IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 23.3.2018
COM(2018) 156 final
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara
applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2017/010 BE/Caterpillar
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
KUNTEST TAL-PROPOSTA
1.Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ir-“Regolament tal-FEG”).
2.Fit-18 ta’ Diċembru 2017, il-Belġju ppreżenta applikazzjoni EGF/2017/010 BE/Caterpillar għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara s-sensji fil-Caterpillar u 5 fornituri (minn hawn ’il quddiem “sensji”).
3.Wara l-valutazzjoni tagħha ta’ din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, skont id-dispożizzjonijiet kollha applikabbli tar-Regolament tal-FEG, il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG huma ssodisfati.
SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI
Applikazzjoni tal-FEG
|
EGF/2017/010 BE/Caterpillar
|
L-Istat Membru
|
Il-Belġju
|
Ir-reġjun(i) ikkonċernat(i) (il-livell NUTS 2)
|
Il-Provinċja ta’ Hainaut (BE32)
|
Id-data tat-tressiq tal-applikazzjoni
|
It-18 ta’ Diċembru 2017
|
Id-data ta’ konferma tal-wasla tal-applikazzjoni
|
It-18 ta’ Diċembru 2017
|
Id-data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali
|
L-24 ta’ Diċembru 2017
|
Id-data ta’ skadenza għall-għoti tal-informazzjoni addizzjonali
|
L-4 ta’ Frar 2018
|
L-iskadenza għat-tlestija tal-valutazzjoni
|
Id-29 ta’ April 2018
|
Il-kriterju ta’ intervent
|
L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG
|
L-intrapriża primarja
|
Caterpillar – Solar Gosselies
|
L-għadd ta’ intrapriżi kkonċernati
|
1
|
Is-settur(i) tal-attività ekonomika
(Id-Diviżjoni NACE Reviżjoni 2)
|
28 (Manifattura taʼ makkinarju u tagħmir n.e.c)
|
L-għadd ta’ sussidjarji, fornituri u produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni
|
5
|
Il-perjodu ta’ referenza (erba’ xhur):
|
Mill-31 ta’ Mejju 2017 sat-30 ta’ Settembru 2017
|
L-għadd ta’ sensji matul il-perjodu ta’ referenza (a)
|
1 364
|
L-għadd ta’ sensji qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza (b)
|
921
|
L-għadd totali ta’ sensji
|
2 287
|
L-għadd totali ta' benefiċjarji eliġibbli
|
2 287
|
L-għadd totali ta’ benefiċjarji fil-mira
|
2 287
|
L-għadd ta’ żgħażagħ fil-mira barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs)
|
300
|
Il-baġit għal servizzi personalizzati (EUR)
|
7 575 294
|
Il-baġit għall-implimentazzjoni tal-FEG (EUR)
|
127 400
|
Il-baġit totali (EUR)
|
7 702 694
|
Il-kontribuzzjoni tal-FEG (60 %) (EUR)
|
4 621 616
|
VALUTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONI
Proċedura
4.Fit-18 ta’ Diċembru 2017, il-Belġju ressaq l-applikazzjoni EGF/2017/010 BE/Caterpillar fi żmien 12-il ġimgħa mid-data li fiha ġew issodisfati l-kriterji ta' intervent stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-FEG. Il-Kummissjoni kkonfermat il-wasla tal-applikazzjoni fl-istess jum u talbet informazzjoni addizzjonali mill-Belġju fl-24 ta’ Diċembru 2017. Din l-informazzjoni addizzjonali ngħatat fi żmien sitt ġimgħat mid-data tat-talba. L-iskadenza ta’12-il ġimgħa minn meta waslet l-applikazzjoni kompluta, li fihom il-Kummissjoni jenħtieġ li tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, tiskadi fid-29 ta’ April 2018.
Eliġibbiltà tal-applikazzjoni
L-intrapriżi u l-benefiċjarji kkonċernati
5.L-applikazzjoni tikkonċerna 2 287 ħaddiem li ngħataw is-sensja fil-Caterpillar Solar Gosselies (Caterpillar) u ħames fornituri. Il-Caterpillar topera fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt NACE Rev. 2 diviżjoni 28 (Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir). Is-sensji li ngħataw mill-intrapriżi kkonċernati jinsabu fir-reġjun tal-livell NUTS 2 ta’ Hainaut (BE32).
