Brussell, 18.4.2018

COM(2018) 194 final

2018/0095(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ Singapore, min-naħa l-oħra


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

L-ekonomiji tax-Xlokk tal-Asja li qed jikbru b’mod dinamiku , b’aktar minn 600 miljun konsumatur, kif ukoll klassi medja li qed tikber b’rata mgħaġġla, huma swieq ewlenin għall-esportaturi u l-investituri tal-Unjoni Ewropea. B’total ta’ EUR 208 biljun ta’ kummerċ f’oġġetti u EUR 77 biljun ta’ kummerċ f’servizzi (2016), l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) ikkunsidrata bħala entità sħiħa hija t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE barra l-Ewropa, wara l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Fl-istess ħin, total ta’ EUR 263 biljun fi stokk ta’ investiment dirett barrani (2016) fl-ASEAN jagħmel lill-UE l-ewwel investitur barrani dirett fl-ASEAN, filwaqt li l-ASEAN bħala entità sħiħa hija min-naħa tagħha t-tieni l-akbar investitur barrani dirett tal-Asja fl-UE – b’total ta’ stokk ta’ investiment dirett barrani ta’ EUR 116 biljun (2016).

Fl-ASEAN, Singapore huwa bil-bosta l-akbar sieħeb tal-UE, li jirrappreżenta ftit inqas minn terz tal-kummerċ f’oġġetti u servizzi bejn l-UE u l-ASEAN, u madwar żewġ terzi tal-investimenti bejn iż-żewġ reġjuni. Aktar minn 10,000 kumpanija tal-UE huma stabbiliti f’Singapore u jużaw dan l-Istat bħala ċentru biex iservi madwar il-Paċifiku kollu.

Fit-23 ta’ April 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tidħol f’negozjati għal Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles (FTA) mal-Istati Membri tal-ASEAN. Huwa mifhum li l-objettiv kien li jiġi negozjat FTA reġjun b’reġjun, madankollu l-awtorizzazzjoni pprevediet għall-possibbiltà ta’ negozjati bilaterali fil-każ li ma kienx possibbli li jintlaħaq ftehim biex jiġi nnegozjat b’mod konġunt ma’ grupp ta’ Stati Membri tal-ASEAN. Minħabba d-diffikultajiet waqt in-negozjati bejn ir-reġjuni, iż-żewġ naħat irrikonoxxew li ntlaħaq imblokk u qablu li jwaqqfuhom.

Fit-22 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill qabel dwar il-prinċipju ta’ tnedija ta’ negozjati bilaterali mal-Istati Membri individwi tal-ASEAN, ibbażat fuq l-awtorizzazzjoni u d-direttivi ta’ negozjar tal-2007, filwaqt li jinżamm l-objettiv strateġiku ta’ ftehim bejn reġjun u ieħor. Il-Kunsill awtorizza wkoll lill-Kummissjoni biex tibda negozjati bilaterali dwar ftehim ta’ kummerċ ħieles ma’ Singapore, li jservi bħala l-ewwel pass lejn l-objettiv tat-tnedija f’waqtha ta’ dawn in-negozjati ma’ Stati Membri oħra rilevanti tal-ASEAN. In-negozjati bilaterali ma’ Singapore bdew f’Marzu 2010 u minn dak iż-żmien l-UE bdiet negozjati bilaterali tal-FTA ma’ Stati Membri oħra tal-ASEAN: Mal-Malasja (2010), mal-Vjetnam (2012), mat-Tajlandja (2013), il-Filippini (2015), u l-Indoneżja (2016).

Fit-12 ta’ Settembru 2011 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex testendi n-negozjati li għaddejjin ma’ Singapore biex ikopru wkoll il-protezzjoni tal-investiment, abbażi tal-kompetenza ġdida tal-UE skont it-Trattat ta’ Lisbona.

Abbażi tad-direttivi ta’ negozjati adottati mill-Kunsill fl-2007, u ssupplimentati fl-2011 biex jinkludu l-protezzjoni tal-investiment, il-Kummissjoni nnegozjat FTA komprensiv u ambizzjuż mar-Repubblika ta’ Singapore, u Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment (FPI), bil-ħsieb li tinħoloq ċertezza legali u opportunitajiet ġodda għall-kummerċ u l-investiment bejn iż-żewġ sħab biex jiżviluppaw. It-testi rieżaminati legalment tal-ftehimiet ġew ippubblikati u jinsabu f'din il-ħolqa:

http://ec.europa.eu/trade/policy/countries-and-regions/countries/singapore/

Il-Kummissjoni qed tressaq dawn il-proposti għal deċiżjonijiet tal-Kunsill:

Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore;

Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore;

Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ Singapore, min-naħa l-oħra;

Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ Singapore, min-naħa l-oħra.

B’mod parallel ma’ dawn il-proposti, il-Kummissjoni se tressaq Proposta għal Regolament ta’ salvagwardja orizzontali, li fost ftehimiet oħra, se jkopri l-FTA bejn l-UE u Singapore.

Il-Proposta annessa għal Deċiżjoni tal-Kunsill tikkostitwixxi l-istrument ġuridiku sabiex jiġi konkluż il-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta’ Singapore min-naħa l-oħra.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta' politika eżistenti fil-qasam tal-politika

In-negozjati tal-FTA u l-FPI kienu akkumpanjati min-negozjati b’mod parallel, mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, ta’ Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika ta’ Singapore, li ngħataw bidu f'Ottubru 2013. Ladarba jkun fis-seħħ, il-FSK se jipprovdi l-qafas legali biex tiġi żviluppata aktar is-sħubija diġà stabbilita u soda bejn l-UE u Singapore, f’firxa wiesgħa ta’ oqsma, inkluż id-djalogu politiku, il-kummerċ, l-enerġija, it-trasport, id-drittijiet umani, l-edukazzjoni, ix-xjenza u t-teknoloġija, il-ġustizzja, l-ażil u l-migrazzjoni.

Ir-relazzjoni twila kummerċjali u ekonomika tal-UE u Singapore sa issa żviluppat fin-nuqqas ta’ qafas legali speċifiku. Il-FTA u l-FPI li ġew negozjati se jikkostitwixxu ftehim speċifiku li jagħti effett lid-dispożizzjonijiet kummerċjali u ta’ investiment tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni u se jkunu parti integrali mir-relazzjonijiet bilaterali ġenerali bejn l-UE u Singapore.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, il-FPI UE-Singapore se jissostitwixxi u jieħu post it-trattati bilaterali ta’ investiment bejn ir-Repubblika ta’ Singapore u l-Istati Membri tal-UE li huma elenkati fl-Anness 5 (Ftehimiet Imsemmija fl-Artikolu 4.12) tal-FPI.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-FTA UE-Singapore u l-FPI huma kompletament konsistenti mal-politiki tal-Unjoni u mhux se jirrikjedu li l-UE temenda r-regoli tagħha, regolamenti jew standards f’xi qasam regolat (pereż. ir-regoli tekniċi u l-istandards tal-oġġetti, ir-regoli sanitarji jew fitosanitarji, ir-regolamenti dwar l-ikel u s-sikurezza, l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza, ir-regoli dwar il-GMOs, il-ħarsien ambjentali, il-ħarsien tal-konsumatur, eċċ.).

Barra minn hekk, bħall-ftehimiet ta’ kummerċ u ta’ investiment l-oħra kollha li l-Kummissjoni nnegozjat, il-FTA UE-Singapore u l-IPA jissalvagwardjaw kompletament is-servizzi pubbliċi u jiżguraw li d-dritt tal-gvernijiet li jilleġiżlaw fl-interess pubbliku jinżamm kompletament mill-ftehimiet u jikkostitwixxi prinċipju bażiku għalihom.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

F’Lulju tal-2015, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja Opinjoni skont l-Artikolu 218(11) TFUE dwar jekk l-Unjoni għandhiex il-kompetenza meħtieġa biex tiffirma u tikkonkludi waħedha l-ftehim li kien ġie negozjat ma’ Singapore, jew jekk il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tal-UE se tkunx meħtieġa, jew għall-inqas possibbli, fir-rigward ta’ ċerti kwistjonijiet.

Fl-Opinjoni 2/15 tagħha tas-16 ta’ Mejju 2017, il-Qorti kkonfermat il-kompetenza esklużiva tal-UE fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha koperti mill-ftehim li kienu ġew negozjati ma’ Singapore, ħlief għal investiment mhux dirett u s-soluzzjoni tat-tilwim bejn investituri u stati fejn l-Istati Membri huma konvenuti li l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li huma ta’ kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri. It-test dwar is-soluzzjoni tat-tilwim bejn investituri u stati ġie eventwalment sostitwit mis-Sistema ta’ Qorti tal-Investiment fl-IPA. Il-Qorti stabbilixxiet il-kompetenza esklużiva tal-UE mill-ambitu tal-Politika kummerċjali komuni skont l-Artikolu 207(1) TFUE u mill-Artikolu 3(2) TFUE (abbażi tal-affettazzjoni ta’ regoli komuni eżistenti inklużi fil-leġiżlazzjoni sekondarja).

Minħabba l-Opinjoni tal-Qorti, u d-diskussjonijiet wiesgħa dwar l-arkitettura mal-Kunsill u l-Parlament Ewropew wara l-Opinjoni, it-test inizjalment innegozjat ġie aġġustat biex jinħolqu żewġ ftehimiet awtonomi: FTA u FPI.

Skont l-Opinjoni 2/15, l-oqsma kollha koperti mill-FTA UE-Singapore jaqgħu fil-kompetenza tal-UE, speċifikament fl-ambitu tal-Artikoli 91, 100(2) u 207 TFUE. Id-dispożizzjonijiet sostantivi kollha dwar il-protezzjoni tal-investiment skont l-FPI, sa fejn dawn japplikaw għal investiment dirett barrani, huma koperti mill-Artikolu 207 TFUE.

Il-FTA UE-Singapore għandu jiġi ffirmat mill-Unjoni skont deċiżjoni tal-Kunsill abbażi tal-Artikolu 218(5) u konkluż mill-Unjoni skont deċiżjoni tal-Kunsill abbażi tal-Artikolu 218(6) TFUE, wara l-kunsens tal-Parlament Ewropew.

Il-FPI UE-Singapore għandu jiġi ffirmat mill-Unjoni skont deċiżjoni tal-Kunsill abbażi tal-Artikolu 218(5) u konkluż mill-Unjoni skont deċiżjoni tal-Kunsill abbażi tal-Artikolu 218(6) TFUE, wara l-kunsens tal-Parlament Ewropew u ratifika mill-Istati Membri skont il-proċeduri interni rispettivi.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Kif ikkonfermat fl-Opinjoni 2/15, il-FTA UE-Singapore, kif ippreżentat lill-Kunsill ma jkoprix kwistjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE.

Rigward il-FPI, il-Qorti kkonfermat li, skont l-Artikolu 207 TFUE, l-UE għandha kompetenza esklużiva rigward id-dispożizzjonijiet sostantivi kollha dwar il-protezzjoni tal-investiment, sa fejn dawn japplikaw għal investiment dirett barrani. Il-Qorti kkonfermat il-kompetenza esklużiva tal-UE fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ soluzzjoni tat-tilwim bejn Stat u ieħor f’dak li għandu x’jaqsam ma’ protezzjoni tal-investiment. Fl-aħħar nett, il-Qorti sostniet li l-UE għandha kompetenza kondiviża rigward l-investiment mhux dirett u s-soluzzjoni tat-tilwim bejn investituri u stati (sostitwita aktar tard mis-Sistema ta’ Qorti tal-Investiment fl-FPI), fejn l-Istati Membri jaġixxu bħala konvenuti 1 . Dawn l-elementi ma jistgħux jiġu separati f’mod koerenti mid-dispożizzjonijiet sostantivi jew is-soluzzjoni tat-tilwim bejn Stat u ieħor u għalhekk għandhom jiġu inklużi fi ftehimiet fil-livell tal-UE.

Proporzjonalità

Din il-Proposta hija skont il-viżjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u tikkontribwixxi għall-objettivi kummerċjali u ta’ żvilupp tal-UE.

L-Għażla tal-istrument

Din il-Proposta hija skont l-Artikolu 218 TFUE, li jipprevedi li deċiżjonijiet dwar ftehimiet internazzjonali jiġu adottati mill-Kunsill. Ma jeżisti ebda strument ġuridiku ieħor li jista' jintuża sabiex jintlaħaq l-objettiv espress f'din il-Proposta.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-evalwazzjonijiet ex post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Wara li l-parti l-kbira tan-negozjati ma’ Singapore tlestew, grupp immexxi mill-Ekonomista Prinċipali tad-DĠ Kummerċ wettaq studju dwar il-benefiċċji ekonomiċi mistennija minn dan il-Ftehim. L-analiżi tbassar li esportazzjonijiet mill-UE lejn Singapore jistgħu jiżdiedu b’madwar EUR 1.4 biljun fuq perjodu ta’ 10 snin, filwaqt li l-esportazzjonijiet minn Singapore lejn l-UE jistgħu jikbru b’EUR 3.5 biljun – ċifra li tinkludi l-ġarr minn bosta sussidjarji tal-UE f’Singapore lura lejn l-UE.

Minħabba d-differenza fid-daqs taż-żewġ ekonomiji, kif ukoll il-ftuħ relattiv tal-ekonomija ta’ Singapore, huwa inevitabbli li l-benefiċċji tal-ftehim għas-sħab ikunu differenti. L-analiżi tbassar li l-PDG reali tal-UE jista’ jiżdied b’madwar EUR 550 miljun fuq perjodu ta’ 10 snin, filwaqt li l-ekonomija ta’ Singapore tista’ tikber b’EUR 2.7 biljun fuq l-istess perjodu.

Dawn l-istimi dwar l-impatt ekonomiku possibbli huma meqjusin konservattivi minħabba d-diffikultà li jiġu kkwantifikati b’mod preċiż l-effetti tat-tneħħija ta’ ostakoli mhux tariffarji, li hija komponent ewlieni ta’ ftehim.

Minħabba r-rwol ta’ Singapore bħala ċ-ċentru għall-kummerċ ta’ oġġetti u servizzi bejn l-Ewropa u l-Asja tax-Xlokk, huwa wkoll probabbli li l-qligħ mill-ftehim ikompli jikber jekk u meta l-UE tikkonkludi l-ftehimiet ma’ Stati Membri oħra tal-ASEAN.

Barra minn hekk, stimi bbażati fuq mudelli ekonomiċi ma jistgħux jirrappreżentaw il-valur strateġiku tal-FTA UE-Singapore u l-FPI għall-UE bħala ftehimiet kruċjali għall-aġenda usa’ tal-UE fir-reġjun tal-ASEAN, u fl-Asja inġenerali. Wara l-FTA UE-Korea, il-FTA UE-Singapore se jkun it-tieni ftehim kummerċjali ta’ kalibru għoli ma’ sieħeb Ażjatiku ewlieni, filwaqt li l-FPI UE-Singapore min-naħa tiegħu se jkun l-ewwel ftehim dwar il-protezzjoni tal-investiment fejn l-UE tidħol fi ftehim ma’ sieħeb Ażjatiku.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Qabel it-tnedija ta’ negozjati bilaterali ma’ Singapore, il-Valutazzjoni tal-Impatt tas-Sostenibbiltà tal-Kummerċ (TSIA) tal-FTA bejn l-UE u l-ASEAN 2 twettqet minn kuntrattur estern biex jiġu eżaminati l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali potenzjali ta’ sħubija ekonomika eqreb bejn iż-żewġ reġjuni.

Fil-qafas tat-tħejjija tat-TSIA, il-kuntrattur ikkonsulta esperti interni u esterni, organizza konsultazzjonijiet pubbliċi fi Brussell u f’Bangkok, kif ukoll laqgħat bilaterali u intervisti mas-soċjetà ċivili fl-UE u fl-ASEAN. Il-konsultazzjonijiet fil-qafas tat-TSIA pprovdew pjattaforma għall-involviment ta’ partijiet ikkonċernati ewlenin u s-soċjetà ċivili fi djalogu dwar il-politika tal-kummerċ b’rabta mal-Asja tax-Xlokk.

Kemm ir-rapport tat-TSIA kif ukoll il-konsultazzjonijiet li saru fil-kuntest tal-preparazzjoni tiegħu, ipprovdew lill-Kummissjoni b’kontribut li kien ta’ valur kbir kummerċjali fin-negozjati bilaterali kollha u ta’ investiment imnedija minn dak iż-żmien mal-Istati Membri individwali tal-ASEAN.

Barra minn hekk, qabel it-tnedija ta’ negozjati bilaterali ma’ Singapore, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika dwar il-ftehim futur li inkluda kwestjonarju mħejji biex jikseb informazzjoni minn partijiet ikkonċernati li aktar tard għen lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-prijoritajiet u tieħu d-deċiżjonijiet matul il-proċess tan-negozjati. Ġie ppubblikat sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjoni 3 .

Barra minn hekk, qabel u matul in-negozjati, l-Istati Membri tal-UE ġew mgħarrfa u kkonsultati regolarment bil-fomm kif ukoll bil-kitba dwar diversi aspetti tan-negozjati permezz tal-Kumitat għall-Politika Kummerċjali tal-Kunsill. Il-Parlament Ewropew kien infurmat u kkonsultat regolarment ukoll permezz tal-Kumitat tiegħu għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA), u b’mod partikolari l-FTA UE-Singapore tiegħu u l-Grupp ta’ Monitoraġġ. Tul il-proċess, it-testi sħaħ li rriżultaw min-negozjati ġew iċċirkolati liż-żewġ istituzzjonijiet.

Ġbir u użu tal-kompetenzi

Saret Valutazzjoni tal-Impatt tas-Sostenibilità tal-Kummerċ tal-FTA bejn l-UE u l-ASEAN mill-kuntrattur estern “Ecorys”.

Valutazzjoni tal-impatt

It-TSIA, li saret minn kuntrattur estern u ġiet iffinalizzata fl-2009, ikkonkludiet li FTA UE-ASEAN ambizzjuż se jwassal għal impatti pożittivi importanti (f’termini ta’ PGD, id-dħul, il-kummerċ u l-impjiegi) kemm għall-UE kif ukoll għal Singapore. L-effetti fuq id-dħul nazzjonali min-naħa tal-UE ġew stmati li jammontaw għal EUR 13-il biljun u EUR 7.5 biljun għal Singapore. Dawn iċ-ċifri jistgħu jissottovalutaw l-impatt, minħabba li kienu bbażati fuq ix-xejriet tan-negozju fl-2007, u minn dan iż-żmien il-kummerċ kiber sostanzjalment (+ 32 %).

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-FTA UE-Singapore u l-FPI mhumiex soġġetti għall-proċeduri tar-REFIT. Madankollu huma jinkludu għadd ta’ dispożizzjonijiet li se jissimplifikaw il-proċeduri tal-kummerċ u l-investiment, inaqqsu l-kostijiet tal-esportazzjoni u l-investiment u għalhekk jippermettu aktar kumpaniji żgħar biex jagħmlu negozju fiż-żewġt iswieq. Il-benefiċċji mistennija jinkludu: regoli tekniċi b’inqas piż, rekwiżiti ta’ konformità, proċeduri doganali u regoli ta’ oriġini, protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jew tnaqqis fil-kostijiet tal-litigazzjoni skont is-Sistema ta’ Qorti tal-Investiment għall-applikanti li huma SMEs.

Drittijiet fundamentali

Il-Proposta ma taffettwax il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-FTA UE-Singapore se jkollu impatt finanzjarju fuq il-baġit tal-UE min-naħa tad-dħul. Huwa stmat li d-dazji mhux miġbura jistgħu jilħqu ammont ta’ EUR 248.8 miljun fuq l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim. Din l-istima hija bbażata fuq l-importazzjoni medja proġettata għall-2025 fin-nuqqas ta’ ftehim u tirrappreżenta t-telf annwali fid-dħul li jirriżulta mill-eliminazzjoni ta’ tariffi tal-UE fuq l-importazzjoni minn Singapore.

Il-FPI UE-Singapore huwa mistenni li jkollu impatt finanzjarju fuq il-baġit tal-UE min-naħa tal-infiq. Dan se jkun it-tieni ftehim tal-UE (wara l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv UE-Kanada) li jinkorpora s-Sistema ta’ Qorti tal-Investiment (ICS) għar-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-investituri u l-istati. Huwa previst ammont ta’ EUR 200,000 miljun ta’ nefqa addizzjonali fis-sena mill-2018 ’il quddiem (soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim) biex jiffinanzja l-istruttura permanenti magħmula mit-Tribunal tal-Ewwel Instanza u tal-Appell. Fl-istess ħin, il-ftehim jimplika l-użu ta’ riżorsi amministrattivi taħt il-linja baġitarja XX 01 01 01 (Nefqa marbuta ma’ uffiċjali u persunal temporanju li jaħdmu mal-Istituzzjonijiet), peress li huwa stmat li għall-kompiti inerenti għal dan il-ftehim se jkun iddedikat amministratur wieħed bħala ekwivalenti għal full-time. Dan huwa indikat fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva u soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fiha.

5.ELEMENTI OĦRA

Il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni u l-arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Il-FTA UE-Singapore u l-FPI jinkludu dispożizzjonijiet istituzzjonali li jistabbilixxu l-istruttura tal-korpi ta’ implimentazzjoni biex jimmonitorjaw kontinwament l-implimentazzjoni, it-tħaddim u l-impatti tal-ftehimiet. Il-ftehimiet huma parti integrali mir-relazzjoni bilaterali bejn l-UE u Singapore kif irregolati mill-FSK, l-istrutturi msemmijin se jiffurmaw parti minn qafas istituzzjonali komuni mal-FPK.

Il-kapitolu istituzzjonali tal-FTA jistabbilixxi Kumitat tal-Kummerċ li bħala l-kompitu prinċipali tiegħu għandu s-sorveljanza u l-iffaċilitar tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-Kumitat għall-Kummerċ huwa magħmul minn rappreżentanti tal-UE u ta’ Singapore li se jiltaqgħu kull sentejn jew fuq talba ta’ waħda miż-żewġ naħat. Il-Kumitat tal-Kummerċ se jkun inkarigat li jissorvelja l-ħidma tal-kumitati speċjalizzati kollha stabbiliti skont il-Ftehim (il-Kumitat dwar il-Kummerċ f’Oġġetti; l-Kumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji; il-Kumitat dwar id-Dwana; u l-Kumitat dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, l-Investiment u l-Akkwist Pubbliku).

Il-Kumitat għall-Kummerċ għandu wkoll il-kompitu li jikkomunika mal-partijiet interessati kollha, inkluż is-settur privat u s-soċjetà ċivili, rigward il-funzjonament u l-implimentazzjoni tal-ftehim. Fil-ftehim, iż-żewġ naħat jirrikonoxxu l-importanza tat-trasparenza u l-ftuħ u jimpenjaw ruħhom li jikkunsidraw l-opinjonijiet tal-membri tal-pubbliku bil-għan li jibbażaw fuq firxa wiesgħa ta’ perspettivi fl-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim.

Il-kapitolu istituzzjonali tal-FPI jistabbilixxi Kumitat bil-kompitu ewlieni li jissorvelja u jiffaċilita l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Fost kompiti oħra, il-Kumitat jista’, soġġett għat-tlestija ta’ rekwiżiti legali u l-proċeduri rispettivi ta’ kull naħa jiddeċiedi li jaħtar il-Membri tat-Tribunali tal-ICS, jiffissa l-ħlas u t-tariffi ta’ kull xahar tagħhom u jadotta interpretazzjonijiet vinkolanti tal-ftehim.

Kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni “Kummerċ għal Kulħadd”, il-Kummissjoni qed tiddedika dejjem iżjed riżorsi għall-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar ta’ ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment. Fl-2017, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel Rapport annwali ta’ Implimentazzjoni tal-FTA. L-għan prinċipali ta’ dan ir-rapport huwa li tingħata stampa oġġettiva dwar l-implimentazzjoni tal-FTAs tal-UE, b’enfasi fuq il-progress li sar u n-nuqqasijiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati. L-objettiv huwa li r-rapport iservi bħala l-bażi għal dibattitu miftuħ u involviment mal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u s-soċjetà ċivili b’mod ġenerali dwar il-funzjonament ta’ FTAs u l-implimentazzjoni tagħhom. Bħala eżerċizzju annwali, il-pubblikazzjoni tar-rapport se tippermetti monitoraġġ regolari tal-iżviluppi, kif ukoll ir-reġistrazzjoni ta' kif ġew indirizzati kwistjonijiet ta’ prijorità identifikati. Ir-rapport se jkopri l-FTA UE-Singapore sa mid-dħul fis-seħħ tiegħu.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-Direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-FTA UE-Singapore jistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex l-operaturi ekonomiċi tal-UE jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet maħluqa f’Singapore bħala punt ċentrali ta’ kummerċ u trasport tax-Xlokk tal-Asja.

Fin-negozjati ta’ dan il-ftehim, il-Kummissjoni fittxet żewġ objettivi prinċipali: l-ewwel, li tipprovdi l-aħjar termini possibbli għall-aċċess għall-operaturi tal-UE għas-suq ta’ Singapore; u, it-tieni, li tistabbilixxi punt ta’ referenza validu għan-negozjati l-oħra tal-UE fir-reġjun.

Dawn iż-żewġ objettivi ntlaħqu b’mod sħiħ: il-Ftehim imur lil hinn mill-impenji eżistenti tad-WTO f’bosta oqsma, bħalma huma s-servizzi, l-akkwist, l-ostakli mhux tariffarji u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, inklużi l-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ). F’dawn l-oqsma kollha Singapore qabel ukoll li impenji ġodda li jmorru ferm aktar minn dak li Singapore sa issa kien lest li jaċċetta, inkluż fil-FTA tiegħu mal-Istati Uniti.

Il-Ftehim jissodisfa l-kriterji tal-Artikolu XXIV tal-GATT (biex jiġu eliminati d-dazji u regolamenti restrittivi oħrajn tal-kummerċ fir-rigward tal-kummerċ kollu tal-oġġetti bejn il-partijiet) kif ukoll tal-Artikolu V tal-GATS, li jipprevedi għal test simili fir-rigward tas-servizzi.

F’konformità mal-objettivi stabbiliti mid-direttivi tan-negozjati, il-Kummissjoni assigurat:

(1)il-liberalizzazzjoni komprensiva tas-servizzi u tas-swieq ta’ investiment, inkluż ir-regoli trasversali dwar il-liċenzjar u għar-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomas, u r-regoli speċifiċi għas-settur li huma maħsuba biex jiggarantixxu kundizzjonijiet ekwi għan-negozji tal-UE;

(2)opportunitajiet għal offerti ġodda għall-offerenti mill-UE, u speċjalment fis-swieq tal-utilitajiet fejn hemm ħafna fornituri ewlenin tal-UE;

(3)it-tneħħija ta’ ostakoli tekniċi u regolatorji għall-kummerċ fl-oġġetti, bħalma huma l-ittestjar duplikattiv, b’mod partikolari billi jiġi promoss l-użu ta’ standards tekniċi u regolatorji li huma familjari fl-UE fis-setturi tal-vetturi bil-mutur, l-elettronika, il-farmaċewtiċi u t-tagħmir mediku kif ukoll it-teknoloġiji ekoloġiċi;

(4)il-ħolqien ta’ reġim aktar favorevoli għall-kummerċ, għall-approvazzjoni tal-esportazzjonijiet ta’ laħam Ewropew lejn Singapore, abbażi ta’ standards internazzjonali;

(5)l-impenn ta’ Singapore biex ma jżidx it-tariffi tiegħu (li bħalissa fil-biċċa l-kbira ma jiġux applikati fuq bażi volontarja) fuq importazzjonijiet mill-UE, kif ukoll aċċess orħos tan-negozji u l-konsumaturi Ewropej għal prodotti magħmula f’Singapore;

(6)livell għoli ta’ protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, inkluż fir-rigward tal-infurzar ta’ dawn id-drittijiet, inkluż fil-fruntiera;

(7)livell ta’ protezzjoni TRIPs-plus għall-IĠ tal-UE wara r-reġistrazzjoni tagħhom f’Singapore ladarba Singapore ikun stabbilixxa reġistru ta’ IĠ (li impenja ruħu li jagħmel dan wara l-kunsens mill-Parlament Ewropew għall-FTA);

(8)Kapitolu komprensiv dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, li għandu l-għan li jiżgura li l-kummerċ jappoġġa l-ħarsien ambjentali u l-iżvilupp soċjali u jippromwovi l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u s-sajd. Il-Kapitolu jistabbilixxi wkoll kif is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili se jkunu involuti fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tiegħu;

(9)mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim rapidi permezz jew ta’ tribunal ta’ arbitraġġ inkella bl-għajnuna ta’ medjatur; kif ukoll

(10)Kapitolu ġdid u komprensiv biex jiġu promossi opportunitajiet ġodda fis-settur ta’ “tkabbir ekoloġiku”, b’konformità mal-istrateġija tal-UE għall-2020.

Il-FPI UE-Singapore se jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-investiment, filwaqt li jissalvagwardja d-drittijiet ta’ Singapore u l-UE biex jirregolaw u jilħqu objettivi leġittimi ta’ politika pubblika bħal pereżempju l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, is-sigurtà u l-ambjent.

Il-Ftehim jinkludi l-innovazzjonijiet kollha tal-approċċ il-ġdid tal-UE għall-protezzjoni tal-investiment u l-mekkaniżmi ta’ infurzar tagħha li mhumiex preżenti fit-12-il trattat ta’ investiment bilaterali eżistenti bejn Singapore u l-Istati Membri tal-UE. Dan huwa fattur importanti ħafna tal-FPI li huwa jissostitwixxi u b’hekk itejjeb it-12-il trattat bilaterali tal-investiment eżistenti.

F’konformità mal-objettivi stabbiliti mid-direttivi tan-negozjati, il-Kummissjoni żgurat li l-investituri tal-UE u l-investimenti tagħhom f’Singapore se jingħataw trattament ġust u ekwu u mhux se jiġu diskriminati meta mqabbla ma’ investimenti ta’ Singapore li huma f’sitwazzjonijiet simili. Fl-istess ħin, il-FPI jipproteġi l-investituri tal-UE u l-investimenti tagħhom f’Singapore minn esproprjazzjoni, sakemm ma jkunx għal finijiet pubbliċi, f’konformità mal-proċess dovut, fuq bażi mhux diskriminatorja u bi ħlas, ta’ kumpens bla dewmien, adegwat u effettiv skont il-valur tas-suq ġust tal-investiment esproprjat.

Barra minn hekk, f’konformità mad-direttivi ta’ negozjar, il-FPI innegozjat mill-Kummissjoni se joffri lill-investituri l-għażla li jirrikorru għal mekkaniżmu riformat ta’ soluzzjoni tat-tilwim. Din is-sistema tiżgura li r-regoli tal-protezzjoni tal-investiment jiġu osservati u l-għan tagħhom huwa li jinstab bilanċ bejn il-protezzjoni tal-investituri b’mod trasparenti u jiġi salvagwardjat id-dritt ta’ Stat li jirregola sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika pubblika. Il-Ftehim jistabbilixxi sistema għas-soluzzjoni tat-tilwim internazzjonali permanenti u kompletament indipendenti, li tikkonsisti fi Tribunali tal-Ewwel Istanza u tal-Appell, li se jmexxu l-proċedimenti tas-soluzzjoni tat-tilwim b’mod trasparenti u imparzjali.

Il-Kummissjoni hija konxja li jinstab bilanċ bejn il-mixja ‘l quddiem b’riforma tal-politika ta’ investiment tal-UE u s-sensitivitajiet tal-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-eżerċizzju ta’ kompetenza kondiviża dwar dawn il-kwistjonijiet. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma għamlitx Proposta biex tapplika ftehim dwar il-protezzjoni tal-investiment b’mod proviżorju. Madankollu, jekk l-Istati Membri jkunu jixtiequ jaraw Proposta għall-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim dwar il-protezzjoni tal-investiment, il-Kummissjoni tinsab lesta li tagħmel tali Proposta.

2018/0095 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ Singapore, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru [XX], il-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ Singapore min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) ġie ffirmat fil- [XX XXX 2018].

(2)Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

(3)Skont l-Artikolu 4.11 (Ebda Effett Dirett) tal-Ftehim, dan ma għandux jikkonferixxi drittijiet jew jimponi obbligi fuq persuni, minbarra dawk maħluqin bejn il-Partijiet skont il-liġi pubblika internazzjonali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ Singapore, min-naħa l-oħra huwa b’dan konkluż.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill jaħtar il-persuna bis-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni Ewropea, biex tibgħat in-notifika li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 4.15(2) tal-Ftehim, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat bil-Ftehim 4 .

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA' ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Il-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-UE u Singapore

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 5  

20.02 – Politika Kummerċjali

1.3.Natura tal-Proposta/tal-inizjattiva

☑ Il-proposta/ L-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida

Il-proposta / L-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota / azzjoni preparatorja 6  

◻ Il-Proposta / L-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

◻ Il-Proposta / L-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-Proposta / tal-inizjattiva

Il-Proposta tista’ titpoġġa fl-ewwel prijorità mill-għaxar prijoritajiet ta’ Juncker – Impjiegi, Tkabbir u Investiment.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Objettiv speċifiku Nru

1

Attività / attivitajiet ABM / ABB ikkonċernata/i

20.02 – Politika Kummerċjali

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-objettiv tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-UE u Singapore (FPI) huwa li tissaħħaħ il-klima ta’ investiment bejn l-UE u Singapore. Il-Ftehim se jwassal għal benefiċċji għall-investituri Ewropej billi jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-investimenti tagħhom f’Singapore, filwaqt li fl-istess ħin jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-UE li jirregolaw u li jsegwu objettivi leġittimi ta’ politika pubblika bħal pereżempju l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, is-sigurtà u l-ambjent.

Il-Ftehim jistabbilixxi Sistema ta’ Qorti tal-Investiment (ICS) imfassla biex tilħaq l-aspettativi għolja taċ-ċittadini u tal-industrija għal sistema aktar ġusta, aktar trasparenti u istituzzjonalizzata tas-soluzzjoni tat-tilwim dwar l-investiment. Id-dispożizzjonijiet fil-FPI UE-Singapore li jkollhom impatt fuq il-baġit tal-UE huma marbutin b’mod preċiż mal-istabbiliment u l-kostijiet operazzjonali tal-ICS.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Il-FPI jipprovdi ċertezza tad-dritt u prevedibbiltà li huwa mistenni li jgħin lill-UE u lil Singapore biex jattiraw u jżommu l-investiment biex isostnu l-ekonomija tagħhom.

1.5.Raġunijiet għall-Proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

Jinżamm jew jitjieb il-livell tal-flussi ta' investiment bejn l-UE u Singapore.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Fl-2016, it-total tal-investiment dirett barrani (IDB) tal-UE f’Singapore kien jammonta għal EUR 168 biljun, li jikkostitwixxi aktar minn wieħed minn ħamsa tat-total tal-istokk ta’ IDB f’Singapore, li jagħmel lill-UE l-akbar investitur barrani ta’ Singapore. Min-naħa l-oħra, Singapore huwa t-tielet l-akbar investitur Ażjatiku u s-seba’ l-ikbar investitur estern, li għandu stokkijiet ta’ investiment li fl-2016 ammontaw għal madwar EUR 88 biljun.

Bħala sħab mill-qrib tal-investiment, l-UE u Singapore se jibbenefikaw mill-klima ta’ investiment imsaħħa li l-FPI se jipprovdi. Il-Ftehim jinkludi wkoll l-innovazzjonijiet kollha tal-approċċ il-ġdid tal-UE għall-protezzjoni tal-investiment u l-mekkaniżmi ta’ infurzar tagħha li mhumiex preżenti fit-12-il trattat ta’ investiment bilaterali eżistenti bejn Singapore u l-Istati Membri tal-UE li l-FPI se jkun qed jissostitwixxi.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

M/A

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa:

M/A

1.6.Durata u impatt finanzjarju

◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva b’effett minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

☑ Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2018 (soġġett għal ratifika mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew).

segwita minn operat sħiħ.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 7  

◻ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

mill-aġenziji eżekuttivi

◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

☑ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu inkarigati lil:

pajjiżi terzi jew il-korpi li huma jkunu ħatru;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

il-korpi li jissemmew fl-Artikolu 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi irregolati bil-liġi pubblika;

korpi irregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, sakemm ikunu jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi irregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Rigward it-trattament finanzjarju tal-ICS fil-FPI UE-Singapore, se tingħata kontribuzzjoni lil “struttura eżistenti” (jiġifieri, l-ICSID) biex din tgħaddi l-onorarji dovuti lill-imħallfin tal-ICS. It-tariffi tal-ġestjoni tal-każijiet jimmaterjalizzaw biss meta tinqala’ tilwima, bis-servizzi tal-ICSID bħala segretarjat jkunu, apparti dan, mingħajr ħlas.

