Brussell, 7.5.2018

COM(2018) 264 final

2018/0125(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Ċertu prodotti jeħtieġu kwoti tariffarji awtonomi meta l-produzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea ma tkunx tlaħħaq mal-ħtiġijiet tal-industriji li jużawhom fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-kwoti tariffarji tal-Unjoni jinfetħu b’rati ta’ dazju żero jew imnaqqsa għall-volumi x-xierqa, mingħajr ma jfixklu s-swieq ta’ dawn il-prodotti.

Fis-17 ta’ Diċembru 2013, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali biex id-domanda tal-Unjoni għall-prodotti inkwistjoni tkun tista’ tiġi ssodisfata bl-iżjed kundizzjonijiet favorevoli.

Ir-Regolament jiġi aġġornat kull sitt xhur biex jakkomoda l-ħtiġijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja, eżaminat it-talbiet kollha tal-Istati Membri għal dazji tal-kwoti tariffarji awtonomi.

Wara dan l-eżami, il-Kummissjoni tqis li l-ftuħ tal-kwoti tariffarji awtonomi huwa ġġustifikat għal xi prodotti ġodda li bħalissa mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013. Fir-rigward ta’ xi prodotti oħra, trid tiġi modifikata d-deskrizzjoni tal-prodott biex jitqiesu l-aħħar żviluppi tekniċi jew irid jiġi aġġustat il-volum tal-kwota inizjali.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta la taffettwa lill-pajjiżi li għandhom ftehim kummerċjali preferenzjali mal-Unjoni, u lanqas lill-pajjiżi kandidati jew lill-kandidati potenzjali għal ftehimiet preferenzjali mal-Unjoni (eż. is-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi; is-sistema ta’ kummerċ tal-grupp tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku; il-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles).

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta tikkonforma mal-politiki tal-Unjoni dwar l-agrikoltura, il-kummerċ, l-intrapriżi, l-iżvilupp, l-ambjent u r-relazzjonijiet esterni.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 31 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-miżuri previsti jikkonformaw mal-prinċipji għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-operaturi involuti fil-kummerċ barrani, kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi 1 . Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet li jridu jintlaħqu skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

Għażla tal-istrument

Skont l-Artikolu 31 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), “Id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għandhom jkunu stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni”. Għalhekk, l-istrument ix-xieraq huwa regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-iskema tal-kwoti tariffarji awtonomi kienet parti minn studju ta’ evalwazzjoni li sar fl-2013 dwar is-sospensjonijiet tariffarji awtonomi 2 .

Dan għaliex iż-żewġ miżuri huma simili, ħlief għall-fatt li l-kwoti jillimitaw il-volumi tal-importazzjonijiet. L-evalwazzjoni kkonkludiet li r-raġuni fundamentali għall-iskema għadha valida. L-iffrankar tal-ispejjeż għan-negozji tal-Unjoni li jimpurtaw oġġetti skont l-iskema jista’ jkun sinifikanti. Barra minn hekk, skont il-prodott, il-kumpanija u s-settur ikkonċernati, dan l-iffrankar jista’ jwassal għal benefiċċji usa’, bħall-ixprunar tal-kompetittività, it-titjib fl-effiċjenza tal-metodi ta’ produzzjoni u l-ħolqien jew iż-żamma tal-impjiegi fl-Unjoni. Id-dettalji tal-iffrankar ta’ dan ir-Regolament jinsabu fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja, li jikkonsisti minn delegazzjonijiet mill-Istati Membri kollha u mit-Turkija, għen lill-Kummissjoni biex tivvaluta din il-proposta. Il-grupp iltaqa’ tliet darbiet qabel ma ntlaħaq ftehim dwar il-bidliet f’din il-proposta.

Kull talba (ġdida, jew għal emenda) ġiet ivvalutata bir-reqqa. B’mod partikolari eżamina kull każ biex jiżgura li ma kinitx qed tikkawża xi ħsara lill-produtturi tal-Unjoni u li kienet qed isaħħaħ u tikkonsolida l-kompetittività tal-produzzjoni tal-Unjoni. Il-membri tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja wettqu l-valutazzjoni permezz ta’ diskussjonijiet, u l-Istati Membri kkonsultaw lill-industriji, lill-assoċjazzjonijiet, lill-kmamar tal-kummerċ ikkonċernati u partijiet ikkonċernati oħra involuti.

Il-kwoti kollha elenkati kienu s-suġġett ta’ ftehimiet jew ta’ kompromessi milħuqa fid-diskussjonijiet li saru tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja. Ma ssemma l-ebda riskju potenzjalment serju b’konsegwenzi irreversibbli.