Intrapriżi u għadd ta' sensji
|
Caterpillar
|
1 997
|
Cediwal
|
68
|
Eutraco
|
63
|
Yusen
|
125
|
Attecam
|
9
|
MHP
|
25
|
L-għadd totali ta’ intrapriżi: 6
|
L-għadd totali ta’ sensji: 2 287
|
L-għadd totali ta’ ħaddiema indipendenti li l-attività tagħhom waqfet:
|
0
|
L-għadd totali ta’ ħaddiema eliġibbli u ħaddiema indipendenti:
|
2 287
|
Il-kriterji ta’ intervent
6.Il-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni skont il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(1)(a)< tar-Regolament tal-FEG, li jitlob li tal-anqas 500 ħaddiem jingħataw is-sensja matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f'intrapriża fi Stat Membru, inklużi ħaddiema li jingħataw is-sensja minn fornituri u produtturi downstream..
7.Il-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur għall-applikazzjoni huwa mill-31 ta’ Mejju 2017 sat-30 ta’ Settembru 2017.
8.Is-sensji matul il-perjodu ta’ referenza huma kif ġej:
–1 161 ħaddiem ingħataw is-sensja minn Caterpillar
– 203 ħaddiema ngħataw is-sensja f’erba’ fornituri tal-Caterpillar.
Il-kalkolu tas-sensji u l-waqfien tal-attività
9.Kull waħda mill-1 364 sensja tul il-perjodu ta’ referenza ġew ikkalkulati mid-data tat-terminazzjoni de facto tal-kuntratt tal-impjieg jew l-iskadenza tiegħu.
Benefiċjarji eliġibbli
10.Minbarra l-ħaddiema li diġà ssemmew, il-benefiċjarji eliġibbli jinkludu 923 ħaddiem li ngħataw is-sensja qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur. Għaldaqstant, l-għadd totali ta’ benefiċjarji eliġibbli huwa ta’ 2 287. M’hemm l-ebda trikkib bejn il-ħaddiema appoġġati permezz tal-każ EGF/2014/011 BE/Caterpillar u dawn inklużi fl-applikazzjoni attwali.
Rabta bejn is-sensji u bidliet strutturali ewlenin fil-mudelli kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni
11.Sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni, il-Belġju ġabet l-argument li, ir-raġuni prinċipali wara t-tnaqqis fil-forza tax-xogħol hija l-kompetizzjoni globali fis-setturi tal-makkinarju tal-kostruzzjoni u tal-minjieri u telf konsegwenti fis-sehem mis-suq tal-makkinarju mill-Caterpillar.
12.Il-produzzjoni tas-settur tal-minjieri fl-Ewropa naqset minn EUR 234 miljun fl-2012 għal EUR 180 miljun fl-2015 u l-esportazzjonijiet tal-UE 28 naqsu b’mod drammatiku mill-2014.
13.Skont l-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet Belġjani, is-siti tal-produzzjoni tal-Caterpillar jinsabu qrib is-swieq tagħhom, u dan jispjega r-rabta bejn l-iżviluppi fil-livell Ewropew u l-iżviluppi tas-suq globali u t-tnaqqis tal-forza tax-xogħol li tinsab fis-sit f'Gosselies. B’mod partikolari, is-sehem tal-Asja tal-bejgħ tal-Caterpillar kważi rdoppja bejn l-2003 u l-2013.
14.Fl-2008, il-prezzijiet tal-azzar Ewropew żdiedu b’mod drastiku filwaqt li l-prezz Ċiniż naqas, u bħalissa għadu aktar baxx minn dak Ewropew. Għalhekk, il-produzzjoni ta’ magna f’Gosselies hija 21 % ogħla mill-produzzjoni tal-istess magna fiċ-Ċina.
Avvenimenti li wasslu għas-sensji u l-waqfien tal-attività
15.L-avveniment primarju li wassal għal dawn is-sensji hija t-tħabbira mill-Caterpillar Belgium S.A., fit-2 ta’ Settembru 2016, li ser tibda proċedura ta’ sensji kollettivi fl-impjant tal-produzzjoni tagħha f’Gosselies.