2.MIŻURI TA' ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim qafas konkluż mal-organizzazzjoni konċernata.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju(i) identifikat(i)

Skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim qafas konkluż mal-organizzazzjoni konċernata.

2.2.2.Tagħrif fuq it-twaqqif tas-sistema ta’ kontroll intern

Skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim qafas konkluż mal-organizzazzjoni konċernata. B’mod partikolari, ir-regoli ta’ verifika applikabbli.

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell tar-riskju ta’ żbalji mistenni.

Minħabba l-impatt finanzjarju stmat, l-ebda kost jew benefiċċju kwantifikabbli ma jista' jiġi identifikat. Il-kontribuzzjoni se tkun parti mis-sistema ta’ kontroll kumplessiva tad-DĠ Kummerċ.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim qafas konkluż mal-organizzazzjoni konċernata. Barra minn hekk se tapplika l-istrateġija ta' kontra l-frodi tad-DĠ Kummerċ, li tinkludi kapitolu dedikat dwar il-ġestjoni finanzjarja.

3.IMPATT FINANZJARJU SMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

·Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linji baġitarji

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
4

Diff/Mhux diff 8 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 9

mill-pajjiżi kandidati 10

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

20.0201

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linji baġitarji

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
M/A

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

M/A

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

4

DĠ: KUMMERĊ

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-AMMONT TOTALI

• Approprjazzjonijiet operattivi

Numru tal-linja baġitarja 20.0201

Impenji

(1)

0,200

0,200

0,200

0,200

0,800

Pagamenti

(2)

0,200

0,200

0,200

0,200

0,800

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

-

-

-

-

Pagamenti

(2 a)

-

-

-

-

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi 11  

0

0

0

0

Numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ KUMMERĊ

Impenji

=1+1a +3

0,200

0,200

0,200

0,200

0,800

Pagamenti

=2+2a

+3

0,200

0,200

0,200

0,200

0,800






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi

Impenji

(4)

0,200

0,200

0,200

0,200

0,800

Pagamenti

(5)

0,200

0,200

0,200

0,200

0,800

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0

0

0

0

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 4

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0.200

0.200

0.200

0.200

0.800

Pagamenti

=5+ 6

0,200

0,200

0,200

0,200

0,800

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/mill-inizjattiva:

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 4

tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta' referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6




Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-AMMONT TOTALI

DĠ: KUMMERĊ

• Riżorsi umani

0,134

0,134

0,134

0,134

0,536

• Nefqa amministrattiva oħra

0

0

0

0

TOTAL DĠ KUMMERĊ

Approprjazzjonijiet

0,134

0,134

0,134

0,134

0,536

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,134

0,134

0,134

0,134

0,536

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-AMMONT TOTALI

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

0,334

0,334

0,334

0,334

1,336

Pagamenti

0,334

0,334

0,334

0,334

1,336

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni tal-EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-AMMONT TOTALI

L-OUTPUTS

Tip 12

Kost medju

L-ebda

Kost

L-ebda

Kost

L-ebda

Kost

L-ebda

Kost

L-ebda

Kost

L-ebda

Kost

L-ebda

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 13 ...

Tħaddim tal-ICS

- Output

Is-Segretarjat

1

0,200

0,200

0,200

0.200

0,800

- Output

Każijiet

-

p.m.

p.m

p.m

- Output

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

0,200

0,200

0,200

0,200

0,800

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

0,200

0,200

0,200

0,200

0,800

3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-AMMONT TOTALI

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,134

0,134

0,134

0,134

0,536

Nefqa amministrattiva oħra

0

0

0

0

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 5 14
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali

L-AMMONT TOTALI

0,134

0,134

0,134

0,134

0,536

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
2018

Sena
2019

Sena 2020

Sena 2021

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

1

1

1

1

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full-Time: FTE) 15

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss 16

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

L-AMMONT TOTALI

1

1

1

1

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titlu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ ma' kull allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jġestixxi skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Il-monitoraġġ tal-funzjonament tal-ICS/L-immaniġġjar tal-każijiet

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedi l-ebda kofinanzjament mingħand il-partijiet terzi

Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament: Il-Gvern tar-Repubblika ta' Singapore

0,200

0,200

0,200

0,200

0,800

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

0,200

0,200

0,200

0,200

0,800



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali (B2016)

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 17

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ….........

..................

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[...]

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

[...]

(1)    Ara l-kjarifika fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-600/14 il-Ġermanja vs il-Kunsill (Sentenza tal-5 ta’ Diċembru 2017) paragrafu 69.
(2)     http://trade.ec.europa.eu/doclib/html/145989.htm
(3)     http://trade.ec.europa.eu/doclib/html/153666.htm
(4)    Id-data ta’ dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
(5)    ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(6)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(7)    Id-dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(8)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(9)    L-EFTA: L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(10)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Punent tal-Balkani.
(11)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(12)    L-outputs huma l-oġġetti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(13)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”.
(14)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(15)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Persunal tal-aġenzija; JED= Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(16)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji "BA").
(17)    Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 18.4.2018

COM(2018) 194 final

ANNESS

għal

Proposta ta' Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra


FTEHIM DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-INVESTIMENTI

BEJN L-UNJONI EWROPEA

U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA WAĦDA,

U R-REPUBBLIKA TA’ SINGAPORE, MIN-NAĦA L-OĦRA

L-UNJONI EWROPEA (minn hawn ’il quddiem tissejjaħ “l-Unjoni”),

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,



IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TAN-NETHERLANDS

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,



IR-RENJU TAL-IŻVEZJA, u

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ

   minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TA’ SINGAPORE (minn hawn ’il quddiem tissejjaħ “Singapore”),

   min-naħa l-oħra,

minn hawn ’il quddiem jissejħu flimkien “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-isħubija twila u b’saħħitha bbażata fuq il-prinċipji u l-valuri riflessi fil-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Singapore, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem jissejjaħ l-“EUSPCA”), u r-relazzjoni ekonomika, kummerċjali u ta’ investiment importanti tagħhom inkluż kif rifless fil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (minn hawn ’il quddiem jissejjaħ l- “EUSFTA”);

XEWQANA li jsaħħu aktar ir-relazzjoni ta’ bejniethom bħala parti minn, u b’mod koerenti mar-relazzjonijiet ġenerali tagħhom, u konvinti li dan il-Ftehim se joħloq klima ġdida għall-iżvilupp tal-kummerċ u l-investiment bejn il-Partijiet;

FILWAQT LI JAGĦRFU li dan il-Ftehim se jikkumplimenta u jippromwovi l-isforzi ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali;



DETERMINATI li jsaħħu r-rabtiet ekonomiċi, kummerċjali u tal-investiment tagħhom f’konformità mal-għan ta’ żvilupp sostenibbli, fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu, u li jippromwovu l-kummerċ u l-investiment b’mod li jqis il-livelli għoljin ta’ protezzjoni tal-ambjent u tax-xogħol u standards u ftehimiet internazzjonali rilevanti u rikonoxxuti fuq livell internazzjonali li huma partijiet fihom;

WAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn tagħhom għall-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u t-trasparenza kif rifless fl-EUSFTA;

WAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID id-dritt ta’ kull Parti li tadotta u tinforza l-miżuri meħtieġa biex jiġu segwiti l-għanijiet ta’ politika leġittimi bħalma huma dawk soċjali, ambjentali, ta’ sigurtà, tas-saħħa u s-sikurezza pubblika, u l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali;

WAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn tagħhom lejn il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti ffirmata f’San Francisco fis-26 ta’ Ġunju 1945 u wara li kkunsidraw il-prinċipji artikolati f’Id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-10 ta’ Diċembru 1948;

FILWAQT LI JAGĦRFU l-importanza tat-trasparenza fil-kummerċ u l-investiment internazzjonali għall-benefiċċju tal-partijiet interessati kollha;

FILWAQT LI JIBNU fuq id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom skont il-Ftehim tad-WTO u ftehimiet u arranġamenti multilaterali, reġjonali u bilaterali oħrajn li huma parti minnhom, b’mod partikolari l-EUSFTA;

FTIEHMU KIF ĠEJ:



KAPITOLU WIEĦED

GĦANIJIET U DEFINIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU 1.1

Għan

L-għanijiet ta’ dan il-Ftehim huma li jkunu liberalizzati u ffaċilitati l-kummerċ u l-investiment bejn il-Partijiet f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 1.2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

1.    “investiment kopert” tfisser investiment li hu l-proprjetà, direttament jew indirettament, jew ikkontrollat direttament jew indirettament minn investitur kopert ta’ Parti waħda fit-territorju tal-Parti l-oħra 1 .



“investiment” tfisser kull kwalità ta’ ass li għandu l-karatteristika ta’ investiment, inkluż dawk il-karatteristiċi bħall-impenn tal-kapital jew riżorsi oħra, l-istennija ta’ qligħ jew profitt, is-suppożizzjoni ta’ riskju jew ċertu tul ta’ żmien. Il-forom li jista’ jieħu investiment jistgħu jinkludu:

(a)    proprjetà tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli kif ukoll kull dritt ieħor ta’ proprjetà bħal kirjiet, lokazzjonijiet, ipoteki u rahan;

(b)    intrapriża li tinkludi fergħa, ishma, stokks u forom oħra ta’ parteċipazzjoni ta’ ekwità f’intrapriża, inklużi d-drittijiet li jirriżultaw minnha;

(c)    bonds, obbligazzjonijiet, u self u strumenti oħra ta’ dejn, inklużi d-drittijiet li jirriżultaw minnhom;

(d)    assi finanzjarji oħra, inklużi derivattivi, futuri u għażliet;

(e)    kuntratti turnkey, tal-kostruzzjoni, tal-ġestjoni, tal-produzzjoni, tal-konċessjoni, tal-qsim tad-dħul u oħrajn simili;

(f)    talbiet għal flus jew għal assi oħra, jew għal xi prestazzjoni kuntrattwali b’valur ekonomiku;



(g)    drittijiet ta’ proprjetà intellettwali 2 u avvjament; u

(h)    liċenzji, awtorizzazzjonijiet, permessi, u drittijiet simili mogħtija skont il-liġi domestika, inkluża kull konċessjoni għat-tiftix, għall-kultivazzjoni, għall-estrazzjoni jew għall-isfruttament tar-riżorsi naturali 3 .

Ir-redditu li jkun investit jitqies bħala investiment u kull tibdil fil-forma li fiha l-assi jkunu investiti jew investiti mill-ġdid ma taffettwax il-kwalifikazzjoni tagħhom bħala investiment.

2.    “investitur kopert” tfisser persuna fiżika 4 jew persuna ġuridika ta’ Parti waħda li tkun għamlet investiment fit-territorju tal-Parti l-oħra.



3.    “persuna fiżika ta’ Parti” tfisser ċittadin ta’ Singapore jew ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont il-leġiżlazzjoni rispettiva tiegħu/tagħha.

4.    “persuna ġuridika” tfisser kull entità ġuridika debitament kostitwita jew organizzata mod ieħor skont il-liġi applikabbli, kemm jekk għal profitt u kemm jekk le, kemm jekk tal-privat u kemm jekk tal-gvern inkluż kull korporazzjoni, trust, sħubija, impriża konġunta, impriża individwali jew assoċjazzjoni.

5.    “persuna ġuridika tal-Unjoni” jew “persuna ġuridika ta’ Singapore” tfisser persuna ġuridika stabbilita f’konformità mal-Liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tal-Unjoni jew ta’ Singapore, rispettivament, u li jkollha l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali 5 jew il-post prinċipali tan-negozju tagħha fit-territorju tal-Unjoni jew ta’ Singapore, rispettivament. Jekk il-persuna ġuridika jkollha biss l-uffiċċju reġistrat jew l-amministrazzjoni ċentrali tagħha fit-territorju tal-Unjoni jew ta’ Singapore, rispettivament, ma għandhiex titqies bħala persuna ġuridika tal-Unjoni jew persuna ġuridika ta’ Singapore, rispettivament, sakemm ma tiħux sehem f’operazzjonijiet sostantivi ta’ negozju 6 fit-territorju tal-Unjoni jew ta’ Singapore, rispettivament.



6.    “miżura” tfisser kull liġi, regolament, proċedura, rekwiżit jew prattika.

7.    “trattament” jew “miżura” 7 adottati jew miżmuma minn Parti jinkludu dawk meħuda minn:

(a)    gvernijiet u awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali; u

(b)    korpi mhux governattivi fl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-setgħat delegati mill-gvernijiet jew l-awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali.

8.    “redditi” tfisser l-ammonti kollha li jidħlu jew li jiġu derivati minn investiment jew investiment mill-ġdid, inklużi profitti, dividendi, qligħ kapitali, royalties, imgħaxijiet, pagamenti b’rabta ma’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali, pagamenti in natura, u kull introjtu legali ieħor.

9.    “munita konvertibbli b’mod liberu” tfisser munita li hi nnegozjata b’mod wiesa’ fis-swieq tal-kambju barranin internazzjonali u użata b’mod wiesa’ fi tranżazzjonijiet internazzjonali.

10.    “stabbiliment” tfisser:

(a)    il-kostituzzjoni, l-akkwiżizzjoni jew iż-żamma ta’ persuna ġuridika; jew

(b)    il-ħolqien jew iż-żamma ta’ fergħa jew uffiċċju rappreżentattiv,

bil-għan li jiġu stabbiliti jew miżmuma rabtiet ekonomiċi li jibqgħu fit-territorju ta’ Parti bil-għan li titwettaq attività ekonomika.



11.    “attività ekonomika” tinkludi kull attività ta’ natura ekonomika ħlief attivitajiet imwettqa fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva, jiġifieri, attivitajiet li la jitwettqu fuq bażi kummerċjali u lanqas f’kompetizzjoni ma’ operatur ekonomiku wieħed jew aktar.

12.    “Parti tal-UE” tfisser l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom kif derivat mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU TNEJN

PROTEZZJONI TAL-INVESTIMENT

ARTIKOLU 2.1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.    Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-investituri koperti u l-investimenti koperti li jkunu saru f’konformità mal-liġi applikabbli, kemm jekk dawn l-investimenti saru qabel kif ukoll wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim 8 .

2.    Minkejja kull dispożizzjoni oħra f’dan il-Ftehim, l-Artikolu 2.3 (Trattament Nazzjonali) ma għandux japplika għal sussidji jew għotjiet ipprovduti minn xi Parti, inkluż self, garanziji u assigurazzjoni appoġġati mill-gvern.



3.    L-Artikolu 2.3 (Trattament Nazzjonali) ma għandux japplika:

(a)    għall-akkwist minn aġenziji governattivi ta’ oġġetti u servizzi mixtrija għal skopijiet governattivi u mhux bl-iskop ta’ bejgħ kummerċjali mill-ġdid jew bl-iskop ta’ użu fil-forniment ta’ oġġetti jew il-forniment ta’ servizzi għall-bejgħ kummerċjali; jew

(b)    għas-servizzi awdjoviżivi;

(c)    attivitajiet ipprovduti fl-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva fit-territorji rispettivi tal-Partijiet. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, attività pprovduta fl-eżerċizzju tal-awtorità governattiva tfisser kull attività, ħlief attività pprovduta fuq bażi kummerċjali jew f’kompetizzjoni ma’ fornitur wieħed jew aktar;

ARTIKOLU 2.2

Miżuri ta’ Investiment u Regolatorji

1.    Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid id-dritt tagħhom li jirregolaw fit-territorji tagħhom sabiex jiksbu l-għanijiet ta’ politika leġittimi, bħall-ħarsien tas-saħħa pubblika, is-servizzi soċjali, l-edukazzjoni pubblika, is-sikurezza, l-ambjent jew il-morali pubbliċi, il-protezzjoni u l-privatezza soċjali jew tal-konsumatur u l-protezzjoni tad-data u l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali.



2.    Għal aktar ċertezza, il-fatt biss li Parti tirregola, inkluż permezz ta’ modifika tal-liġijiet tagħha, b’mod li jkollu impatt negattiv fuq investiment jew jinterferixxi fl-aspettattivi ta’ investitur, inkluż l-aspettattivi ta’ profitti tiegħu, ma jammontax għal ksur ta’ obbligu taħt dan il-Kapitolu.

3.    Għal aktar ċertezza, id-deċiżjoni ta’ Parti li ma toħroġx, ma ġġeddidx jew ma żżommx sussidju jew għotja:

(a)    fl-assenza ta’ kwalunkwe impenn speċifiku skont il-liġi domestika jew kuntratt għall-ħruġ, tiġdid, jew żamma ta’ dak is-sussidju jew dik l-għotja; jew

(b)    jekk id-deċiżjoni ssirx f’konformità mat-termini jew il-kundizzjonijiet marbuta mal-ħruġ, it-tiġdid jew iż-żamma tas-sussidju jew l-għotja, jekk ikun hemm,

ma tikkostitwixxix ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

4.    Għal aktar ċertezza, xejn f’dan il-Kapitolu ma għandu jiġi interpretat bħala li qed jimpedixxi Parti milli tkompli tagħti sussidju 9 jew jitlob ir-rimborż tagħha meta tali azzjoni tkun ġiet ordnata minn qorti kompetenti, tribunal amministrattiv jew awtorità kompetenti oħra 10 , jew jitlob lil dik il-Parti tikkumpensa lill-investitur għal dan.



ARTIKOLU 2.3

Trattament Nazzjonali

1.    Kull Parti għandha tagħti lill-investituri koperti tal-Parti l-oħra u lill-investimenti koperti fit-territorju tagħha, trattament mhux inqas favorevoli mit-trattament li hija tagħti, f’sitwazzjonijiet simili għal dawn, lill-investituri tagħha stess u l-investimenti tagħhom fir-rigward tal-operat, il-ġestjoni, it-tmexxija, il-manutenzjoni, l-użu, it-tgawdija, u l-bejgħ jew disponiment ieħor tal-investimenti tagħhom.

2.    Minkejja l-paragrafu 1, kull Parti tista’ tadotta jew iżżomm kwalunkwe miżura fir-rigward tal-operat, il-ġestjoni, it-tmexxija, il-manutenzjoni, l-użu, it-tgawdija, u l-bejgħ jew disponiment ieħor ta’ stabbiliment li mhuwiex inkonsistenti mal-impenji mnaqqxa fl-Iskeda tagħha ta’ Impenji Speċifiċi fl-Anness 8-A u 8-B tal-Kapitolu 8 (Servizzi, Stabbiliment u Kummerċ Elettroniku) tal-EUSFTA rispettivament 11 , fejn tali miżura hija:

(a)    miżura li tiġi adottata dakinhar jew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim;



(b)    miżura msemmija fis-subparagrafu (a) li tkun qed titkompla, tiġi sostitwita jew emendata wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, dejjem jekk il-miżura ma tkunx inqas konsistenti mal-paragrafu 1 wara li titkompla, tiġi sostitwita jew emendata mill-miżura kif kienet teżisti qabel it-tkomplija, is-sostituzzjoni jew l-emenda; jew

(c)    miżura li ma taqax taħt is-subparagrafi (a) jew (b), sakemm din ma tiġix applikata fir-rigward, jew b’mod li jikkawża telf jew ħsara 12 lill-investimenti koperti li jsiru fit-territorju tal-Parti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ tali miżura.

3.    Minkejja l-paragrafi 1 u 2, Parti tista’ tadotta jew tinforza miżuri li jagħtu lill-investituri u lill-investimenti koperti tal-Parti l-oħra trattament inqas favorevoli minn dak mogħti lill-investituri u lill-investimenti tagħhom, f’sitwazzjonijiet simili, skont ir-rekwiżit li tali miżuri ma jiġux applikati b’mod li jikkostitwixxi mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikata kontra l-investituri u l-investimenti koperti tal-Parti l-oħra fit-territorju ta’ Parti, jew tkun restrizzjoni moħbija fuq investimenti koperti, fejn il-miżuri huma:



(a)    meħtieġa biex iħarsu s-sigurtà pubblika, il-morali pubblika jew biex iżommu l-ordni pubblika 13 ;

(b)    meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa jew tal-ħajja tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti;

(c)    marbuta mal-konservazzjoni ta’ riżorsi naturali li jistgħu jispiċċaw jekk tali miżuri jiġu applikati flimkien ma’ restrizzjonijiet fuq investituri jew investimenti domestiċi;

(d)    meħtieġa għall-protezzjoni ta’ teżori nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku;

(e)    meħtieġa sabiex jassiguraw il-konformità ma’ liġijiet jew regolamenti li mhumiex inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu inklużi dawk relatati ma’:

(i)    il-prevenzjoni ta’ prassi qarrieqa jew frawdolenti jew it-trattament tal-effetti ta’ inadempjenza ta’ kuntratt;

(ii)    il-protezzjoni tal-privatezza tal-individwi b’rabta mal-ipproċessar u t-tixrid tad-data personali u l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ rekords u ta’ kontijiet individwali;

(iii)    is-sikurezza;



(f)    immirata biex tiżgura l-ġbir jew l-impożizzjoni effettivi jew ekwi 14 ta’ taxxi diretti fir-rigward ta’ investituri jew investimenti tal-Parti l-oħra.



ARTIKOLU 2.4

Standard ta’ Trattament

1.    Kull Parti, fit-territorju tagħha, għandha tagħti trattament ġust u ekwu 15 u protezzjoni u sigurtà sħiħa f’konformità mal-paragrafi 2 sa 6, lill-investimenti koperti tal-Parti l-oħra.

2.    Parti tikser l-obbligu ta’ trattament ġust u ekwu msemmi fil-paragrafu 1 jekk miżura jew sensiela ta’ miżuri tagħha jkunu jikkostitwixxu:

(a)    ċaħda ta’ ġustizzja 16 fi proċedimenti kriminali, ċivili u amministrattivi;

(b)    ksur fundamentali tal-proċess dovut;

(c)    kondotta arbitrarja biċ-ċar;

(d)    fastidju, koerċizzjoni, abbuż ta’ poter jew kondotta ta’ mala fede simili;



3.    Sabiex jidddetermina jekk l-obbligu ta’ trattament ġust u ekwu, kif stipulat fil-paragrafu 2 ikunx inkiser, Tribunal jista’ jqis, fejn applikabbli, jekk Parti tkunx għamlet rappreżentazzjonijiet speċifiċi jew mhux ambigwi 17 lil investitur sabiex tħeġġeġ l-investiment, li ħoloq aspettattivi leġittimi ta’ investitur kopert u li l-investitur kopert ikun iddependa fuqhom moderatament, iżda lil l-Parti sussegwentement fixklet 18 .

4.    Il-Partijiet, fuq talba ta’ Parti jew rakkomandazzjonijiet mill-Kumitat għandhom, jirrevedu l-kontenut tal-obbligu sabiex jipprovdu trattament ġust u ekwu, skont il-proċedura għall-emendi stipulata fl-Artikolu 4.3 (Emendi), b’mod partikolari, jekk it-trattament għajr għal dawk elenkati fil-paragrafu 2 jistgħux jikkostitwixxu wkoll ksur ta’ trattament ġust u ekwu.

5.    Għal aktar ċertezza, “protezzjoni sħiħa u sigurtà” tirreferi biss għall-obbligu ta’ Parti marbut mas-sigurtà fiżika tal-investituri u l-investimenti koperti.



6.    Meta Parti, hija stess jew permezz ta’ kwalunkwe entità msemmija fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 1.2 (Definizzjonijiet), tkun tat impenn speċifiku u definit b’mod ċar f’obbligu kuntrattwali bil-miktub 19 lil investitur kopert tal-Parti l-oħra fir-rigward tal-investiment tal-investitur kopert jew lejn tali investiment kopert, dik il-Parti ma tfixkilx jew timminax dan l-impenn permezz tal-eżerċizzju tal-awtorità governattiva tagħha 20 jew:

(a)    deliberatament; jew

(b)    b’mod li tibdel sostanzjalment il-bilanċ tad-drittijiet u l-obbligu fl-obbligu kuntrattwali bil-miktub sakemm il-Parti tipprovdi kumpens raġonevoli biex tieħu lura lill-investitur jew l-investiment kopert fil-pożizzjoni li kienu jkunu fiha kieku ma ġewx imxekkla jew imminati.

7.    Ksur ta’ dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, jew ta’ ftehim internazzjonali separat, ma jistabbilixxix li jiġi konkluż li kien hemm ksur ta’ dan l-Artikolu.



ARTIKOLU 2.5

Kumpens għat-Telf

1.    L-investituri koperti ta’ Parti waħda li l-investimenti koperti tagħhom isofru telf minħabba gwerra jew konflitti armati oħrajn, rivoluzzjoni, stat ta’ emerġenza nazzjonali, rewwixta, insurrezzjoni, jew irvell fit-territorju tal-Parti l-oħra jingħataw minn dik il-Parti, fir-rigward ta’ restituzzjoni, indennizz, kumpens jew ftehim ieħor, trattament li ma jkunx inqas favorevoli minn dak li jingħata minn dik il-Parti lill-investituri tagħha stess jew lill-investituri ta’ kwalunkwe pajjiż terz, liema minnhom ikun l-aktar favorevoli għall-investitur kopert ikkonċernat.

2.    Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, l-investituri koperti ta’ Parti li, f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, isofru telf fit-territorju tal-Parti l-oħra li jirriżulta minn:

(a)    rekwiżizzjoni tal-investiment kopert tagħha jew parti minnu mill-forzi jew l-awtoritajiet armati tal-Parti l-oħra; jew

(b)    il-qerda tal-investiment kopert tagħha jew parti minnu minn forzi jew awtoritajiet armati tal-Parti l-oħra, li ma kinitx meħtieġa min-neċessità tas-sitwazzjoni;

jingħataw restituzzjoni jew kumpens mill-Parti l-oħra.



ARTIKOLU 2.6

Esproprjazzjoni 21

1.    L-ebda Parti, direttament jew indirettament, ma għandha tinnazzjonalizza, tesproprija jew tissottometti għall-miżuri li jkollhom effett ekwivalenti għan-nazzjonalizzazzjoni jew l-esproprjazzjoni (minn issa ’l quddiem tissejjaħ “esproprjazzjoni”) l-investimenti koperti tal-investituri koperti tal-Parti l-oħra ħlief:

(a)    għal finijiet pubbliċi;

(b)    f’konformità mal-proċess dovut tal-liġi;

(c)    fuq bażi mhux diskriminatorja; u

(d)    bi ħlas ta’ kumpens fil-pront, adegwat u effettiv f’konformità mal-paragrafu 2.

2.    Il-kumpens jammonta għall-valur kummerċjali ġust tal-investiment kopert immedjatament qabel ma l-esproprjazzjoni jew l-esproprjazzjoni imminenti tiegħu tkun ħarġet pubblikament, flimkien mal-imgħax b’rata kummerċjalment raġonevoli, stabbilita fuq il-bażi tas-suq b’kunsiderazzjoni tat-tul ta’ żmien minn meta sseħħ l-esproprjazzjoni sal-mument tal-ħlas. Tali kumpens ikun effettivament realizzabbli, liberament trasferibbli f’konformità mal-Artikolu 2.7 (Trasferiment) u jsir mingħajr dewmien.



Il-kriterji ta’ valutazzjoni użati sabiex jiġi ddeterminat valur tas-suq ġust jistgħu jinkludu valur ta’ ċessjoni totali, valur tal-assi inkluż il-valur tat-taxxa ddikjarat ta’ proprjetà tanġibbli, u kriterji oħra, kif xieraq.

3.    Dan l-Artikolu ma japplikax għall-ħruġ ta’ liċenzji obbligatorji maħruġa b’rabta mad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, sa fejn dan il-ħruġ ikun konformi mal-Ftehim TRIPS.

4.    Kull miżura ta’ esproprjazzjoni jew valutazzjoni, fuq talba tal-investituri koperti affettwati, għandha tiġi riveduta minn awtorità ġudizzjarja jew minn awtorità indipendenti oħra tal-Parti li tieħu l-miżura.

ARTIKOLU 2.7

Trasferiment

1.    Kull Parti għandha tippermetti t-trasferimenti kollha li jirrigwardaw l-investiment kopert li għandu jsir f’munita liberament konvertibbli mingħajr restrizzjoni jew dewmien. Dawn it-trasferimenti jinkludu:

(a)    il-kontribuzzjonijiet għall-kapital bħal fondi prinċipali u addizzjonali biex imantnu, jiżviluppaw jew iżidu l-investiment kopert;

(b)    profitti, dividendi, qligħ kapitali u redditi oħrajn, dħul mill-bejgħ ta’ kull waħda jew kwalunkwe parti tal-investiment kopert mil-likwidazzjoni parzjali jew totali tal-investiment kopert;

(c)    imgħax, pagament ta’ royalties, tariffi tal-immaniġġjar, u assistenza teknika u tariffi oħra;



(d)    ħlasijiet magħmula skont kuntratt li daħal fis-seħħ mill-investitur kopert, jew l-investiment kopert tiegħu, inklużi l-pagamenti magħmula skont il-ftehim tas-self;

(e)    qligħ u remunerazzjoni oħra tal-persunal ingaġġat minn barra l-pajjiż u jaħdem b’rabta ma’ dak l-investiment;

(f)    il-pagamenti li jsiru skont l-Artikolu 2.6 (Esproprjazzjoni) u l-Artikolu 2.5 (Kumpens għat-Telf);

(g)    pagamenti li jirriżultaw skont l-Artikolu 3.18 (Deċiżjoni).

2.    Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jiġi interpretat bħala li jimpedixxi Parti milli tapplika b’mod ekwu u mhux diskriminatorju l-liġi tagħha dwar:

(a)    falliment, insolvenza, jew il-protezzjoni tad-drittijiet tal-kredituri;

(b)    ħruġ, kummerċ, jew negozjar f’titoli, futuri, għażliet, jew derivattivi;

(c)    rapportar finanzjarju jew iż-żamma tar-rekords tat-trasferimenti meta jkun hemm il-ħtieġa li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew l-awtoritajiet regolatorji finanzjarji jiġu megħjuna;

(d)    reati kriminali jew penali;

(e)    żgurar tal-konformità ma’ ordnijiet jew sentenzi fi proċedimenti ġuridiċi jew amministrattivi;



(f)    skemi ta’ sigurtà soċjali jew ta’ rtirar pubbliku jew skemi ta’ tfaddil obbligatorju; jew

(g)    tassazzjoni.

3.    Meta f’ċirkostanzi eċċezzjonali ta’ diffikultajiet serji, jew theddid ta’ dawn, għall-operat tal-politika ekonomika u monetarja jew il-politika dwar ir-rati tal-kambju fi kwalunkwe Parti, il-miżuri ta’ salvagwardja fir-rigward tat-trasferimenti jistgħu jittieħdu b’mod temporanju mill-Parti kkonċernata. Tali miżuri għandhom ikunu neċessarji ħafna, ma għandhomx jaqbżu fi kwalunkwe każ il-perjodu ta’ sitt xhur 22 , u ma għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikata bejn Parti u non-Parti f’sitwazzjonijiet simili.

Il-Parti li tadotta l-miżuri ta’ salvagwardja għandha tinforma lill-Parti l-oħra minnufih u tippreżenta, malajr kemm jista’ jkun, skeda dwar it-tneħħija tagħhom.

4.    Meta Parti ikollha diffikultajiet ta’ bilanċ tal-pagamenti u finanzjarji esterni serji, jew tkun taħt theddida minnhom, hija tista’ tadotta jew iżżomm miżuri restrittivi fir-rigward ta’ trasferimenti relatati mal-investimenti.



5.    Il-Partijiet għandhom ifittxu li jevitaw l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi msemmija fil-paragrafu 4. Kull miżura restrittiva adottata jew miżmuma taħt il-paragrafu 4 ma għandhiex tkun diskriminatorja, ta’ perjodu limitat, u ma tmurx lil hinn minn dak li jkun meħtieġ sabiex jiġu rimedjati l-bilanċ tal-pagamenti u s-sitwazzjoni finanzjarja esterna. Dawn għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fil-15 ta’ April 1994 (minn issa ’l quddiem jissejjaħ il- “Ftehim tad-WTO”) u konsistenti mal-Artikoli ta’ Ftehim tal-Fond Monetarju Internazzjonali, kif applikabbli.

6.    Kull Parti li żżomm jew li tkun adottat miżuri restrittivi taħt il-paragrafu 4, jew kull bidla fihom, għandha tinforma fil-pront lill-Parti l-oħra dwarhom.

7.    Meta jiġu adottati restrizzjonijiet jew dawn jiġu jinżammu taħt il-paragrafu 4, għandhom isiru konsultazzjonijiet malajr fil-Kumitat. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jivvalutaw is-sitwazzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti tal-Parti kkonċernata u r-restrizzjonijiet adottati jew miżmuma taħt il-paragrafu 4, waqt li fost l-oħrajn, jitqiesu fatturi bħal:

(a)    in-natura u l-livell tal-bilanċ tal-pagamenti u d-diffikultajiet finanzjarji esterni;

(b)    l-ambjent ekonomiku u kummerċjali estern; jew

(c)    il-miżuri korrettivi alternattivi li jistgħu jkunu disponibbli.



Il-konsultazzjonijiet jindirizzaw il-konformità ta’ kull miżura restrittiva mal-paragrafi 4 u 5. Is-sejbiet kollha ta’ fatti statistiċi u oħrajn ippreżentati mill-Fond Monetarju Internazzjonali (minn hawn ’il quddiem jissejjaħ l-“IMF”) dwar il-kambju, ir-riżervi monetarji u l-bilanċ tal-pagamenti għandhom jiġu aċċettati u l-konklużjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti min-naħa tal-IMF u s-sitwazzjoni finanzjarja esterna tal-Parti kkonċernata.

ARTIKOLU 2.8

Surroga

Jekk xi Parti, jew aġenzija li taġixxi f’isem il-Parti, tagħmel pagament favur kwalunkwe wieħed mill-investituri tagħha taħt garanzija, kuntratt ta’ assigurazzjoni jew xi forma oħra ta’ indennizz li tkun daħlet għalihom jew ġiet mogħtija fir-rigward ta’ investiment, il-Parti l-oħra għandha tirrikonoxxi s-surroga jew it-trasferiment ta’ kull dritt jew titolu jew l-għoti ta’ kwalunkwe talba fir-rigward ta’ tali investiment. Il-Parti jew l-aġenzija għandu jkollha d-dritt li teżerċita d-dritt jew it-talba surrogata jew assenjata sal-istess punt bħad-dritt jew talba oriġinali tal-investitur. Drittijiet surrogati bħal dawn jistgħu jiġu eżerċitati mill-Parti jew minn aġenzija jew mill-investitur, jekk il-Parti jew l-aġenzija jawtorizzaw dan.



KAPITOLU TLIETA

SOLUZZJONI TAT-TILWIM

TAQSIMA A

IS-SOLUZZJONI TAT-TILWIM BEJN L-INVESTITURI U L-PARTIJIET

ARTIKOLU 3.1

Kamp ta’ Applikazzjoni u Definizzjonijiet

1.    Din it-Taqsima tapplika għal tilwim bejn rikorrent ta’ Parti u l-Parti l-oħra rigward trattament 23 li allegatament ikun kiser id-dispożizzjonijiet ta’ Kapitolu Tnejn (Protezzjoni tal-Investiment) liema ksur allegatament jikkawża telf jew ħsara lir-rikorrent jew lill-kumpanija tiegħu stabbilita lokalment.

2.    Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, kemm-il darba ma jkunx speċifikat mod ieħor:

(a)    “partijiet litiganti” tfisser ir-rikorrent u l-konvenut;



(b)    “rikorrent” tfisser investitur ta’ Parti li jfittex li jippreżenta jew ikun ippreżenta talba skont din it-Taqsima, jew:

(i)    li jkun qed jaġixxi f’ismu stess; jew

(ii)    li jaġixxi f’isem kumpanija stabbilita lokalment, kif definit f’subparagrafu (c), li jkollu s-sjieda jew il-kontroll tagħha 24 ;

(c)    “kumpanija stabbilita lokalment” tfisser persuna ġuridika li tkun proprjetà jew ikkontrollata 25 minn investitur ta’ Parti waħda, stabbilita fit-territorju tal-Parti l-oħra;

(d)    “Parti mhux litiganti” tfisser jew Singapore, fil-każ fejn l-Unjoni jew Stat Membru tal-Unjoni huwa l-konvenut; jew l-Unjoni, fil-każ fejn Singapore huwa l-konvenut;

(e)    “konvenut” tfisser jew Singapore; jew fil-każ tal-Parti tal-UE, jew l-Unjoni jew l-Istat Membru tal-Unjoni kif notifikat skont l-Artikolu 3.5 (Avviż ta’ Intenzjoni). u



(f)    “finanzjament ta’ parti terza tfisser kwalunkwe finanzjament provdut minn persuna fiżika jew ġuridika li mhix parti mit-tilwim iżda li tidħol fi fehim mal-parti litiganti sabiex tiffinanzja parti mill-ispejjeż tal-proċedimenti jew l-ispejjeż kollha għal sehem jew interess ieħor fil-proċedimenti jew proċedimenti potenzjali tal-proċedimenti li għalihom tista’ tkun intitolata l-parti litiganti, jew fil-forma ta’ donazzjoni jew għotja.

