ awtorizzazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti kollha involuti fil-proċedura biex jintlaħaq il-ftehim previst fil-paragrafu 1 jistgħu jirrifjutaw l-appikazzjonijiet biss fuq il-bażi tar-raġunijiet previsti f’dan il-Protokoll.
6.
Wara li tkun temmet il-proċedura stabbilità fil-paragrafi 1 sa 5, l-awtorità ta’ awtorizzazzjoni għandha tagħti l-awtorizzazzjoni jew tirrifjuta l-applikazzjoni b’mod formali.
Fid-deċiżjonijiet ta’ rifjut tal-applikazzjoni għandhom jiġu ddikjarati r-raġunijiet li fuqhom ikunu ġew ibbażati l-istess deċiżjonijiet. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-impriżi tat-trasport jingħataw l-opportunità li jagħmlu rappreżentazzjonijiet fl-eventwalità li l-applikazzjoni tagħhom tiġi miċħuda.
L-awtorità ta’ awtorizzazzjoni għandha tinforma lill-awtoritaitajiet kollha msemmija fil-paragrafu 1 rigward id-deċiżjoni tagħha, filwaqt li tibgħatilhom ukoll kopja ta’ kull awtorizzazzjoni.
Artikolu 11
It-tiġdid u l-modifika tal-awtorizzazzjoni
1.
L-Artikolu 10 għandu japplika, mutatis mutandis, għal applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet jew għall-alterazzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom għandhom jitwettqu s-servizzi soġġetti għal awtorizzazzjoni.
2.
Fil-każ ta’ alterazzjoni minuri fil-kundizzjonijiet operattivi, b’mod partikolari l-aġġustament ta’ intervalli, tariffi u skedi tal-ħinijiet, l-awtorità ta’ awtorizzazzjoni jkollha bżonn biss tagħti informazzjoni marbuta mal-alterazzjoni lill-Partijiet Kontraenti kkonċernati l-oħrajn. Bidliet fl-iskedi tal-ħinijiet jew fl-intervalli li jaffettwaw il-ħinijiet tal-kontrolli fuq il-fruntieri bejn il-Partijiet Kontraenti jew fuq il-fruntieri ta’ pajjiżi terzi ma għandhomx jitqiesu bħala alterazzjonijiet minuri.
3.
Il-Partijiet Kontraenti kkonċernati jistgħu jiftiehmu li l-awtorità ta’ awtorizzazzjoni weħidha għandha tiddeċiedi dwar l-alterazzjonijiet fil-kundizzjonijiet li fihom jitħaddem is-servizz.
Artikolu 12
Skadenza tal-awtorizzazzjoni
1.
Awtorizzazzjoni għal servizz regolari u servizz regolari speċjali internazzjonali għandha tiskadi fl-aħħar tal-perjodu ta’ validità tagħha, jew tliet xhur wara li l-awtorità ta’ awtorizzazzjoni tirċievi notifika mingħand id-detentur tal-awtorizzazzjoni, li permezz tagħha jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jirtira s-servizz. Din in-notifika għandu jkollha dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet.
2.
Meta d-domanda għal servizz ma tibqax teżisti, il-perjodu ta’ notifika previst fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ xahar.
3.
L-awtorità ta’ awtorizzazzjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti kkonċernati l-oħrajn li l-awtorizzazzjoni tkun skadiet.
4.
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-utenti tas-servizz ikkonċernai bl-irtirar tiegħu xahar qabel permezz ta’ pubbliċità xierqa.
Artikolu 13
L-obbligi tal-operaturi tat-trasport
1.
Ħlief fil-każ ta’ force majeure, l-operatur ta’ servizz regolari jew servizz regolari speċjali internazzjonali għandu jniedi s-servizz mingħajr dewmien u, sal-ħin meta tiskadi l-awtorizzazzjoni, għandu jieħu l-miżuri kollha biex jiggarantixxi servizz ta’ trasport li jissodisfa l-istandards ta’ kontinwità, regolarità u kapaċità u li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(6).
2.
L-operatur għandu jippubblika r-rotta tas-servizz, il-waqfiet, l-iskeda tal-ħinijiet, it-tariffi u l-kundizzjonijiet l-oħrajn tat-trasport, b’tali mod li jiżgura li dak it-tagħrif ikun faċilment disponibbli għall-utenti kollha.
3.