16.Din hija diġà t-tieni applikazzjoni tal-FEG tal-Belġju fir-rigward tal-Caterpillar. Fl-2014, 1 399 ħaddiem kienu s-suġġetti tal-ewwel applikazzjoni tal-FEG li tinvolvi sensji fl-intrapriża. Il-proposta attwali tinkludi l-1 997 ħaddiem li fadal fuq is-sit.
17.Fl-2015, il-Caterpillar investiet f’linja ta’ produzzjoni ġdida biex issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fis-suq. Madankollu, għall-kuntrarju ta’ dak li kien mistenni, it-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa kien kajman ħafna u għaldaqstant is-sitwazzjoni ekonomika tal-intrapriża ma rkupratx kif mistenni.
18.Meta mqabbla ma’ impjanti oħra, il-faċilità tagħha f’Gosselies fil-Belġju m’għadhiex kompetittiva. Għaldaqstant, il-Caterpillar kienet qiegħda tirriloka l-produzzjoni tagħha f’pajjiżi emerġenti fl-Asja u l-Amerika Latina, bħalma huma ċ-Ċina u l-Korea t’Isfel minħabba swieq ġodda li qed jikbru b’rata mgħaġġla u, minħabba l-ispejjeż ta’ produzzjoni baxxi, marbuta ma’ regolamentazzjoni ambjentali inqas restrittiva u kostijiet lavorattivi aktar baxxi fis-siegħa. Il-kumpanija issa qiegħda tagħlaq l-attivitajiet kollha tagħha fil-Belġju.
L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali u l-impjiegi
19.Ir-rata tal-qgħad hija mistennija tikber b’6,1 % fir-reġjun ta’ Hainaut, skont is-servizz pubbliku tal-impjiegi tal-Vallonja (FOREM).
20.L-għeluq tal-impjant tal-Caterpillar wassal għat-tkeċċija ta’ 288 ħaddiem fost il-fornituri.
21.Aktar minn 11 % tal-ħaddiema fil-mira għandhom 55 sena jew aktar.
22.Dawk li qed ifittxu impjieg f’Charleroi huma ħaddiema b’ħiliet baxxi (50,6 % ma għandhomx edukazzjoni sekondarja għolja) u 40 % ilhom qiegħda fit-tul (aktar minn 24 xahar). Ir-rata tal-impjiegi f’Charleroi hija biss ta’ 52,2 %, kważi ħames punti perċentwali inqas mir-rata medja fir-Reġjun tal-Vallonja (57,1 %) (Sors: FOREM).
Benefiċjarji fil-mira u azzjonijiet proposti
Benefiċjarji fil-mira
23.Kull wieħed mill-2 287 ħaddiem issensjati huma mistennija li jipparteċipaw fil-miżuri. It-tqassim ta’ dawn il-ħaddiema skont is-sess, iċ-ċittadinanza u l-grupp ta’ età huwa kif ġej:
Il-kategorija
|
L-għadd ta’
benefiċjarji fil-mira
|
Sess:
|
Irġiel:
|
2 115
|
(92,47 %)
|
|
Nisa
|
172
|
(7,53 %)
|
Ċittadinanza:
|
Ċittadini tal-UE:
|
2 233
|
(97,64 %)
|
|
ċittadini mhux tal-UE:
|
54
|
(2,36 %)
|
Grupp ta’ età:
|
15-24 sena:
|
2
|
(0,09 %)
|
|
25-29 sena:
|
70
|
(3,06 %)
|
|
30-54 sena:
|
1 952
|
(85,34 %)
|
|
55-64 sena:
|
263
|
(11,51 %)
|
|
iktar minn 64 sena:
|
0
|
(0,00 %)
|
24.Barra minn hekk, il-Belġju se jipprovdi servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil massimu ta’ 300 żagħżugħ/a li mhumiex fl-edukazzjoni, fl-impjieg jew fit-taħriġ (NEETs) li jkollhom inqas minn 30 sena fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, peress li 1 364 mis-sensji kollha msemmijin fil-paragrafu 8 iseħħu fir-reġjuni tal-livell NUTS 2 ta’ Hainaut (BE32) li huma eliġibbli skont l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.