ARTIKOLU 3.2

Soluzzjoni Amikevoli

Kull tilwim għandu kemm jista’ jkun jiġi solvut permezz ta’ negozjati u, fejn possibbli, qabel il-preżentazzjoni ta’ talba għall-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 3.3 (Konsultazzjonijiet). Jista’ jintlaħaq qbil dwar soluzzjoni amikevoli fi kwalunkwe ħin, anki wara li jkun ingħata bidu għall-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim taħt din it-Taqsima.

ARTIKOLU 3.3

Konsultazzjonijiet

1.    Meta t-tilwim ma jkunx jista’ jiġi solvut kif previst fl-Artikolu 3.2 (Soluzzjoni Amikevoli), rikorrent ta’ Parti li tallega ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu Tnejn (Protezzjoni tal-Investiment) jista’ jippreżenta talba għal konsultazzjonijiet lill-Parti l-oħra.



2.    It-talba għall-konsultazzjonijiet għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

(a)    l-isem u l-indirizz tar-rikorrent u, fejn din it-talba tiġi ppreżentata f’isem kumpanija stabbilita lokalment, l-isem, l-indirizz, u l-post ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija stabbilita lokalment;

(b)    id-dispożizzjonijiet ta’ Kapitolu Tnejn (Protezzjoni tal-Investiment) li allegatament ġew miksura;

(c)    il-bażi legali u fattwali tat-tilwim, inkluż it-trattament li allegatament jikser id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu Tnejn (Protezzjoni tal-Investiment); u

(d)    il-kumpens mitlub u l-istima ta’ telf jew dannu allegatament ikkawżat lir-rikorrent jew lill-kumpanija stabbilita lokalment tiegħu minħabba dan il-ksur.

3.    It-talba għal konsultazzjonijiet għandha tiġi ppreżentata:

(a)    fi żmien 30 xahar mid-data li fiha r-rikorrent jew, kif applikabbli, il-kumpanija stabbilita lokalment, l-ewwel ikunu kisbu, jew kellhom l-ewwel jiksbu, l-għarfien tat-trattament li allegatament jikser id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu Tnejn (Protezzjoni tal-Investiment); jew



(b)    f’każ li jsir rikors għal rimedji lokali meta l-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu (a) jiskadi, fi żmien sena mid-data li fiha r-rikorrent jew, kif applikabbli, il-kumpanija stabbilita lokalment, jieqfu jfittxu dawn ir-rimedji lokali; u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 10 snin wara d-data li fiha r-rikorrent jew, kif applikabbli, il-kumpanija stabbilita lokalment tiegħu, l-ewwel jiksbu, jew kellhom l-ewwel jiksbu, l-għarfien tat-trattament li allegatament jikser id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu Tnejn (Protezzjoni tal-Investiment).

4.    F’każ li r-rikorrent ma jkunx ippreżenta talba skont l-Artikolu 3.6 (Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal) fi żmien 18-il xahar mill-preżentazzjoni tat-talba għall-konsultazzjonijiet, ir-rikorrent għandu jitqies li rtira t-talba tiegħu għall-konsultazzjonijiet, kull avviż ta’ intenzjoni u li ċeda d-drittijiet tiegħu li jippreżenta tali talba. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet involuti fil-konsultazzjonijiet.

5.    Il-perjodi ta’ żmien imsemmijin fil-paragrafi 3 u 4 ma jagħmlux it-talba inammissibbli fejn ir-rikorrent jista’ juri li n-nuqqas li jintalbu konsultazzjonijiet jew tiġi ppreżentata talba, kif jista’ jkun il-każ, huwa minħabba l-inkapaċità tar-rikorrent biex jaġixxi bħala riżultat ta’ azzjonijiet li ttieħdu deliberatament mill-Parti l-oħra, sakemm ir-rikorrent ma jaġixxix malajr kemm jista’ jkun.

6.    F’każ li t-talba għall-konsultazzjonijiet tikkonċerna l-allegat ksur ta’ dan il-Ftehim mill-Unjoni, jew minn kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni, din tintbagħat lill-Unjoni.

7.    Il-partijiet litiganti jistgħu jagħmlu l-konsultazzjonijiet permezz ta’ vidjokonferenza jew mezzi oħra fejn xieraq, bħal fil-każ fejn l-investitur huwa intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju.



ARTIKOLU 3.4

Medjazzjoni u Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim

1.    Il-partijiet litiganti jistgħu f’kull ħin, inkluż qabel l-għoti ta’ avviż ta’ intenzjoni, jaqblu li jirrikorru għall-medjazzjoni.

2.    Ir-rikors għall-medjazzjoni huwa volontarju u mingħajr ħsara għall-pożizzjoni legali ta’ kull waħda mill-partijiet litiganti.

3.    Ir-rikors għall-medjazzjoni jista’ jkun irregolat mir-regoli stabbiliti fl-Anness 6 (Mekkaniżmu ta’ Medjazzjoni għal Tilwim bejn l-Investituri u l-Partijiet) jew regoli oħra bħal dawn skont kif jifthiemu l-partijiet litiganti. Kull limitu ta’ żmien imsemmi fl-Anness 6 (Mekkaniżmu ta’ Medjazzjoni għal Tilwim bejn l-Investituri u l-Partijiet) jista’ jiġi modifikat bi ftehim reċiproku bejn il-partijiet litiganti.

4.    Il-medjatur għandu jinħatar permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet litiganti jew f’konformità mal-Artikolu 3 (Għażla tal-Medjatur) tal-Anness 6 (Mekkaniżmu ta’ Medjazzjoni għal Tilwim bejn l-Investituri u l-Partijiet). Il-medjaturi għandhom jikkonformaw mal-Anness 7 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tat-Tribunal, it-Tribunal tal-Appell u l-Medjaturi).

5.    Il-partijiet litiganti għandhom iħabirku biex jaslu għal soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku fi żmien sittin jum mill-ħatra tal-medjatur.



6.    Ladarba l-partijiet litiganti jaqblu li jirrikorru għal medjazzjoni, il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 3.3 (Konsultazzjonijiet) ma għandhomx japplikaw bejn id-data li fiha jkun ġie miftiehem li jirrikorru għall-medjazzjoni, u tletin jum wara d-data li fiha waħda mill-partijiet litiganti tiddeċiedi li ttemm il-medjazzjoni, permezz ta’ ittra lill-medjatur u l-parti litiganti l-oħra.

7.    Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jipprekludi lill-partijiet litiganti milli jirrikorru għal forom oħra ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim.

ARTIKOLU 3.5

Avviż ta’ Intenzjoni

1.    Jekk it-tilwim ma jkunx tista’ jiġi solvut fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tat-talba għall-konsultazzjonijiet, ir-rikorrent jista’ jagħti avviż ta’ intenzjoni li għandu jispeċifika bil-miktub l-intenzjoni tar-rikorrent li jippreżenta t-talba għas-soluzzjoni tat-tilwim, u li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)    l-isem u l-indirizz tar-rikorrent u, fejn din it-talba tiġi ppreżentata f’isem kumpanija stabbilita lokalment, l-isem, l-indirizz, u l-post ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija stabbilita lokalment;

(b)    id-dispożizzjonijiet ta’ Kapitolu Tnejn (Protezzjoni tal-Investiment) li allegatament ġew miksura;

(c)    il-bażi legali u fattwali tat-tilwim, inkluż it-trattament li allegatament jikser id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu Tnejn (Protezzjoni tal-Investiment); u



(d)    il-kumpens mitlub u l-istima ta’ telf jew dannu allegatament ikkawżat lir-rikorrent jew lill-kumpanija stabbilita lokalment tiegħu minħabba dan il-ksur.

L-avviż ta’ intenzjoni għandu jintbagħat lill-Unjoni jew lil Singapore, skont il-każ.

2.    Meta avviż ta’ intenzjoni jintbagħat lill-Unjoni, l-Unjoni għandha tagħmel determinazzjoni tal-konvenut fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tal-avviż. L-Unjoni għandha tinforma lir-rikorrent b’din id-determinazzjoni immedjatament, fuq il-bażi li r-rikorrent ikun jista’ jippreżenta talba skont l-Artikolu 3.6 (Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal).

3.    Meta ma ssir l-ebda determinazzjoni tal-konvenut skont il-paragrafu 2, japplika dan li ġej:

(a)    f’każ li l-avviż ta’ intenzjoni esklużivament jidentifika trattament minn Stat Membru tal-Unjoni, dak l-Istat Membru għandu jaġixxi bħala konvenut;

(b)    f’każ li l-avviż ta’ intenzjoni jidentifika kwalunkwe trattament minn istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni, l-Unjoni taġixxi bħala konvenut.

4.    Meta sew l-Unjoni kif ukoll Stat Membru jaġixxu bħala konvenut, la l-Unjoni u lanqas l-Istat Membru kkonċernat ma għandhom jiddikjaraw l-inammissibbiltà ta’ talba, jew inkella jsostnu li t-talba jew l-għotja huma infondati jew invalidi, għar-raġuni li l-konvenut proprju għandu jkun jew kellha tkun l-Unjoni aktar milli l-Istat Membru jew viċi versa.



5.    Għal aktar ċertezza, xejn f’dan il-Ftehim jew fir-regoli applikabbli dwar is-soluzzjoni tat-tilwim ma għandu jipprevjeni l-iskambju, bejn l-Unjoni u l-Istat Membru kkonċernat, tal-informazzjoni kollha dwar tilwim.

ARTIKOLU 3.6

Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal

1.    Mhux aktar kmieni minn tliet xhur mid-data tal-avviż ta’ intenzjoni mogħti skont l-Artikolu 3.5 (Avviż ta’ Intenzjoni), ir-rikorrent jista’ jippreżenta t-talba lit-Tribunal taħt waħda mir-regoli dwar is-soluzzjoni tat-tilwim li ġejjin 26 :

(a)    il-Konvenzjoni dwar is-Soluzzjoni ta’ Tilwim dwar Investiment bejn l-Istati u n-Nazzjonali ta’ Stati Oħra tat-18 ta’ Marzu 1965 (minn hawn ’il quddiem tissejjaħ il-“Konvenzjoni ICSID”) sakemm kemm il-konvenut kif ukoll l-Istat tar-rikorrent ikunu partijiet tal-Konvenzjoni ICSID;



(b)    il-Konvenzjoni ICSID f’konformità mar-Regoli dwar il-Faċilità Addizzjonali għall-Amministrazzjoni tal-Proċedimenti mis-Segretarjat taċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim dwar Investiment (minn hawn ’il quddiem jissejħu r-“Regoli dwar il-Faċilità Addizzjonali ICSID”), sakemm jew il-konvenut jew l-Istat tar-rikorrent ikunu parti mill-Konvenzjoni ICSID 27 ;

(c)    ir-regoli ta’ arbitraġġ tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi Internazzjonali tal-Kummerċ (UNCITRAL); jew

(d)    kwalunkwe regola oħra jekk il-partijiet litiganti jaqblu dwar dan.

2.    Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jikkostitwixxi l-kunsens tal-konvenut għall-preżentazzjoni ta’ talba taħt din it-Taqsima. Il-kunsens skont il-paragrafu 1 u l-preżentazzjoni ta’ talba taħt din it-Taqsima għandhom jitqiesu bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’:

(a)    Il-Kapitolu II tal-Konvenzjoni ICSID u r-Regoli dwar il-Faċilità Addizzjonali ICSID, għall-kunsens bil-miktub tal-partijiet litiganti; u

(b)    L-Artikolu II tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar tad-Deċiżjonijiet Arbitrali Barranija, magħmula fi New York fl-10 ta’ Ġunju 1958 (minn hawn ’il quddiem tissejjaħ “il-Konvenzjoni ta’ New York”) għal “ftehim bil-miktub”.



ARTIKOLU 3.7

Kundizzjonijiet għall-Preżentazzjoni ta’ Talba

1.    Talba tista’ tiġi ppreżentata taħt din it-Taqsima biss jekk:

(a)    il-preżentazzjoni tat-talba tkun akkumpanjata mill-kunsens bil-miktub tar-rikorrent għas-soluzzjoni tat-tilwim f’konformità mal-proċeduri stabbiliti f’din it-Taqsima u tan-nomina tar-rikorrent ta’ waħda mill-fora msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.6 (Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal) bħala r-regoli għas-soluzzjoni tat-tilwim;

(b)    ikunu għaddew mill-inqas sitt xhur minn mindu t-talba tkun tressqet għal konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 3.3 (Konsultazzjonijiet) u mill-inqas tliet xhur mill-preżentazzjoni tal-avviż ta’ intenzjoni skont l-Artikolu 3.5 (Avviż ta’ Intenzjoni);

(c)    it-talba għall-konsultazzjonijiet u l-avviż ta’ intenzjoni ippreżentati mir-rikorrent jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.3 (Konsultazzjonijiet) u l-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.5 (Avviż ta’ Intenzjoni) rispettivament;

(d)    il-bażi ġuridika u fattwali tat-tilwim kienet soġġetta għal konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 3.3 (Konsultazzjonijiet);

(e)    it-talbiet kollha identifikati fil-preżentazzjoni tat-talba skont l-Artikolu 3.6 (Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal) huma bbażati fuq it-trattament identifikat fl-avviż ta’ intenzjoni magħmul skont l-Artikolu 3.5 (Avviż ta’ Intenzjoni);



(f)    ir-rikorrent:

(i)    jirtira kwalunkwe talba pendenti ppreżentata lit-tribunal, jew kwalunkwe qorti domestika jew internazzjonali jew tribunal taħt liġi domestika jew internazzjonali, rigward l-istess trattament kif allegat li tikser id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima Tnejn (Protezzjoni tal-Investiment);

(ii)    jiddikjara li mhux se jippreżenta talba bħal din fil-futur; u

(iii)    jiddikjara li mhu se jinforza l-ebda għotja stabbilita skont din it-Taqsima qabel ma t-tali għotja tkun saret finali, u ma jfittixx li jappella, jeżamina, iwarrab, jannulla, jirrevedi jew jagħti bidu għal proċedura simili quddiem qorti jew tribunal internazzjonali jew domestiku, fir-rigward ta’ għotja skont din it-Taqsima.

2.    Għall-finijiet tas-subparagrafu 1(f), it-terminu “rikorrent” jirreferi għall-investitur u, fejn applikabbli, għal kumpanija stabbilita lokalment. Barra minn hekk, għall-finijiet tas-subparagrafu 1(f)(i), it-terminu “rikorrent” jinkludi l-persuni kollha li direttament jew indirettament ikollhom interess ta’ sjieda, jew ikunu kkontrollati minn investitur jew, fejn applikabbli, il-kumpanija stabbilita lokalment.

3.    B’talba tal-konvenut, it-Tribunal għandu jirrifjuta l-ġurisdizzjoni meta r-rikorrent jonqos milli jirrispetta kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti jew dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.



4.    Is-subparagrafu 1(f) ma għandux jimpedixxi lir-rikorrent milli jfittex miżuri protettivi interim quddiem il-qrati jew it-tribunali amministrattivi tal-konvenut qabel l-istituzzjoni jew waqt li jkunu għadhom pendenti l-proċedimenti quddiem kwalunkwe fora ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim imsemmija fl-Artikolu 3.6 (Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal). Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, miżuri protettivi interim għandhom ikunu għall-iskop uniku ta’ preżervazzjoni tad-drittijiet u l-interessi tar-rikorrent u ma jinvolvux il-ħlas ta’ danni jew ir-riżoluzzjoni tas-sustanza tal-każ fit-tilwim.

5.    Għal aktar ċertezza, it-Tribunal għandu jirrifjuta l-ġurisdizzjoni meta jibda t-tilwim, jew kien hemm probabbiltà qawwija li jibda, fiż-żmien meta r-rikorrent kiseb is-sjieda jew il-kontroll tal-investiment soġġett għat-tilwim u t-Tribunal jiddetermina fuq il-bażi tal-fatti li r-rikorrent ikun kiseb is-sjieda jew il-kontroll tal-investiment bl-iskop ewlieni li jippreżenta t-talba taħt din it-Taqsima. Dan huwa mingħajr ħsara għal oġġezzjonijiet ġurisdizzjonali oħra li jistgħu jkunu kkunsidrati mit-Tribunal.

ARTIKOLU 3.8

Finanzjament minn Parti Terza

1.    Kwalunkwe parti litiganti li tibbenefika minn finanzjament minn parti terza għandha tinnotifika lill-parti litiganti l-oħra u lit-Tribunal l-isem u l-indirizz tal-finanzjatur tal-parti terza.

2.    Tali notifika għandha ssir meta tiġi ppreżentata talba, jew mingħajr dewmien malli jintlaħaq qbil, jiġi donat, jew jingħata l-finanzjament minn parti terza, kif applikabbli.



ARTIKOLU 3.9

Tribunal tal-Prim’Istanza

1.    Bil-preżenti qiegħed jiġi stabbilit Tribunal tal-Prim’Istanza (“Tribunal”) biex jisma’ t-talbiet ippreżentati skont l-Artikolu 3.6 (Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal).

2.    Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat għandu jaħtar sitt Membri għat-Tribunal. Għall-finijiet ta’ din il-ħatra:

(a)    Il-Parti tal-UE għandha tinnomina żewġ Membri;

(b)    Singapore għandu jinnomina żewġ Membri; u

(c)    Il-Parti tal-UE u Singapore għandhom jinnominaw flimkien żewġ Membri li ma għandhomx ikunu nazzjonali ta’ xi Stat Membru tal-Unjoni jew ta’ Singapore.

3.    Il-Kumitat jista’ jiddeċiedi li jżid jew inaqqas l-għadd ta’ Membri b’multipli ta’ tlieta. Il-ħatriet addizzjonali għandhom isiru fuq l-istess bażi kif previst fil-paragrafu 2.

4.    Il-Membri għandu jkollhom il-kwalifiki meħtieġa mill-pajjiżi rispettivi tagħhom għall-ħatra f’kariga ġudizzjarja, jew ikunu ġuristi ta’ kompetenza rikonoxxuta. Huma għandu jkollhom għarfien speċjalizzat tad-dritt u l-kummerċ internazzjonali jew esperjenza speċjalizzata fihom. Preferibbilment għandu jkollhom kompetenzi fil-liġi internazzjonali dwar l-investiment, fil-liġi kummerċjali internazzjonali, u fis-soluzzjoni tat-tilwim li jirriżulta minn ftehimiet dwar l-investiment jew dwar il-kummerċ internazzjonali.



5.    Il-Membri għandhom jiġu maħtura għal mandat ta’ tmien snin. Madankollu, it-termini inawgurali ta’ tlieta mis-sitt persuni maħtura immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, li jiġu ddeterminati bix-xorti, għandhom jiġu estiżi sa tnax-il sena. It-terminu tal-ħatra ta’ Membru jista’ jiġi mġedded b’deċiżjoni tal-Kumitat malli jiskadi. Il-postijiet vakanti għandhom jimtlew hekk kif jitbattlu. Persuna maħtura biex tieħu post persuna li l-mandat taghha għadu ma ntemmx għandha tibqa’ tokkupa l-kariga għall-bqija tal-mandat tal-predeċessur. Persuna li tkun qed isservi f’diviżjoni tat-Tribunal meta l-mandat tagħha jiskadi, tista’ bl-awtorizzazzjoni tal-President tat-Tribunal tkompli sservi fid-diviżjoni sal-għeluq tal-proċedimenti ta’ dik id-diviżjoni, u għal dan il-għan biss għandha titqies bħala li għadha Membru tat-Tribunal.

6.    Għandu jkun hemm President u Viċi President tat-Tribunal li għandhom ikunu responsabbli għal kwistjonijiet organizzazzjonali. Huma jinħatru għal mandat ta’ erba’ snin u għandhom jintgħażlu bix-xorti minn fost il-Membri li jkunu ġew maħtura skont il-paragrafu 2(c). Dawn għandhom iservu fuq il-bażi ta’ rotazzjoni u mtella’ bix-xorti mill-President tal-Kumitat. Il-Viċi President għandu jissostitwixxi lill-President meta dan ma jkunx disponibbli.

7.    It-Tribunal għandu jisma’ l-każijiet fid-diviżjonijiet li jikkonsistu minn tliet membri, li minnhom kull wieħed għandu jinħatar skont il-paragrafi 2(a), 2(b), u 2(c), rispettivament. Id-diviżjoni għandha tkun ippreseduta mill-Membru li jkun inħatar skont il-paragrafu 2(c).

8.    Fi żmien 90 jum minn meta titressaq it-talba skont l-Artikolu 3.6 (Preżentazzzjoni tat-Talba lit-Tribunal), il-President tat-Tribunal għandu jaħtar lill-Membri li jiffurmaw id-diviżjoni tat-Tribunal li tisma’ l-kawżi fuq bażi ta’ rotazzjoni, u jiżgura li l-kompożizzjoni tad-diviżjonijiet tkun aleatorja u imprevedibbli, filwaqt li jagħti lill-Membri kollha opportunità indaqs li jservu.



9.    Minkejja l-paragrafu 7, il-partijiet litiganti jistgħu jaqblu li każ jinstema’ minn Membru uniku. Dan il-Membru għandu jintgħażel mill-President tat-Tribunal minn fost dawk il-Membri li jkunu ġew maħtura skont il-paragrafu 2(c). Il-konvenut għandu jagħti konsiderazzjoni pożittiva lil tali talba mir-rikorrent, b’mod partikolari meta r-rikorrent ikun, jew qed jitlob f’isem impriża żgħira jew medja jew il-kumpens jew id-danni mitluba jkunu relattivament baxxi. Tali talba għandha ssir mat-tressiq tat-talba skont l-Artikolu 3.6 (Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal).

10.    It-Tribunal jista’ jfassal il-proċeduri ta’ ħidma tiegħu stess.

11.    Il-Membri tat-Tribunal għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli u kapaċi jwettqu l-funzjonijiet tagħhom stabbiliti f’din it-Taqsima.

12.    Sabiex jiżguraw id-disponibbiltà tagħhom, kull xahar, il-Membri għandhom jitħallsu tariffa ta’ ħlas minn qabel li għandha tiġi ffissata b’deċiżjoni tal-Kumitat. Il-President tat-Tribunal, u fejn applikabbli, il-Viċi President, għandu jirċievi tariffa ekwivalenti għat-tariffa ddeterminata skont l-Artikolu 3.10(11) (Tribunal tal-Appell) għall kull jum li nħadem fl-issodisfar tal-funzjonijiet tal-President tat-Tribunal skont din it-Taqsima.

13.    It-tariffa ta’ ħlas minn qabel u t-tariffi ta’ kuljum għall-President jew il-Viċi President tat-Tribunal meta jaħdmu biex jissodisfaw il-funzjonijiet tal-President tat-Tribunal skont din it-Taqsima għandhom jiġu mħallas b’mod ekwu miż-żewġ Partijiet fil-kont ġestit mis-Segretarjat tal-ICSID. F’każ li Parti waħda tonqos milli tħallas it-tariffa ta’ ħlas minn qabel jew it-tariffi ta’ kuljum, il-Parti l-oħra tista’ tagħżel li tħallas. Kull arretrat bħal dan jibqa’ pagabbli, b’imgħax xieraq.



14.    Sakemm il-Kumitat ma jadottax deċiżjoni skont il-paragrafu 15, l-ammont tat-tariffi u l-ispejjeż l-oħra tal-Membri f’diviżjoni tat-Tribunal għandhom ikunu dawk iddeterminati skont ir-Regolament 14(1) tar-Regolamenti Amministrattivi u Finanzjarji tal-Konvenzjoni tal-ICSID fis-seħħ fid-data tal-preżentazzjoni tat-talba u allokati mit-Tribunal fost il-partijiet litiganti f’konformità mal-Artikolu 3.21 (Spejjeż).

15.    Malli l-Kumitat jieħu d-deċiżjoni, it-tariffa ta’ ħlas minn qabel u tariffi u spejjeż oħra jistgħu jiġu ttrasformati b’mod permanenti f’salarju regolari. F’każ bħal dan, il-Membri għandhom iservu fuq bażi full-time u l-Kumitat għandu jiffissa r-remunerazzjoni tagħhom u kwistjonijiet organizzazzjonali relatati. F’dan il-każ, il-Membri ma għandhomx jitħallew jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe okkupazzjoni, kemm jekk din tkun bi ħlas u kemm jekk le, sakemm ma tingħatax eżenzjoni b’mod eċċezzjoniali mill-President tat-Tribunal.

16.    Is-Segretarjat tal-ICSID għandu jaġixxi bħala Segretarjat għat-Tribunal u jipprovdilu appoġġ xieraq. L-ispejjeż għal tali appoġġ għandhom ikunu allokati mit-Tribunal fost il-partijiet litiganti f’konformità mal-Artikolu 3.21 (Spejjeż).

ARTIKOLU 3.10

Tribunal tal-Appell

1.    Bil-preżenti ġie stabbilit Tribunal tal-Appell permanenti biex jisma’ l-appelli mill-għotjiet provviżorji maħruġa mit-Tribunal.



2.    Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat għandu jaħtar sitt Membri għat-Tribunal tal-Appell. Għall-finijiet ta’ din il-ħatra:

(a)    Il-Parti tal-UE għandha tinnomina żewġ Membri;

(b)    Singapore għandu jinnomina żewġ Membri; u

(c)    Il-Parti tal-UE u Singapore għandhom jinnominaw flimkien żewġ Membri li ma għandhomx ikunu nazzjonali ta’ xi Stat Membru tal-Unjoni jew ta’ Singapore.

3.    Il-Kumitat jista’ jiddeċiedi li jżid jew inaqqas l-għadd ta’ Membri tat-Tribunal tal-Appell b’multipli ta’ tlieta. Il-ħatriet addizzjonali għandhom isiru fuq l-istess bażi kif previst fil-paragrafu 2.

4.    Il-Membri tat-Tribunal tal-Appell għandu jkollhom il-kwalifiki meħtieġa mill-pajjiżi rispettivi tagħhom għal ħatra fl-ogħla karigi ġudizzjarji, jew ikunu ġuristi ta’ kompetenza rikonoxxuta. Huma għandu jkollhom għarfien speċjalizzat tal-liġi internazzjonali pubblika jew għarfien tagħha. Preferibbilment għandu jkollhom kompetenzi, b’mod partikolari, fil-liġi internazzjonali dwar l-investiment, fil-liġi kummerċjali internazzjonali, jew fis-soluzzjoni tat-tilwim li jirriżulta minn ftehimiet dwar l-investiment jew dwar il-kummerċ internazzjonali.



5.    Il-Membri tat-Tribunal tal-Appell għandhom jinħatru għal mandat ta’ tmien snin. Madankollu, it-termini inawgurali ta’ tlieta mis-sitt persuni maħtura immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, li jiġu ddeterminati bix-xorti, għandhom jiġu estiżi sa tnax-il sena. It-terminu tal-ħatra ta’ Membru jista’ jiġi mġedded b’deċiżjoni tal-Kumitat malli jiskadi. Il-postijiet vakanti għandhom jimtlew hekk kif jitbattlu. Persuna maħtura biex tieħu post persuna li l-mandat taghha għadu ma ntemmx għandha tibqa’ tokkupa l-kariga għall-bqija tal-mandat tal-predeċessur. Persuna li tkun qed isservi f’diviżjoni tat-Tribunal tal-Appell, meta jiskadi l-mandat tagħha u bl-awtorizzazzjoni tal-President tat-Tribunal tal-Appell, tista’ tkompli sservi fid-diviżjoni sal-għeluq tal-proċedimenti ta’ din id-diviżjoni, u għal dan il-għan biss għandha titqies bħala li għadha Membru tat-Tribunal tal-Appell.

6.    Għandu jkun hemm President u Viċi President tat-Tribunal tal-Appell li għandhom ikunu responsabbli mill-kwistjonijiet organizzazzjonali. Dawn jinħatru għal mandat ta’ erba’ snin u għandhom jittellgħu bix-xorti minn fost il-Membri tat-Tribunal tal-Appell li jkunu ġew maħtura skont il-paragrafu 2(c). Dawn għandhom iservu fuq il-bażi ta’ rotazzjoni mtella’ bix-xorti mill-President tal-Kumitat. Il-Viċi President għandu jissostitwixxi lill-President meta dan ma jkunx disponibbli.

7.    It-Tribunal tal-Appell għandu jisma’ l-każijiet fid-diviżjonijiet li jikkonsistu minn tliet Membri, li minnhom wieħed għandu jinħatar skont il-paragrafi 2(a), 2(b), u 2(c), rispettivament. Id-diviżjoni għandha tiġi ppreseduta mill-Membru li jkun inħatar skont il-paragrafu 2(c).

8.    Il-President tat-Tribunal tal-Appell għandu jaħtar lill-Membri li jiffurmaw id-diviżjoni tat-Tribunal tal-Appell li tisma’ l-appell fuq bażi ta’ rotazzjoni, u jiżgura li l-kompożizzjoni tad-diviżjonijiet tkun aleatorja u imprevedibbli, filwaqt li jagħti lill-Membri kollha opportunità indaqs li jservu.

9.    It-Tribunal tal-Appell jista’ jfassal il-proċeduri ta’ ħidma tiegħu stess.



10.    Il-Membri tat-Tribunal tal-Appell għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli u kapaċi jwettqu l-funzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

11.    Sabiex jiżguraw id-disponibbiltà tagħhom, kull xahar, il-Membri għandhom jiġu mħallsa tariffa ta’ ħlas minn qabel u jirċievu tariffa għal kull jum li jaħdmu bħala Membri, liema tariffi għandhom jiġu deċiżi mill-Kumitat. Il-President tat-Tribunal tal-Appell u, fejn applikabbli, il-Viċi President, għandhom jirċievu tariffa għal kull jum li jaħdmu billi jissodisfaw il-funzjonijiet ta’ President tat-Tribunal tal-Appell skont din it-Taqsima.

12.    It-tariffa ta’ ħlas minn qabel u t-tariffi ta’ kuljum għall-President jew il-Viċi President tat-Tribunal tal-Appell meta jaħdmu biex jissodisfaw il-funzjonijiet ta’ President tat-Tribunal tal-Appell skont din it-Taqsima għandhom jiġu mħallsa b’mod ekwu miż-żewġ Partijiet f’kont ġestit mis-Segretarjat tal-ICSID. F’każ li Parti waħda tonqos milli tħallas it-tariffa ta’ ħlas minn qabel jew it-tariffi ta’ kuljum, il-Parti l-oħra tista’ tagħżel li tħallas. Kull arretrat bħal dan jibqa’ pagabbli, b’imgħax xieraq.

13.    It-tariffa ta’ ħlas minn qabel u t-tariffi ta’ kuljum jistgħu jiġu trasfromati b’mod permanenti f’salarju regolari, jekk il-Kumitat jiddeċiedi dan. F’tali każ, il-Membri tat-Tribunal tal-Appell għandhom iservu fuq bażi full-time u l-Kumitat għandu jiffissa r-remunerazzjoni tagħhom u kwistjonijiet organizzazzjonali relatati. F’dan il-każ, il-Membri tat-Tribunal tal-Appell ma għandhomx jitħallew jinvolvu ruħhom f’xi okkupazzjoni, kemm jekk din tkun bi ħlas u kemm jekk le, sakemm ma tingħatax eżenzjoni b’mod eċċezzjonali mill-President tat-Tribunal tal-Appell.

14.    Is-Segretarjat tal-ICSID għandu jaġixxi bħala Segretarjat għat-Tribunal tal-Appell u jipprovdilu appoġġ xieraq. L-ispejjeż għal tali appoġġ għandhom jiġu allokati mit-Tribunal fost il-partijiet litiganti f’konformità mal-Artikolu 3.21 (Spejjeż).



ARTIKOLU 3.11

Etika

1.    Il-Membri tat-Tribunal u tat-Tribunal tal-Appell għandhom jintgħażlu minn fost il-persuni li ma hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom. Dawn ma għandhom ikunu affiljati ma l-ebda gvern, 28 u b’mod partikolari, ma għandhom jieħdu l-ebda istruzzjoni mingħand l-ebda gvern jew organizzazzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mat-tilwim. Huma ma għandhomx jipparteċipaw fil-kunsiderazzjoni ta’ tilwim li jkun joħloq kunflitt ta’ interess dirett jew indirett. B’dan huma għandhom jikkonformaw mal-Anness 7 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tat-Tribunal, it-Tribunal tal-Appell u l-Medjaturi). Barra minn hekk, malli jinħatru, huma ma għandhomx jibqgħu jaġixxu ta’ konsulent, espert maħtur minn parti jew xhud maħtur minn parti fi kwalunkwe tilwim ta’ protezzjoni ta’ investiment pendenti jew ġdid taħt dan jew kwalunkwe ftehim jew liġi domestika oħra.

2.    Jekk parti litiganti tqis li Membru għandu kunflitt ta’ interess, dan għandu jibgħat avviż ta’ oġġezzjoni tal-ħatra ta’ dak il-Membru lill-President tat-Tribunal jew lill-President tat-Tribunal tal-Appell, rispettivament. Kwalunkwe avviż ta’ oġġezzjoni għandu jintbagħat fi żmien 15-il jum mid-data li fiha tkun ġiet ikkomunikata l-kompożizzjoni tad-diviżjoni tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell lill-parti litiganti, jew fi żmien 15-il jum mid-data li fiha l-parti saret taf bil-fatti rilevanti, jekk ma setgħux raġonevolment isiru magħrufa fiż-żmien meta ġiet iffurmata d-diviżjoni. L-avviż ta’ oġġezzjoni għandu jiddikjara r-raġunijiet għaliex qed issir l-oġġezzjoni.



3.    Jekk, fi żmien 15-il jum mid-data tal-avviż ta’ sfida, il-Membru sfidat jagħżel li ma jirriżenjax minn dik id-diviżjoni, il-President tat-Tribunal jew il-President tat-Tribunal tal-Appell, rispettivament, wara li jisimgħu l-partijiet litiganti u wara li jipprovdi l-opportunità lill-Membru li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, jagħtu deċiżjoni fi żmien 45 jum mill-wasla tan-notifika ta’ sfida u jinnotifikaw minnufih lill-partijiet litiganti u l-Membri l-oħra tad-diviżjoni.

4.    L-oġġezzjonijiet kontra l-ħatra għal diviżjoni tal-President tat-Tribunal għandhom jiġu deċiżi mill-President tat-Tribunal tal-Appell u viċi versa.

5.    Malli l-President tat-Tribunal tal-Appell jagħmel rakkomandazzjoni motivata, il-Partijiet, b’deċiżjoni tal-Kumitat, jistgħu jiddeċiedu li jneħħu Membru mit-Tribunal jew mit-Tribunal tal-Appel meta l-imġiba tagħha tkun inkonsistenti mal-obbligi stipulati fil-paragrafu 1 u ma tkunx kompatibbli mas-sħubija kontinwata tagħha tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell. Jekk l-imġiba inkwistjoni tkun allegatament dik tal-President tat-Tribunal tal-Appell, il-President tat-Tribunal tal-Prim’Istanza għandu jippreżenta r-rakkomandazzjoni motivata. L-Artikoli 3.9(5) (Tribunal tal-Prim’Istanza) u 3.10(4) (Tribunal tal-Appell) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-mili ta’ postijiet battala li joħorġu skont dan il-paragrafu.



ARTIKOLU 3.12

Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim Multilaterali

Il-Partijiet, flimkien u ma’ partijiet kummerċjali oħra, għandhom ifittxu l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu tal-appell u tribunal tal-investiment multilaterali għas-soluzzjoni ta’ tilwim dwar investiment internazzjonali. Hekk kif jitwaqqaf tali mekkaniżmu multilaterali, il-Kumitat għandu jqis l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tipprovdi li t-tilwim dwar investiment taħt din it-Taqsima jiġi solvut skont dan il-mekkaniżmu multilaterali, u jagħmel arranġamenti ta’ tranżitorji xierqa.

ARTIKOLU 3.13

Il-Liġi Applikabbli u r-Regoli ta’ Interpretazzjoni

1.    It-Tribunal għandu jiddeċiedi jekk it-trattament li huwa s-suġġett tat-talba jkunx bi ksur ta’ obbligu skont il-Kapitolu Tnejn (Protezzjoni tal-Investiment).



2.    Skont il-paragrafu 3, it-Tribunal għandu japplika dan il-Ftehim interpretat f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati u regoli u prinċipji oħra tal-liġi internazzjonali applikabbli bejn il-Partijiet 29 .

3.    Meta jinħoloq tħassib gravi rigward kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni li jistgħu jaffettwaw kwistjonijiet relatati ma’ dan il-Ftehim, il-Kumitat, skont is-subparagrafu 4(f) tal-Artikolu 4.1 (il-Kumitati), jista’ jadotta interpretazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. Interpretazzjoni adottata mill-Kumitat għandha torbot lit-Tribunal u lit-Tribunal tal-Appell u kull għotja għandha tkun konsistenti ma’ dik id-deċiżjoni. Il-Kumitat jista’ jiddeċiedi li interpretazzjoni għandu jkollha effett vinkolanti minn data speċifika.