Għandu jkun possibbli għall-Partijiet Kontraenti kkonċernati, bi qbil komuni u bi qbil mad-detentur tal-awtorizzazzjoni, li jagħmlu bidliet fil-kundizzjonijiet tal-operat li jirregolaw servizz regolari jew servizz regolari speċjali internazzjonali.
TAQSIMA VII
DISPOŻIZZJONIJIET MAĦSUBA BIEX JIĠI ŻGURAT LI JKUN HEMM KONFORMITÀ MA’ DAN IL-PROTOKOLL
Artikolu 14
L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-operaturi tat-trasport jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 15
1.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(9), fuq il-kowċ jew ix-xarabank għandhom jinżammu l-awtorizzazzjoni jew kopja awtentikata tal-awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ servizzi regolari jew servizzi regolari speċjali internazzjonali, kif ukoll il-liċenzja tal-operatur jew kopja awtentikata tal-liċenzja tal-operatur għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq previst skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea. Dawk id-dokumenti għandhom jiġu ppreżentati f’każ li jintalbu minn uffiċjal ta’ spezzjoni awtorizzat.
2.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 u għall-Artikolu 8(9), fil-każ ta’ servizz regolari speċjali, il-kuntratt bejn l-organizzatur u l-operatur tat-trasport, jew kopja tiegħu, kif ukoll dokument li jixhed li l-passiġġieri jikkostitwixxu kategorija speċifika bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħra għall-finijiet ta’ servizz regolari speċjali, għandu jservi wkoll bħala dokument ta’ kontroll, għandu jinżamm fil-vettura u għandu jiġi ppreżentat f’każ li jintalab minn uffiċjal ta’ spezzjoni awtorizzat.
TAQSIMA VIII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 16
Id-durata tal-Protokoll – Evalwazzjoni tal-funzjonament tal-Protokoll
1.
Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż għal perjodu ta’ ħames snin, mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
2.
Id-durata ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi awtomatikament estiża għal perjodi suċċessivi ta’ ħames snin fost dawk il-Partijiet Kontraenti li ma jesprimux ix-xewqa tagħhom li ma jagħmlux dan. Fil-każ tal-aħħar, il-Parti Kontraenti kkonċernata għandha tinnotifika lid-Depożitarju dwar l-intenzjoni tagħha skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim Interbus.
3.
Qabel tmiem kull perjodu ta’ ħames snin, il-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 18 ta’ dan il-Protokoll għandu jevalwa l-funzjonament ta’ dan il-Protokoll, preferibbilment flimkien mal-evalwazzjoni tal-Ftehim Interbus innifsu.
Artikolu 17
Ftehimiet bilaterali, ratifika jew approvazzjoni u Depożitarju tal-Protokoll, dħul fis-seħħ tal-Protokoll, denunzja u lingwi
1.
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 25, 27, 28, 31 u 34 tal-Ftehim Interbus għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dan il-Protokoll.
2.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll għandhom jissostitwixxu dawk id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti u bejn il-Partijiet Kontraenti u l-Istati Membri tal-Unjoni.
Madankollu, minkejja l-Artikolu 25 tal-Ftehim Interbus, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet eżistenti bejn il-Partijiet Kontraenti jew bejn il-Partijiet Kontraenti u l-Istati Membri tal-Unjoni jistgħu jinżammu għall-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fl-Artikolu 8(5), ikkalkulat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll għall-Partijiet Kontraenti kkonċernati.
Artikolu 18
Kumitat Konġunt
1.
Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni ta’ dan il-Protokoll, b’dan qed jiġi stabbilit Kumitat Konġunt. Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti.
2.
L-Artikoli 23 u 24 tal-Ftehim Interbus għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 19
L-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea ta’ Parti Kontraenti mhux tal-Unjoni
1.
Il-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 18 għandu jkun mgħarraf dwar kull talba li ssir minn Parti Kontraenti jew minn kwalunkwe Stat terz sabiex isir membru tal-Unjoni Ewropea.
2.
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiġu notifikati mill-Unjoni Ewropea rigward l-adeżjoni ta’ kwalunkwe Parti Kontraenti mal-Unjoni.
3.
Mid-data tal-adeżjoni tagħha, Parti Kontraenti għal dan il-Protokoll li tkun issieħbet fl-Unjoni Ewropea għandha tiġi ttrattata bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u mhux bħala Parti Kontraenti separata għal dan il-Protokoll.
4.