Valutazzjoni tal-impatt

L-emenda proposta hija ta’ natura purament teknika u tikkonċerna biss il-kopertura tal-kwoti elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013. Għalhekk ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt għal din il-proposta.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandha l-ebda konsegwenza fuq id-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul li jwassal għal ammont totali ta’ dazji doganali mhux miġbura ta’ madwar EUR 0.8 miljun kull sena. L-effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tradizzjonali tal-baġit huwa ta’ EUR 0.6 miljun kull sena (80 % ta’ EUR 0.8 miljun kull sena).

It-telf tad-dħul f’riżorsi proprji tradizzjonali għandu jiġi kkumpensat bl-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) tal-Istati Membri abbażi tal-kontribuzzjonijiet għar-riżorsi.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Il-miżuri proposti huma ġestiti fil-qafas tat-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea (TARIC) u applikati mill-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri.

2018/0125 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Biex tiġi żgurata l-provvista suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli u industrijali li ma jiġux prodotti fi kwantitajiet biżżejjed fl-Unjoni u b’hekk jiġi evitat kull tfixkil fis-suq għal dawk il-prodotti, infetħu kwoti tariffarji awtonomi bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 3 . Il-prodotti li ma jaqbżux dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b’rati ta’ dazju mnaqqsa jew żero.

(2)Peress li huwa fl-interess tal-Unjoni u wara li jitqies il-fatt li prodotti identiċi, ekwivalenti jew sostituti ma jiġux prodotti fi kwantitajiet biżżejjed fl-Unjoni, jeħtieġ li jinfetħu l-kwoti tariffarji b’rati ta’ dazju żero għall-kwantitajiet xierqa fir-rigward ta’ seba’ prodotti ġodda li huma elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(3)Jenħtieġ li jiżdiedu l-volumi tal-kwota fil-każ ta’ tmien prodotti addizzjonali bin-numri tal-ordni 09.2700, 09.2624, 09.2647, 09.2648, 09.2682, 09.2696, 09.2697 u 09.2643, billi din żieda hija fl-interess tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. Jenħteġ li tiġi emendata d-deskrizzjoni fil-każ ta’ tliet prodotti bin-numri tal-ordni 09.2676, 09.2876 u 09.2721.

(4)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 jiġi emendat skont dan. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-applikazzjoni tal-iskema tal-kwoti, jenħtieġ li l-bidliet fir-rigward tal-kwoti għall-prodotti kkonċernati previsti f’dan ir-Regolament japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2018. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013, it-tabella hija emendata kif ġej:

(1)fl-ewwel kolonna jitħassru l-asterisks (*) kollha;

(2)    ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2726, 09.2728, 09.2684, 09.2730, 09.2732, 09.2734 u 09.2736 stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jiddaħħlu skont l-ordni tal-kodiċijiet NM indikati fit-tieni kolonna ta’ dik it-tabella;

(3)    ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2700, 09. 2624, 09.2647, 09.2648, 09.2682, 09.2696, 09.2697, 09.2676, 09.2876, 09.2721 u 09.2643 huma sostitwiti bir-ringieli korrispondenti stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.    ISEM IL-PROPOSTA:

Ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

2.    LINJI BAĠITARJI

Kapitolu u Artikolu:
Il-Kapitolu 1 2 u l-Artikolu 1 2 0 - Dazji doganali u dazji oħra msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom;

Ammont ibbaġitjat għas-sena 2018 (22 844 000 000 EUR)

3.    IMPATT FINANZJARJU

   Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja

X    Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul. L-effett huwa kif ġej:

(miljuni ta’ EUR aġġustati ’l fuq għal pożizzjoni deċimali waħda)

Linja baġitarja

Dħul 4

Perjodu ta’ sitt xhur li jibda minn jj/xx/ssss

[Sena: it-tieni nofs tal-2018]

L-Artikolu 120

Impatt fuq ir-riżorsi proprji

01/07/2018

- 0,6

L-Anness I fih 7 prodotti ġodda. Id-dazji mhux miġbura li jikkorrispondu għal dawn il-kwoti, ikkalkulati abbażi tat-tbassir tal-Istat Membru li għamel it-talba għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2018 u l-31 ta’ Diċembru 2018, jammontaw għal EUR 0,6 miljun.

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-impatt fuq it-telf ta’ dħul għall-baġit tal-UE li jirriżulta minn dan ir-Regolament huwa stmat li se jkun ta’ EUR 700 820 (ammont gross, inklużi l-kostijiet tal-ġbir) x 0,8 = EUR 560 656 kull semestru (ammont nett).

4.    MIŻURI KONTRA L-FRODI

Se jsiru kontrolli fuq l-użu aħħari ta’ wħud mill-prodotti koperti b’dan ir-Regolament tal-Kunsill skont l-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

(1)    ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.
(2)     http://ec.europa.eu/taxation_customs/common/publications/studies/index_en.htm
(3)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).
(4)    Għar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji agrikoli, l-imposti fuq iz-zokkor, id-dazji doganali), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti grossi wara li minnhom jitnaqqsu 20 % tal-kostijiet tal-ġbir.