ARTIKOLU 3.14

Talbiet li Jidher biċ-Ċar li Huma Mingħajr Mertu Legali

1.    Il-konvenut jista’, mhux aktar tard minn tletin jum wara t-twaqqif ta’ diviżjoni tat-Tribunal skont l-Artikolu 3.9 (Tribunal tal-Prim’Istanza) u f’kull każ qabel l-ewwel sessjoni tad-diviżjoni tat-Tribunal, jippreżenta oġġezzjoni li talba jidher biċ-ċar li hi mingħajr mertu legali.



2.    Il-konvenut għandu jispeċifika b’mod preċiż kemm jista’ jkun il-bażi għall-oġġezzjoni.

3.    It-Tribunal, wara li jagħti l-partijiet litiganti l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq l-oġġezzjoni, għandu, fl-ewwel sessjoni tad-diviżjoni tat-Tribunal jew minnufih wara dan, joħroġ deċiżjoni jew deċiżjoni provviżorja fuq l-oġġezzjoni.

4.    Din il-proċedura u kull deċiżjoni tat-Tribunal għandhom ikunu mingħajr ħsara għad-dritt tal-konvenut li joġġezzjona, skont l-Artikolu 3.15 (Talbiet Infondati bħala Kwistjoni ta’ Liġi) jew matul il-proċedimenti, għall-merti legali ta’ talba u mingħajr ħsara għall-awtorità tat-Tribunal li jindirizza oġġezzjonijiet oħra bħala kwistjoni preliminari.

ARTIKOLU 3.15

Talbiet Infondati bħala Kwistjoni ta’ Liġi

1.    Mingħajr ħsara għall-awtorità tat-Tribunal biex tindirizza oġġezzjonijiet oħra bħala kwistjoni preliminari jew għad-dritt tal-konvenut li jqajjem xi oġġezzjonijiet bħal dawn f’kull ħin xieraq, it-Tribunal għandu jindirizza u jiddeċiedi bħala kwistjoni preliminari kwalunkwe oġġezzjoni mill-konvenut li, bħala kwistjoni ta’ liġi, talba, jew kwalunkwe parti minnha, ippreżentata taħt din it-Taqsima ma tkunx talba li għaliha tista’ tittieħed deċiżjoni favur ir-rikorrent taħt l-Artikolu 3.6 (Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal), anki jekk il-fatti allegati kienu preżunti bħala veri. It-tribunal jista’ wkoll jikkunsidra kwalunkwe fatt rilevanti ieħor li ma jkunx qed jiġi kkontestat.



2.    Oġġezzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tintbagħat lit-Tribunal malajr kemm jista’ jkun wara li tiġi ffurmata d-diviżjoni tat-tribunal, u fl-ebda każ aktar tard mid-data li t-Tribunal jistabbilixxi għall-konvenut biex iressaq il-kontrosottomissjoni jew dikjarazzjoni ta’ difiża tiegħu jew, fil-każ ta’ emenda għat-talba, id-data li t-Tribunal jiffissa għall-konvenut biex jippreżenta r-risposta tiegħu għall-emenda. Oġġezzjoni ma tistax tiġi ppreżentata skont il-paragrafu 1 sakemm ikun hemm proċedimenti pendenti taħt l-Artikolu 3.14 (Talbiet li Jidher biċ-Ċar li Huma Mingħajr Mertu Legali), sakemm it-Tribunal ma jagħtix il-kunsens biex tiġi ppreżentata oġġezzjoni skont dan l-Artikolu, wara li jqis kif xieraq iċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.    Mal-wasla ta’ oġġezzjoni skont il-paragrafu 1, u sakemm ma jqisx li l-eċċezzjoni tkun infondata b’mod ċar, it-Tribunal għandu jissospendi kull proċediment fuq il-merti, jistabbilixxi skeda għall-konsiderazzjoni tal-oġġezzjoni konsistenti ma’ kwalunkwe skeda li jkun stabbilixxa biex jikkunsidra kwalunkwe domanda preliminari, u joħroġ deċiżjoni jew deċiżjoni provviżorja fuq l-oġġezzjoni, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għal dan.

ARTIKOLU 3.16

It-Trasparenza tal-Proċedimenti

L-Anness 8 (Regoli dwar l-Aċċess Pubbliku għad-Dokumenti, is-Seduti ta’ Smigħ u l-Possibbiltà li Terzi Persuni Jagħmlu Sottomissjonijiet) għandu japplika taħt din it-Taqsima.



ARTIKOLU 3.17

Il-Parti Mhux Litiganti għall-Ftehim

1.    It-Tribunal għandu jaċċetta jew, wara konsultazzjoni mal-partijiet litiganti, jista’ jistieden sottomissjonijiet orali jew bil-miktub dwar kwistjonijiet dwar l-interpretazzjoni tat-trattat minn mill-Parti mhux litiganti għall-Ftehim.

2.    It-Tribunal ma għandu jislet l-ebda inferenza min-nuqqas ta’ xi sottomissjoni jew tweġiba għal stedina skont il-paragrafu 1.

3.    It-tribunal għandu jiżgura li kwalunkwe sottomissjoni ma tfixkilx jew tkun ta’ piż żejjed fuq il-proċedimenti, jew inkella tippreġudika xi parti litiganti.

4.    It-Tribunal għandu jiżgura wkoll li l-partijiet litiganti jingħataw opportunità raġonevoli sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar kwalunkwe sottomissjoni mill-Parti mhux litiganti għall-Ftehim.

ARTIKOLU 3.18

Għotja

1.    Meta t-Tribunal jiddeċiedi li t-trattament fil-kawża qed jikser obbligu taħt il-Kapitolu Tnejn (Protezzjoni tal-Investiment), it-Tribunal jista’ jagħti, b’mod separat jew f’kombinazzjoni, biss 30 :



(a)    danni monetarji u kwalunkwe imgħax applikabbli; u

(b)    ir-restituzzjoni ta’ proprjetà, dment li l-konvenut jista’ jħallas għad-danni monetarji u kull imgħax applikabbli, kif stabbilit mit-Tribunal f’konformità mat-Taqsima A (Protezzjoni tal-Investiment), minflok ir-restituzzjoni.

2.    Id-danni monetarji ma għandhomx ikunu akbar mit-telf imġarrab mir-rikorrent jew, fejn applikabbli, il-kumpanija stabbilita lokalment tiegħu, bħala riżultat tal-ksur tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu Tnejn (Protezzjoni tal-Investiment), bit-tnaqqis ta’ kwalunkwe dannu jew kumpens minn qabel diġà pprovduti mill-Parti interessata. It-Tribunal ma għandux jagħti danni punittivi.

3.    Meta tiġi ppreżentata talba f’isem kumpanija stabbilita lokalment, l-għotja għandha ssir lill-kumpanija stabbilita lokalment.

4.    Bħala regola ġenerali, it-Tribunal għandu joħroġ għotja provviżorja fi żmien 18-il xahar mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba. Meta t-Tribunal iqis li ma jistax joħroġ għotja provviżorja fi żmien 18-il xahar, dan għandu jinforma l-partijiet litiganti bil-miktub bir-raġunijiet għad-dewmien flimkien ma’ stima tal-perjodu li matulu jkun se joħroġ l-għotja provviżorja tiegħu. L-għotja provviżorja għandha ssir finali jekk jgħaddu 90 jum wara li din tkun ħarġet u l-ebda waħda mill-partijiet litiganti ma tkun appellat l-għotja lit-Tribunal tal-Appell.



ARTIKOLU 3.19

Proċedura ta’ Appell

1.    Kull parti litiganti tista’ tappella għotja provviżorja quddiem it-Tribunal tal-Appell, fi żmien 90 jum mill-ħruġ tagħha. Ir-raġunijiet għall-appell huma:

(a)    li t-Tribunal ikun żbalja fl-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-liġi applikabbli;

(b)    li t-Tribunal ikun żbalja b’mod ċar fl-apprezzament tal-fatti, inkluż fl-apprezzament tal-liġi domestika rilevanti; jew,

(c)    dawk previsti fl-Artikolu 52 tal-Konvenzjoni ICSID, sakemm ma jiġux koperti minn (a) u (b).

2.    Jekk it-Tribunal tal-Appell jiċħad l-appell, l-għotja provviżorja għandha ssir finali. It-Tribunal tal-Appell jista’ jiċħad ukoll l-appell fuq bażi mħaffa fejn ikun ċar li l-appel huwa infondat b’mod ċar, f’liema każ l-għotja provviżorja għandha ssir finali.

3    Jekk l-appell ikun fondat sew, it-Tribunal tal-Appell għandu jimmodifika jew jirrevoka s-sejbiet u l-konklużjonijiet legali fl-għotja provviżorja kompletament jew parzjalment. It-Tribunal tal-Appell għandu jirreferi l-kwistjoni lura lit-Tribunal, u jispeċifika b’mod preċiż kif immodifika jew irrevoka s-sejbiet u l-konklużjonijiet rilevanti tat-Tribunal. It-Tribunal għandu jkun marbut bis-sejbiet u l-konklużjonijiet tat-Tribunal tal-Appell, u wara li jisma’ lill-partijiet litiganti, u jekk ikun xieraq, għandu jirrevedi l-għotja provviżorja tiegħu skont dan. It-Tribunal għandu jfittex li joħroġ l-għotja riveduta tiegħu fi żmien 90 jum wara r-rinviju tal-kwistjoni lura lilu.



4.    Bħala regola ġenerali, il-proċedimenti tal-appell ma għandhomx jaqbżu l-180 jum mid-data li fiha parti litiganti tinnotifika formalment id-deċiżjoni tagħha biex tappella għad-data li fiha t-Tribunal Tal-Appell joħroġ id-deċiżjoni tiegħu. Meta t-Tribunal tal-Appell iqis li ma jistax joħroġ id-deċiżjoni tiegħu fi żmien 180 jum, dan għandu jinforma lill-partijiet litiganti bil-miktub bir-raġunijiet għad-dewmien flimkien ma’ stima tal-perjodu li matulu jkun se joħroġ id-deċiżjoni tiegħu. Fl-ebda każ il-proċedimenti ma għandhom jaqbżu l-270 jum.

5.    Parti litiganti li tressaq appell għandha tipprovdi sigurtà għall-ispejjeż tal-appell. Il-parti litiganti għandha tipprovdi wkoll kwalunkwe sigurtà oħra kif ordnat mit-Tribunal tal-Appell.

6.    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3.8 (Finanzjament ta’ Parti Terza), l-Anness 8 (Regoli dwar l-Aċċess Pubbliku għad-Dokumenti, is-Seduti ta’ Smigħ u l-Possibbiltà li Terzi Persuni Jagħmlu Sottomissjonijiet), 3.17 (Il-Parti Li Ma Tkunx Qed Tikkontesta għall-Ftehim) u l-Artikolu 3.21 (Spejjeż) għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tal-proċedura ta’ appell.

ARTIKOLU 3.20

Indennizz jew Kumpens Ieħor

Il-konvenut ma jistax jasserixxi, u t-Tribunal ma għandux jaċċettax, bħala difiża, kontrotalba, dritt ta’ tpaċija jew għal xi raġuni oħra, li r-rikorrent ikun irċieva jew se jirċievi l-indennizz jew kumpens ieħor, skont assigurazzjoni jew kuntratt ta’ garanzija, għad-danni kollha jew parti minnhom mitluba fil-kuntest ta’ kawża mibdija skont din it-Taqsima.



ARTIKOLU 3.21

Spejjeż

1.    It-Tribunal għandu jordna li l-ispejjeż tal-proċedimenti ma jiġġarbux mill-parti litiganti li titlef. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, it-Tribunal jista’ jqassam l-ispejjeż bejn il-partijiet litiganti jekk jiddetermina li t-tqassim huwa xieraq fiċ-ċirkostanzi tal-każ.

2.    Spejjeż raġonevoli oħra, inklużi spejjeż ta’ rappreżentazzjoni u assistenza legali, għandhom jitħallsu mill-parti li tkun tilfet, sakemm it-Tribunal ma jiddeterminax li tali tqassim tal-ispejjeż mhuwiex adattat fiċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.    Meta jkunu rnexxew biss partijiet mit-talbiet, l-ispejjeż mogħtija għandhom jiġu aġġustati, b’mod proporzjonali, man-numru jew il-limitu tal-partijiet tat-talbiet li jkunu rnexxew.

4.    Meta talba jew partijiet ta’ talba jkunu miċħuda fuq l-applikazzjoni tal-Artikolu 3.14 (Talbiet li Jidher biċ-Ċar li Huma Mingħajr Merti Legali) jew l-Artikolu 3.15 (Talbiet Infondati bħala Kwistjoni ta’ Liġi), it-Tribunal għandu jordna li l-ispejjeż kollha marbuta ma’ tali talba jew partijiet tagħha, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti u spejjeż raġonevoli oħra, inklużi spejjeż ta’ rappreżentazzjoni u assistenza legali, jitħallsu mill-parti litiganti li ma tirnexxix.



5.    Il-Kumitat għandu jqis l-adozzjoni ta’ regoli supplimentari fuq it-tariffi għall-finijiet ta’ determinazzjoni tal-ammont massimu ta’ spejjeż ta’ rappreżentazzjoni u assistenza legali li jistgħu jiġu mġarrba minn kategoriji speċifiċi ta’ partijiet litiganti li ma jirnexxux. Tali regoli supplimentari għandhom iqisu r-riżorsi finanzjarji ta’ rikorrent li jkun persuna fiżika jew intrapriża ta’ daqs żgħir jew medju. Il-Kumitat għandu jħabrek biex jadotta tali regoli supplimentari mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 3.22

Infurzar tal-Aġġudikazzjonijiet

1.    Għotja stabbilita skont din it-taqsima ma għandhiex tkun infurzabbli sakemm ma ssirx finali skont l-Artikoli 3.18(4) (Għotja), 3.19(2) (Proċedura ta’ Appell), jew 3.19(3) (Proċedura ta’ Appell). L-għotjiet finali maħruġa skont din it-Taqsima mit-Tribunal għandhom ikunu vinkolanti bejn il-partijiet litiganti u ma għandhomx ikunu soġġetti għall-appell, reviżjoni, twarrib, annullament jew kwalunkwe rimedju ieħor 31 .

2.    Kull parti għandha tirrikonoxxi għotja stabbilita skont dan il-Ftehim bħala vinkolanti u tinforza l-obbligu finanzjarju fi ħdan it-territorju tagħha bħallikieku kienet sentenza finali ta’ qorti f’dik il-Parti.



3.    L-eżekuzzjoni tal-għotja għandha tkun irregolata mil-liġijiet dwar l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi jew għotjiet fis-seħħ fejn issir tali eżekuzzjoni.

4.    Għal aktar ċertezza, l-Artikolu 4.11 (L-Ebda Effett Dirett) ta’ Kapitolu Erbgħa (Dispożizzjonijiet Istituzzjonali, Ġenerali u Finali) ma għandux jimpedixxi r-rikonoxximent, l-eżekuzzjoni u l-infurzar ta’ għotjiet stabbiliti skont din it-Taqsima.

5.    Għall-finijiet tal-Artikolu I tal-Konvenzjoni ta’ New York, l-għotjiet finali maħruġa skont din it-Taqsima huma deċiżjonijiet arbitrali relatati ma’ talbiet li huwa meqjus li jirriżultaw minn relazzjoni jew tranżazzjoni kummerċjali.

6.    Għal aktar ċertezza u skont il-paragrafu 1, meta talba tiġi ppreżentata għas-soluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 3.6(1)(a) (Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal), deċiżjoni finali maħruġa skont din it-Taqsima għandha tikkwalifika bħala deċiżjoni taħt it-Taqsima 6 tal-Kapitolu IV tal-Konvenzjoni ICSID.

ARTIKOLU 3.23

Ir-rwol tal-Partijiet tal-Ftehim

1.    L-ebda Parti ma għandha tagħti protezzjoni diplomatika, jew tippreżenta talba internazzjonali, fir-rigward ta’ tilwim li wieħed mill-investituri tagħha u l-Parti l-oħra jkunu qablu li jippreżentaw jew ikunu ppreżentaw għas-soluzzjoni tat-tilwim taħt din it-Taqsima, sakemm il-Parti l-oħra ma tkunx naqset milli tirrispetta u tikkonforma mad-deċiżjoni stabbilita f’tilwim bħal dan. Il-protezzjoni diplomatika, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ma għandhiex tinkludi skambji diplomatiċi informali bl-iskop uniku li tiffaċilita s-soluzzjoni tat-tilwim.



2.    Għal aktar ċertezza, il-paragrafu 1 ma jeskludix il-possibbiltà li Parti jkollha rikors għal proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim taħt il-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni ta’ Tilwim) Taqsima B (Soluzzjoni ta’ Tilwim bejn il-Partijiet) fir-rigward ta’ miżura ta’ applikazzjoni ġenerali anki jekk din il-miżura hija allegata li kisret dan il-Ftehim fir-rigward ta’ investiment speċifiku fir-rigward ta’ liema talba ġiet ippreżentata skont l-Artikolu 3.6 (Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal) u hija mingħajr ħsara għall-Artikolu 3.17 (Il-Parti Mhux Litiganti għall-Ftehim).

ARTIKOLU 3.24

Konsolidazzjoni

1.    Meta żewġ talbiet jew aktar li jkunu ġew ippreżentati separatament skont l-Artikolu 3.6 (Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal) ikollhom kwistjoni komuni ta’ dritt jew ta’ fatt u joħorġu mill-istess avvenimenti jew ċirkostanzi, parti litiganti tista’ titlob l-istabbiliment ta’ diviżjoni separata tat-Tribunal (“diviżjoni ta’ konsolidazzjoni”) u titlob li tali diviżjoni toħroġ ordni ta’ konsolidazzjoni f’konformità ma’:

(a)    il-ftehim tal-partijiet litiganti kollha li jfittxu li jkunu koperti bl-ordni, f’liema każ il-partijiet litiganti għandhom jippreżentaw talba konġunta f’konformità mal-paragrafu 3; jew

(b)    il-paragrafi minn 2 sa 12, sakemm konvenut wieħed biss jintalab li jkun kopert bl-ordni.



2.    Parti litiganti li tfittex ordni ta’ konsolidament għandha l-ewwel tagħti avviż lill-partijiet litiganti l-oħra li jkunu qed ifitxxu li jkunu koperti bl-ordni. Dan l-avviż għandu jispeċifika:

(a)    l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet litiganti kollha li jfittxu li jkunu koperti bl-ordni;

(b)    it-talbiet, jew partijiet minnhom, li jkunu qed ifittxu li jkunu koperti bl-ordni; u

(c)    ir-raġunijiet għall-ordni li tkun qed tintalab.

Il-partijiet litiganti għandhom iħabirku biex jaqblu dwar l-ordni ta’ konsolidazzjoni li tkun qed tintalab u dwar ir-regoli applikabbli dwar is-soluzzjoni tat-tilwim.

3.    Meta l-partijiet litiganti msemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux laħqu ftehim dwar il-konsolidazzjoni fi żmien tletin jum mill-avviż, parti litiganti tista’ tagħmel talba għal ordni ta’ konsolidazzjoni skont il-paragrafi 3 sa 7. It-talba għandha tingħata bil-miktub lill-President tat-Tribunal u lill-partijiet litiganti kollha li jkunu qed ifittxu li jkunu koperti bl-ordni. Talba bħal din tispeċifika:

(a)    l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet litiganti kollha li jfittxu li jkunu koperti bl-ordni;

(b)    it-talbiet, jew partijiet minnhom, li jkunu qed ifittxu li jkunu koperti bl-ordni; u

(c)    ir-raġunijiet għall-ordni li tkun qed tintalab.



Meta l-partijiet litiganti jkunu laħqu ftehim dwar il-konsolidazzjoni tat-talbiet, huma għandhom jippreżentaw talba konġunta lill-President tat-Tribunal f’konformità ma’ dan il-paragrafu.

4.    Sakemm il-President tat-Tribunal ma jsibx fi żmien tletin jum wara li jirċievi talba taħt il-paragrafu 3 li t-talba tkun infondata b’mod ċar, tiġi stabbilita diviżjoni tat-Tribunal ta’ konsolidazzjoni f’konformità mal-Artikolu 3.9(8) (Tribunal tal-Prim’Istanza).

5.    Id-diviżjoni ta’ konsolidazzjoni tat-Tribunal għandha tmexxi l-proċedimenti tagħha kif ġej:

(a)    sakemm il-partijiet litiganti ma jaqblux mod ieħor, fejn it-talbiet kollha li għalihom qed tintalab ordni ta’ konsolidazzjoni jkunu ġew ippreżentati taħt l-istess regoli dwar is-soluzzjoni tat-tilwim, id-diviżjoni ta’ konsolidazzjoni għandha tipproċedi taħt l-istess regoli ta’ soluzzjoni tat-tilwim;

(b)    meta t-talbiet li għalihom tintalab ordni ta’ konsolidazzjoni ma jkunux ġew ippreżentati taħt l-istess regoli dwar is-soluzzjoni tat-tilwim:

(i)    il-partijiet litiganti jistgħu jaqblu dwar ir-regoli applikabbli dwar is-soluzzjoni tat-tilwim disponibbli taħt l-Artikolu 3.6 (Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal) li għandhom japplikaw għall-proċedimenti ta’ konsolidazzjoni; jew

(ii)    jekk il-partijiet litiganti ma jistgħux jaqblu fuq l-istess regoli dwar is-soluzzjoni tat-tilwim fi żmien tletin jum wara t-talba li ssir skont il-paragrafu 3, għandhom japplikaw ir-regoli ta’ arbitraġġ tal-UNCITRAL għall-proċedimenti ta’ konsolidazzjoni.



6.    Meta d-diviżjoni ta’ konsolidazzjoni tkun sodisfatta li żewġ talbiet jew aktar li jkunu ġew imressqa skont l-Artikolu 3.6 (Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal) ikollhom kwistjoni komuni ta’ dritt jew ta’ fatt u joħorġu mill-istess avvenimenti jew ċirkostanzi, id-diviżjoni ta’ konsolidazzjoni tista’, fl-interess ta’ soluzzjoni ġusta u effiċjenti tat-talbiet, inkluż il-konsistenza ta’ deċiżjonijiet, u wara li tisma’ l-partijiet litiganti, b’digriet:

(a)    tassumi ġurisdizzjoni fuq, u tisma’ u tiddetermina flimkien, it-talbiet kollha jew parti minnhom; jew

(b)    tassumi ġurisdizzjoni fuq, u tisma’ u tiddetermina talba waħda jew aktar, li d-determinazzjoni tagħhom temmen li tista’ tgħin fis-soluzzjoni tal-oħrajn.

7.    Meta diviżjoni ta’ konsolidazzjoni, tiġi stabbilita, rikorrent li jkun ippreżenta talba skont l-Artikolu 3.6 (Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal) u li ma jkunx imsemmi f’talba magħmula skont il-paragrafu 3 jista’ jagħmel talba bil-miktub lid-diviżjoni ta’ konsolidazzjoni biex jiġi inkluż f’kull ordni magħmula skont il-paragrafu 6. Talba bħal din għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3.

8.    B’talba ta’ parti litiganti, id-diviżjoni ta’ konsolidazzjoni, sakemm tittieħed id-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 6, tista’ tordna li l-proċedimenti ta’diviżjoni stabbilita skont l-Artikolu 3.9 (Tribunal tal-Prim’Istanza) jiġu sospiżi, sakemm din tal-aħħar ma tkunx aġġornat diġà l-proċedimenti tagħha.

9.    Diviżjoni tat-Tribunal stabbilita skont l-Artikolu 3.9 (Tribunal tal-Prim’Istanza) għandha tieqaf milli jkollha ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi talba, jew partijiet ta’ talba, li fuqha diviżjoni tkun assumiet ġurisdizzjoni, u l-proċedimenti ta’ diviżjoni stabbilita skont l-Artikolu 3.9 (Tribunal tal-Prim’Istanza) jiġu sospiżi jew jiġu aġġornati skont dan.



10.    Id-deċiżjoni tad-diviżjoni ta’ konsolidazzjoni fir-rigward ta’ talbiet, jew partijiet ta’ talbiet, li tkun assumiet ġurisdizzjoni fuqhom, għandha tkun vinkolanti fuq id-diviżjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 3.9 (Tribunal tal-Prim’Istanza) fir-rigward ta’ dawn it-talbiet, mid-data li fiha d-deċiżjoni ssir finali skont l-Artikoli 3.18(4) (Deċiżjoni), 3.19(2) (Proċedura ta’ appell), jew 3.19(3) (Proċedura ta’ Appell).

11.    Rikorrent jista’ jirtira t-talba tiegħu jew parti minnha skont il-konsolidazzjoni minn proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim skont dan l-Artikolu, sakemm tali talba jew parti minnha aktar tard ma terġax tiġi ppreżentata mill-ġdid skont l-Artikolu 3.6 (Preżentazzjoni tat-Talba lit-Tribunal).

12.    Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet litiganti, id-diviżjoni ta’ konsolidazzjoni tista’ tieħu dawk il-miżuri li tqis li huma xierqa biex tippreserva l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni protetta ta’ dik il-parti litiganti vis-à-vis partijiet litiganti oħra. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu l-preżentazzjoni ta’ verżjonijiet riveduti ta’ dokumenti li fihom informazzjoni protetta lill-partijiet litiganti oħra jew arranġamenti li jkollhom partijiet mis-seduti ta’ smigħ fil-privat.

TAQSIMA B

SOLUZZJONI TAT-TILWIM BEJN IL-PARTIJIET

ARTIKOLU 3.25

Kamp ta’ applikazzjoni

Din it-Taqsima għandha tapplika fir-rigward ta’ kull differenza li għandha x’taqsam mal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ħlief kif previst espressament mod ieħor.



ARTIKOLU 3.26

Konsultazzjonijiet

1.    Il-Partijiet għandhom ifittxu li jsolvu kull differenza rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta’ applikazzjoni) billi jidħlu f’konsultazzjonijiet in bona fede bil-għan li jaslu għal soluzzjoni maqbula b’mod reċiproku.

2.    Parti għandha tfittex konsultazzjonijiet billi tagħmel talba bil-miktub lill-Parti l-oħra, b’kopja mibgħuta lill-Kumitat , u tagħti raġunijiet għat-talba tagħha, inkluż l-identifikazzjoni tal-miżuri inkwistjoni, id-dispożizzjonijiet applikabbli msemmija fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta’ applikazzjoni), u r-raġunijiet għall-applikabbiltà ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

3.    Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien tletin jum mid-data tal-wasla tat-talba u jsiru, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, fit-territorju tal-Parti li jkun sar l-ilment kontriha. Il-konsultazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala konklużi fi żmien 60 jum minn dakinhar li tkun waslet it-talba, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor. Il-konsultazzjonijiet għandhom ikunu kunfidenzjali, u mingħajr ħsara għad-drittijiet ta’ kull Parti f’kull proċediment ieħor.

4.    Il-konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ urġenza għandhom isiru fi żmien ħmistax-il jum mid-data tal-wasla tat-talba, u għandhom jitqiesu konklużi fi żmien tletin jum mid-data tal-wasla tat-talba, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor.



5.    Jekk il-Parti li ssirilha t-talba ma tweġibx għat-talba għall-konsultazzjonijiet fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-wasla tat-talba, jew jekk il-konsultazzjonijiet ma jsirux fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 3 jew fil-paragrafu 4 rispettivament, jew jekk il-konsultazzjonijiet ikunu konklużi u ma tkunx intlaħqet soluzzjoni miftiehma reċiprokament, il-Parti li tressaq l-ilment tista’ titlob li jitwaqqaf bord tal-arbitraġġ f’konformità mal-Artikolu 3.28 (Bidu ta’ Arbitraġġ).

ARTIKOLU 3.27

Medjazzjoni

Kull Parti tista’ titlob lill-Parti l-oħra biex tidħol fi proċedura ta’ medjazzjoni rigward kull miżura li taffettwa ħażin l-investiment bejn il-Partijiet skont l-Anness 10 (Proċedura ta’ Medjazzjoni għat-Tilwim bejn il-Partijiet).

ARTIKOLU 3.28

Bidu ta’ Arbitraġġ

1.    Meta l-Partijiet jonqsu milli jsolvu t-tilwim billi jirrikorru għall-konsultazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 3.26 (Konsultazzjonijiet), il-Parti li tressaq l-ilment tista’ titlob li jitwaqqaf bord tal-arbitraġġ f’konformità ma’ dan l-Artikolu.



2.    It-talba għat-twaqqif ta’ bord tal-arbitraġġ għandha issir bil-miktub lill-Parti li jkun sar l-ilment kontriha u lill-Kumitat. Il-Parti li tressaq l-ilment, fit-talba tagħha, għandha tidentifika l-miżura speċifika inkwistjoni, u għandha tispjega kif tali miżura tikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta’ Applikazzjoni) b’mod li tiġi preżentata bażi legali suffiċjenti għall-ilment.

ARTIKOLU 3.29

Twaqqif tal-Bord tal-Arbitraġġ

1.    Il-bord tal-arbitraġġ għandu jkun magħmul minn tliet arbitri.

2.    Fi żmien ħamest ijiem mid-data tal-wasla għand il-Parti li jkun sar l-ilment kontriha tat-talba msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.28 (Bidu ta’ Arbitraġġ), il-Partijiet għandhom jikkonsultaw sabiex jilħqu ftehim dwar il-kompożizzjoni tal-bord tal-arbitraġġ.

3.    F’każ li l-Partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu, fi żmien għaxart ijiem minn mindu jibdew il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, dwar il-president tal-bord tal-arbitraġġ, il-president tal-Kumitat, jew id-delegat tiegħu, fi żmien għoxrin jum, għandu jidħol fil-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, jagħżel bix-xorti arbitru wieħed biex iservu bħala president mil-lista msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.44 (Listi ta’ Arbitri).

4.    F’każ li l-Partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu, fi żmien għaxart ijiem minn mindu jibdew il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, dwar l-arbitri:



(a)    kull Parti tista’ tagħżel arbitru wieħed, li ma jaġixxix bħala president, mill-individwi fil-lista stabbilita fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.44 (Listi ta’ Arbitri), fi żmien ħmistax-il jum minn mindu jibdew il-konsultazzjoniet imsemmija fil-paragrafu 2; u

(b)    jekk xi parti tonqos milli tagħżel arbitru skont is-subparagrafu 4(a), il-president tal-Kumitat, jew id-delegat tiegħu, għandu jagħżel xi arbitru li jkun jifdal bix-xorti minn fost l-individwi proposti mill-Parti skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.44 (Listi ta’ Arbitri), fi żmien għoxrin jum minn mindu jibdew il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

5.    Jekk il-lista prevista fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.44 (Listi ta’ Arbitri) ma tkunx ġiet stabbilita fiż-żmien meħtieġ skont il-paragrafu 4:

(a)    meta ż-żewġ partijiet ikunu proponew individwi skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.44 (Listi ta’ Arbitri), kull Parti tista’ tagħżel arbitru wieħed, li ma jaġixxix bħala president, minn fost l-individwi proposti, fi żmien ħmistax-il jum minn mindu jibdew il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Jekk Parti tonqos milli tagħżel arbitru, il-President tal-Kumitat, jew id-delegat tiegħu, jagħżel l-arbitru bix-xorti minn fost l-individwi proposti mill-Parti li tkun naqset milli tagħżel l-arbitru tagħha; jew

(b)    meta Parti waħda biss tkun ipproponiet individwi skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.44 (Listi ta’ Arbitri), kull Parti tista’ tagħżel arbitru wieħed, li ma jaġixxix bħala president, minn fost l-individwi proposti, fi żmien ħmistax-il jum minn mindu jibdew il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Jekk parti tonqos milli tagħżel arbitru, il-President tal-Kumitat, jew id-delegat tiegħu, għandu jagħżel l-arbitru bix-xorti minn fost l-individwi proposti.



6.    Jekk il-lista prevista fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.44 (Listi ta’ Arbitri) ma tkunx ġiet stabbilita fiż-żmien meħtieġ skont il-paragrafu 3, il-president jintgħażel bix-xorti minn fost eks-membri tal-Korp tal-Appell tad-WTO, li ma jkunx persuna ta’ xi waħda mill-Partijiet.

7.    Id-data meta jitwaqqaf il-bord tal-arbitraġġ għandha tkun id-data li fiha jintgħażlu t-tliet arbitri.

8.    L-arbitri jistgħu jiġu sostitwiti biss għar-raġunijiet u f’konformità mal-proċeduri mfissra fir-Regoli 19 sa 25 tal-Anness 9 (Regoli ta’ Proċedura għall-Arbitraġġ).

ARTIKOLU 3.30

Sentenza Preliminari dwar l-Urġenza

Jekk Parti titlob hekk, il-bord tal-arbitraġġ jista’ joħroġ deċiżjoni preliminari fi żmien għaxart ijiem mit-twaqqif tiegħu dwar jekk huwa jqisx il-każ bħala urġenti jew le.



ARTIKOLU 3.31

Rapport tal-Bord Interim

1.    Il-bord tal-arbitraġġ għandu joħroġ rapport interim għall-Partijiet li jistabbilixxu s-sejbiet ta’ fatt, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet rilevanti u r-raġunament bażiku wara kull sejba u rakkommandazzjoni, sa mhux aktar tard minn disgħin jum mid-data tat-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ. Meta huwa jqis li din l-iskadenza ma tistax tintlaħaq, il-president tal-bord tal-arbitraġġ irid jinforma bil-miktub lill-Partijiet u lill-Kumitat, fejn jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha l-bord tal-arbitraġġ jippjana li joħroġ ir-rapport interim. Il-bord tal-arbitraġġ fl-ebda ċirkustanza ma għandu joħroġ ir-rapport interim tiegħu iżjed tard minn 120 jum wara d-data tat-twaqqif tiegħu.

2.    Kull Parti tista’ tippreżenta talba bil-miktub biex jiġu eżaminati mill-bord tal-arbitraġġ l-aspetti preċiżi tar-rapport interim fi żmien tletin jum mid-data tan-notifika tagħha.

3.    F’każijiet ta’ urġenza, il-bord tal-arbitraġġ għandu jagħmel kull sforz biex joħroġ ir-rapport interim tiegħu u kwalunkwe Parti tista’ tippreżenta talba bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ sabiex jeżamina aspetti preċiżi tar-rapport interim, sa nofs il-perjodi taż-żmien rispettivi skont il-paragrafi 1 u 2.

4.    Wara li jikkonsidra kull kumment bil-miktub mingħand il-Partijiet dwar ir-rapport interim, il-bord tal-arbitraġġ jista’ jimmodifika r-rapport tiegħu u jagħmel eżami ulterjuri, jekk iħoss li dan huwa xieraq. Is-sejbiet fid-deċiżjoni finali tal-bord jinkludu biżżejjed diskussjoni dwar l-argumenti li jkunu saru fl-istadju ta’ analiżi interim, u jwieġbu b’mod ċar għall-kummenti bil-miktub taż-żewġ Partijiet.



ARTIKOLU 3.32

Deċiżjoni tal-Bord tal-Arbitraġġ

1.    Il-bord tal-arbitraġġ għandu jħabbar id-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet u lill-Kumitat fi żmien 150 jum mid-data tat-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ. Fejn huwa jħoss li din l-iskadenza ma tistax tintlaħaq, il-president tal-bord tal-arbitraġġ irid jinforma bil-miktub lill-Partijiet u lill-Kumitat, fejn jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha l-bord tal-arbitraġġ ikun beħsiebu joħroġ id-deċiżjoni tiegħu. Il-bord tal-arbitraġġ, fl-ebda ċirkustanza ma għandha joħroġ id-deċiżjoni tiegħu iżjed tard minn 180 jum wara d-data tat-twaqqif tiegħu.

2.    F’każijiet ta’ urġenza, il-bord tal-arbitraġġ għandu jagħmel kull sforz biex joħroġ id-deċiżjoni tiegħu fi żmien ħamsa u sebgħin jum mid-data tal-istabbiliment tiegħu. Il-bord tal-arbitraġġ, fl-ebda ċirkustanza, ma għandu joħroġ id-deċiżjoni tiegħu iżjed tar minn disgħin jum wara d-data tat-twaqqif tiegħu.

ARTIKOLU 3.33

Konformità mad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Arbitraġġ

Kull Parti għandha tieħu kull miżura meħtieġa sabiex tkun konformi mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ, u l-Partijiet jagħmlu l-almu tagħhom biex jaqblu dwar il-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex jikkonformaw mad-deċiżjoni.



ARTIKOLU 3.34

Perjodu ta’ Żmien Raġjonevoli għall-Konformità

1.    Il-Parti li jkun sar l-ilment kontriha għandha tinnotifika lill-Parti li tressaq l-ilment u lill-Kumitat biż-żmien li ser teħtieġ sabiex tikkonforma (minn hawn ‘il quddiem jissejjaħ “perjodu ta’ żmien raġonevoli”) mhux aktar tard minn tletin wara l-wasla tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Arbitraġġ lill-Partijiet.