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jeżaminaw, fil-kuntest tal-Kumitat Konġunt, l-effett ta’ tali adeżjoni fuq dan il-Protokoll. Il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe miżuri tranżizzjonali jew ta’ aġġustament meħtieġa f’dan ir-rigward.
Artikolu 20
Iffirmar
1.
Dan il-Protokoll għandu jkun miftuħ għall-iffirmar fi Brussell minn [DAĦĦAL ID-DATI: ID-DATA TAL-ADOZZJONI TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL SAD-DATA TA’ 9 XHUR WARA], fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li għandu jaġixxi bħala d-Depożitarju tal-Ftehim.
2.
Firmatarju ma jistax jiffirma, jirratifika jew jaderixxi għal dan il-Protokoll sakemm qabel ma jkunx iffirma, irratifika jew aderixxa mal-Ftehim Interbus. L-istrumenti tal-iffirmar, tal-adeżjoni jew tar-ratifika għandhom jiġu depożitati mad-Depożitarju, li għandu jgħarraf lill-Partijiet Kontraenti l-oħra b’dan.
Artikolu 21
Adeżjoni
Wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, kwalunkwe Parti Kontraenti għall-Ftehim Interbus tista’ taderixxi wkoll ma’ dan il-Protokoll.
Il-paragarfi (3) u (4) tal-Artikolu 30 tal-Ftehim Interbus għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 22
Annessi
L-Annessi ta’ dan il-Protokoll għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.
Magħmul fi Brussell,
B’XHIEDA TA’ DAN, il-plenipotenzjarji sottoskritti ffirmaw dan il-Protokoll.
Miftuħ għall-iffirmar fi Brussell bejn [DAĦĦAL ID-DATI: ID-DATA TAL-ADOZZJONI TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U D-DATA TA’ 9 XHUR WARA]
Ouvert à la signature à Bruxelles entre le [DAĦĦAL ID-DATI: ID-DATA TAL-ADOZZJONI TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U D-DATA TA’ 9 XHUR WARA]
Liegt zwischen dem [DAĦĦAL ID-DATI: ID-DATA TAL-ADOZZJONI TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U D-DATA TA’ 9 XHUR WARA] in Brüssel zur Unterzeichnung auf.
Għall-Unjoni Ewropea
Pour la Union européenne
Für die Europäische Union
Għar-Repubblika tal-Albanija
Pour la République d'Albanie
Für die Republik Albanien
Għall-Bożnija-Ħerzegovina
Pour Bosnie et Herzégovine
Für Bosnien und Herzegowina
Għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
Pour l'ancienne République yougoslave de Macédoine
Für die ehemalige jugoslawische Republik Mazedonien
Għar-Repubblika tal-Moldova
Pour la République de Moldova
Für die Republik Moldau
For Montenegro
Pour Monténégro
Für Montenegro
Għar-Repubblika tat-Turkija
Pour la République de Turquie
Für die Republik Türkei
Għall-Ukrajna
Pour l'Ukraine
Für Ukraine
ANNESS 1
Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-operaturi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq
L-Anness 1 tal-Ftehim Interbus għandu japplika għal dan il-Protokoll, soġġett għal dan li ġej:
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009 p. 51), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1) għandu japplika għal dan il-Protokoll bl-esklużjoni tal-Artikoli 16(5) sa (7), kif ukoll tal-Artikoli 18 sa 21, 23, u 25 sa 28. Id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Partijiet Kontraenti.
Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1) għandu japplika għal dan il-Protokoll bl-esklużjoni tal-Artikolu 3(a) u (b), l-aħħar żewġ sentenzi tal-Artikolu 12, l-Artikolu 18, l-Artikolu 28(2), l-Artikoli 29 u 30, l-aħħar sentenza tal-Artikolu 31, u l-Artikolu 32.
Id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Partijiet Kontraenti.
ANNESS 2
L-istandards tekniċi li japplikaw għax-xarabanks u l-kowċis
L-Anness 2 tal-Ftehim Interbus għandu japplika għal dan il-Protokoll.