25.L-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-FEG jistabbilixxi li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lin-NEETs ukoll sal-31 ta’ Diċembru 2017. Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ir-”Regolament Omnibus”) tinkludi emenda fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament FEG sabiex id-deroga tiġi estiża għan-NEETs. Skont id-dejta li ngħatat mill-Eurostat fis-17 ta’ Jannar 2018, ir-rata tal-qgħad ta’ persuni bejn 15-24 sena fir-reġjun ta’ Hainaut hija ta’ 33,3 %. Għalhekk, ir-reġjun jibqa’ eliġibbli skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-FEG. Dan ir-Regolament ikun japplika b'effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2018. Għaldaqstant din id-Deċiżjoni, li tinkludi appoġġ lin-NEETs, tista’ tiġi addottata hekk kif ir-Regolament Omnibus jiġi addottat u jidħol fis-seħħ.
26.Għalhekk, l-għadd totali stmat ta’ benefiċjarji fil-mira li huma mistennija jieħdu sehem fil-miżuri, inklużi NEETs, huwa ta’ 2 587.
L-eliġibbiltà tal-azzjonijiet proposti
27.Is-servizzi personalizzati li jridu jiġu pprovduti lill-ħaddiema ssensjati jikkonsistu mill-azzjonijiet li ġejjin:
–Għajnuna għat-tfittix ta’ impjieg individwali, servizzi ta’ ġestjoni tal-każijiet u informazzjoni ġenerali. Dawn il-miżuri jinkludu assistenza personalizzata għat-tfittix ta’ impjieg, bħall-għoti ta’ pariri u gwida għall-karriera, kif ukoll servizzi ta’ informazzjoni miftuħa għall-ħaddiema u n-NEETs.
–Taħriġ u taħriġ mill-ġdid. Dan jinkludi taħriġ vokazzjonali u kontinwazzjoni tat-taħriġ indirizzat lill-ħaddiema u n-NEETs. Il-korsijiet tfasslu biex iqabblu l-offerta tat-taħriġ mal-prijoritajiet tal-iżvilupp ta’ Charleroi, stabbiliti fil-pjan CATCH.
–Promozzjoni tal-intraprenditorija. Din il-miżura se tagħti lill-parteċipanti sistema ta’ appoġġ għall-imprendituri li tipprevedi kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali ddedikati biex jappoġġjaw l-impjiegi indipendenti.
–Kontribuzzjoni għall-bidu ta' negozju. Din il-miżura se tipprovdi għotjiet lill-istart-ups biex jitħeġġeġ l-impjieg indipendenti, il-ħolqien ta’ attivitajiet tan-negozju, biex jitnieda u jiġi stabbilit negozju full-time jew part-time.
–Allowances. Dawn jinkludu: 1) allowances għat-taħriġ biex ikopru l-ispejjeż imġarrba waqt it-taħriġ mill-persuni li qed ifittxu x-xogħol jew in-NEET; 2) allowances ta’ mobilità biex isostnu lil dawk il-ħaddiema li jingħatalhom impjieg li jinsab ’il bogħod u jinvolvi vvjaġġar aktar mis-soltu; 3) allowances b’risq ir-ritorn lejn l-edukazzjoni biex jitħeġġeġ id-dħul mill-ġdid fis-sistema edukattiva. Dawn l-allowances se jitħallsu għal mhux aktar minn 12-il xahar, bil-kundizzjoni li l-applikanti jagħtu prova li nkitbu f’kors ta’ edukazzjoni terzjarja; 4) allowances b’risq it-tfittix ta' impjieg biex jgħinu kemm lil dawk li jkunu qegħdin ifittxu impjieg kif ukoll lin-NEETs. Dawn l-allowances ikopru l-ispejjeż imġarrba biex dawn it-talin jattendu attivitajiet relatati mat-tfittix ta' impjieg; 5) allowances b’risq l-intraprenditorija biex ikopru l-ispejjeż imġarrba minn dawk li qed ifittxu l-impjiegi matul il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet relatati mat-tfittix ta' impjieg, bil-kundizzjoni li l-applikanti li jippreżentaw proġett individwali jew kollettiv ta’ impjieg indipendenti.