2.    F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet rigward il-perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-konformità mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ, il-Parti li tressaq l-ilment għandha, fi żmien għoxrin jum mill-wasla tan-notifika magħmula skont il-paragrafu 1 mill-Parti li jkun sar l-ilment kontriha, titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ oriġinali sabiex jiddetermina t-tul tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli. Talba bħal din għandha tiġi nnotifikata fl-istess ħin lill-parti l-oħra u lill-Kumitat. Il-bord tal-arbitraġġ oriġinali għandu joħroġ id-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet u jinnotifika lill-Kumitat fi żmien għoxrin jum mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba.

3.    F’każ li xi membru tal-bord tal-arbitraġġ oriġinali ma jkunx għadu aktar disponibbli, għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 3.29 (Twaqqif tal-Bord tal-Arbitraġġ). Il-limitu taż-żmien sabiex tinħareġ id-deċiżjoni għandu jkun ta’ ħamsa u tletin jum mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba msemmija fil-paragrafu 2.

4.    Il-Parti li jkun sar l-ilment kontriha għandha tinforma bil-miktub lill-Parti li tressaq l-ilment, dwar il-progress tagħha sabiex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ, tal-inqas xahar qabel ma jiskadi l-perjodu taż-żmien raġonevoli.



5.    Il-perjodu taż-żmien raġonevoli jista’ jiġi estiż permezz ta’ ftehim reċiproku bejn il-Partijiet.

ARTIKOLU 3.35

Rieżami ta’ Kull Miżura Meħuda għall-Konformità mad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Arbitraġġ

1.    Il-Parti li jkun sar l-ilment kontriha għandha tinforma lill-Parti li tressaq l-ilment u lill-Kumitat qabel ma jintemm il-perjodu taż-żmien raġonevoli, dwar kull miżura li hija tkun ħadet sabiex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ.

2.    F’każ li ma jkunx hemm qbil bejn il-Partijiet rigward l-eżistenza jew il-konsistenza ta’ kull miżura notifikata skont il-Paragrafu 1 mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta’ Applikazzjoni), il-Parti li tressaq l-ilment tista’ titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ sabiex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Talba ta’ dan it-tip għandha tidentifika l-miżura speċifika inkwistjoni u d-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta’ Applikazzjoni) li magħhom tqis li miżura tkun inkonsistenti, b’mod li tiġi preżentata bażi legali suffiċjenti għall-ilment b’mod ċar, u tispjega kif miżura bħal din mhix konsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta’ Applikazzjoni). Il-bord tal-arbitraġġ oriġinali għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu fi żmien ħamsa u erbgħin jum minn meta tkun ġiet ippreżentata t-talba.

3.    F’każ li xi membru tal-bord tal-arbitraġġ oriġinali ma jkunx għadu aktar disponibbli, għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 3.29 (Twaqqif tal-Bord tal-Arbitraġġ). Il-limitu taż-żmien sabiex tinħareġ id-deċiżjoni għandu jkun ta’ sittin jum mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba msemmija fil-paragrafu 2.



ARTIKOLU 3.36

Rimedji Temporanji f’Każ ta’ Nuqqas ta’ Konformità

1.    Jekk il-Parti li jkun sar l-ilment kontriha tonqos milli tinnotifika kull miżura li tkun ħadet sabiex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ qabel ma jiskadi l-perjodu taż-żmien raġonevoli, jew jekk il-bord tal-arbitraġġ jiddeċiedi li ma tkun teżisti l-ebda miżura meħuda bi skop ta’ konformità jew li l-miżura nnotifikata skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.35 (Rieżami ta’ Kull Miżura Meħuda għall-Konformità mad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Arbitraġġ) tkun inkonsistenti mal-obbligi ta’ dik il-Parti skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta’ Applikazzjoni), il-Parti li jkun sar l-ilment kontriha tidħol f’negozjati mal-Parti li tressaq l-ilment bil-ħsieb li tiżviluppa ftehim aċċettabbli b’mod reċiproku dwar il-kumpens.

2.    Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim dwar kumpens fi żmien tletin jum mit-tmiem tal-perjodu ta’ żmien raġonevoli jew mill-ħruġ tad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 3.35 (Rieżami ta’ Kull Miżura Meħuda għall-Konformità mad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Arbitraġġ) li ma tkun teżisti l-ebda miżura meħuda bi skop ta’ konformità jew li l-miżura msemmija tkun inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta’ Applikazzjoni), il-Parti li tressaq l-ilment għandu jkollha d-dritt, wara notifika lill-Parti l-oħra u lill-Kumitat, li tieħu miżuri xieraq f’livell ekwivalenti għat-tħassir jew l-indeboliment ikkawżat mill-ksur. In-notifika għandha tispeċifika miżuri bħal dawn. Il-Parti li tressaq l-ilment tista’ tieħu miżuri bħal dawn f’kull mument wara l-iskadenza ta’ għaxart ijiem wara d-data tal-wasla tan-notifika mill-Parti li jkun sar l-ilment kontriha, sakemm il-Parti li jkun sar l-ilment kontriha ma tkunx talbet arbitraġġ skont il-paragrafu 3.



3.    Jekk il-Parti li jkun sar l-ilment kontriha tqis li l-miżuri meħuda mill-Parti li tressaq l-ilment ma jkunx ekwivalenti għan-nullifikazzjoni jew il-ħsara kkawżati mill-ksur, din tista’ titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ oriġinali sabiex jieħu deċiżjoni dwar il-kwistjoni. Tali talba għandha tiġi nnotifikata lill-Parti li tressaq l-ilment u lill-Kumitat qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ għaxart ijiem imsemmi fil-paragrafu 2. Il-bord tal-arbitraġġ oriġinali, wara li jkun talab, fejn ikun xieraq l-opinjoni tal-esperti, għandu jinnotifika, fi żmien tletin jum minn dakinhar li tkun tressqet it-talba, lill-Partijiet u lill-Kumitat bid-deċiżjoni tiegħu rigward il-livell tas-sospensjoni tal-obbligi. Il-miżuri ma għandhomx jittieħdu qabel il-bord tal-arbitraġġ oriġinali jkun innotifika d-deċiżjoni tiegħu, u kull miżura għandha tkun konsistenti mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ.

4.    F’każ li xi membru tal-bord tal-arbitraġġ oriġinali ma jkunx għadu aktar disponibbli, għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 3.29 (Twaqqif tal-Bord tal-Arbitraġġ). Il-perjodu sabiex tinħareġ id-deċiżjoni għandu jkun ta’ ħamsa u erbgħin jum mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba msemmija fil-paragrafu 3.

5.    Il-miżuri previsti f’dan l-Artikolu għandhom ikunu temporanji u ma għandhomx jiġu applikati wara:

(a)    il-Partijiet laħqu qbil reċiproku dwar soluzzjoni skont l-Artikolu 3.39 (Soluzzjoni bi Qbil Reċiproku); jew

(b)    il-partijiet ikunu laħqu ftehim dwar jekk il-miżura nnotifikata taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.37 (Rieżami ta’ Kull Miżura Meħuda għall-Konformità Wara l-Adozzjoni ta’ Rimedji Temporanji għan-Nuqqas ta’ Konformità) iġġib il-Parti li jkun sar l-ilment kontriha f’konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta’ Applikazzjoni); jew



(c)    kull miżura li tinstab li tkun inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta’ Applikazzjoni) ġiet irtirata jew emendata sabiex tinġieb f’konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif inhu ddikjarat fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.37 (Rieżami ta’ Kull Miżura Meħuda għall-Konformità Wara l-Adozzjoni ta’ Rimedji Temporanji għan-Nuqqas ta’ Konformità).

ARTIKOLU 3.37

Rieżami ta’ Kull Miżura Meħuda għall-Konformità
Wara l-Adozzjoni ta’ Rimedji Temporanji għan-Nuqqas ta’ Konformità

1.    Il-Parti li jkun sar l-ilment kontriha għandha tinforma lill-Parti li tressaq l-ilment u lill-Kumitat dwar kull miżura li tkun ħadet sabiex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ u dwar it-talba tagħha għat-terminazzjoni tal-miżuri applikati mill-Parti li tressaq l-ilment.

2.    Jekk il-Partijiet ma jilħqux ftehim dwar jekk il-miżura nnotifikata ġġibx il-Parti li jkun sar l-ilment kontriha konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta’ Applikazzjoni) fi żmien tletin jum mid-data tal-wasla tan-notifika, il-Parti li tressaq l-ilment tista’ titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ oriġinali sabiex jiddeċiedi fuq il-kwistjoni. Talba bħal din għandha tiġi nnotifikata fl-istess ħin lill-Parti l-oħra u lill-Kumitat. Id-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ għandha tiġi nnotifikata lill-Partijiet u lill-Kumitat fi żmien ħamsa u erbgħin jum mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba. Jekk il-bord tal-arbitraġġ jiddeċiedi li kull miżura li tkun ittieħdet għal għanijiet ta’ konformità tkun konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta’ Applikazzjoni), il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3.36 (Rimedji Temporanji f’Każ ta’ Nuqqas ta’ Konformità) għandhom jiġu terminati.



ARTIKOLU 3.38

Sospensjoni u Terminazzjoni tal-Arbitraġġ

1.    B’talba taż-żewġ Partijiet, il-bord tal-arbitraġġ għandu jissospendi ħidmietu f’kull ħin għal perjodu li jkunu qablu dwaru l-Partijiet li ma jistax jaqbeż it-tnax-il xahar u jkompli b’ħidmietu fi tmiem dan il-perjodu miftiehem b’talba tal-Parti li tressaq l-ilment, jew qabel ma jintemm il-perjodu miftiehem b’talba bil-miktub taż-żewġ Partijiet. Jekk il-Parti li tressaq l-ilment ma titlobx li titkompla l-ħidma tal-bord tal-arbitraġġ qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ sospensjoni miftiehem, il-proċeduri tas-soluzzjoni tat-tilwim mibdija skont din it-Taqsima jitqiesu mitmuma. Skont l-Artikolu 3.45 (Relazzjoni mal-Obbligi tad-WTO), is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-ħidma tal-bord tal-arbitraġġ hija mingħajr ħsara għad-drittijiet ta’ kull waħda mill-partijiet fi proċedimenti oħra.

2.    Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jaqblu bil-miktub li jitterminaw il-proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim mibdija skont din it-Taqsima.

ARTIKOLU 3.39

Soluzzjoni bi Qbil Reċiproku

Fi kwalunkwe waqt, il-Partijiet jistgħu jilħqu soluzzjoni miftiehma bejn iż-żewġ naħat għal tilwim taħt din it-Taqsima. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat u lill-bord tal-arbitraġġ, f’każ li jkun hemm, dwar kull soluzzjoni bħal din. Jekk is-soluzzjoni titlob l-approvazzjoni skont il-proċeduri domestiċi rilevanti ta’ xi Parti, in-notifika għandha tirreferi għal dan ir-rekwiżit, u l-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim mibdija skont din it-Taqsima għandhom jiġu sospiżi. Jekk tali approvazzjoni ma tkunx meħtieġa, jew man-notifika tat-tlestija ta’ tali proċeduri domestiċi, il-proċedura għandha tiġi tterminata.



ARTIKOLU 3.40

Regoli ta’ Proċedura

1.    Il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim f’din it-Taqsima għandhom jiġu rregolati mill-Anness 9 (Regoli ta’ Proċedura għall-Arbitraġġ).

2.    Kull laqgħa tal-bord tal-arbitraġġ għandha tkun miftuħa għall-pubbliku f’konformità mal-Anness 9 (Regoli ta’ Proċedura għall-Arbitraġġ).

ARTIKOLU 3.41

Preżentazzjoni ta’ Informazzjoni

1.    Fuq talba ta’ Parti, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, il-bord tal-arbitraġġ jista’ jikseb informazzjoni minn kull sors, inklużi l-Partijiet involuti fit-tilwim, li jqis li hija xierqa għall-proċedimenti tal-bord tal-arbitraġġ. Il-bord tal-arbitraġġ għandu wkoll id-dritt li jfittex l-opinjoni rilevanti ta’ esperti kif iqis xieraq. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jikkonsulta lill-Partijiet qabel ma jagħżel lil tali esperti. Kull informazzjoni miksuba b’dan il-mod trid tiġi divulgata lill-Partijiet u trid tiġi ppreżentata għall-kummenti tagħhom.

2.    Persuni fiżiċi jew ġuridiċi interessati tal-Partijiet huma awtorizzati li jippreżentaw informazzjoni amicus curiae lill-bord tal-arbitraġġ f’konformità mal-Anness 9 (Regoli ta’ Proċedura għall-Arbitraġġ).



ARTIKOLU 3.42

Regoli ta’ Interpretazzjoni

Il-bord tal-arbitraġġ għandu jinterpreta d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta’ Applikazzjoni) f’konformità mar-regoli normali dwar l-interpretazzjoni tad-dritt internazzjonali pubbliku, inklużi dawk stipulati fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati. Meta obbligu taħt dan il-Ftehim ikun identiku għal obbligu taħt il-Ftehim tad-WTO, il-bord tal-arbitraġġ għandu jqis kull interpretazzjoni rilevanti stabbilita fid-deċiżjonijiet tal-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO (minn hawn ’il quddiem jissejjaħ id-“DSB”). Id-deċiżjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ ma jistgħux iżidu jew inaqqsu d-drittijiet u l-obbligi pprovduti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta’ Applikazzjoni).

ARTIKOLU 3.43

Deċiżjonijiet u Sentenzi tal-Bord tal-Arbitraġġ

1.    Il-bord tal-arbitraġġ jagħmel kull sforz biex kull deċiżjoni li jieħu tkun b’kunsens. Meta, madankollu, deċiżjoni ma tistax tintlaħaq b’kunsens, il-kwistjoni kkonċernata tinqata’ b’votazzjoni b’maġġoranza..

2.    Kull deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ għandha torbot lill-Partijiet u ma toħloq l-ebda dritt jew obbligu għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi. Id-deċiżjoni għandha tistipula s-sejbiet tal-fatti, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta’ Applikazzjoni) u r-raġunament wara s-sejbiet u l-konklużjonijiet li tagħmel. Il-Kumitat għandu jagħmel is-sentenza tal-bord tal-arbitraġġ disponibbli kollha pubblikament, sakemm dan ma jiddeċidix li ma jagħmilx hekk sabiex jiżgura l-kunfidenzjalità ta’ kull informazzjoni stabblita minn xi Parti bħala kunfidenzjali.



ARTIKOLU 3.44

Listi ta’ Arbitri

1.    Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu lista ta’ ħames individwi li jkunu lesti u jkunu jistgħu jservu bħala l-president ta’ bord tal-arbitraġġ imsemmija fl-Artikolu 3.29 (Twaqqif tal-Bord tal-Arbitraġġ).

2.    Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat għandu jistabbilixxi lista ta’ mill-anqas għaxar individwi li jkunu lesti u jkunu jistgħu jservu bħala arbitri. Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kull waħda mill-Partijiet għandha tipproponi mill-anqas ħames individwi biex iservu ta’ arbitri.

3.    Il-Kumitat jiżgura li l-lista ta’ individwi biex iservu bħala presidenti jew arbitri, u li ġiet stabbilita skont il-paragrafi 1 u 2 rispettivament, tinżamm.

4.    L-arbitri għandu jkollhom għarfien speċjalizzat jew esperjenza speċjalizzata fil-liġi u fil-kummerċ internazzjonali jew fis-soluzzjoni ta’ tilwim li jirriżulta minn ftehimiet kummerċjali internazzjonali. Dawn għandhom ikunu indipendenti, iservu fil-kapaċitajiet individwali tagħhom u ma jkunux affiljati mal-gvern ta’ xi Parti, u għandhom ikunu konformi mal-Anness 11 (Kodiċi ta’ Kondotta għall-Arbitri u l-Medjaturi).



ARTIKOLU 3.45

Relazzjoni mal-Obbligi tad-WTO

1.    Ir-rikors għad-dispożizzjonijiet ta’ soluzzjoni tat-tilwim ta’ din it-Taqsima għandu jkun mingħajr ħsara għal kull azzjoni fil-qafas tad-WTO, fosthom proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim.

2.    Minkejja l-paragrafu 1, meta fir-rigward ta’ miżura partikolari, Parti tkun bdiet proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim, jew taħt din it-Taqsima jew bil-Ftehim tad-WTO, hija ma tistax tibda proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim fir-rigward tal-istess miżura fil-forum l-ieħor sakemm jiġi konkluż l-ewwel proċediment. Barra minn hekk, Parti ma għandhiex tagħti bidu għal proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim skont din it-Taqsima u taħt il-Ftehim tad-WTO, sakemm obbligi sostanzjalment differenti taħt iż-żewġ ftehimiet ma jkunux jaqblu bejniethom, jew sakemm il-forum magħżul għal raġunijiet proċedurali jew ġuriżdizzjonali jonqos milli jagħmel sejbiet dwar it-talba li tfittex rimedju ta’ dak l-obbligu, sakemm in-nuqqas tal-forum ma jkunx ir-riżultat ta’ nuqqas ta’ Parti litiganti li taġixxi b’mod diliġenti.

3.    Għall-finijiet tal-paragrafu 2:

(a)    il-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-Ftehim tad-WTO huma meqjusa li jinbdew b’talba minn Parti għall-istabbiliment ta’ bord skont l-Artikolu 6 tal-Qbil dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim li jinsab fl-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO (minn hawn ’il quddiem jissejjaħ id-“DSU”) u jitqiesu li huma konklużi meta d-DSB jadotta r-rapport tal-Bord, u r-rapport tal-Korp tal-Appell skont kif ikun il-każ, skont l-Artikoli 16 u 17(14) tad-DSU; u



(b)    il-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim taħt din it-Taqsima huma meqjusa li jinbdew b’talba minn Parti għat-twaqqif ta’ bord tal-arbitraġġ skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.28 (Bidu ta’ Arbitraġġ) u jitqiesu mitmuma meta l-bord tal-arbitraġġ joħroġ id-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet u lill-Kumitat skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.32 (Deċiżjoni tal-Bord tal-Arbitraġġ) jew meta l-partijiet jilħqu soluzzjoni bi qbil reċiproku skont l-Artikolu 3.39 (Soluzzjoni bi Qbil Reċiproku).

4.    Xejn f’din it-Taqsima ma għandu jwaqqaf lil xi Parti milli timplimenta s-sospensjoni tal-obbligi awtorizzati mid-DSB. La l-Ftehim tad-WTO u lanqas l-EUSFTA ma għandhom jiġu invokati biex iwaqqfu lil Parti milli tieħu l-miżuri xierqa skont l-Artikolu 3.36 (Rimedji Temporanji f’Każ ta’ Nuqqas ta’ Konformità) ta’ din it-Taqsima.

ARTIKOLU 3.46

Limiti ta’ Żmien

1.    Il-perjodi ta’ żmien kollha stabbiliti f’din it-Taqsima, inklużi l-perjodi għall-bordijiet ta’ arbitraġġ biex joħorġu d-deċiżjonijiet tagħhom, jingħaddu f’jiem kalendarji, bl-ewwel jum ikun l-għada tal-att jew il-fatt li għalih jirreferu, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

2.    Kull perjodu ta’ żmien imsemmi f’din it-Taqsima jista’ jiġi estiż bi ftehim reċiproku mill-Partijiet.



KAPITOLU ERBGĦA

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI, ĠENERALI U FINALI

ARTIKOLU 4.1

Kumitat

1.    Il-partijiet, bil-preżenti jistabbilixxu Kumitat li jinkludi rappreżentanti tal-Parti tal-UE u Singapore.

2.    Il-Kumitat normalment għandu jiltaqa’ darba kull sentejn fl-Unjoni jew f’Singapore darba iva u darba le, jew mingħajr dewmien żejjed fuq talba ta’ xi waħda mill-Partijiet. Il-Kumitat għandu jkun kopresedut mill-Ministru għall-Kummerċ u l-Industrija ta’ Singapore u l-Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Kummerċ, jew id-delegati rispettivi tagħhom. Il-Kumitat għandu jaqbel dwar l-iskeda tal-laqgħat tiegħu u jistabbilixxi l-aġenda tiegħu, u jista’ jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

3.    Il-Kumitat għandu:

(a)    jiżgura li dan il-Ftehim jaħdem sewwa;

(b)    jissorvelja u jiffaċilita l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, u jippromwovi l-għanijiet ġenerali tiegħu;



(c)    iqis modi kif jippromwovi aktar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-Partijiet;

(d)    jeżamina diffikultajiet li jistgħu jirriżultaw fl-implimentazzjoni tal-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim) it-Taqsima A (Soluzzjoni ta’ Tilwim bejn Investituri u Partijiet) u jqis titjib possibbli għalihom, b’mod partikolari fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi f’fora internazzjonali oħra;

(e)    jeżamina l-funzjonament tal-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim) it-Taqsima A (Soluzzjoni tat-Tilwim bejn Investituri u Partijiet) b’mod ġenerali, inkluż billi jqis kull kwistjoni li tirriżulta mill-isforzi biex jitwaqqaf il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim multilaterali meqjus fl-Artikolu 3.12 (Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim Multilaterali);

(f)    mingħajr ħsara għall-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim), jipprova jsolvi l-problemi li jistgħu jinqalgħu fl-oqsma koperti b’dan il-Ftehim, jew isolvi t-tilwim li jista’ jinqala’ rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim; u

(g)    jikkunsidra kull kwistjoni oħra ta’ interess relatata ma’ qasam kopert b’dan il-Ftehim.

4.    Il-Kumitat, bi ftehim mal-Partijiet u wara t-tlestija tar-rekwiżiti u l-proċeduri legali rispettivi tagħhom, jista’ jiddeċiedi li:

(a)    jaħtar il-Membri tat-Tribunal u l-Membri tat-Tribunal tal-Appell skont l-Artikoli 3.9(2) (Tribunal tal-Prim’Istanza) u 3.10(2) (Tribunal tal-Appell), sabiex iżid jew inaqqas in-numru ta’ Membri skont l-Artikoli 3.9(3) u 3.10(3), u jneħħi Membru mit-Tibunal jew mit-Tribunal tal-Appell skont l-Artikolu 3.11(5) (Etika);



(b)    jiffissa t-tariffa ta’ ħlas minn qabel ta’ kull xahar tal-Membri tat-Tribunal u tat-Tribunal tal-Appell skont l-Artikoli 3.9(12) u 3.10(11) u l-ammont tat-tariffi ta’ kuljum tal-Membri li qed iservu f’diviżjoni tat-Tribunal tal-Appell u tal-Presidenti tat-Tribunal u t-Tribunal tal-Appell skont l-Artikoli 3.10(12) u 3.9(13);

(c)    jittrasforma t-tariffa ta’ ħlas minn qabel u tariffi u spejjeż oħra tal-Membri tat-Tribunal u t-Tribunal tal-Appell f’salarju regolari skont l-Artikoli 3.9(15) u 3.10(13);

(d)    jispeċifika kwalunkwe ftehim tranżizzjonali neċessarju skont l-Artikolu 3.12 (Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim Multilaterali);

(e)    jadotta regoli supplimentari fuq it-tariffi skont l-Artikolu 3.21(5) (Spejjeż);

(f)    jadotta interpretazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li għandu jorbot lill-Partijiet u lill-korpi kollha stabbiliti skont dan il-Ftehim, inkluż it-Tribunal u t-Tribunal tal-Appell imsemmija fil-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim) it-Taqsima A (Soluzzjoni ta’ Tilwim bejn Investituri u Partijiet), u l-bordijiet ta’ arbitraġġ imsemmija fil-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim) it-Taqsima B (Soluzzjoni tat-Tilwim bejn il-Partijiet); u

(g)    jadotta regoli li jissupplimentaw ir-regoli dwar is-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli jew ir-regoli inklużi fl-Annessi. Tali regoli għandhom jorbtru lit-Tribunal u lit-Tribunal tal-Appell imsemmija fil-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim) it-Taqsima A (Soluzzjoni ta’ Tilwim bejn Investituri u Partijiet, u l-bordijiet ta’ arbitraġġ imsemmija f’Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim) it-Taqsima B (Soluzzjoni tat-Tilwim bejn il-Partijiet).



ARTIKOLU 4.2

Teħid ta’ Deċizjonijiet

1.    Il-Partijiet jistgħu jieħdu deċiżjonijiet fil-Kumitat, fejn previst f’dan il-Ftehim. Id-deċiżjonijiet meħuda għandhom jorbtu liż-żewġ Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimentaw id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu.

2.    Il-Kumitat jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa, fejn previst f’dan il-Ftehim.

3.    Il-Kumitat għandu jfassal id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi qbil bejn il-Partijiet.

ARTIKOLU 4.3

Emendi

1.    Il-Partijiet jistgħu jiftiehmu biex jemendaw dan il-Ftehim. Emenda tidħol fis-seħħ wara li l-Partijiet jiskambjaw notifiki bil-miktub li jiċċertifikaw li huma lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri legali applikabbli rispettivi tagħhom, kif stabbilit fl-istrument tal-emenda.

2.    Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet, fil-Kumitat, jistgħu jadottaw deċiżjoni li temenda dan il-Ftehim fejn previst f’dan il-Ftehim.



ARTIKOLU 4.4

Konċessjoni Prudenzjali

1.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem bħala li jwaqqaf Parti milli tadotta jew iżżomm miżuri raġonevoli għal raġunijiet prudenzajali, bħal:

(a)    il-protezzjoni ta’ investituri, depożituri, detenturi ta’ polza jew persuni li lihom ikun dovut obbligu ta’ fiduċja minn fornitur ta’ servizz finanzjarju;

(b)    iż-żamma tas-sigurtà, tas-sodezza, tal-integrità jew tar-responsabbiltà finanzjarja ta’ fornituri ta’ servizzi finanzjarji; jew

(c)    l-iżgurar tal-integrità u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Parti.

2.    Dawn il-miżuri ma għandhomx ikunu aktar ta’ piż minn kemm hu meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tagħhom, u ma għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikata kontra l-fornituri ta’ servizzi finanzjarji tal-Parti l-oħra meta mqabbla mal-fornituri ta’ servizzi finanzjarji simili tagħha stess jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ fis-servizzi.

3.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat li jeħtieġ li xi Parti tiddivulga informazzjoni relatata mal-affarijiet u l-kontijiet ta’ konsumaturi individwali jew xi informazzjoni kunfidenzjali jew proprjetarja fil-pussess ta’ entitajiet pubbliċi.



ARTIKOLU 4.5

Eċċezzjonijiet ta’ Sigurtà

Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat li:

(a)    jobbliga xi Parti sabiex tagħti xi informazzjoni li hija tqis li d-divulgazzjoni tagħha tmur kontra l-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha;

(b)    ma jħallix lil xi Parti milli tieħu azzjoni li hija tqis neċessarja għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha:

(i)    marbuta mal-produzzjoni jew il-kummerċ ta’ armi, munizzjonijiet u materjal tal-gwerra u relatati mat-traffiku ta’ oġġetti u materjal ieħor u mal-attivitajiet ekonomiċi imwettqa direttament jew indirettament biex jissupplixxu stabbiliment militari;

(ii)    li għandu x’jaqsam mal-provvista ta’ servizzi magħmula direttament jew indirettament għall-provviżjonament ta’ stabbiliment militari;

(iii)    fir-rigward ta’ materjali fissjonabbli u fużjonabbli jew il-materjali li huma dderivati minnhom; jew

(iv)    meħuda fi żmien ta’ gwerra jew f’emerġenza oħra fir-relazzjonijiet internazzjonali, jew biex jipproteġu l-infrastruttura pubblika kritika (dan huwa relatat mal-komunikazzjonijiet, l-infrastruttura tal-enerġija jew tal-ilma għall-provvista ta’ oġġetti jew servizzi lill-pubbliku ġenerali) minn tentattivi maħsuba biex jimmobilizzawha jew biex ifixkluha;



(c)    li jżomm lil xi Parti milli tieħu azzjoni bil-għan li tinżamm il-paċi u s-sigurtà internazzjonali.

ARTIKOLU 4.6

Tassazzjoni

1.    Dan il-Ftehim għandu japplika biss għall-miżuri tat-tassazzjoni safejn tali applikazzjoni tkun neċessarja sabiex timplimenta d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim 32 .

2.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta’ Singapore jew l-Unjoni jew xi wieħed mill-Istati Membri tagħha, taħt xi ftehim dwar it-taxxa bejn Singapore u l-Unjoni jew xi Stat Membru tagħha. Fil-każ ta’ xi inkonsistenza bejn dan il-Ftehim u kull ftehim bħal dan, dak il-ftehim għandu jipprevali safejn tipprevali l-inkonsistenza. Fil-każ ta’ ftehim dwar it-taxxa bejn Singapore u l-Unjoni jew xi wieħed mill-Istati Membri tagħha, l-awtoritajiet kompetenti taħt dak il-ftehim għandu jkollhom ir-responsabbiltà esklużiva li jistabbilixxu b’mod konġunt jekk teżistix xi inkonsistenza bejn dan il-Ftehim u dak il-ftehim.



3.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jwaqqaf lil xi Parti milli tadotta jew iżżomm xi miżura ta’ tassazzjoni li tagħmel distinzjoni bejn il-kontribwenti abbażi ta’ kriterji razzjonali, bħal kontribwenti li ma jkunux fl-istess sitwazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-post tar-residenza tagħhom jew fir-rigward tal-post fejn ikun investit il-kapital tagħhom 33 .

4.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jimpedixxi l-adozzjoni jew iż-żamma ta’ xi miżura mmirata sabiex twaqqaf l-evitar jew l-evażjoni tat-taxxi skont id-dispożizzjonijiet tat-taxxa fi ftehimiet sabiex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja jew arranġamenti tat-taxxa jew leġiżlazzjoni fiskali domestika oħra.

5.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jżomm lil Singapore milli jadotta jew iżomm miżuri ta’ tassazzjoni li huma meħtieġa biex jitħarsu l-interessi tal-politika pubblika prevalenti ta’ Singapore li jirriżultaw mir-restrizzjonijiet speċifiċi tal-ispazju tiegħu.

ARTIKOLU 4.7

Eċċezzjoni Speċifika

Xejn f’dan il-Ftehim ma japplika għal attivitajiet imwettqa minn awtorità ta’ bank ċentrali jew minn awtorità monetarja jew minn entità pubblika oħra sabiex jiġu ssodisfati politiki monetarji jew ta’ rati tal-kambju.



ARTIKOLU 4.8

Fondi ta’ Investimenti Sovrani

Kull Parti għandha tħeġġeġ lill-fondi ta’ Investimenti Sovrani tagħha biex jirrispettaw il-Prinċipji u Prattiki Aċċettati b’Mod Ġenerali – il-Prinċipji ta’ Santiago.

ARTIKOLU 4.9

Divulgazzjoni ta’ Informazzjoni

1.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem bħala li jitlob lil xi Parti tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista’ xxekkel l-infurzar tal-liġi, jew inkella li tkun kontra l-interessi pubbliċi, jew li tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ impriżi partikolari, pubbliċi jew privati.

2.    Meta Parti tippreżenta informazzjoni lill-Kumitat li tkun meqjusa kunfidenzjali skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala kunfidenzjali, sakemm il-Parti li ssottmettietha ma tiftehimx mod ieħor.



ARTIKOLU 4.10

Twettiq tal-Obbligi

Il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex iwettqu l-obbligi tagħhom skont dan il-Ftehim. Huma għandhom jiżguraw li l-għanijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim jintlaħqu.

ARTIKOLU 4.11

Ebda Effett Dirett

Għal aktar ċertezza, xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jiġi interpretat bħala wieħed li jagħti xi drittijiet jew li jimponi xi obbligi fuq persuni, minbarra dawk maħluqa bejn il-Partijiet skont il-liġi pubblika internazzjonali.

ARTIKOLU 4.12

Relazzjoni ma’ Ftehimiet oħra

1.    Dawn il-Ftehimiet għandhom ikunu parti integrali mir-relazzjonijiet bilaterali ġenerali kif irregolati mill-EUSPCA u għandhom jifformaw parti minn qafas istituzzjonali komuni. Dan jikkostitwixxi ftehim speċifiku li jimplimenta d-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-EUSPCA.

2.    Għal aktar ċertezza, il-Partijiet jaqblu li xejn f’dan il-Ftehim ma jeħtieġ li huma jaġixxu b’mod li ma jkunx konsistenti mal-obbligi tagħhom skont il-Ftehim tad-WTO.



3.    (a)    Mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-ftehimiet bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u Singapore elenkati fl-Anness 5 (Ftehimiet Imsemmija fl-Artikolu 4.12) inklużi d-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minnhom, għandhom jiġu tterminati u ma jibqgħux fis-seħħ u jiġu sostitwiti u mwarrba b’dan il-Ftehim.

(b)    F’każ ta’ applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim f’konformità mal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4.15 (Dħul fis-Seħħ), l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet elenkati fl-Anness 5 (Ftehimiet Imsemmija fl-Artikolu 4.12), kif ukoll tad-drittijiet u l-obbligi derivati minnhom, għandha tiġi sospiża mid-data tal-applikazzjoni provviżorja. Fil-każ li l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim tiġi terminata u dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ, is-sospensjoni għandha tieqaf u l-ftehimiet elenkati fl-Anness 5 (Ftehimiet Imsemmija fl-Artikolu 4.12) jidħlu fis-seħħ.

(c)    Minkejja s-subparagrafi 3(a) u 3(b), tista’ tiġi ppreżentata talba skont id-dispożizzjonijiet ta’ ftehim elenkati fl-Anness 5 (Ftehimiet Imsemmija fl-Artikolu 4.12), rigward it-trattament mogħti waqt li dan il-ftehim kien fis-seħħ, skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti f’dak il-ftehim, u sakemm ma jkunux għaddew aktar minn tliet snin mid-data sospensjoni tal-ftehim skont is-subparagrafu 3(b), jew, jekk il-ftehim ma jkunx sospiż skont il-paragrafu 3(b), id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.



(d)    Minkejja s-subparagrafi 3(a) u 3(b), jekk l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim tiġi terminata u dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ, tista’ tiġi ppreżentata talba skont il-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim) it-Taqsima A (Soluzzjoni tat-Tilwim bejn Investituri u Partijiet) dwar it-trattament mogħti matul il-perjodu tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim sakemm ma jkunux għaddew aktar minn tliet snin mid-data tat-terminazzjoni tal-applikazzjoni provviżorja.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, id-definizzjoni ta’ “dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim” prevista fis-subparagrafu 4(d) tal-Artikolu 4.15 (Dħul fis-Seħħ) ma għandhiex tapplika.

ARTIKOLU 4.13

Applikazzjoni Territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika:

(a)    fir-rigward tal-Parti tal-UE, għat-territorji li fihom jiġu applikati t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u bil-kundizzjonijiet stipulati f’dawk it-Trattati; u

(b)    fir-rigward ta’ Singapore, għat-territorju tiegħu.

Ir-referenzi għal “territorju” f’dan il-Ftehim għandhom jiġu mifhuma f’dan is-sens, sakemm ma jkunx iddikjarat espliċitament mod ieħor.



ARTIKOLU 4.14

Annessi, Appendiċi, Dikjarazzjonijiet Konġunti, Protokolli u Qbil

L-Annessi, l-Appendiċi, id-Dikjarazzjonijiet Konġunti, il-Protokolli u l-Qbil ta’dan il-Ftehim jiffurmaw parti integrali minnu.

ARTIKOLU 4.15

Dħul fis-Seħħ

1.    Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet f’konformità mal-proċeduri tagħhom stess.

2.    Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara dik li fiha l-Partijiet jiskambjaw notifiki bil-miktub li jiċċertifikaw li huma lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri legali applikabbli rispettivi għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Il-Partijiet jistgħu jiffissaw data oħra bi ftehim.

3.    In-notifiki għandhom jintbagħtu lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni u lid-Direttur, id-Diviżjoni tal-Amerka ta’ Fuq u l-Ewropa, il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Singapore, jew lis-suċċessuri rispettivi tagħhom.



4.    (a)    Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Unjoni u Singapore jkunu infurmaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri rilevanti rispettivi tagħhom. Il-Partijiet jistgħu jiffissaw data oħra bi ftehim.

(b)    F’każ li ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma jistgħu jiġux jiġu applikati b’mod provviżorju, il-Parti li ma tkunx tista’ tagħmel tali applikazzjoni provviżorja għandha tinforma lill-Parti l-oħra dwar id-dispożizzjonijiet li ma jkunux jistgħu jiġu applikati b’mod provviżorju.