ANNESS 3
Mudell ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal servizz regolari u servizz regolari speċjali internazzjonali
(Karta bajda – DIN A4)
|
(It-test għandu jitfassal bil-lingwa/i uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Parti Kontraenti fejn issir it-talba)
|
FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI JEW GĦAT-TIĠDID TA’ AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TWETTIQ TA’ SERVIZZ REGOLARI INTERNAZZJONALI JEW SERVIZZ REGOLARI SPEĊJALI INTERNAZZJONALI()
Biex jinbeda servizz regolari
□
Biex jinbeda servizz regolari speċjali
□
Biex tiġġedded l-awtorizzazzjoni għal servizz
□
Biex jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal servizz
□
li jsir bil-kowċ u bix-xarabank bejn Partijiet Kontraenti skont il-Protokoll dwar it-trasport regolari speċjali u regolari internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank tal-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus).
………………………………………………………………………………………………………........
(L-awtorità ta’ awtorizzazzjoni)
1.Il-kunjom u l-isem, jew l-isem tan-negozju tal-applikant; fil-każ ta’ applikazzjoni minn grupp ta’ operaturi jew minn sħubija, isem l-operatur inkarigat mill-operaturi l-oħra għall-finijiet tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni:
………………………………………………………………………………………………………........
………………………………………………………………………………………………………........
2.Is-servizzi se jitwettqu ()
Minn operatur □ minn grupp ta’ operaturi □ minn sħubija □ minn sottokuntrattur □
3.L-ismijiet u l-indirizzi tal-operatur jew, fil-każ ta’ grupp ta’ operaturi jew ta’ sħubija, l-ismijiet tal-operaturi kollha tal-grupp jew tas-sħubija; barra minn hekk, kwalunkwe sottokuntrattur għandu jiġi identifikat b’isimu()
3.1.…………………………………………………..………. tel. ………………….…….…
3.2.……………………………………………………..….… tel. ………………….……….
3.3.………………………………………………………....... tel. ………………….....….…
3.4.…………………………………………………………... tel. ……………………......…
(It-tieni paġna tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni jew għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni)
4.Fil-każ ta’ servizz regolari speċjali:
4.1.Kategorija tal-passiġieri:() ħaddiema □ studenti tal-iskola □ oħrajn □
5.Id-durata tal-awtorizazzjoni mitluba, jew id-data li fiha jintemm is-servizz:
………………………………………………………………………………………………….........
6.Ir-rotta prinċipali tas-servizz (issottolinja l-punti fejn jittellgħu u jitniżżlu l-passiġġieri, u niżżel l-indirizzi sħaħ):()
……………………………………………………………………………………………...………......
…..………………………………………………………………………………………………...........
…………………………………………………………………………………………………….........
7.Il-perjodu tal-operat: …………………………………………………………………….……..
…………………………………………………………………………………………………..……...
…………………………………………………………………………………………………..……...
8.Il-frekwenza (ta’ kuljum, ta’ kull ġimgħa, eċċ.): ………………………………………………………...……..
9.Tariffi ……………………………………… Anness mehmuż.
10.Inkludi magħhom skeda tas-sewqan li tippermetti li ssir verifika tal-konformità mar-regoli internazzjonali dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi ta’ ħin ta’ mistrieħ.
11.L-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet jew ta’ kopji awtentikati tal-awtorizzazzjonijiet mitluba: ()
…………………………………………………………………………………………………….........
12.Kwalunkwe informazzjoni oħra:
………………………………………………………………………………………………........…….
(Il-post u d-data)
(Il-firma tal-applikant)
………………………………………………………………………………………………………….
L-applikant għandu jinnota l-fatt li, billi l-awtorizzazzjoni jew il-kopja awtentikata tagħha għandha tinżamm fil-vettura, l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet jew ta’ kopji awtentikati, maħruġa mill-awtorità ta’ awtorizzazzjoni, li l-applikant irid ikollu għandu jikkorrispondi mal-għadd ta’ vetturi meħtieġa biex isir is-servizz mitlub fl-istess ħin.
Avviż importanti
B’mod partikolari, dawn li ġejjin għandhom jiġu mehmuża mal-applikazzjoni:
(a) l-iskeda tal-ħinijiet, inkluż l-islots tal-ħinijiet għall-kontrolli fil-punti rilevanti ta’ qsim tal-fruntieri;
(b) kopja awtentikata tal-liċenzja/i tal-operatur (jew tal-operaturi) għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq prevista skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni;
(c) mappa bi skala xierqa, li fuqha jkun hemm immarkati r-rotta u l-punti ta’ waqfien fejn għandhom jittellgħu jew jitniżżlu l-passiġġieri;
(d) skeda tas-sewqan li tippermetti li ssir verifika tal-konformità mar-regoli internazzjonali dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi ta’ mistrieħ;
(e) kull informazzjoni xierqa dwar it-terminals tax-xarabanks u l-kowċis.