28.Is-servizzi personalizzati li jridu jiġu provduti lin-NEETs jikkonsistu mill-istess azzjonijiet bħal dawk għall-ħaddiema ssensjati.
29.L-azzjonijiet proposti deskritti hawnhekk jikkostitwixxu miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fil-qafas tal-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG. Dawn l-azzjonijiet ma jiħdux post miżuri passivi ta’ protezzjoni soċjali.
30.Il-Belġju pprovda l-informazzjoni meħtieġa dwar l-azzjonijiet li huma obbligatorji għall-intrapriża kkonċernata permezz tal-liġi nazzjonali jew tal-ftehimiet kollettivi. Huma kkonfermaw li kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhijiex sejra tieħu post dawn l-azzjonijiet.
Baġit stmat
31.L-ispejjeż totali stmati huma ta' EUR 7 702 694, li jikkonsistu minn nefqa ta’ EUR 7 575 294 għal servizzi personalizzati u nefqa ta’ EUR 127 400 għal attivitajiet preparatorji, ta’ ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar.
32.Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 4 621 616 (60 % tal-ispejjeż totali).
Azzjonijiet
|
L-għadd stmat ta’ parteċipanti
|
L-ispiża stmata għal kull parteċipant
(EUR)
|
L-ispejjeż totali stmati
(EUR)
|
Servizzi personalizzati (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament tal-FEG)
|
Miżuri ta’ kkowċjar u miżuri preparatorji oħrajn (Reconversion: accompagnement/orientation/insertion)
|
2 587
|
1 852
|
4 790 323
|
Taħriġ u taħriġ mill-ġdid
(Formations spécifiques)
|
1 050
|
841
|
883 265
|
Promozzjoni tal-intraprenditorija
(Dispositif d'accompagnement à l'entreprenariat)
|
250
|
463
|
115 743
|
Għotja għal negozji ġodda
(Bourse de lancement)
|
75
|
10 000
|
750 000
|
Is-subtotal (a):
Il-perċentwal tal-pakkett ta' servizzi personalizzati:
|
–
|
6 539 331
|
|
|
(86,32 %)
|
L-allowances u l-inċentivi (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG)
|
Allokazzjonijiet għat-taħriġ, għall-mobbiltà, għar-ritorn lejn l-edukazzjoni, għat-tfittix ta' impjieg u għall-intraprenditorija
(formation, prime à l'emploi distant, reprise d'étude, recherche d'emploi et création d'activité)
|
2 587
|
400
|
1 035 963
|
Is-subtotal (b):
Il-perċentwal tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati:
|
–
|
1 035 963
|
|
|
(13,68 %)
|
L-azzjonijiet skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-FEG
|
1. L-attivitajiet preparatorji
|
–
|
82 000
|
2. Ġestjoni
|
–
|
10 400
|
3. L-informazzjoni u l-pubbliċità
|
–
|
5 000
|
4. Il-kontroll u r-rapportar
|
–
|
30 000
|
Is-subtotal (c):
Il-perċentwal tal-ispejjeż totali:
|
–
|
127 400
|
|
|
(1,65 %)
|
L-ispejjeż totali (a + b + c):
|
–
|
7 702 694
|
Il-kontribuzzjoni tal-FEG (60 % tal-ispejjeż totali)
|
–
|
4 621 616
|
33.L-ispejjeż tal-azzjonijiet identifikati fit-tabella ta’ hawn fuq bħala azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG ma jaqbżux il-35 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati. Il-Belġju kkonferma li dawn l-azzjonijiet huma soġġetti għall-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira fit-tfittix ta' impjieg jew l-attivitajiet ta’ taħriġ.
34.Il-Belġju kkonferma li l-ispejjeż tal-investimenti għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, in-negozji l-ġodda u l-akkwiżizzjoni minn impjegati mhumiex ser jaqbżu l-EUR 15 000 għal kull benefiċjarju.
Il-perjodu ta’ eliġibbiltà tan-nefqa
35.Il-Belġju beda jipprovdi s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fit-22 ta’ Ottubru 2016. Għalhekk, in-nefqa fuq l-azzjonijiet se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mit-22 ta’ Ottubru 2016 sat-18 ta’ Diċembru 2019.