Minkejja s-subparagrafu 4(a), bil-kundizzjoni li l-Parti l-oħra tkun lestiet il-proċeduri meħtieġa u ma toġġezzjonax għall-applikazzjoni provviżorja fi żmien għaxart ijiem min-notifika li ċerti dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu applikati provviżorjament, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim li ma jkunux ġew innotifikati għandhom jiġu applikati b’mod provviżorju fl-ewwel jum tax-xahar wara n-notifika.

(c)    L-Unjoni jew Singapore jistgħu jitterminaw applikazzjoni provviżorja b’avviż bil-miktub lill-Parti l-oħra. Terminazzjoni bħal din għandha tiġi implimentata fl-ewwel jum tax-xahar wara n-notifika.

(d)    Meta dan il-Ftehim, jew ċerti dispożizzjonijiet tiegħu, jiġu applikati b’mod provviżorju, it-terminu “dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim” għandu jiġi mifhum li jfisser id-data tal-applikazzjoni provviżorja. Il-Kumitat jista’ jeżerċita l-funzjonijiet tagħhom matul l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim. Kull deċiżjoni adottata fl-eżerċizzju ta’ dawn il-funzjonijiet ma tibqax tgħodd jekk l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim tiġi tterminata u dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ.



ARTIKOLU 4.16

Tul ta’ Żmien

1.    Dan il-Ftehim għandu jibqa’ validu b’mod indefinit.

2.    Kull Parti tal-UE tista’ tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub bl-intenzjoni tagħha li tittermina dan il-Ftehim.

3.    Dan il-Ftehim għandu jintemm sitt xhur wara n-notifika skont il-paragrafu 2 mingħajr ħsara għall-Artikolu 4.17 (Terminazzjoni).

4.    Fi żmien tletin jum mill-wasla tan-notifika skont il-paragrafu 2, kull Parti tista’ titlob konsultazzjonijiet rigward jekk it-terminazzjoni ta’ kull dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhiex tidħol fis-seħħ f’data aktar tard minn dik prevista fil-paragrafu 2. Tali konsultazzjonijiet jibdew fi żmien 30 jum mill-wasla ta’ tali talba minn xi Parti



ARTIKOLU 4.17

Terminazzjoni

F’każ li dan il-Ftehim jiġi tterminat skont l-Artikolu 4.16 (Tul ta’ żmien), dan il-Ftehim għandu jibqa’ effettiv għal perjodu ieħor ta’ għoxrin sena minn dik id-data fir-rigward ta’ investimenti magħmula qabel id-data tat-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Dan l-Artikolu ma għandux japplika fil-każ tat-terminazzjoni tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim u dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ.

ARTIKOLU 4.18

L-Adeżjoni ta’ Stati Membri tal-Unjoni ġodda

1.    L-Unjoni għandha tinnotifika lil Singapore mingħajr dewmien żejjed b’kull talba għall-adeżjoni ta’ pajjiż terz mal-Unjoni.

2.    Matul in-negozjati bejn l-Unjoni u l-pajjiż kandidat li jkun irid jingħaqad magħha, l-Unjoni għandha tħabrek biex:

(a)    tipprovdi, b’talba ta’ Singapor, u sa fejn ikun possibbli, kull informazzjoni dwar kull kwistjoni koperta minn dan il-Ftehim; u

(b)    tqis kull tħassib espress minn Singapore.



3.    L-Unjoni għandha tinforma lil Singapore mill-aktar fis possibbli dwar l-eżitu tan-negozjati għall-adeżjoni mal-pajjiż kandidat li jkun irid jingħaqad mal-Unjoni, u tinnotifika lil Singapore bid-dħul fis-seħħ ta’ kull adeżjoni mal-Unjoni.

4.    Il-Kumitat għandu jeżamina kull effett ta’ tali adeżjoni fuq dan il-Ftehim biżżejjed minn qabel id-data tal-adeżjoni u għandu jiddeċiedi rigward kull aġġustament meħtieġ jew ftehimiet ta’ tranżizzjoni.

5.    Kull Stat Membru tal-Unjoni għandu jaderixxi għal dan il-Ftehim billi jippreżenta att ta’ adeżjoni għal dan il-Ftehim lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lid-Direttur, lid-Diviżjoni tal-Amerka ta’ Fuq u l-Ewropa, lill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Singapore, jew lis-suċċessuri rispettivi tagħhom.

ARTIKOLU 4.19

Testi Awtentiċi

Dan il-Ftehim ġie mfassal f’żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Estonjana, Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku daqs l-ieħor.

(1)    Għal aktar ċertezza, l-investimenti li jsiru “fit-territorju tal-Parti l-oħra” għandhom jinkludu investimenti li jsiru f’żona jew blata kontinentali ekonomika esklużiva kif ipprovdut fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982.
(2)    “drittijiet ta’ proprjetà intellettwali” tfisser:(a)    il-kategoriji ta’ proprjetà intellettwali li huma s-suġġett tat-Taqsimiet minn 1 sa 7 tal-Parti II tal-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali relatati mal-Kummerċ inklużi fl-Anness 1C tal-Ftehim dwar id-WTO (minn hawn ’il quddiem jissejjaħ “il-Ftehim TRIPS”) jiġifieri:(i)    drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati oħra;(ii)    privattivi (li, fil-każ tal-Unjoni, jinkludu drittijiet li ġejjin minn ċertifikati ta’ protezzjoni supplimentari);(iii)    trademarks;(iv)    disinji;(iv)    disinji tat-tqassim (topografiji) ta’ ċirkwiti integrati;(vi)    indikazzjonijiet ġeografiċi;(vii)    il-protezzjoni ta’ informazzjoni sigrieta; u(b)    drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti,
(3)    Għal aktar ċertezza, ordni jew sentenza imdaħħla f’azzjoni ġudizzjarja jew amministrattiva, fiha nnifisha ma għandhiex tikkostitwixxi investiment.
(4)    It-terminu “persuna fiżika” jinkludi persuni fiżiċi li jkunu jirrisjedu b’mod permanenti fil-Latvja u li ma jkunux ċittadini tal-Latvja jew kwalunkwe stat ieħor imma li jkunu intitolati, skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Latvja li jirċievu passaport mhux taċ-ċittadini (Passaport tal-Barranin).
(5)    It-terminu “amministrazzjoni ċentrali” jfisser l-uffiċċju prinċipali fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet aħħarija.
(6)    L-UE tifhem li l-kunċett ta’ “rabta effettiva u kontinwa” mal-ekonomija ta’ Stat Membru tal-Unjoni kif minqux fl-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huwa ekwivalenti għall-kunċett ta’ “operazzjonijiet sostantivi ta’ negozju”. Skont dan, għal persuna ġuridika stabbilita f’konformità mal-liġi ta’ Singapore u li jkollha biss l-uffiċċju reġistrat jew l-amministrazzjoni ċentrali tagħha fit-territorju ta’ Singapore, il-Parti tal-UE għandha testendi biss il-benefiċċji ta’ dan il-Ftehim jekk dik il-persuna ġuridika jkollha rabta ekonomika effettiva u kontinwa mal-ekonomija ta’ Singapore.
(7)    Għal aktar ċertezza, il-Partijiet jifhmu li t-terimini “trattament” jew “miżura” jinkludu n-nuqqas li wieħed jaġixxi.
(8)    Għal aktar ċertezza, dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal trattament ta’ Parti ta’ investituri koperti jew investimenti koperti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
(9)    Fil-każ tal-Parti tal-UE, “sussidju” tinkludi “għajnuna mill-Istat” kif iddefinit fil-liġi tal-UE.
(10)    Fil-każ tal-Parti tal-UE, l-awtoritajiet kompetenti intitolati biex jordnaw l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2.2 (4) huma l-Kummissjoni Ewropea jew qorti jew tribunal ta’ Stat Membru meta japplikaw il-liġi tal-UE fuq l-għajnuna mill-Istat.
(11)    Huwa mifhum li miżura “li ma tkunx inkonsistenti mal-impenji mnaqqxa fl-Iskeda ta’ Impenji Speċifiċi ta’ Parti fl-Anness 8-A u 8-B ta’ Kapitolu 8 (Servizzi, Stabbiliment u Kummerċ Elettroniku) tal-EUSFTA, rispettivament” għandha tinkludi kwalunkwe miżura fir-rigward ta’ kwalunkwe settur li ma ġiex imnaqqax, u kwalunkwe miżura li ma tkunx inkonsistenti ma’ kwalunkwe kundizzjoni, limitazzjoni jew riżerva li tkun ġiet imnaqqxa fir-rigward ta’ kwalunkwe settur, fl-Iskedi rispettivi, irrispettivament minn jekk tali miżura taffettwax l-“istabbiliment” kif definit fis-subparagrafu (d) tal-Artikolu 8.8 (Definizzjonijiet) tal-EUSFTA.
(12)    Għall-finijiet tal-paragrafu (2)(c), huwa mifhum li fatturi bħall-fatt li Parti tkun ipprevediet ċertu perjodu ta’ dħul gradwali għall-implimentazzjoni ta’ miżura jew li Parti tkun għamlet xi tentattiv ieħor biex tindirizza l-effetti tal-miżura fuq investimenti koperti li jkunu saru qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, għandhom jiġu kkunsidrati sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżura tikkawżax telf jew ħsara lill-investimenti koperti li jkunu saru qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżura.
(13)    L-eċċezzjoni tal-ordni pubblika tista’ tiġi invokata biss meta jkun hemm theddida serja ġenwina u suffiċjenti għal wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà.
(14)    Il-miżuri li huma mmirati sabiex jiżguraw l-impożizzjoni jew il-ġbir effettivi jew ekwi ta’ taxxi diretti jinkludu miżuri meħuda minn Parti taħt is-sistema tat-tassazzjoni tagħha li:(a)    japplikaw għal investituri jew investimenti konxji tal-fatt li l-obbligu tat-taxxa ta’ persuni mhux residenti huwa determinat fir-rigward ta’ oġġetti taxxabbli li jinkisbu jew jinsabu fit-territorju tal-Parti;(b)    japplikaw għal dawk li mhumiex residenti sabiex jiżguraw l-impożizzjoni jew il-ġbir tat-taxxi fit-territorju ta’ Parti;(c)    japplikaw għall-persuni mhux residenti jew għar-residenti sabiex jipprevjenu l-evitar jew l-evażjoni tat-taxxi, inklużi l-miżuri ta’ konformità;(d)    japplikaw għall-investimenti fit-territorju tal-Parti l-oħra jew minnu sabiex jiżguraw l-impożizzjoni jew il-ġbir ta’ taxxi fuq tali konsumaturi derivati minn sorsi fit-territorju tal-Parti;(e)    jagħżlu bejn investituri jew investimenti soġġetti għat-taxxa fuq oġġetti taxxabbli madwar id-dinja minn investituri jew investimenti oħra b’rikonoxximent tad-differenza fin-natura tal-bażi tat-taxxa bejniethom; jew(f)    jiddeterminaw, jallokaw jew jaqsmu l-introjtu, il-profitt, il-qligħ, it-telf, it-tnaqqis jew il-kreditu ta’ persuni residenti jew fergħat, jew bejn persuni jew fergħat relatati tal-istess persuna, sabiex jissalvagwardjaw il-bażi tat-taxxa tal-Parti.It-termini jew il-kunċetti tat-taxxa fil-paragrafu (f) u f’din in-nota f’qiegħ il-paġna huma determinati skont id-definizzjonijiet jew il-kunċetti tat-taxxa, jew definizzjonijiet u kunċetti ekwivalenti jew simili, skont il-liġi domestika tal-Parti li tieħu l-miżura.
(15)    It-trattament f’dan l-Artikolu jinkludi trattament ta’ investituri koperti li direttament jew indirettament jindaħlu lill-investituri koperti fl-operat, il-ġestjoni, iż-żamma, l-użu, it-tgawdija, u l-bejgħ jew disponiment ieħor tal-investimenti koperti tagħhom.
(16)    Għal aktar ċertezza, is-sempliċi fatt li l-pretensjoni tal-investitur kopert tkun ġiet miċħuda, imwarrba jew ma rnexxietx ma jikkostitwixxix, fih innifsu, ċaħda ta’ ġustizzja.
(17)    Għal aktar ċertezza, rappreżentazzjonijiet li jsiru sabiex iħeġġu l-investimenti jinkludu rappreżentazzjonijiet li jsiru biex jikkonvinċu lill-investitur ikompli, u mhux jillikwida jew jagħmel investimenti sussegwenti.
(18)    Għal aktar ċertezza, l-iffrustrament ta’ aspettattivi leġittimi kif deskritt f’dan il-paragrafu, minnu nnifsu, ma jammontax bħala ksur tal-paragrafu 2, u tali tfixkil tal-aspettattivi leġittimi jrid jirriżulta mill-istess avvenimenti jew ċirkostanzi li jwasslu għall-ksur tal-paragrafu 2.
(19)    Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “obbligu bil-miktub kuntrattwali” tfisser ftehim bil-miktub, li sar minn parti, hija stess jew permezz ta’ kwalunkwe entità msemmija fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 1.2 (Definizzjonijiet), ma’ investitur kopert jew investiment kopert sew fi strument wieħed jew diversi strumenti, li toħloq skambju ta’ drittijiet u obbligi, li jorbot liż-żewġ partijiet.
(20)    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, Parti tfixkel jew timmina impenn permezz tal-eżerċizzju ta’ awtorità governattiva tagħha meta tfixkel jew timmina l-istess impenn permezz tal-adozzjoni, iż-żamma jew in-nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżuri obbligatorji jew infurzabbli skont il-liġijiet nazzjonali.
(21)    Għal aktar ċertezza, dan l-Artikolu għandu jiġi interpretat f’konformità mal-Annessi minn 1 sa 3.
(22)    L-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja tista’ tiġi estiża permezz tal-introduzzjoni formali mill-ġdid tagħhom f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali kontinwi u wara li l-Parti l-oħra tkun ġiet innotifikata rigward l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe proposta ta’ introduzzjoni formali mill-ġdid.
(23)    Il-Partijiet jifhmu li t-terminu “trattament” jista’ jinkludi kull nuqqas li tittieħed azzjoni.
(24)    Biex jiġi evitat id-dubju, il-paragrafu 2(b) għandu jikkostitwixxi l-ftehim tal-Partijiet li jittrattaw lill-kumpanija stabbilita lokalment bħala nazzjonal ta’ Stat Kontraenti ieħor għall-finijiet tas-subparagrafu 2(b) tal-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni dwar is-Soluzzjoni ta’ Tilwim dwar l-Investiment bejn l-Istati u n-Nazzjonali ta’ Stati Oħrajn tat-18 ta’ Marzu 1965.
(25)    Persuna ġuridika tkun:(a)    proprjetà ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi tal-Parti l-oħra jekk aktar minn 50 fil-mija tal-interessi ta’ ekwità fiha jkunu proprjetà b’benefiċċju ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi ta’ dik il-Parti;(b)    ikkontrollata minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi tal-Parti l-oħra jekk tali persuni fiżiċi jew ġuridiċi jkollhom is-setgħa jaħtru l-maġġoranza tad-diretturi tagħha jew inkella li jmexxu b’mod legali l-azzjonijiet tagħha.
(26)    Għal aktar ċertezza:(a)    ir-regoli tal-arbitraġġ tal-mekkaniżmi rilavanti għas-soluzzjoni tat-tilwim għandhom japplikaw skont ir-regoli speċifiċi stipulati f’din it-Taqsima, u jiġu ssupplimentati bid-deċiżjonijiet adottati skont is-subparagrafu 4(c) tal-Artikolu 4.1 (Kumitat); u(b)    talbiet fejn rappreżentant jippreżenta talba f’isem klassi magħmula minn għadd mhux determinat ta’ rikorrenti mhux identifikati u jkun fi ħsiebu jwettaq il-proċedimenti billi jirrappreżenta l-interessi ta’ tali rikorrenti u li jagħmel id-deċiżjonijiet kollha dwar it-tmexxija tat-talba għan-nom tagħhom ma għandhomx ikunu ammissibbli.
(27)    Għall-fini tas-subparagrafi (a) u (b), it-terminu “Stat” huwa meqjus li jinkludi l-Unjoni, jekk l-Unjoni taderixxi għall-Konvezjoni ICSID.
(28)    Għal aktar ċertezza, il-fatt li persuna tirċievi introjtu mill-gvern, jew qabel kienet impjegata mill-gvern, jew għandha relazzjoni familjali ma’ persuna li tirċievi introjtu mill-gvern, fih innifsu ma jagħmilx lil dik il-persuna ineliġibbli.
(29)    Għal aktar ċertezza, il-liġi domestika tal-Partijiet ma għandhiex tkun parti mil-liġi applikabbli. Meta t-Tribunal ikun mitlub jaċċerta t-tifsira ta’ dispożizzjoni tal-liġi domestika ta’ waħda mill-Partijiet bħala stat ta’ fatt, dan għandu jsegwi l-interpretazzjoni prevalenti ta’ dik id-dispożizzjoni li tkun saret mill-qrati jew mill-awtoritajiet ta’ dik il-Parti, u kwalunkwe tifsira mogħtija lil-liġi domestika rilevanti li tkun saret mit-Tribunal ma għandha tkun vinkolanti fuq il-qrati jew l-awtoritajiet tal-ebda parti. It-Tribunal ma għandux ikollu ġurisdizzjoni biex jiddetermina l-legalità ta’ miżura, li allegatament tikkostitwixxi ksur ta’ dan il-Ftehim, skont il-liġi domestika tal-Parti litiganti.
(30)    Għal aktar ċertezza, għandha ssir għotja finali abbażi ta’ talba mir-rikorrent u għandha ssir wara li jitqies kull kumment mill-partijiet litiganti.
(31)    Għal aktar ċertezza, dan ma jimpedixxix lill-parti litiganti milli titlob lit-Tribunal jirrevedi, jikkoreġi, jew jinterpreta għotja, bħal skont l-Artikoli 50 u 51 tal-Konvenzjoni ICSID jew l-Artikoli 37 u 38 tar-Regoli ta’ Arbitraġġ ta’ UNCITRAL, jew dispożizzjonijiet ekwivalenti ta’ regoli oħra, kif applikabbli għall-proċedimenti inkwistjoni.
(32)    It-terminu “dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim” tfisser id-dispożizzjonijiet li jagħtu: (a) trattament mhux diskriminatorju lillinvestituri bil-mod u sal-livell previsti fl-Artikolu 2.3 (Trattament Nazzjonali); u (b) protezzjoni lill-investituri u l-investimenti tagħhom kontra l-esproprjazzjoni bil-mod u l-livell previsti fl-Artikolu 2.6 (Esproprjazzjoni).
(33)    Għal aktar ċertezza, il-Partijiet jaqblu li xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jwaqqaf xi miżura tat-tassazzjoni mmirata lejn il-benessri soċjali, l-għanijiet tas-saħħa pubblika jew tas-soċjokomunità oħra, jew lejn l-istabbiltà makroekonomika; jew benefiċċji tat-taxxa marbuta mal-post ta’ inkorporazzjoni u mhux man-nazzjonalità ta’ sid il-kumpanija. Miżuri tat-tassazzjoni mmirati lejn l-istabbiltà makroekonomika huma miżuri b’reazzjoni għall-movimenti u x-xejriet fl-ekonomija nazzjonali sabiex jiġu indirizzati jew biex jiġu evitati żbilanċi sistematiċi li jheddu serjament l-istabbiltà tal-ekonomija nazzjonali.

Brussell, 18.4.2018

COM(2018) 194 final

ANNESS

għal

Proposta ta' Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra


ANNESS 1

ESPROPRJAZZJONI

Il-Partijiet jikkonfermaw il-fehim komuni tagħhom li:

1.    L-Artikolu 2.6 (Esproprjazzjoni) jindirizza żewġ sitwazzjonijiet. L-ewwel waħda hija l-esproprjazzjoni diretta fejn l-investiment kopert jiġi nazzjonalizzat jew inkella direttament esproprjat permezz ta' trasferiment formali ta’ titolu jew qbid dirett. It-tieni hija l-esproprjazzjoni indiretta fejn miżura jew serje ta’ miżuri minn Parti jkollha effett ekwivalenti għal esproprjazzjoni diretta fis-sens li sostanzjalment iċċaħħad l-investitur kopert mill-attributi fondamentali ta’ proprjetà fl-investiment kopert tiegħu, inkluż id-dritt li juża, igawdi u jiddisponi mill-investiment kopert tiegħu, mingħajr ma jsiru trasferiment ta’ titolu jew qbid dirett.

2.    Id-determinazzjoni ta’ jekk miżura jew serje ta’ miżuri minn Parti, f’sitwazzjoni speċifika, tikkostitwixxix esproprjazzjoni indiretta teħtieġ inkjesta każ b’każ, ibbażata fuq il-fatti li tqis, fost fatturi oħra:

(a)    l-impatt ekonomiku tal-miżura jew serje ta’ miżuri u t-tul taż-żmien tagħha, għalkemm il-fatt li miżura jew serje ta’ miżuri minn Parti jkollha effett negattiv fuq il-valur ekonomiku ta’ investiment, waħdu, ma jistabbilixxix li tkun seħħet espropjazzjoni indiretta;



(b)    sa liema livell il-miżura jew is-serje ta’ miżuri jfixklu l-possibbiltà li l-propjetà tintuża, titgawda u jsir disponiment minnha; kif ukoll

(c)    l-għamla ta’ miżura jew serje ta’ miżuri, b’mod partikolari l-għan , il-kuntest u l-intenzjoni tagħha.

Għal aktar ċertezza, ħlief f’ċirkostanzi rari fejn l-impatt ta’ miżura jew serje ta’ miżuri ta’ emerġenza ikun tant gravi fid-dawl tal-għan tagħha li jidher manifestament eċċessiv, miżura jew serje ta’ miżuri mhux diskriminatorji minn Parti li jkunu mfassla u applikati biex jipproteġu l-objettivi leġittimi tal-politika pubblika, bħas-saħħa pubblika, is-sigurtà u l-ambjent, ma jikkostitwixxux esproprjazzjoni indiretta.

________________



ANNESS 2

ESPROPRJAZZJONI TAL-ART

1.    Minkejja l-Artikolu 2.6 (Esproprjazzjoni), meta Singapore ikun il-Parti li jesproprja, kull miżura ta’ esproprjazzjoni relatata ma’ art, li għandha tkun kif definita fl-Att tal-Akkwist tal-Art (Kapitolu 152) 1 , għandha sseħħ mal-ħlas ta’ kumpens bil-valur tas-suq skont il-leġiżlazzjoni msemmija.

2.    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, kull miżura ta’ esproprjazzjoni taħt l-Att tal-Akkwist tal-Art (Kapitolu 152) għandha tkun għal skop pubbliku jew inċidentali għal skop pubbliku.

________________



ANNESS 3

ESPROPRJAZZJONI U PROPRJETÀ INTELLETTWALI

Għal aktar ċertezza, ir-revoka, il-limitazzjoni jew il-ħolqien ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, sal-punt li l-miżura tkun konformi mal-Ftehim TRIPS u l-Kapitolu Għaxra (Proprjetà Intellettwali) tal-EUSFTA, ma jikkostitwixxux esproprjazzjoni. Barra minn hekk, determinazzjoni li dik il-miżura tkun inkonsistenti mal-Ftehim TRIPS u l-Kapitolu Għaxra (Proprjetà Intellettwali) tal-EUSFTA ma tistabbilixxix li kien hemm esproprjazzjoni.

________________



ANNESS 4

DEJN PUBBLIKU

1.    L-ebda pretensjoni li ristrutturar tad-dejn ta’ Parti jikser xi obbligu tal-Kapitolu Tnejn (Protezzjoni tal-Investiment) ma tista’ tiġi ppreżentata, jew jekk diġà ppreżentata, ma tista’ tiġi segwita taħt il-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni għat-Tilwim) Taqsima A (Soluzzjoni għat-Tilwim bejn l-Investituri u Partijiet) jekk ir-ristrutturar ikun ristrutturar innegozjat fiż-żmien tal-preżentazzjoni, jew isir ristrutturar innegozjat wara tali preżentazzjoni, ħlief fil-każ ta’ pretensjoni li r-ristrutturar ikun jikser l-Artikolu 2.3 (Trattament Nazzjonali) 2 .

2.    Minkejja l-Artikolu 3.6 (Sottomissjoni ta’ Talba quddiem it-Tribunal) taħt il-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni għat-Tilwim) Taqsima A (Soluzzjoni għat-Tilwim bejn l-Investituri u l-Partijiet), u suġġett għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness, investitur ma jistax iressaq pretensjoni taħt il-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni għat-Tilwim) Taqsima A (Soluzzjoni għat-Tilwim bejn l-Investituri u Partijiet) li xi ristrutturar tad-dejn ta’ Parti jikser obbligu skont il-Kapitolu Tnejn (Protezzjoni tal-Investiment) minbarra l-Artikolu 2.3 (Trattament Nazzjonali), sakemm ma jkunux għaddew 270 jum mid-data tal-preżentazzjoni mill-applikant tat-talba bil-miktub għall-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 3.3 (Konsultazzjonijiet) taħt il-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni għat-Tilwim) Taqsima A (Soluzzjoni għat-Tilwim bejn l-Investituri u Partijiet).



3.    Għall-finijiet ta' dan l-Anness:

“ristrutturar innegozjat” tfisser ir-ristrutturar jew l-iskedar mill-ġdid tad-dejn ta’ Parti li jkun ġie effettwat permezz ta’ (i) modifika jew emenda ta’ strumenti tad-dejn, kif previst skont it-termini tagħhom, inkluża l-liġi regolatorja tagħhom, jew (ii) l-iskambju tad-dejn jew xi proċess simili ieħor li fih id-detenturi ta’ mhux inqas minn 75 % tal-ammont prinċipali aggregat tad-dejn pendenti soġġett għar-ristrutturar ikunu taw il-kunsens tagħhom għal tali skambju ta’ dejn jew proċess ieħor.

“liġi applikabbli” ta’ strument tad-dejn tfisser il-qafas legali u regolatorju tal-ġurisdizzjoni applikabbli għal dak l-istrument tad-dejn.

4.    Għal ċertezza akbar, “dejn ta’ Parti” tinkludi, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, id-dejn ta’ gvern ta’ Stat Membru, jew ta’ Gvern fi Stat Membru, fuq livell ċentrali, reġjonali jew lokali.

________________



ANNESS 5

FTEHIMIET LI SSIR REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 4.12

Il-ftehimiet bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u Singapore huma:

1.    ll-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapore u l-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproċi tal-Investimenti, magħmul f’Singapore fil-15 ta’ Settembru 2003;

2.    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapore u l-Unjoni Ekonomika BelgoLussemburgiża dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-investimenti, magħmul fi Brussel fis-17 ta’ Novembru 1978;

3.    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapore u l-Gvern tar-Repubblika Ċeka dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-investimenti, magħmul f’Singapore fit-8 ta’ April 1995;

4.    It-Trattat bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika ta’ Singapore dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċipoka tal-Investimenti, magħmul f’Singapore fit-3 ta’ Ottubru 1973;



5.    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapore u l-Gvern tar-Repubblika ta' Franza dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Investimenti, magħmul f’Pariġi fit-8 ta’ Settembru 1975;

6.    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapore u l-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-investimenti, magħmul f’Singapore fis-7 ta’ Lulju 1998;

7.    Il-Ftehim bejn ir-Repubblika ta’ Singapore u r-Repubblika tal-Ungerija dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-investimenti, magħmul f’Singapore fis-17 ta’ April 1997;

8.    Il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Ekonomika bejn il-Gvern tar-Renju tan-Netherlands u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapore, magħmul f’Singapore fis-16 ta’ Mejju 1972;

9.    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapore u l-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Investimenti, magħmul f’Warsavja, il-Polonja, fit-3 ta' Ġunju 1993;

10.    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapore u l-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investimenti, magħmul f’Singapore fil-25 ta’ Jannar 1999;



11.    Il-Ftehim bejn ir-Repubblika ta’ Singapore u r-Repubblika tas-Slovakkja dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reċiproka tal-Investimenti, magħmul f’Singapore fit-13 ta’ Ottubru 2006;

12.    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Singapore u l-Gvern tar-Repubblika tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Investimenti, magħmul f’Singapore fit-22 ta’ Lulju 1975.

________________



ANNESS 6

FIL-KAŻ TA’ DISPUTI BEJN L-INVESTITURI U L-PARTIJIET

ARTIKOLU 1

Objettiv

L-objettiv ta' dan il-mekkaniżmu ta' medjazzjoni hu li jiffaċilita s-sejba ta’ soluzzjoni bi ftehim reċiproku permezz ta’ proċedura komprensiva u espedjenti bl-assistenza ta’ medjatur.

TAQSIMA A

PROĊEDURA TAĦT IL-MEKKANIŻMU TA’ MEDJAZZJONI

ARTIKOLU 2

Bidu tal-Proċedura

1.    Parti litiganti tista’ titlob, fi kwalunkwe waqt, il-bidu tal-proċedura ta' medjazzjoni. Din it-talba għandha tkun indirizzata lill-parti l-oħra bil-miktub.



2.    Il-parti li lilha hija indirizzata t-talba tagħti kunsiderazzjoni favorevoli lit-talba u taċċetta jew tirrifjuta bil-miktub fi żmien għaxart ijiem mill-irċevuta.

3.    Meta t-talba tkun tirrigwarda kwalunkwe trattament minn istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni jew minn kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni, u l-ebda intimat ma jkun ġie determinat skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.5 (Notifika ta’ Intenzjoni), it-talba għandha tkun indirizzata lill-Unjoni. Jekk l-Unjoni taċċetta t-talba, it-tweġiba għandha tispeċifika jekk l-Unjoni jew l-Istat Membru kkonċernat huwiex se jkun parti għal proċedura ta’ medjazzjoni 3 .

ARTIKOLU 3

Għażla tal-Medjatur

1.    Il-partijiet litiganti għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar medjatur mhux aktar tard minn ħmistax-il jum wara li tasal it-tweġiba għat-talba msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 (Bidu tal-Proċedura) ta' dan l-Anness. Tali ftehim jista' jinkludi l-ħatra ta’ medjatur minn fost il-Membri tat-Tribunal stabbilit skont l-Artikolu 3.9 (Tribunal tal-Prim’Istanza).



2.    F’każ li l-partijiet fil-kawża ma jkunux jistgħu jaqblu fuq il-medjatur skont il-paragrafu 1, kull waħda mill-partijiet litiganti tista’ titlob lill-President tat-Tribunal biex itella’ l-medjatur bil-polza minn fost il-membri tat-Tribunal stabbilit skont l-Artikolu 3.9 (Tribunal ta’ Prim’ Istanza). Il-President tat-Tribunal għandu jagħżel il-medjatur fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mit-talba minn kull waħda mill-partijiet litiganti.

3.    Medjatur m'għandux ikun ċittadin ta’ waħda mill-Partijiet, sakemm il-partijiet litiganti ma jaqblux mod ieħor.

4.    Il-medjatur għandu jassisti b’mod imparzjali u trasparenti, lill-partijiet litiganti biex jiċċaraw il-miżura u l-effetti negattivi possibbli tagħha fuq il-kummerċ u l-investiment, u biex jilħqu soluzzjoni bi qbil reċiproku.

ARTIKOLU 4

Regoli tal-Proċedura ta’ Medjazzjoni

1.    Fi żmien għaxart ijiem mill-ħatra tal-medjatur, il-parti litiganti li tkun sejħet għall-proċedura ta’ medjazzjoni tippreżenta deskrizzjoni dettaljata tal-problema, bil-miktub, lill-medjatur u lill-parti litiganti l-oħra, b'mod partikolari dwar l-operazzjoni tal-miżura inkwistjoni u tal-effetti negattivi tagħha fuq l-investiment. Fi żmien 20 jum wara d-data tal-wasla ta’ din is-sottomissjoni, il-parti litiganti l-oħra tista’ tressaq, bil-miktub, il-kummenti tagħha dwar id-deskrizzjoni tal-problema. Kull parti litiganti tista’ tinkludi fid-deskrizzjoni jew fil-kummenti tagħha kwalunkwe informazzjoni li tqis rilevanti.



2.    Il-medjatur jista’ jiddeċidi dwar l-aktar mod xieraq biex jiċċara l-miżura kkonċernata u l-effetti potenzjali fuq l-investimenti. B'mod partikolari, il-medjatur jista’ jorganizza laqgħat bejn il-partijiet litiganti, jikkonsulta mal-partijiet litiganti b'mod konġunt jew individwalment, ifittex l-assistenza ta' jew jikkonsulta mal-esperti u l-imsieħba interessati rilevanti u jipprovdi kwalunkwe appoġġ addizzjonali mitlub mill-partijiet litiganti. Madankollu, qabel ifittex l-għajnuna jew jikkonsulta mal-esperti u l-imsieħba interessati rilevanti, il-medjatur għandu jikkonsulta mal-partijiet litiganti.

3.    Il-medjatur għandu joffri pariri u jipproponi soluzzjoni għall-kunsiderazzjoni tal-partijiet litiganti li jistgħu jaċċettaw jew jirrifjutaw is-soluzzjoni proposta jew jistgħu jaqblu dwar soluzzjoni differenti. Madankollu, il-medjatur ma għandux jagħti pariri jew kummenti fuq il-konsistenza tal-miżura inkwistjoni mal-Kapitolu Tnejn (Protezzjonital-Investiment).

4.    Il-proċedura għandha ssir fit-territorju tal-parti litiganti li lilha tkun ġiet indirizzata t-talba, jew bi ftehim reċiproku fi kwalunkwe post ieħor jew permezz ta’ mezzi oħrajn.

5.    Il-partijiet litiganti jistinkaw biex jaslu għal soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku fi żmien sittin jum mill-ħatra tal-medjatur. Sakemm jintlaħaq ftehim aħħari, il-partijiet litiganti jistgħu jikkonsidraw soluzzjonijiet interim possibbli.

6.    Soluzzjonijiet miftiehma b'mod reċiproku jkunu disponibbli pubblikament. Madankolu, il-verżjoni żvelata lill-pubbliku ma’ tista' tinkludi l-ebda informazzjoni li parti litiganti tkun iddikjarat bħala kunfidenzjali.



7.    Il-proċedura tintemm:

(a) bl-adozzjoni ta’ soluzzjoni bi qbil reċiproku mill-partijiet litiganti, fid-data tal-adozzjoni;

(b)    permezz ta’ ftehim reċiproku tal-partijiet litiganti fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, fid-data ta’ dak il-ftehim;

(c)    permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub tal-medjatur, wara konsultazzjoni mal-partijiet litiganti, li sforzi ulterjuri ta’ medjazzjoni ma jwasslu mkien, fid-data ta' dik id-dikjarazzjoni;

(d)    permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub ta’ parti litiganti wara li jkunu ġew esplorati soluzzjonijiet li jkun sar qbil dwarhom reċiprokament skont il-proċedura ta’ medjazzjoni u wara li jkunu kkunsidraw kwalunkwe parir jew soluzzjoni proposta mill-medjatur, fid-data ta' dik id-dikjarazzjoni.

TAQSIMA B

L-IMPLIMENTAZZJONI

ARTIKOLU 5

Implimentazzjoni ta’ Soluzzjoni Miftiehma Reċiprokament

1.    Fejn il-partijiet litiganti jkunu ftiehmu fuq soluzzjoni, kull parti litiganti tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta s-soluzzjoni bi qbil reċiproku fiż-żmien miftiehem.



2.    Il-parti litiganti li qed timplimenta tgħarraf lill-parti litiganti l-oħra bil-miktub b’kull pass jew miżura li tieħu biex timplimenta s-soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku.

3.    Fuq talba tal-partijiet litiganti, il-medjatur għandu joħroġ abbozz ta’ rapport fattwali bil-miktub lill-partijiet litiganti li jkollu ġabra fil-qosor ta’:

(a)    il-miżura inkwistjoni f'dawn il-proċeduri;

(b) il-proċeduri segwiti; kif ukoll

(c)    kwalunkwe soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku li tkun intlaħqet bħala r-riżultat finali ta’ dawn il-proċeduri inklużi s-soluzzjonijiet interim possibbli.

Il-medjatur jipprovdi lill-partijiet litiganti ħmistax-il jum biex jikkummentaw fuq l-abbozz tar-rapport. Wara li jikkunsidra l-kummenti tal-partijiet litiganti ppreżentati fil-ħin, il-medjatur jippreżenta r-rapport fattwali finali bil-miktub lill-partijiet litiganti fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol. Ir-rapport fattwali ma jkunx jinkludi kull interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim.



TAQSIMA C

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

ARTIKOLU 6

Relazzjoni mas-Soluzzjoni ta’ Tilwim

1.    Il-proċedura ta' medjazzjoni mhix maħsuba biex isservi bħala bażi għal proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim skont dan il-Ftehim jew xi ftehim ieħor. Parti litiganti ma għandhiex tibbaża ruħha fuq, jew tintroduċi bħala evidenza, f’tali proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim, u l-ebda bord, tribunal jew panel aġġudikanti ma’ għandu jikkunsidra:

(a)    pożizzjonijiet meħuda mill-parti litiganti l-oħra matul il-proċedura ta’ medjazzjoni;

(b)    il-fatt li l-parti litiganti l-oħra indikat ir-rieda li taċċetta soluzzjoni għall-miżura suġġetta għal medjazzjoni; jew

(c)    pariri mogħtija jew proposti magħmula mill-medjatur.