ANNESS 4
Mudell ta’ awtorizzazzjoni għal servizz regolari u servizz regolari speċjali internazzjonali
(l-ewwel paġna tal-awtorizzazzjoni)
(Karta Oranġjo – DIN A4)
|
(It-test għandu jitfassal bil-lingwa/i uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Parti Kontraenti fejn issir it-talba)
|
Awtorizzazzjoni
F’konformità mal-Protokoll dwar it-trasport regolari speċjali u regolari internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank, bejn Partijiet Kontraenti, tal-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus).
L-ISTAT EMITTENTI: ……………………………………………………………………………….…..
L-awtorità ta’ awtorizzazzjoni: ……………………………………………………………………………….
Is-sinjal distintiv tal-Parti Kontraenti: …………….()
Nru tal-AWTORIZZAZZJONI: ……………………………...
għal servizz regolari □()
għal servizz regolari speċjali □ (2)
bil-kowċ u bix-xarabank bejn Partijiet Kontraenti tal-Protokoll dwar it-trasport regolari speċjali u regolari internazzjonali ta’ passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Protokoll tal-Ftehim Interbus)
Lil: …………………………………………………………………………………………………...
………………………………………………………………………………………………………..
Il-kunjom, l-isem jew l-isem kummerċjali tal-operatur jew tal-operatur li jiġġestixxi fil-każ ta’ grupp ta’ impriżi jew fil-każ ta’ sħubija:
Indirizz: ……………………………………………………………………………………………..
………………………………………………………………………………………………………..
Telefon u faks jew posta elettronika: .……………………………………………………………………….
………………………………………………………………………………………………………..
(It-tieni paġna tal-awtorizzazzjoni)
L-isem, l-indirizz, it-telefon u l-faks jew l-indirizz(i) tal-posta elettronika tal-operatur jew, fil-każ ta’ grupp ta’ operaturi jew ta’ sħubijiet, l-ismijiet tal-operaturi kollha tal-grupp jew tas-sħubija; barra minn hekk, l-ismijiet ta’ kwalunkwe sottokuntrattur, li għandu jiġi identifikat bħala tali:
(1) ……………………………………………………………………………………………………………
(2) ……………………………………………………………………………………………………………
(3) ……………………………………………………………………………………………………………
(4) ……………………………………………………………………………………………………………
(5) ……………………………………………………………………………………………………………
Il-lista mehmuża, jekk ikun il-każ
Validità tal-awtorizzazzjoni: Minn: ………………………………. Sa: ……………………………..……..
Post u data tal-ħruġ: ……………………………………………………………………………………….
Il-firma u t-timbru tal-awtorità jew l-aġenzija emittenti: …………………………………………………….
1. Ir-rotta: ……………………………………………………………………………………………………….
………………………………………………………………………………………...………………………..
(a)Il-post tat-tluq tas-servizz: …………………………………...…………………………………
……………………………………………………………………..............…………………………………....
(b)Il-post tad-destinazzjoni tas-servizz: …………….………………………………………………………
…………………………………………………………..……………………………………………………...
L-itinerarju prinċipali, bil-punti fejn jittellgħu u jitniżżlu l-passiġġieri, sottolinjati: ………………..……..……..
…………………………………………………………………………………………………………………
2. Skeda tal-ħinijiet: ………………………………………………………………………………………………..…
(mehmuża ma’ din l-awtorizzazzjoni)
3. Servizz regolari speċjali:
(a) Kategorija tal-passiġġieri: ………………….………………….…
……………………………..................
4. Kundizzjonijiet oħra jew punti speċjali oħra …...…………..........
.............................................................................................
.............................................................................................
Timbru tal-awtorità li ħarġet l-awtorizzazzjoni
Avviż importanti:
(1)Din l-awtorizzazzjoni hija valida għall-vjaġġ kollu.
(2)L-awtorizzazzjoni, jew kopja tagħha awtentikata mill-awtorità ta’ awtorizzazzjoni emittenti, għandha tinżamm fil-vettura sakemm idum il-vjaġġ u għandha tintwera lill-uffiċjali tal-infurzar fuq talba.
(3)It-tluq jew id-destinazzjoni għandhom isiru fit-territorju tal-Parti Kontraenti fejn huwa stabbilit l-operatur u fejn huma rreġistrati l-kowċis u x-xarabanks.