Brussell,7.5.2018

COM(2018) 264 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal Regolament tal-Kunsill

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali


ANNESS I

Fit-tabella tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu skont l-ordni tal-kodiċijiet NM indikati fit-tieni kolonna ta' dik it-tabella:

Nru ta' l-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

'09.2726

ex 2906 11 00

10

Levomentol (INN) (CAS RN  5–2216–51)

01.07. - 31.12.

185 tunnellata

0 %'

'09.2728

ex 2915 90 70

85

Etil trifluworoaċetat (CAS RN 383-63-1)

01.07. - 31.12.

200 tunnellata

0 %'

'09.2684

ex 2916 39 90

28

Klorur ta' 2,5-dimetilfenilaċetil (CAS RN 55312-97-5)

01.07. - 31.12.

125 tunnellata

0 %'

'09.2730

ex 2921 59 90

80

4,4’-Metanedildianilina (CAS RN 101-77-9) fil-forma ta’ bċejjeċ żgħar, biex jintużaw fil-manifattura ta’ prepolimeri

 (2)

01.07. - 31.12.

100 tunnellata

0 %'

'09.2732

ex 2933 39 99

66

Fluażinam (ISO) (CAS RN  6–79622–59), b’purità f’piż ta’ 98,5 % jew aktar

01.07. - 31.12.

100 tunnellata

0 %'

'09.2734

ex 7409 19 00

20

Pjanċi jew folji li jikkonsistu minn

01.07. - 31.12.

3 500 000 biċċa

0 %'

'09.2736

ex 7607 11 90

83

Strixxa liga jew fojl tal-aluminju u tal-manjeżju:

għall-użu fil-manifattura ta’ slats għall-blinds

 (2)

01.07. - 31.12.2018

300 tunnellata

0 %'

(2)

Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni  (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).



ANNESS II

Fit-tabella tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013, ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2700, 09.2624, 09.2647, 09.2648, 09.2682, 09.2696, 09.2697, 09.2676, 09.2876, 09.2721 u 09.2643 jinbidlu b'dan li ġej:

Nru ta' l-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

'09.2700

ex 2905 12 00

10

Propan-1-ol(alkoħol propiliku) (CAS RN 71-23-8)

01.01. - 31.12.

15 000 tunnellata

0 %'

'09.2624

2912 42 00

Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde) (CAS RN 121-32-4) 

01.01. - 31.12.

1 950 tunnellata

0 %'

'09.2647

ex 2918 29 00

80

Tetrakis(3-(3,5-di-terz-butil-4-idrossifenil)propjonat) tal-pentaeritritol (CAS RN 6683-19-8)

biex jintuża fil-manifattura ta' pakketti ta' stabilizzatur wieħed għall-proċessar tal-PVC ibbażati fuq taħlitiet tat-trab

 (2)

01.01. - 31.12.

140 tunnellata

0 %'

'09.2648

ex 2920 90 10

70

Sulfat tad-Dimetil (CAS RN 77-78-1)

01.01. - 31.12.

18 000 tunnellata

0 %'

'09.2682

ex 2921 41 00

10

Anilina ta' purità ta' 99 % jew aktar fil-piż (CAS RN 62-53-3)

01.01. - 31.12.

150 000 tunnellata

0 %'

'09.2696

ex 2932 20 90

25

Dekan-5-olid (CAS RN 705-86-2)

01.01. - 31.12.

6 000 kg

0 %'

'09.2697

ex 2932 20 90

30

Dodekan-5-olid (CAS RN 713-95-1)

01.01. - 31.12.

6 000 kg

0 %'

'09.2676

ex 3204 17 00

14

Preparazzjonijiet ibbażati fuq Koloranti C.I. Pigment Red 48:2 (CAS RN 7023-61-2)  b’kontenut ta’ 60 % jew iżjed, iżda b’inqas minn 85 % bil-piż

01.01. - 31.12.

50 tunnellata

0 %'

'09.2876

ex 3811 29 00

55

Additivi li jikkonsistu fi prodotti tar-reazzjoni ta' difenilammina unoneni ramifikati bi:

użati għall-manifattura taż-żjut lubrifikanti

 (2)

01.01. - 31.12.

900 tunnellata

0 %'

'09.2721

ex 5906 99 90

20

Drapp tat-tessut bil-lastiku minsuġ u laminat bil-karatteristiċi li ġejjin:

użat għall-manifattura tas-saqaf li jitla’ u jinżel tal-vetturi bil-mutur

 (2)

01.01. - 31.12.

375 000 m²

0 %'

'09.2643

ex 8504 40 82

30

Pjanċi bis-sokits għall-għoti tal-elettriku li jintuża fil-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521 u 8525

 (2)

01.01. - 31.12.

15 000 000 biċċa

0 %'

(2)

Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni  (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).