2.    Il-mekkaniżmu ta’ medjazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali tal-Partijiet u tal-partijiet fil-kawża skont il-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim) Taqsima A (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn l-Investituri u Partijiet) jew it-Taqsima B (Soluzzjoni ta’ Tilwim bejn Partijiet).



3.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 tal-Artikolu 4 (Regoli tal-Proċedura ta’ Medjazzjoni) ta’ dan l-Anness u sakemm il-Partijiet litiganti jaqblu mod ieħor, il-passi kollha tal-proċedura, inkluż kwalunkwe parir jew soluzzjoni proposta, għandhom ikunu kunfidenzjali. Madankollu, kwalunkwe parti litiganti tista’ tiżvela lill-pubbliku li qed issir medjazzjoni.

ARTIKOLU 7

Skadenzi

Kwalunkwe limitu taż-żmien imsemmi f'dan l-Anness jista' jiġi modifikat bi ftehim reċiproku tal-partijiet litiganti.

ARTIKOLU 8

Il-kosti

1.    Kull parti litiganti għandha ġġarrab il-kostijiet kollha tagħha li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ medjazzjoni.



2.    Il-partijiet litiganti għandhom jaqsmu b'mod konġunt u indaqs l-ispejjeż li jirriżultaw minn kwistjonijiet organizzazzjonali, inkluż ir-rimunerazzjoni u l-ispejjeż tal-medjatur. L-onorarji u l-ispejjeż tal-medjaturi għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti skont ir-Regolament 14(1) tar-Regolamenti Amministrattivi u Finanzjarji tal-Konvenzjoni ICSID fis-seħħ fid-data ta’ bidu tal-medjazzjoni.

________________



ANNESS 7

KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦALL-MEMBRI TAT-TRIBUNAL, IT-TRIBUNAL TAL-APPELL U MEDJATURI

Definizzjonijiet

1.    F'dan il-Kodiċi ta' Kondotta:

“Membru” tfisser Membru tat-Tribunal jew Membru tat-Tribunal tal-Appell stabbilit skont il-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim) Taqsima A (Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn l-Investituri u Partijiet);

“medjatur” tfisser persuna li jmexxi medjazzjoni f’konformità mal-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim) Taqsima A (Soluzzjoni tat-Tilwim bejn l-Investituri u Partijiet);

“kandidat” tfisser individwu li jkun qiegħed jiġi ikkunsidrat għall-għażla bħala Membru;

“assistent” tfisser persuna li, skont it-termini tal-ħatra bħala Membru, jagħmel riċerka jew jipprovdi assistenza lill-Membru;

“persunal”, fir-rigward ta’ Membru, tfisser dawk il-persuni li jaqgħu taħt id-direzzjoni u l-kontroll tal-Membru, ħlief l-assistenti.



Responsabbiltajiet għall-proċess

2.    Kull kandidat u kull Membru għandu jevita kondotta mhux xierqa u d-dehra ta’ kondotta mhux xierqa, għandu jkun independenti u imparzjali, għandu jevita kunflitti ta’ interess diretti jew indiretti u għandu josserva standards għolja ta’ kondotta sabiex jinżammu l-integrità u l-imparzjalità tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim. Il-Membri ma għandhomx jieħdu struzzjonijiet mingħand xi organizzazzjoni jew gvern fir-rigward ta’ kwistjonijiet quddiem it-Tribunal jew it-Tribunal tal-Appell. Il-membri preċedenti għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi minn 15 sa 21 ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta.

Obbligi dwar x'għandu jiġi żvelat

3.    Qabel il-konferma bħala Membru, kandidat għandu jiddivulga lill-Partijiet kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni, preżenti jew passati, li x’aktarx li taffettwa l-indipendenza jew l-imparzjalità tiegħu, jew li tista’ toħloq b’mod raġonevoli xi dehra ta’ mġiba mhux xierqa jew preġudizzju fil-proċedura. Għal dan il-għan, kandidat jagħmel l-isforzi kollha raġonevoli biex isir konxju ta’ kwalunkwe interess, relazzjoni u kwistjoni bħal din.

4.    Membru għandu jikkomunika affarijiet relatati ma' ksur attwali jew potenzjali ta’ din il-Kodiċi ta’ Kondotta lill-partijiet litiganti u lill-Parti mhux litiganti.



5.    F’kull ħin, il-Membri għandhom ikomplu jagħmlu kull sforz raġonevoli biex isiru konxji ta' kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni kif issir referenza fil-paragrafu 3 ta' din il-Kodiċi ta’ Kondotta u għandhom jiddivulgawhom. L-obbligu ta’ divulgazzjoni huwa dmir kontinwu li jitlob li Membru jiddivulga kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni bħal dawn li jistgħu jitfaċċaw matul kwalunkwe stadju tal-proċediment fl-ewwel okkażjoni possibbli wara li l-Membru isir konxju minnu. Il-Membru għandu jiddivulga kull interess, relazzjoni jew kwistjoni bħal dawn billi jinforma lill-partijiet fil-kawża u lill-Parti mhux fil-kawża, bil-miktub, għall-kunsiderazzjoni tagħhom.

Dmirijiet tal-membri

6.    Membru għandu jwettaq dmirijietu bir-reqqa u bla dewmien matul il-proċediment, u b’ġustizzja u diliġenza.

7.    Membru għandu jikkunsidra biss dawk il-kwistjonijiet imqajma waqt il-proċediment u li jitqiesu meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni u m’għandux jiddelega dan id-dmir lil xi persuna oħra.

8.    Membru għandu jwettaq il-passi kollha xierqa biex jiżgura li l-assistenti u l-persunal tiegħu jkunu konxji tal-paragrafi 2, 3, 4, 5, 19, 20 u 21 ta’ dan il-Kodiċi tal-Kondotta u li jkunu konformi magħhom.

9.    Membru m'għandux jimpenja ruħu f'kuntatti ex parte li jikkonċernaw il-proċediment.



Indipendenza u imparzjalità tal-Membri

10.    Membru għandu jkun indipendenti u imparzjali u jevita li joħloq impressjoni ta’ kondotta mhux xierqa jew preġudizzju u ma jkunx influwenzat minn interess personali, pressjoni esterna, konsiderazzjonijiet politiċi, fama pubblika, lealtà lejn xi parti litiganti jew Parti mhux litiganti jew biża’ mill-kritika.

11.    Membru ma għandux jidħol, la direttament u lanqas indirettament, għal xi obbligu jew jaċċetta kwalunkwe benefiċċju li jista’ bi kwalunkwe mod ifixkel, jew jidher li jfixkel, fit-twettiq xieraq ta’ dmirijietu.

12.    Membru ma għandux juża l-pożizzjoni tiegħu fuq il-bord tal-arbitraġġ għall-aġevolament ta’ kwalunkwe interess personali jew privat u għandu jevita azzjonijiet li jistgħu jagħtu l-impressjoni li oħrajn huma f’pożizzjoni speċjali biex jinfluwenzawh.

13.    Membru ma għandux iħalli relazzjonijiet jew responsabilitajiet finanzjarji, tan-negozju, professjonali, familjari jew soċjali jinfluwenzaw il-kondotta jew il-ġudizzju tiegħu.

14.    Kull Membru huwa obbligat jevita li jidħol fi kwalunkwe relazzjoni jew li jakkwista kwalunkwe interess finanzjarju, li x’aktarx jaffettwa l-imparzjalità tiegħu jew li jista’, b’mod raġonevoli, joħloq dehra ta’ mġiba mhux xierqa jew ta’ preġudizzju.



Obbligi ta’ Membri preċedenti

15.    Il-Membri kollha preċedenti għandhom jevitaw azzjonijiet li jistgħu joħolqu d-dehra li kienu ppreġudikati fit-twettiq ta’ dmirijiethom jew li bbenefikaw b'xi mod mid-deċiżjonijiet tal-tribunal.

16.    Bla ħsara għall-Artikolu 3.9(5) (Tribunal ta’ Prim’ Istanza) u l-Artikolu 3.10(4) (Tribunal tal-Appell), il-Membri għandhom jintrabtu li wara tmiem il-mandat tagħhom huma ma jinvolvu ruħhom bl-ebda mod, ikun xi jkun;

(a)    f’disputi dwar l-investiment li kienu pendenti quddiem it-Tribunal jew it-Tribunal tal-Appell qabel tmiem il-mandat tagħhom;

(b)    f’disputi dwar l-investiment direttament u b’mod ċar marbuta ma’ disputi, inklużi disputi konklużi, li huma setgħu ittrattaw bħala Membri tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell.

17.    Il-Membri għandhom jintrabtu li għal perijodu ta’ tliet snin wara t-tmiem tal-mandat tagħhom, huma ma għandhomx jaġixxu bħala rappreżentanti ta’ xi waħda mill-partijiet litiganti f’disputi dwar l-investiment quddiem it-Tribunal jew it-Tribunal tal-Appell.

18.    Jekk il-President tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell jiġi infurmat jew inkella jsir konxju li xi eks-Membru tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell, rispettivament, ikun allegatament kiser l-obbligi stipulati fil-paragrafi 15 sa 17, huwa għandu jeżamina l-kwistjoni, u jagħti l-opportunità biex l-eks-Membru jispjega ruħu. Jekk, wara verifika, jirriżultatlu li l-allegat ksur ikun ġie kkonfermat, huwa għandu jinforma:



(a)    lill-korp professjonali jew xi istituzzjoni oħra li magħha dak l-eks-Membru jkun affiljat;

(b) il-Partijiet; kif ukoll

(c)    lill-president ta’ kwalunkwe tribunal tal-investiment relevanti jew xi tribunal tal-appell.

Il-President tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell għandu jippubblika r-riżultanzi tiegħu skont dan il-paragrafu.

Kunfidenzjalità

19.    L-ebda Membru jew eks-Membru ma għandu, fl-ebda mument, ma jiżvela jew juża informazzjoni mhux pubblika li tikkonċerna proċediment jew akkwistata waqt proċediment ħlief għall-finijiet ta’ dak il-proċediment u b'mod partikolari fl-ebda każ, ma jiżvela jew juża l-ebda informazzjoni tali biex jikseb vantaġġ personali jew vantaġġ għal oħrajn jew biex jaffettwa ħażin l-interessi ta’ oħrajn.

20.    Membru ma għandux jiżvela deċiżjoni tal-bord jew partijiet minnha qabel ma tiġi ppubblikata f’konformità mal-Anness 8.

21.    Membru jew eks-Membru ma għandu fl-ebda mument jiżvela d-deliberazzjonijiet tat-Tribunal jew tat-Tribunal tal-Appell, jew il-fehma ta’ xi Membru rigward id-deliberazzjonijiet.



Spejjeż

22.    Kull Membru jiddokumenta u jagħti kont finali taż-żmien dedikat għall-proċedura u tal-ispejjeż magħmula.

Medjaturi

23.    Id-dixxiplini mfissra f'din il-Kodiċi tal-Kondotta kif japplikaw għall-Membri jew l-eks-Membru għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-medjaturi.

Kumitat Konsultattiv

24.    Il-President tat-Tribunal u ta’ President tat-Tribunal tal-Appell ikun t-tnejn assistiti minn Kumitat Konsultattiv, magħmul mill-Viċi President rispettiv u l-aktar membru anzjan skont l-età tat-Tribunal u tat-Tribunal tal-Appell rispettivament, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ dan il-Kodiċi tal-Kondotta, l-Artikolu 3.11 (Etika) u għat-twettiq ta’ kwalunkwe kompitu ieħor, fejn ikun hekk previst.

________________



ANNESS 8

REGOLI DWAR AĊĊESS PUBBLIKA GĦAL DOKUMENTI, SEDUTI U L-POSSIBBILTÀ TA’ PERSUNI TERZI LI JAGĦMLU SOTTOMISSJONIJIET

ARTIKOLU 1

1.    Bla ħsara għall-Artikoli 2 u 4 ta’ dan l-Anness, l-intimat għandu, wara li jirċievi d-dokumenti li ġejjin, minnufih jgħaddihom lill-Parti mhux litiganti u lir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 5 ta’ dan l-Anness, li għandu jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku:

(a)    it-talba għal konsultazzjonijiet li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.3 (Konsultazzjonijiet);

(b)    l-avviż ta’ intenzjoni li ssir referenza għalih fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.5 (Notifika ta’ Intenzjoni);

(c)    id-determinazzjoni tal-intimat li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.5 (Notifika ta’ Intenzjoni);

(d)    il-preżentazzjoni ta’ pretensjoni kif issir referenza għaliha fl-Artikolu 3.6 (Preżentazzjoni ta' Talba quddiem it-Tribunal);



(e)    talbiet, monumenti, u briefs imressqa quddiem it-tribunal minn parti litiganti, rapporti ta’ esperti, u kwalunkwe sottomissjonijiet bil-miktub imressqa skont l-Artikolu 3.17 (il-Parti mhuxlitiganti għal-Ftehim) u l-Artikolu 3 ta’ dan l-Anness;

(f)    minuti jew traskritti ta' seduti tat-Tribunal, fejn disponibbli; kif ukoll

(g)    ordnijiet, premjijiet, u deċiżjonijiet tat-Tribunal jew, fejn applikabbli, tal-President jew tal-Viċi President tat-Tribunal.

2.    Suġġett għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan l-Anness, it-Tribunal jista’ jiddeċiedi, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba minn kwalunkwe persuna, u wara konsultazzjoni mal-partijiet litiganti, jekk iridx jagħmel disponibbli kwalunkwe dokument ieħor provdut lit-Tribunal, jew maħruġa minnu, li ma jaqax fi ħdan il-paragrafu 1. Dan jista’ jinkludi, pereżempju, li dawn id-dokumenti jkunu disponibbli fuq sit speċifiku jew permezz tar-repożitorju msemmi fl-Artikolu 5 ta’ dan l-Anness.

ARTIKOLU 2

It-Tribunal għandu jagħmel seduti miftuħa għall-pubbliku u għandu jiddetermina, f’konsultazzjoni mal-partijiet litiganti, l-arranġamenti loġistiċi adegwati. Madankollu, kwalunkwe waħda mill-partijiet litiganti li jkollha l-ħsieb li tuża informazzjoni mmarkata bħala informazzjoni protetta f’xi seduta għandha tinforma b’dan lit-Tribunal. It-Tribunal għandu jagħmel l-arranġamenti xierqa biex jipproteġi din l-informazzjoni milli tiġi żvelata.



ARTIKOLU 3

1.    It-Tribunal jista’, wara konsultazzjonijiet mal-partijiet litiganti, jippermetti lil persuna li ma tkunx parti litiganti u ma tkunx Parti mhux litiganti għal dan il-Ftehim (minn hawn ’il quddiem msemmija bħala “terza persuna”) sabiex tippreżenta sottomissjoni bil-miktub mat-Tribunal rigward kwistjoni li tkun taqa’ fi ħdan l-ambitu tat-tilwima.

2.    Terza persuna li tkun tixtieq tagħmel sottomissjoni għandha tapplika lit-Tribunal, u għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja bil-miktub f’waħda mil-lingwa li biha jkunu qegħdin isiru l-proċedumenti, b’mod konċiż, u fi ħdan dawk il-limiti ta’ tul, kif jista’ jkunu stabbiliti mit-Tribunal:

(a)    deskrizzjoni tat-terza persuna, inkluż, fejn rilevanti, is-sħubija tagħha u l-istatus legali (pereżempju, assoċjazzjoni tal-kummerċ jew organizzazzjoni mhux governattiva oħra), l-għanijiet aħħarija ġenerali tagħha, in-natura tal-attivitajiet tagħha, u kwalunkwe organizzazzjoni prinċipali, inkluż kwalunkwe organizzazzjoni li tikkontrolla direttament jew indirettament lit-terza persuna;

(b)    l-iżvelar ta’ kwalunkwe konnessjoni, diretta jew indiretta, li l-persuna terza għandha ma’ kwalunkwe mill-partijiet litiganti;

(c)    informazzjoni dwar kwalunkwe gvern, persuna jew organizzazzjoni li jkunu pprovdew kull għajnuna finanzjarja jew għajnuna oħra fit-tħejjija tal-preżentazzjoni jew ipprovdew għajnuna sostanzjali lill-persuna terza f’waħda mis-sentejn ta’ qabel l-applikazzjoni mit-terza persuna taħt dan l-Artikolu (eż. finanzjament ta’ madwar 20 fil-mija ta’ operazzjonijiet globali tagħha kull sena);



(d)    deskrizzjoni tan-natura tal-interess li jkollha t-terza persuna fl-arbitraġġ; kif ukoll

(e)    l-identifikazzjoni tal-kwistjonijiet speċifiċi ta’ fatt jew ta’ liġi fl-arbitraġġ li l-persuna terza tixtieq tindirizza fis-sottomissjoni tagħha bil-miktub.

3.    Fid-determinazzjoni ta’ jekk tiġix permessa tali sottomissjoni, it-Tribunal għandu jieħu inkunsiderazzjoni, fost affarijiet oħra:

(a)    jekk it-terza persuna għandhiex interess sinifikanti fil-proċeduri; kif ukoll

(b)    sa liema punt is-sottomissjoni tkun tista’ tgħin lit-Tribunal fid-determinazzjoni ta’ kwistjoni fattwali jew legali relatata ma’ proċedimenti ta’ arbitraġġ billi ġġib perspettiva, għarfien partikolari jew l-għarfien li huwa differenti minn dik tal-partijiet litiganti.

4.    Is-sottomissjoni ppreżentata mit-terza persuna għandha:

(a)    tkun datata u ffirmata mill-persuna li tippreżenta s-sottomissjoni f’isem terza persuna;

(b)    tkun konċiża, u fl-ebda każ itwal minn kif awtorizzat mit-Tribunal;

(c)    tistabbilixxi dikjarazzjoni preċiża dwar il-pożizzjoni tat-terza persuna dwar kwistjonijiet; kif ukoll

(d)    tkun tindirizza biss kwistjonijiet fl-ambitu tat-tilwima.



5.    It-Tribunal għandu jiżgura li tali sottomissjonijiet ma jfixklux jew ma jkunux ta’ piż żejjed għall-proċeduri ta' arbitraġġ, jew jkunu ta' preġudizzju lill kwalunkwe mill-partijiet litiganti. It-Tribunal jista’ jadotta kwalunkwe proċeduri xierqa fejn meħtieġ biex jiġġestixxi diversi sottomissjonijiet.

6.    It-Tribunal għandu jiżgura li l-partijiet litiganti jingħataw opportunità raġonevoli sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar kwalunkwe sottomissjoni minn terza persuna.

ARTIKOLU 4

1.    Informazzjoni kunfidenzjali jew protetta, kif definit fil-paragrafu 2 u kif ġie identifikat skont il-paragrafi 3 sa 9, m’għandhiex issir disponibbli għall-pubbliku.

2.    Informazzjoni kunfidenzjali jew protetta tikkonsisti fi:

(a)    informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali;

(b)    informazzjoni li hija protetta biex ma ssirx disponibbli għall-pubbliku taħt dan il-Ftehim;

(c)    informazzjoni li hija protetta biex ma ssirx disponibbli għall-pubbliku, f’każ ta’ informazzjoni tal-intimat, taħt il-liġi tal-konvenut u fil-każ ta’ informazzjoni oħra, skont kwalunkwe liġi jew regoli stabbiliti li jkunu applikabbli għall-iżvelar ta’ tali informazzjoni mit-Tribunal.



3.    Meta dokument ħlief xi ordni jew deċiżjoni tat-Tribunal ikun se jsir disponibbli għall-pubbliku skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 ta’ dan lAnness, il-parti litiganti, il-Parti mhux litiganti jew xi terza persuna li tressaq id-dokument għandha, fil-mument tas-sottomissjoni tad-dokument:

(a)    tindika jekk hix tinsisti li d-dokument jinkludi informazzjoni li għandha tiġi protetta kontra l-pubblikazzjoni;

(b)    tidentifika b’mod ċar l-informazzjoni fil-mument li tkun ġiet sottomessa lit-Tribunal; kif ukoll

(c)    fil-pront jew fiż-żmien stabbilit mit-Tribunal, tissottometti verżjoni ridotta tad-dokument li ma jkunx fiha l-informazzjoni msemmija.

4.    Meta dokument, li ma jkunx ordni jew deċiżjoni tat-Tribunal, għandu jsir disponibbli għall-pubbliku skont deċiżjoni tat-Tribunal skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 ta’ dan l-Anness, il-parti litiganti, il-Parti mhux litiganti jew terza persuna li tkun ressqet id-dokument għandħa, fi żmien tletin jum mid-deċiżjoni tat-Tribunal li d-dokument għandu jkun disponibbli għall-pubbliku, tindika jekk hija ssostnix li d-dokument jinkludi informazzjoni li għandha tiġi protetta minn divulgazzjoni u tissottometti verżjoni ridotta tad-dokument li ma jkunx fiha din l-informazzjoni.

5.    Fejn hija proposta redazzjoni skont il-paragrafu 4, kwalunkwe mill-partijiet litiganti oħra għajr il-persuna li ppreżentat id-dokument inkwistjoni jistgħu joġġezzjonaw għall-proposta ta’ redazzjoni u/jew tipproponi li d-dokument jiġi redatt b’mod differenti. Kwalunkwe oġġezzjoni bħal din jew kontraproposta għandha ssir fi żmien tletin jum minn meta tkun ġie riċevut dokument kif ridott apposta.



6.    Meta ssir ordni, deċiżjoni jew l-għoti tat-tribunal għandha ssir disponibbli għall-pubbliku skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 ta’ dan l-Anness, it-tribunal għandu jagħti lill-partijiet litiganti kollha l-opportunità li jagħmlu sottomissjonijiet dwar sa fejn id-dokument fih informazzjoni li għandha tiġi protetta minn pubblikazzjoni u biex jipproponu reviżjoni tad-dokument biex ma jkunx hemm pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija.

7.    It-Tribunal għandu jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha li jirrelataw mar-redazzjoni proposta ta’ dokumenti skont il-paragrafi 3 sa 6, u għandu jiddetermina, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, sa liema punt kull informazzjoni li tinsab f’dokumenti li għandhom jiġu magħmula disponibbli għall-pubbliku, għandhom jiġu redatti.

8.    Jekk it-Tribunal jiddetermina li l-informazzjoni ma għandhiex tiġi redatta minn dokument skont il-paragrafi 3 sa 6 jew li xi dokument ma għandux ma jitħalliex ikun disponibbli għall-pubbliku, kwalunkwe mill-partijiet litiganti, Parti mhux litiganti jew terza persuna li minn jeddha tkun ippreżentat id-dokument għar-reġistrazzjoni tista’, fi żmien tletin jum ta’ determinazzjoni tat-Tribunal:

(a)    tirtira d-dokument kollu jew parti minnu li jkun fih tali informazzjoni mir-reġistru tal-proċeduri; jew

(b)    terġa’ tissottometti d-dokument f’forma li tkun konformi ma’ determinazzjoni tat-Tribunal.

9.    Kwalunkwe waħda mill-partijiet litiganti li għandha l-intenzjoni li tuża informazzjoni li hija ssostni li għandha tkun informazzjoni kunfidenzjali jew protetta f’seduta għandha tinforma lit-Tribunal. It-Tribunal għandu, wara konsultazzjoni mal-partijiet litiganti, jiddeċiedi jekk dik l-informazzjoni għandhiex tiġi protetta u għandu jagħmel arranġamenti biex jevita kwalunkwe informazzjoni protetta milli ssir pubblika skont l-Artikolu 2 ta’ dan l-Anness.



10.    Informazzjoni m’għandhiex tkun disponibbli għall-pubbliku fejn l-informazzjoni, jekk magħmula disponibbli għall-pubbliku, tkun tista’ tipperikola l-integrità tal-proċess ta’ soluzzjoni tat-tilwima kif determinat skont il-paragrafu 11.

11.    It-Tribunal jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq applikazzjoni ta’ parti litiganti, wara konsultazzjoni mal-Partijiet litiganti fejn prattikabbli, jieħu l-miżuri xierqa biex jillimita jew jipposponi l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni fejn din il-pubblikazzjoni tista' tipperikola l-integrità tal-proċess ta’ soluzzjoni tat-tilwima:

(a)    peress li tista' tfixkel il-ġbir jew il-produzzjoni ta' provi; jew

(b)    peress li tista’ twassal għall-intimidazzjoni tax-xhieda, l-avukati ta’ partijiet litiganti, jew il-membri tat-Tribunal; jew

(c)    f’ċirkostanzi eċċezzjonali komparabbli.

ARTIKOLU 5

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, permezz tas-Segretarjat UNCITRAL, għandu jaġixxi bħala repożitorju u għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni skont dan l-Anness.



ARTIKOLU 6

Meta dan l-Anness jipprovdi lit-Tribunal biex jeżerċita diskrezzjoni, it-Tribunal għandu jeżerċita dik id-diskrezzjoni, fil-kunsiderazzjoni ta’:

(a)    l-interess tal-pubbliku fit-trasparenza tas-soluzzjoni tat-tilwim rigward investiment, abbażi tat-trattati u tal-proċedimenti partikolari; kif ukoll

(b)    l-interess tal-partijiet litigiant f'riżoluzzjoni ġusta u effiċjenti tad-disputa tagħhom.

________________



ANNESS 9

REGOLI TA' PROĊEDIMENTI TAL-ARBITRAĠĠ

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.    Fit-Taqsima B (Soluzzjoni tat-Tilwim bejn Partijiet) tal-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim) u skont dan l-Anness:

"konsulent" tfisser persuna miżmuma minn Parti biex tagħti pariri jew tassisti lil dik il-Parti fil-proċedimenti tal-bord tal-arbitraġġ;

“arbitru” tfisser membru ta’ bord tal-arbitraġġ stabbilit skont l-Artikolu 3.29 (It-Twaqqif tal-Bord tal-Arbitraġġ);

"assistent" ifisser persuna li, skont it-termini tal-ħatra ta’ arbitru, twettaq, tirriċerka jew tipprovdi assistenza lill-arbitru;

"ir-rikorrent" tfisser kwalunkwe Parti li titlob it-twaqqif ta’ bord tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 3.28 (Bidu tal-Proċedura ta' Arbitraġġ);

"il-konvenut" tfisser il-Parti li jkun qiegħed jiġi allegat li tkun qiegħda tikser id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.25 (Kamp ta' applikazzjoni);



“bord tal-arbitraġġ” tfisser bord stabbilit skont l-Artikolu 3.29 (It-Twaqqif tal-Bord tal-Arbitraġġ);

“rappreżentant ta’ Parti” tfisser impjegat jew kwalunkwe persuna maħtura minn dipartiment jew aġenzija tal-gvern jew kwalunkwe entità pubblika oħra ta’ Parti, li tirrappreżenta l-Parti għall-għanijiet ta’ tilwim skont dan il-Ftehim

2.    Dan l-Anness japplika għall-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim skont il-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim bejn il-Partijiet) sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor.

3.    Il-konvenut ikun inkarigat mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim, b’mod partikolari l-organizzazzjoni tas-smigħ tal-każ, sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor. Il-Partijiet jaqsmu l-ispejjeż b'mod ekwu li jirriżultaw minn kwistjonijiet organizzattivi, inklużi l-ispejjeż tal-arbitri.

Notifiki

4.    Il-Partijiet u l-bord tal-arbitraġġ jibagħtu kwalunkwe talba, avviż, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor permezz ta’ posta elettronika, b’kopja mibgħuta dakinhar stess permezz ta’ trasmissjoni bil-faks, posta rreġistrata, kurjer, kunsinna b’irċevuta jew kwalunkwe mezz ieħor ta’ telekomunikazzjoni li jipprovdi evidenza li l-oġġett ikun intbagħat. Sakemm ma jkunx ippruvat mod ieħor, messaġġ bil-posta elettronika jitqies li jkun wasal fl-istess jum li jintbagħat.



5.    Parti tipprovdi kopja elettronika ta’ kull sottomissjoni bil-miktub u rifjuti lil kull wieħed mill-arbitri u fl-istess ħin lill-Parti l-oħra. Kopja stampata tad-dokument tkun ipprovduta wkoll.

6.    In-notifiki kollha jkunu indirizzati lid-Direttur, id-Diviżjoni tal-Amerika ta’ Fuq u tal-Ewropa, il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija ta' Singapore u lid-Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea tal-Unjoni, rispettivament.

7.    Żbalji żgħar ta’ natura klerikali li jsiru fi kwalunkwe talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor relatat mal-proċeduri tal-bord tal-arbitraġġ, sakemm il-Parti l-oħra toġġezzjona, jistgħu jitranġaw permezz tal-kunsinna ta’ dokument ġdid li jindika l-bidliet b’mod ċar.

8.    Jekk l-aħħar jum għall-kunsinna ta’ dokument jaħbat jum ta’ btala uffiċjali jew jum ta’ mistrieħ fis-Singapore jew fl-Unjoni, id-dokument jista’ jkun ikkunsinnat fil-jum tan-negozju li jkun imiss.

Il-bidu tal-arbitraġġ

10.    (a)    Jekk skont l-Artikolu 3.29 (It-Twaqqif tal-Bord tal-Arbitraġġ) jew tar-Regoli 22, 24 jew 51 ta’ dan l-Anness, l-arbitri jintgħażlu bix-xorti, ir-rappreżentanti taż-żewġ Partijiet ikunu preżenti meta ssir l-għażla bix-xorti.

(b)    Sakemm il-Partijiet ma jiftiehmux mod ieħor, huma jiltaqgħu mal-bord tal-arbitraġġ fi żmien sebat ijiem mit-twaqqif tiegħu biex jistabbilixxu dawk il-kwistjonijiet li l-Partijiet jew il-bord tal-arbitraġġ iqisu xierqa, inklużi r-rimunerazzjoni u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-arbitri. L-arbitri u r-rappreżentanti tal-Partijiet jistgħu jieħdu sehem f'din il-laqgħa permezz tat-telefown jew ta' konferenza awdjoviżiva.



11.    (a)    Sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor fi żmien sebat ijiem mid-data tat-twaqqif tal-bord ta’ arbitraġġ, it-termini ta’ referenza tal-bord ta’ arbitraġġ ikunu:

“li jeżamina, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim, il-kwistjoni msemmija fit-talba għat-twaqqif tal-bord ta’ arbitraġġ magħmula skont l-Artikolu 3.28; biex jiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.25 billi jagħmel sejbiet ta’ liġi u/jew ta’ fatt, flimkien mar-raġunijiet tagħha; u joħroġ deċiżjoni skont l-Artikoli 3.31 u 3.32.”.

(b)    Meta l-Partijiet ikunu qablu fuq it-termini ta’ referenza tal-bord tal-arbitraġġ, huma jinnotifikaw tali ftehim lill-bord tal-arbitraġġ minnufih.

Is-sottomissjonijiet inizjali

12.    Ir-rikorrent għandu jippreżenta s-sottomissjoni inizjali tiegħu bil-miktub mhux aktar tard minn 20 jum wara l-istabbiliment tal-bord tal-arbitraġġ. Il-konvenut għandu jgħaddi l-kontrosottomissjoni tiegħu bil-miktub sa mhux aktar tard minn għoxrin jum wara d-data tal-kunsinna tas-sottomissjoni inizjali bil-miktub.

Il-ħidma tal-bordijiet tal-arbitraġġ

13.    Il-president tal-bord tal-arbitraġġ jippresjedi fil-laqgħat kollha tiegħu. Bord ta' arbitraġġ jista' jiddelega l-awtorità lill-president biex jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u proċedurali.



14.    Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor fil-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim) Taqsima B (Soluzzjoni tat-Tilwim bejn il-Partijiet), il-bord tal-arbitraġġ jista’ jwettaq l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mezz, inkluż b’komunikazzjoni bit-telefown, fax jew kollegamenti bil-kompjuter.

15.    L-arbitri biss jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ, iżda l-bord tal-arbitraġġ jista' jippermetti lill-assistenti tiegħu jkunu preżenti waqt id-deliberazzjonijiet tiegħu.

16.    L-ibbozzar ta’ kwalunkwe deċiżjoni tibqa’ r-responsabbiltà esklussiva tal-bord tal-arbitraġġ u ma tistax tiġi delegata.

17.    Meta tqum xi kwistjoni proċedurali li ma tkunx koperta mill-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim) Taqsima B (Soluzzjoni tat-Tilwim bejn il-Partijiet) u l-Annessi tiegħu, il-bord tal-arbitraġġ, wara li jikkonsulta l-Partijiet, jista' jadotta proċedura xierqa li tkun kompatibbli ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.

18.    Meta l-bord tal-arbitraġġ iqis li hemm il-ħtieġa li jimmodifika xi limitu taż-żmien applikabbli fil-proċedimenti jew li jagħmel kwalunkwe aġġustament proċedurali jew amministrattiv ieħor, huwa jinforma bil-miktub lill-Partijiet bir-raġunijiet għall-bidla jew l-aġġustament u bil-perjodu jew l-aġġustament meħtieġ.

Sostituzzjoni

19.    Jekk arbitru ma jkunx jista’ jipparteċipa fil-proċediment, jirtira ruħu, jew ikollu jinbidel, jintgħażel sostitut f’konformità mal-Artikolu 3.29 (It-Twaqqif tal-Bord tal-Arbitraġġ).



20.    Meta Parti tqis li arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Kondotta skont l-Anness 11 (minn hawn 'il quddiem “il-Kodiċi ta’ Kondotta”) u li minħabba f’hekk ikollu jinbidel, din il-Parti tinnotifika lill-Parti l-oħra fi żmien 15-il jum minn meta tkun saret taf biċ-ċirkostanzi li kienu l-bażi tal-ksur materjali tal-Kodiċi ta’ Kondotta mill-arbitru.

21.    Meta Parti tqis li xi arbitru għajr il-president ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Kondotta, il-Partijiet jikkonsultaw u, jekk jaqblu dwar dan, jibdlu l-arbitru u jagħżlu sostitut skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 3.29 (It-Twaqqif tal-Bord tal-Arbitraġġ).

22.    Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-bżonn li jinbidel arbitru, kwalunkwe Parti tista' titlob li din il-kwistjoni tiġi riferuta lill-president tal-bord tal-arbitraġġ, u d-deċiżjoni tiegħu tkun waħda finali.

Jekk, b'segwitu għal talba bħal din, il-president isib li arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Kondotta, jintgħażel arbitru ġdid.

Il-Parti li tkun għażlet l-arbitru li jeħtieġ li jiġi sostitwit tagħżel arbitru wieħed minn fost il-bqija tal-individwi rilevanti fuq il-lista stabbilita skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.44 (Listi ta’ Arbitri). Jekk Parti tonqos milli tagħżel arbitru fi żmien ħamest ijiem mill-kostatazzjoni tal-president tal-bord tal-arbitraġġ, il-president tal-Kumitat jew id-delegat tal-President jagħżel arbitru, bix-xorti minn fost il-bqija tal-individwi rilevanti fuq il-lista stabbilita skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.44 (Listi ta’ Arbitri), fi żmien għaxart ijiem mis-sejba tal-president tal-bord tal-arbitraġġ.



Jekk il-lista li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.44 (Listi ta’ Arbitri) ma tkunx ġiet stabbilita fiż-żmien meħtieġ skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 3.29 (It-Twaqqif tal-Bord tal-Arbitraġġ), il-Parti li kienet għażlet l-arbitru li jrid jiġi sostitwit jew, jekk dik il-Parti ma jirnexxilhiex, il-president tal-Kumitat għall-Kummerċ jew id-delegat tal-president jagħżel arbitru fi żmien ħamest ijiem wara li tkun saret il-kostatazzjoni mill-president tal-bord tal-arbitraġġ:

(a)    meta l-Parti tkun naqset milli tipproponi individwi, minn fost l-individwi proposti mill-Parti l-oħra li jkun għad fadal skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.44 (Listi tal-Arbitri);

(b)    meta l-Partijiet ikunu naqsu milli jaqblu dwar lista ta’ ismijiet skont l-Artikolu l-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.44 (Listi tal-Arbitri), minn fost l-individwi li l-Parti kienet ipproponiet skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.44 (Listi tal-Arbitri).

23.    Meta Parti tqis li l-president tal-bord tal-arbitraġġ ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Kondotta, il-Partijiet jikkonsultaw u, jekk jaqblu dwar dan, jibdlu lill-president u jagħżlu sostitut billi jsegwu l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3.29 (It-Twaqqif tal-Bord tal-Arbitraġġ).