(It-tielet paġna tal-awtorizzazzjoni)
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
(1)L-operatur tat-trasport għandu jibda s-servizz tat-trasport fil-perjodu indikat fid-deċiżjoni tal-awtorità ta’ awtorizzazzjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni.
(2)Ħlief fil-każ ta’ force majeure, l-operatur ta’ servizz regolari jew servizz regolari speċjali internazzjonali għandu jieħu l-miżuri kollha biex jiggarantixxi servizz ta’ trasport li jikkonforma mal-kundizzjonijiet kif stipulati fl-awtorizzazzjoni.
(3)L-operatur għandu jagħmel l-informazzjoni dwar ir-rotta, il-punti ta’ waqfien, l-iskeda tal-ħinijiet, it-tariffi u l-kundizzjonijiet tat-trasport disponibbli għall-pubbliku.
(4)Għandu jkun possibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti kkonċernati, bi qbil komuni u bi qbil mad-detentur tal-awtorizzazzjoni, li jagħmlu bidliet fil-kundizzjonijiet tal-operat li jirregolaw servizz regolari u servizz regolari speċjali internazzjonali.
(5)Mingħajr preġudizzju għad-dokumenti assoċjati mal-vettura u mas-sewwieq (bħaċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura u l-liċenzja tas-sewqan), bħala parti minn dan il-Protokoll id-dokumenti li ġejjin għandhom iservu bħala dokument ta’ kontroll, u għandhom jinżammu fil-vettura u jiġu ppreżentati f’każ li jintalbu minn uffiċjal ta’ spezzjoni awtorizzat:
·l-awtorizzazzjoni jew kopja awtentikata tagħha għat-twettiq ta’ servizzi regolari jew servizzi regolari speċjali internazzjonali;
·il-liċenzja tal-operatur jew kopja awtentikata tagħha għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq prevista skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea;
·meta jkun qed jiġi operat servizz regolari speċjali internazzjonali, il-kuntratt bejn l-organizzatur u l-operatur tat-trasport jew kopja awtentikata tiegħu, kif ukoll dokument li jixhed li l-passiġġieri jikkostitwixxu kategorija speċifika bl-esklużjoni ta’ passiġġieri oħra għall-finijiet ta’ servizz regolari speċjali.
·meta l-operatur ta’ servizz regolari jew servizz regolari speċjali juża vetturi addizzjonali biex ilaħħaq ma’ sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali, flimkien mad-dokumenti rilevanti msemmija hawn fuq, kopja tal-kuntratt bejn l-operatur tas-servizz regolari jew servizz regolari speċjali internazzjonali u l-impriża li tkun qed tipprovdi l-vetturi addizzjonali, jew dokument ekwivalenti.
(ir-raba’ paġna tal-awtorizzazzjoni)
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI (ikompli)
(6)L-operaturi li joperaw servizz regolari internazzjonali, bl-esklużjoni ta’ servizzi regolari speċjali, għandhom joħorġu biljetti tat-trasport li jikkonfermaw id-drittijiet tal-passiġġier li jkun se jinġarr, u li jservu bħala dokument ta’ kontroll li jagħti prova dwar il-konklużjoni tal-kuntratt tat-trasport bejn il-passiġġier u l-operatur tat-trasport, jew b’mod individwali jew b’mod kollettiv. Il-biljetti, li jistgħu wkoll ikunu elettroniċi, għandhom jindikaw:
(a)l-isem tal-operatur;
(b)il-punti tat-tluq u tad-destinazzjoni u, jekk applikabbli, il-vjaġġ ta’ ritorn;
(c)il-perjodu ta’ validità tal-biljett u, jekk applikabbli, id-data u l-ħin tat-tluq;
(d)il-prezz tat-trasport.
Il-biljett tat-trasport għandu jiġi ppreżentat mill-passiġġier, fuq talba ta’ kwalunkwe uffiċjal ta’ spezzjoni awtorizzat.
(7)L-operaturi li joperaw servizzi regolari jew servizzi regolari speċjali internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri għandhom jippermettu li jsiru l-ispezzjonijiet kollha maħsuba biex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet jitwettqu sew, b’mod partikolari fir-rigward tal-perjodi ta’ sewqan, il-perjodi ta’ mistrieħ, is-sikurezza fit-toroq u l-emissjonijiet.