36.Il-Belġju beda jġarrab in-nefqa amministrattiva biex jimplimenta l-FEG fil-5 ta’ Settembru 2016. Għalhekk, in-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità kif ukoll dawk ta’ kontroll u rapportar għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-5 ta’ Settembru 2016 sat-18 ta’ Ġunju 2020.
Kumplimentarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati minn fondi nazzjonali jew tal-Unjoni
37.Is-sorsi ta’ prefinanzjament jew ta’ kofinanzjament nazzjonali huma s-Servizz Pubbliku tal-Impjieg tal-Vallonja (FOREM ) u r-Reġjun tal-Vallonja.
38.Il-Belġju kkonferma li l-miżuri deskritti hawn fuq li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhux se jirċievu wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni.
Proċeduri għall-konsultazzjoni tal-benefiċjarji fil-mira jew ir-rappreżentanti tagħhom jew is-sħab soċjali kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali
39.Il-Belġju indika li l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal f’konsultazzjoni ma’ grupp ta’ ħidma, li inkluda s-Servizz Pubbliku tal-Impjieg tal-Vallonja, l-SOGEPA, ir-rappreżentanti tat-trade unions u sħab soċjali oħra.
Sistemi ta' ġestjoni u kontroll
40.Il-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tiġi ġestita u kkontrollata mill-istess korpi li jmexxu u jikkontrollaw il-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fil-Belġju.
Impenji pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat
41.Il-Belġju ta l-assigurazzjonijiet kollha meħtieġa rigward dawn li ġejjin:
–il-prinċipji tal-ugwaljanza tat-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fil-kuntest tal-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom,
–ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar is-sensji kollettivi ġew issodisfati,
–l-intrapriżi li taw is-sensji, li komplew bl-attivitajiet tagħhom wara s-sensji, ikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom li jirregolaw is-sensji u pprovdew għall-ħaddiema tagħhom kif xieraq,
–l-azzjonijiet proposti mhumiex se jirċievu għajnuna finanzjarja minn fondi oħrajn jew minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat,
–l-azzjonijiet proposti se jikkumplimentaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali,
–il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se tkun konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuniet mill-Istat.
IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
Proposta baġitarja
42.Il-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom ) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
43.Wara li eżaminat l-applikazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-FEG, u b’kont meħud tal-għadd ta' benefiċjarji fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-ispejjeż stmati, il-Kummissjoni qed tipproponi li timmobilizza l-FEG għall-ammont ta' EUR 4 621 616, li jirrappreżenta 60 % tal-ispejjeż totali tal-azzjonijiet proposti, sabiex tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni.
44.Id-deċiżjoni proposta għall-mobilizzazzjoni tal-FEG se tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kif stabbilit fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba.
Atti relatati
45.Fl-istess waqt li tippreżenta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment tal-ammont ta' EUR 4 621 616 għal-linja baġitarja rilevanti.
46.Fl-istess waqt li se tadotta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li se tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG.
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara
applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2017/010 BE/Caterpillar
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, u b’mod partikolari l-punt 13 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu l-iskop li jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li kienu jaħdmu għal rashom u kellhom iwaqqfu l-attività tagħhom minħabba bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni, bħala riżultat tal-kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew bħala riżultat ta' kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida, u li jassistihom fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(2)Il-FEG ma jridx jaqbeż l-ammont annwali massimu ta’ EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013.
(3)Fit-18 ta’ Diċembru 2017, il-Belġju ppreżenta applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tas-sensji fil-Caterpillar u f’ħames fornituri u l-waqfien tal-attivitajiet (minn hawn’ il quddiem imsemmija bħala “sensji”). Din ġiet issupplimentata b’informazzjoni addizzjonali mogħtija skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.
(4)Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, il-Belġju ddeċieda li jipprovdi servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil 300 żagħżugħ u żagħżugħa li huma barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEETs) ukoll.
(5)Għaldaqstant, il-FEG jenħtieġ li jiġi mmobilizzat sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 4 621 616 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Belġju.
(6)Sabiex iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG jitnaqqas kemm jista’ jkun, din id-deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 4 621 616 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hija għandha tapplika minn [the date of its adoption].
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President