24.    Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-bżonn li jinbidel il-president, kwalunkwe Parti tista’ titlob li din il-kwistjoni tiġi riferuta lil parti terza newtrali. Jekk il-Partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu dwar parti terza newtrali, din il-kwistjoni tiġi riferuta lil wieħed mill-membri li jifdal fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.44 (Listi tal-Arbitri). Ismu jew isimha jittella’ bil-polza mill-president tal-Kumitat, jew mid-delegat tal-president. Id-deċiżjoni ta’ din il-persuna dwar il-ħtieġa li jinbidel il-president tkun finali.



Jekk din il-persuna tiddeċiedi li l-president oriġinali ma kienx konformi mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Kondotta, il-Partijiet jaqblu dwar is-sostituzzjoni. Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar president ġdid, il-President tal-Kumitat għall-Kummerċ, jew id-delegat tiegħu, jagħżel bix-xorti minn fost il-membri li għad baqa' fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.44 (Listi tal-Arbitri). Il-membri l-oħra fil-lista jeskludu, fejn rilevanti, il-persuna li tkun iddeċidiet li l-president oriġinali ma kienx konformi mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Kondotta. L-għażla tal-president il-ġdid għandha ssir fi żmien ħamest ijiem mis-sejba tal-ħtieġa ta' bidla tal-president.

25.    Il-proċedimenti tal-bord tal-arbitraġġ jiġu sospiżi matul il-perjodu ta' żmien li jittieħed sabiex jitwettqu l-proċeduri msemmija fil-Regoli 19, 20, 21, 22, 23 u 24 ta' dan l-Anness.

Seduti

26.    Il-president għandu jiffissa d-data u l-ħin tas-seduta ta' smigħ f'konsultazzjoni mal-Partijiet u l-arbitri l-oħrajn, u jikkonferma dan bil-miktub lill-Partijiet. Din l-informazzjoni tkun disponibbli pubblikament ukoll mill-Parti inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti meta s-smigħ ikun miftuħ għall-pubbliku. Sakemm ma jkunx hemm Parti li ma taqbilx, il-bord ta' arbitraġġ jista' jiddeċiedi li ma jlaqqax seduta.

27.    Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, is-seduta ta' smigħ issir fi Brussell jekk ir-rikorrent ikun Singapore u u f'Singapore jekk ir-rikorrent tkun l-Unjoni.

28.    Il-bord ta' arbitraġġ jista' jitlob li jkun hemm aktar minn seduta ta' smigħ waħda jekk il-Partijiet jaqblu dwar dan.



29.    L-arbitri kollha għandhom ikunu preżenti fil-ħin kollu ta' kull seduta.

30.    Il-persuni li ġejjin jistgħu jkunu preżenti għas-seduta, irrespettivament minn jekk il-proċedimenti jkunux miftuħin għall-pubbliku jew le:

(a)    rappreżentanti tal-Partijiet;

(b)    konsulenti tal-Partijiet;

(c)    persunal amministrattiv, interpreti, tradutturi u korrispondenti tal-qrati; kif ukoll

(d)    assistenti tal-arbitri.

Ir-rappreżentanti u l-konsulenti tal-Partijiet biss jistgħu jindirizzaw lill-bord tal-arbitraġġ.

31.    Mhux aktar tard minn ħamest ijiem qabel id-data ta’ seduta, kull Parti tagħti lista lill-bord tal-arbitraġġ bl-ismijiet, u fl-istess ħin lill-Parti l-oħra, ta’ dawk il-persuni li jkunu sejrin iressqu argumenti orali jew jagħmlu preżentazzjonijiet matul is-seduta f’isem dik il-Parti, u ta’ rappreżentanti jew konsulenti oħra li jkunu sejrin jattendu s-seduta.

32.    Is-smigħ tal-bordijiet tal-arbitraġġ ikunu miftuħin għall-pubbliku, sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux li s-smigħ għandu jkun parzjalment jew kompletament magħluq għall-pubbliku. Meta s-seduti jkunu miftuħin għall-pubbliku, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor:



(a)    l-aċċess pubbliku jsir permezz ta' xandir simultanju televiżiv b’ċirkwit magħluq lejn kamra ta’ osservazzjoni separata fil-post tal-arbitraġġ;

(b)    tkun meħtieġa reġistrazzjoni biex is-seduti ta’ smigħ jintwerew fil-pubbliku;

(c)    l-ebda reġistrazzjoni tal-awdjo jew tal-vidjow jew fotografija ma għandha titħalla fil-kamra ta’ osservazzjoni;

(d)    il-Bord ikollu d-dritt li jitlob għal sessjoni magħluqa ta’ kwalunkwe mis-seduti sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati ma’ kwalunkwe mill-informazzjoni kunfidenzjali.

Il-bord ta' arbitraġġ għandu jiltaqa' f'seduta magħluqa meta s-sottomissjoni u l-argumenti ta' xi Parti jkun fihom informazzjoni kunfidenzjali. Eċċezzjonalment, il-bord ikollu d-dritt li jmexxi s-seduti ta’ smigħ fil-magħluq f’kull ħin bl-inizjattiva tiegħu stess jew wara talba mill-Parti jew mill-Parti l-oħra.

33.    Il-bord ta' arbitraġġ għandu jmexxi s-seduta b'dan il-mod, filwaqt li jiżgura li l-Parti rikorrenti u l-Parti konvenuta jingħataw l-istess ħin:

Sottomissjonijiet

(s)    is-sottomissjoni tar-rikorrent;

(b)    il-kontrosottomissjoni tal-konvenut;



Tweġibiet

(a)    it-tweġiba tar-rikorrent;

(b)    il-kontrotweġiba tal-konvenut.

34.    Il-bord tal-arbitraġġ jista' jindirizza direttament mistoqsijiet liż-żewġ Partijiet f'kwalunkwe ħin matul is-seduta ta' smigħ.

35.    Il-bord tal-arbitraġġ jagħmel arranġamenti, mill-aktar fis possibbli, għat-tlestija u l-kunsinna lill-Partijiet tat-traskrizzjoni ta’ kull seduta.

36.    Kull Parti tista’ tibgħat lill-bord ta' arbitraġġ u b'mod simultanju lill-Parti l-oħra sottomissjoni supplimentari bil-miktub li tikkonċerna kwalunkwe kwistjoni li qamet matul is-seduta fi żmien għaxart ijiem wara d-data tas-seduta.

Mistoqsijiet bil-miktub

37.    Il-bord tal-arbitraġġ jista’ fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti jindirizza mistoqsijiet bil-miktub lil wieħed mill-Partijiet jew lit-tnejn li huma. Kull waħda mill-Partijiet għandha tirċievi kopja ta' kwalunkwe mistoqsija magħmula mill-bord tal-arbitraġġ.

38.    Kull Parti għandha wkoll tipprovdi kopja tat-tweġiba tagħha bil-miktub għall-mistoqsijiet tal-bord lill-bord tal-arbitraġġ u fl-istess ħin tibgħatha lill-Parti l-oħra. Kull Parti tingħata l-opportunità li tipprovdi kummenti bil-miktub dwar it-tweġiba tal-Parti l-oħra fi żmien ħamest ijiem mid-data tal-wasla.



Kunfidenzjalità

39.    Il-Partijiet u l-konsulenti tagħhom għandhom iżommu l-kunfidenzjalità tas-seduti tal-bord tal-arbitraġġ meta s-seduti jinżammu f’sessjoni magħluqa, b’konformità mar-Regola 32 ta’ dan l-Anness, id-deliberazzjonijiet u r-rapport interim tal-bord, u kull sottomissjonijiet lill-Bord u kull komunikazzjoni miegħu. Kull Parti u l-konsulenti tagħha għandhom jittrattaw bħala kunfidenzjali l-informazzjoni ppreżentati mill-Parti l-oħra lill-bord tal-arbitraġġ u li dik il-Parti tkun indikat bħala kunfidenzjali. Meta s-sottomissjoni ta’ xi Parti lill-bord tal-arbitraġġ jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali, din il-Parti tipprovdi wkoll, wara talba tal-Parti l-oħra, fi żmien 15-il ġurnata, verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sottomissjoni li tista’ tiġi ddivulgata lill-pubbliku. Ma hemm xejn f’dawn ir-regoli li jipprekludi Parti milli xxandar stqarrijiet biex turi l-pożizzjoni tagħha lill-pubbliku, diment li meta tirreferi għal informazzjoni mressqa mill-Parti l-oħra, ma tikxifx informazzjoni mmarkata mill-Parti l-oħra bħala kunfidenzjali.

Kuntatti ex parte

40.    Il-bord tal-arbitraġġ ma għandux jiltaqa’, jisma' jew b'xi mod ieħor jagħmel kuntatt ma’ Parti fin-nuqqas tal-Parti l-oħra.

41.    L-ebda arbitru ma għandu jiddiskuti kwalunkwe aspett tal-kontenut tal-proċedimenti ma’ Parti jew mal-Partijiet fin-nuqqas tal-arbitri l-oħra.



Sottomissjonijiet amicus curiae

42.    Sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor fi żmien tlett ijiem mid-data tat-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ, il-bord tal-arbitraġġ jista’ jirċievi sottomissjonijiet bil-miktub mingħajr ma jkun talab għalihom minn persuni naturali jew legali interessati tal-Partijiet, sakemm ikunu saru fi żmien għaxart ijiem mid-data tat-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ, u li jkunu konċiżi u fl-ebda każ ma jkunu itwal minn 15-il faċċata ttajpjata, inklużi kwalunkwe anness, u li jkunu direttament rilevanti għall-kwistjonijiet fattwali li jkunu qed jiġu kkunsidrati mill-bord tal-arbitraġġ.

43.    Is-sottomissjoni tinkludi deskrizzjoni tal-persuna li tkun qiegħda tagħmel is-sottomissjoni, sew naturali u sew legali, inkluża n-nazzjonalità u l-post ta’ stabbiliment tagħha, in-natura tal-attivitajiet tagħha u s-sorsi tal-finanzjament tagħha, u tispeċifika n-natura tal-interess li dik l-istess persuna għandha fil-proċediment tal-arbitraġġ. Is-sottomissjoni ssir fil-lingwi magħżula mill-Partijiet skont ir-Regola 46 ta' dan l-Anness.

44.    Fid-deċiżjonijiet tiegħu, il-bord tal-arbitraġġ jelenka s-sottomissjonijiet kollha li jkun irċieva u li jkunu konformi mar-Regoli 42 u 43 ta' dan l-Anness. Il-bord tal-arbitraġġ ma għandux ikun obbligat jindirizza, fid-deċiżjoni tiegħu, l-argumenti li jkunu saru f'dawn is-sottomissjonijiet. Kwalunkwe sottomissjoni miksuba mill-bord tal-arbitraġġ skont dan l-Anness titressaq lill-Partijiet għall-kummenti tagħhom.

Każijiet urġenti

45.    F'każijiet ta' urġenza msemmija fil-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim) Taqsima B (Soluzzjoni tat-Tilwim bejn il-Partijiet), il-bord tal-arbitraġġ, wara li jikkonsulta lill-Partijiet, jaġġusta l-limiti ta' żmien imsemmija f'dawn ir-regoli skont kif ikun jixraq u għandu jinnotifika lill-Partijiet dwar aġġustamenti bħal dawn.



Traduzzjoni u interpretazzjoni

46.    Matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.26 (Konsultazzjonijiet), u mhux iktar tard mil-laqgħa li hemm referenza għaliha fir-Regola 10(b) ta’ dan l-Anness, il-Partijiet jagħmlu ħilithom sabiex jaqblu fuq lingwa tax-xogħol komuni għall-proċedimenti quddiem il-bord tal-arbitraġġ.

47.    Kwalunkwe Parti tista’ tipprovdi kummenti dwar kwalunkwe verżjoni tradotta ta’ dokument imfassal skont dan l-Anness.

48.    F’każ ta’ kwalunkwe diverġenza dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-bord ta’ arbitraġġ għandu jqis il-fatt li dan il-Ftehim kien innegozjat bl-Ingliż.

Kalkolu tat-termini

49.    Meta, minħabba l-applikazzjoni tar-Regola 8 ta’ dan l-Anness, Parti tirċievi dokument f’data differenti minn dik ta’ meta l-Parti l-oħra tkun irċeviet l-istess dokument, kwalunkwe perjodu ta’ żmien li jkun ikkalkulat fuq il-bażi tad-data meta jasal dak id-dokument għandu jkun ikkalkulat mill-aħħar jum tal-wasla ta’ dak id-dokument.



Proċeduri oħra

50.    Dan l-Anness huwa applikabbli wkoll għall-proċeduri stabbiliti skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.34 (Perjodu ta’ Żmien Raġonevoli għall-Konformità), il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.35 (Rieżami ta’ Kwalunkwe Miżura Meħuda sabiex Tikkonforma mad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Arbitraġġ), il-paragrafu 3 tal-Artikolu 3.36 (Rimedji Temporanji f’Każ ta’ Nuqqas ta’ Konformità), il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.37 (Rieżami ta’ Kwalunkwe Miżura Meħuda sabiex Tikkonforma mad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Arbitraġġ Wara sSospensjoni ta’ Obbligu). Madankollu, il-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan l-Anness ikunu aġġustati f’konformità mallimiti taż-żmien speċjali previsti għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-bord tal-arbitraġġ f’dawk il-proċeduri l-oħrajn.

51.    Fil-każ tal-bord oriġinali, jew ta' xi ftit mill-membri tiegħu, li ma jkunux jistgħu jiltaqgħu għall-proċeduri stabbiliti skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.34 (Perjodu ta’ Żmien Raġonevoli għall-Konformità), il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.35 (Rieżami ta’ Kwalunkwe Miżura Meħuda sabiex Tikkonforma mad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Arbitraġġ), il-paragrafu 3 tal-Artikolu 3.36 (Rimedji Temporanji f’Każ ta’ Nuqqas ta’ Konformità), il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.37 (Rieżami ta’ Kwalunkwe Miżura Meħuda sabiex Tikkonforma mad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Arbitraġġ Wara s-Sospensjoni ta’ Obbligu), il-proċeduri stabbiliti skont l-Artikolu 3.29 (It-Twaqqif tal-Bord tal-Arbitraġġ) japplikaw. Il-limitu taż-żmien għan-notifika tad-deċiżjoni tiġi estiża bi 15-il jum.

________________



ANNESS 10

IL-PROĊEDURA TA’ MEDJAZZJONI GĦAL TILWIMIET BEJN IL-PARTIJIET

ARTIKOLU 1

Għan u Ambitu

1.    L-għan ta' dan l-Anness hu li jiffaċilita s-sejba ta' soluzzjoni maqbula reċiprokament permezz ta' proċedura komprensiva u mingħajr dewmien bl-assistenza ta' medjatur.

2.    Dan l-Anness għandu japplika għal kull miżura fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim li tkun taffettwa b’mod negattiv il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet, għajr jekk ipprovvdut mod ieħor.

ARTIKOLU 2

Talba għal Informazzjoni

1.    Qabel ma jingħata bidu għall-proċedura ta’ medjazzjoni, Parti tista’ titlob bil-miktub f'kull ħin informazzjoni rigward miżura li tkun qed tolqot ħażin il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet. Il-Parti li ssirilha tali talba għandha tipprovdi, fi żmien għoxrin jum, tweġiba bil-miktub.



2.    Meta l-Parti li tkun qed twieġeb tqis li ma jkunx prattikabbli li twieġeb fi żmien għoxrin jum, hija għandha tinforma lill-Parti li tkun qed tagħmel it-talba bir-raġunijiet għad-dewmien, flimkien ma’ stima tal-iqsar perjodu li fih tkun tista’ tipprovdi t-tweġiba tagħha.

ARTIKOLU 3

Bidu tal-Proċedura

1.    Parti tista’ titlob, f'kull waqt, li l-Partijiet jidħlu fi proċedura ta’ medjazzjoni. Din it-talba għandha tkun indirizzata lill-Parti l-oħra bil-miktub. It-talba għandha tkun dettaljata biżżejjed li tippreżenta b’mod ċar it-tħassib tal-Parti li tkun qiegħda tagħmel it-talba u:

(a)    tidentifika l-miżura speċifika inkwistjoni;

(b)    tipprovdi dikjarazzjoni tal-effetti negattivi allegati li l-Parti li tkun qiegħda tagħmel it-talba temmen li l-miżura għandha, jew se jkollha, fuq il-kummerċ jew l-investiment bejn il-Partijiet; kif ukoll

(c)    tispjega kif il-Parti li tkun qiegħda tagħmel it-talba tqis li dawk l-effetti jkunu marbuta mal-miżura.

2.    Il-Parti li lilha hija indirizzata t-talba tagħti kunsiderazzjoni simpatetika lit-talba u taċċetta jew tirrifjuta bil-miktub fi żmien għaxart ijiem mill-irċevuta.



ARTIKOLU 4

Għażla tal-Medjatur

1.    Il-partijiet litiganti għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar medjatur mhux aktar tard minn ħmistax-il jum wara li tasal it-tweġiba għat-talba msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 (Bidu tal-Proċedura) ta' dan l-Anness.

2.    Jekk il-Partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu fuq il-medjatur fi ħdan l-iskandenza stabbilita, kull waħda mill-Partijiet tista’ titlob lill-president tal-Kumitat għall-Kummerċ, jew lid-delegat tal-president, biex itella’ l-medjatur bil-polza mil-lista stabbilita fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3.44 (Lista tal-Arbitri) Ir-rappreżentanti taż-żewġ partijiet huma intitolati li jkunu preżenti meta ssir il-polza.

3.    Il-president tal-Kumitat, jew id-delegat tal-president, jagħżel l-arbitri fi żmien ħamest ijiem mit-talba msemmija fil-paragrafu 2.

4.    Medjatur ma għandux ikun ċittadin ta’ waħda mill-partijiet, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor.

5.    Il-medjatur għandu jassisti b’mod imparzjali u trasparenti lill-Partijiet f’li jiċċaraw il-miżura u l-effetti negattivi possibbli tagħha fuq il-kummerċ u l-investiment, u f’li jilħqu soluzzjoni bi qbil reċiproku. L-Anness 11 għandu japplika mutatis mutandis, għall-medjaturi. Ir-Regoli minn 4 sa 9 u r-Regoli minn 46 sa 49 tal-Anness 9 għandhom ukoll japplikaw, mutatis mutandis.



ARTIKOLU 5

Regoli tal-Proċedura ta’ Medjazzjoni

1.    Fi żmien għaxart ijiem mill-ħatra tal-medjatur, il-Parti li tkun sejħet għall-proċedura ta’ medjazzjoni għandha tippreżenta deskrizzjoni dettaljata tal-problema, bil-miktub, lill-medjatur u lill-Parti l-oħra, partikolarment tal-operazzjoni tal-miżura inkwistjoni u tal-effetti negattivi tagħha fuq il-kummerċ. Fi żmien għoxrin jum wara d-data tal-wasla ta’ din is-sottomissjoni, il-Parti l-oħra tista’ tressaq, bil-miktub, il-kummenti tagħha dwar id-deskrizzjoni tal-problema. Kull waħda mill-Partijiet tista’ tinkludi fid-deskrizzjoni jew fil-kummenti tagħha kull informazzjoni li tqis rilevanti.

2.    Il-medjatur jista’ jiddeċidi dwar l-aktar mod xieraq biex jiċċara l-miżura kkonċernata u l-effetti potenzjali fuq l-investimenti. B'mod partikolari l-medjatur jista’ jorganizza laqgħat bejn il-Partijiet, jikkonsulta lill-Partijiet b'mod konġunt jew individwalment, ifittex l-assistenza jew jikkonsulta lill-esperti u l-imsieħba interessati rilevanti u jipprovdi kull appoġġ addizzjonali mill-Partijiet. Madankollu, qabel ifittex l-għajnuna jew jikkonsulta mal-esperti u l-imsieħba interessati rilevanti, il-medjatur għandu jikkonsulta mal-Partijiet.

3.    Il-medjatur jista' joffri pariri u jipproponi soluzzjoni għall-kunsiderazzjoni tal-Partijiet li jistgħu jaċċettaw jew jirrifjutaw is-soluzzjoni proposta jew jistgħu jaqblu dwar soluzzjoni differenti. Madankollu, il-medjatur ma għandux jagħtix pariri jew kummenti fuq il-konsistenza tal-miżura inkwistjoni ma’ dan il-Ftehim.

4.    Il-proċedura għandha ssir fit-territorju tal-Parti li lilha tkun ġiet indirizzata t-talba, jew bi ftehim reċiproku f'kull post ieħor jew permezz ta’ mezzi oħrajn.



5.    Il-Partijiet jistinkaw biex jilħqu soluzzjoni bi qbil reċiproku fi żmien sittin jum mill-ħatra tal-medjatur. Sakemm jintlaħaq ftehim aħħari, il-Partijiet jistgħu jikkonsidraw soluzzjonijiet interim possibbli.

6.    Is-soluzzjoni tista’ tkun adottata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat. Kull waħda mill-Partijiet tista’ tagħmel soluzzjoni bħal din suġġetta għat-tlestija ta’ kull proċedura interna meħtieġa. Soluzzjonijiet miftiehma b'mod reċiproku jkunu disponibbli pubblikament. Madankollu, il-verżjoni żvelata lill-pubbliku ma’ tistax tinkludi xi informazzjoni li Parti tkun iddikjarat bħala kunfidenzjali.

7.    Il-proċedura tintemm:

(a)    bl-adozzjoni ta’ soluzzjoni bi qbil reċiproku mill-Partijiet, fid-data tal-adozzjoni;

(b)    permezz ta’ ftehim reċiproku mill-Partijiet f'kull stadju tal-proċedura, fid-data ta’ dak il-ftehim;

(c)    permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub tal-medjatur, wara konsultazzjoni mal-Partijiet, li sforzi ulterjuri ta’ medjazzjoni ma jwasslu mkien, fid-data ta' dik id-dikjarazzjoni; jew

(d)    permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub ta’ Parti wara li jkunu ġew esplorati soluzzjonijiet bi qbil reċiproku skont il-proċedura ta’ medjazzjoni u wara li jkunu kkonsidraw kull parir jew soluzzjoni proposta mill-medjatur, fd-data ta’ dik id-dikjarazzjoni.



ARTIKOLU 6

Implimentazzjoni ta’ Soluzzjoni Miftiehma Reċiprokament

1.    Meta l-Partijiet ikunu ftiehmu fuq soluzzjoni, kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta s-soluzzjoni bi qbil reċiproku fiż-żmien miftiehem.

2.    Il-Parti li qed timplimenta għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra bil-miktub b’kull pass jew miżura li tieħu biex timplimenta s-soluzzjoni miftiehma mill-Partijiet.

3.    Fuq talba tal-Partijiet, il-medjatur għandu jagħti lill-Partijiet, bil-miktub, abbozz ta’ rapport fattwali, li jipprovdi sommarju fil-qosor ta’ (i) il-miżura inkwistjoni f’dawn il-proċeduri; (ii) il-proċeduri segwiti; u (iii) kull soluzzjoni li dwarha sar qbil reċiproku bħala r-riżultat aħħari ta’ dawn il-proċeduri, inklużi soluzzjonijiet interim possibbli. Il-medjatur għandu jipprovdi lill-partijiet ħmistax-il jum biex jikkummentaw fuq l-abbozz tar-rapport. Wara li jikkunsidra l-kummenti tal-Partijiet ippreżentati fil-ħin, il-medjatur jippreżenta rapport fattwali finali bil-miktub lill-partijiet fi żmien ħmistax-il jum. Ir-rapport fattwali ma jkunx jinkludi kull interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 7

Relazzjoni mas-Soluzzjoni ta’ Tilwim

1.    Il-proċedura ta' medjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont il-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni ta’ Tilwim) Taqsima B (Soluzzjoni ta’ Tilwim bejn il-Partijiet).



2.    Il-proċedura ta' medjazzjoni mhix maħsuba biex isservi bħala bażi għal proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim skont dan il-Ftehim jew ftehim ieħor. L-ebda Parti ma għandhiex tibbaża ruħha fuq, jew tintroduċi bħala evidenza fi proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim bħal dawn, u bord ma’ jistax jikkonsidra:

(a)    pożizzjonijiet meħuda mill-Parti l-oħra matul il-proċedura ta’ medjazzjoni;

(b)    il-fatt li l-Parti l-oħra tkun indikat ir-rieda li taċċetta soluzzjoni għall-miżura suġġetta għal medjazzjoni; jew

(c)    pariri mogħtija jew proposti magħmula mill-medjatur.

3.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 tal-Artikolu 5 (Regoli tal-Proċedura ta’ Medjazzjoni) ta’ dan l-Anness u sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, l-istadji kollha tal-proċedura, inkluż kull parir jew soluzzjoni proposta, ikunu kunfidenzjali. Madankollu, kull Parti tista’ tiżvela lill-pubbliku li tkun qed issir medjazzjoni.

ARTIKOLU 8

Skadenzi

Kull limitu ta' żmien imsemmi f'dan l-Anness jista' jiġi modifikat bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet.



ARTIKOLU 9

Il-kosti

1.    Kull Parti ġġarrab il-kostijiet kollha tagħha li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ medjazzjoni.

2.    Il-Partijiet jaqsmu ndaqs l-ispejjeż kollha li jirriżultaw minn kwistjonijiet organizzattivi, inklużi l-ispejjeż ta' remunerazzjoni u tal-medjatur. Ir-remunerazzjoni tal-medjatur tkun skont dik prevista fir-Regola 10(b) tal-Anness 9.

ARTIKOLU 10

Rieżami

Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jikkonsultaw lil xulxin dwar il-ħtieġa li jimmodifikaw il-proċedura ta’ medjazzjoni fid-dawl tal-esperjenza miksuba u l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu korrispondenti fid-WTO.

________________



ANNESS 11

KODIĊI TA' KONDOTTA GĦALL-ARBITRI U L-MEDJATURI

Definizzjonijiet

1.    F'dan il-Kodiċi ta' Kondotta:

“arbitru” tfisser membru ta’ bord tal-arbitraġġ stabbilit skont l-Artikolu 3.29 (It-Twaqqif tal-Bord tal-Arbitraġġ);

"kandidat" tfisser individwu li ismu jkun fil-lista tal-arbitri msemmija fl-Artikolu 3.44 (Lista tal-Arbitri) li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat għall-għażla bħala arbitru skont l-Artikolu 3.29 (It-Twaqqif tal-Bord tal-Arbitraġġ);

"assistent" ifisser persuna li, skont it-termini tal-ħatra ta’ arbitru, twettaq, tirriċerka jew tipprovdi assistenza lill-arbitru;

“proċediment”, fejn mhux speċifikat mod ieħor, tfisser proċediment ta’ bord tal-arbitraġġ skont il-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni tat-Tilwim) Taqsima B (Soluzzjoni ta’ Tilwim bejn il-Partijiet;

"persunal", fir-rigward ta’ arbitru, ifisser persuni taħt id-direzzjoni u l-kontroll tal-arbitru, minbarra l-assistenti.



Responsabbiltajiet għall-proċess

2.    Matul il-proċedimenti, kull kandidat u membru għandu jevita kondotta skorretta u l-impressjoni ta’ kondotta skorretta, ikun indipendenti u imparzjali, jevita kunflitti ta’ interess diretti jew indiretti u josserva l-ogħla standards ta’ kondotta sabiex jinżammu sħaħ l-integrità u l-imparzjalità tal-mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim. L-arbitri ma għandhomx jieħdu struzzjonijiet mingħand kwalunkwe organizzazzjoni jew gvern fir-rigward ta’ kwistjonijiet quddiem Bord. L-arbitri preċedenti għandhom josservaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 15, 16, 17 u 18 ta’ din il-Kodiċi ta’ Kondotta.

Obbligi dwar x'għandu jiġi żvelat

3.    Qabel ma tkun ikkonfermata l-għażla tiegħu bħala arbitru skont il-Kapitolu Tlieta (Soluzzjoni ta’ Tilwim) Taqsima B (Soluzzjoni ta’ Tilwim bejn il-Partijiet), kandidat jiddikjara kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni li x’aktarx li taffettwa l-indipendenza jew l-imparzjalità tiegħu, jew li tista’ toħloq b’mod raġonevoli dehra ta’ mġiba mhux xierqa jew preġudizzju fil-proċedura. Għal dan il-għan, kandidat jagħmel l-isforzi kollha raġonevoli biex isir konxju ta’ kwalunkwe interess, relazzjoni u kwistjoni bħal din.

4.    Kandidat jew arbitru jikkomunika biss affarijiet relatati mal-ksur attwali jew potenzjal ta’ din il-Kodiċi ta’ Kondotta lill-Kumitat biex ikunu kkunsidrati mill-Partijiet



5.    Wara li jintgħażel, l-arbitru jibqa' jagħmel kull sforz raġonevoli biex isir konxju ta' kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' din il-Kodiċi ta’ Kondotta u għandu jiddikjarahom. L-obbligu ta’ divulgazzjoni huwa dmir kontinwu li jitlob li arbitru jiżvela kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni bħal dawn li jistgħu jitfaċċaw matul kwalunkwe stadju tal-proċediment. L-arbitru għandu jiddivulga interessi, relazzjonijiet jew kwistjonijiet bħal dawn billi jinforma lill-Kumitat, bil-miktub, biex ikunu kkunsidrati mill-Partijiet.

Id-dmirijiet tal-arbitri

6.    Mal-għażla, arbitru se jwettaq id-doveri tiegħu jew tagħha b’mod sħiħ u bla dewmien matul il-proċedura, u b’mod ġust u serju.

7.    Arbitru għandu jikkunsidra biss dawk il-kwistjonijiet li jkunu tqajmu waqt il-proċedimenti u li jitqiesu bħala meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni u ma għandux jiddelega dan id-dmir lil ebda persuna oħra.

8.    L-arbitru jwettaq il-passi kollha xierqa biex jiżgura li l-assistent u l-persunal tiegħu jkunu konxji tal-paragrafi 2, 3, 4, 5, 16, 17 u 18 ta’ dan il-Kodiċi ta' Kondotta u jikkonforma magħhom.

9.    Arbitru ma għandux jieħu sehem f'kuntatti ex parte li jikkonċernaw il-proċedimenti.

L-indipendenza u l-imparzjalità tal-arbitri

10.    L-arbitru jkun indipendenti u imparzjali u jevita li joħloq dehra ta’ kondotta mhux xierqa jew preġudizzju u m’għandux ikun influwenzat minn interess personali, pressjoni esterna, kunsiderazzjonijiet politiċi, fama pubblika, u lealtà lejn xi Parti jew biża’ mill-kritika.



11.    Arbitru ma għandux jidħol, direttament jew indirettament, għal kwalunkwe obbligu jew jaċċetta kwalunkwe benefiċċju li jista' bi kwalunkwe mod jindaħal, jew jidher li jindaħal, fil-prestazzjoni xierqa ta' dmirijietu.

12.    Arbitru ma jistax jinqeda bil-pożizzjoni tiegħu jew tagħha fuq il-bord tal-arbitraġġ biex jaġevola xi interessi personali jew privati u għandu/għandha j/tevita azzjonijiet li jistgħu jagħtu l-impressjoni li oħrajn jinsabu f'pożizzjoni speċjali biex jinfluwenzawh/ha.

13.    L-arbitru jista' ma jippermettix relazzjonijiet jew responsabilitajiet finanzjarji, tan-negozju, professjonali, familjari jew soċjali biex jinfluwenzaw il-kondotta jew il-ġudizzju tiegħu jew tagħha.

14.    L-arbitru jrid jevita li jidħol fi kwalunkwe relazzjoni jew li jakkwista kwalunkwe interess finanzjarju, li x’aktarx jaffettwa l-imparzjalità tiegħu jew li jista’ raġonevolment joħloq dehra ta’ kondotta skorretta jew ta’ preġudizzju.

L-obbligi ta' arbitri preċedenti

15.    L-arbitri kollha preċedenti għandhom jevitaw azzjonijiet li jistgħu jagħtu l-impressjoni li kienu jxaqilbu lejn xi naħa jew oħra fit-twettiq ta' dmirijiethom jew li bbenefikaw mid-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ.



Kunfidenzjalità

16.    L-ebda arbitru jew arbitru preċedenti ma għandu fl-ebda mument jiżvela jew juża informazzjoni mhux pubblika li tikkonċerna proċediment jew akkwistata waqt proċediment ħlief għall-finijiet ta’ dak il-proċediment u ma għandu, fl-ebda każ, jiżvela jew juża l-ebda informazzjoni bħal din biex jikseb vantaġġ personali jew vantaġġ għal oħrajn jew biex jaffettwa ħażin l-interessi ta’ oħrajn.

17.    L-arbitru qatt ma għandu jiżvela deċiżjoni ta’ bord tal-arbitraġġ jew partijiet minnha qabel ma din tiġi ppubblikata skont il-Kapitolu 15 (Soluzzjoni tat-Tilwima).

18.    L-arbitru jew l-arbitru preċedenti qatt ma għandu jiżvela d-deliberazzjonijiet ta’ bord tal-arbitraġġ, jew l-opinjoni ta’ xi arbitru rigward id-deliberazzjonijiet.

Spejjeż

19.    Kull arbitru jżomm rekord u jagħti rendikont finali tal-ħin iddedikat għall-proċedura u l-ispejjeż tiegħu jew tagħha, kif ukoll iż-żmien u l-ispejjeż tal-assistenti tiegħu jew tagħha.

Medjaturi

20.    Id-dixxiplini mfissra f’dan il-Kodiċi tal-Kondotta kif japplikaw għall-arbitri jew arbitri preċedenti japplikaw, mutatis mutandis, għall-medjaturi.

________________



FTEHIMl 1

F’DAK LI GĦANDU X’JAQSAM MA’ RESTRIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI
TA’ SPAZJU JEW AĊĊESS GĦAL RIŻORSI NATURALI TA’ SINGAPORE

1.    L-Artikolu 2.3 (Trattament Nazzjonali) ma japplikax għal kwalunkwe miżura marbuta ma’:

(a)    il-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb f’Singapore;

(b)    il-pussess, ix-xiri, l-iżvilupp, il-ġestjoni, il-manutenzjoni, l-użu, it-tgawdija, u l-bejgħ jew disponiment ieħor ta’ proprjetà residenzjali 4 jew għal kwalunkwe skema ta’ djar pubbliċi f’Singapore.

2.    Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim, u kull sentejn wara dan, f’każ li t-Taxxa tal-Bolla tax-Xerrejja Addizzjonali (Additional Buyer's Stamp Duty - ABSD) tkun għadha fis-seħħ, il-Kumitat jagħmel analiżi biex jara jekk il-manutenzjoni tal-ABSD tkunx għadha meħtieġa biex tiġi indirizzata l-istabbiltà tas-suq tal-proprjetà residenzjali. F’dawn il-konsultazzjonijiet, Singapore se tipprovdi l-istatistika u l-informazzjoni rilevanti għall-istat rigward is-suq tal-proprjetà residenzjali.

________________



FTEHIMl 2

FIR-RIGWARD TAR-REMUNERAZZJONI TAL-ARBITRI

F'dak li jirrigwarda r-Regola 10 tal-Anness 9, iż-żewġ Partijiet jikkonfermaw il-fehim tagħhom segwenti:

1.    Ir-remunerazzjoni u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-arbitri huma bbażati fuq l-istandards ta' mekkaniżmi internazzjonali komparabbli ta' soluzzjoni ta' tilwim fi ftehimiet bilaterali jew multilaterali.

2.    Il-Partijiet jiftiehmu bejniethom dwar l-ammont eżatt tar-remunerazzjoni u tal-ispejjeż qabel ma jiltaqgħu mal-bord tal-arbitraġġ, skont ir-Regola 10 tal-Anness 9.

3.    Iż-żewġ Partijiet japplikaw dan il-fehim in bona fede bil-ħsieb li jiffaċilitaw il-funzjonament tal-bord tal-arbitraġġ.

________________

(1)    L-Att tal-Akkwist tal-Art (Kapitolu 152) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
(2)    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, is-sempliċi fatt li t-trattament relevanti jagħmel distinzjoni bejn investituri jew investimenti fuq il-bażi ta’ objettivi leġittimi ta’ politika pubblika fil-kuntest ta’ kriżi ta’ dejn jew tat-theddida tagħha ma jammontax għal ksur tal-Artikolu 2.3 (Trattament Nazzjonali).
(3)    Għal ċertezza akbar, fejn it-talba tkun tikkonċerna trattament mill-Unjoni Ewropea, il-parti fil-medjazzjoni għandha tkun l-Unjoni Ewropea u kull Stat Membru kkonċernat għandu jkun assoċjat bis-sħiħ fil-proċess ta’ medjazzjoni. Meta t-talba tikkonċerna esklussivament trattament minn Stat Membru, il-parti fil-medjazzjoni għandha tkun l-Istat Membru kkonċernat, sakemm dan ma jitlobx li l-Unjoni Ewropea tkun parti.
(4)    It-terminu “proprjetà residenzjali” għandha tirreferi għal proprjetà immobbli definiti bħala tali Proprjetà Residenzjali l-Att Kapitolu 274, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.