IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 21.3.2018
COM(2018) 141 final
2018/0067(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
L-Unjoni Ewropea (l-UE) u l-Istati Uniti tal-Amerka (l-Istati Uniti) ilhom sħab strateġiċi fil-qasam tar-riċerka sa mill-1998. L-ewwel “Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka” (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li kien Ftehim bilaterali, ġie ffirmat fil-5 ta’ Diċembru 1997 f’Washington DC u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1998. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-Ftehim ġie estiż tliet darbiet, jiġifieri fl-2003, fl-2008 u fl-2013, għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin kull darba. It-tieni estensjoni tiegħu kienet tinkludi wkoll emenda, li kienet iż-żieda tar-riċerka dwar is-sigurtà u dwar l-ispazju fil-lista tas-setturi għall-attivitajiet ta’ kooperazzjoni (jiġifieri emenda tal-Artikolu 4).
L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim igħid hekk: “Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali ta’ ħames snin. Suġġett għar-reviżjoni mill-Partijiet fl-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv, il-Ftehim jista’ jiġi estiż, b’emendi possibbli, wara dan għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin bi ftehim komuni bil-miktub bejn il-Partijiet.”.
Il-Ftehim attwali jiskadi fl-14 ta’ Ottubru 2018.
Is-servizzi tal-Kummissjoni vvalutaw kif il-kooperazzjoni mal-Istati Uniti qed tevolvi u kif din tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-istrateġija għall-kooperazzjoni internazzjonali. Din il-valutazzjoni turi biċ-ċar li l-Ftehim jipprovdi qafas importanti biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti f’oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija li huma ta’ prijorità għat-tnejn li huma, u li dan iwassal għal benefiċċji reċiproki. L-istrument ewlieni għall-kooperazzjoni huwa l-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.
L-UE għandha relazzjoni ferm eqreb mal-Istati Uniti fil-qasam tax-xjenza, tat-teknoloġija u tal-innovazzjoni milli mal-pajjiżi l-oħrajn kollha li mhumiex fl-Ewropa. Minn fost il-pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati, s’issa l-Istati Uniti huwa biċ-ċar l-iktar pajjiż attiv fil-Programm “Orizzont 2020”. Dan jgħodd għall-ammont ta’ investiment reċiproku fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp, għall-flussi tax-xjenzati, għall-għadd ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni u għall-għadd ta’ pubblikazzjonijiet u privattivi b’iktar minn awtur wieħed. Dawn ir-rabtiet fil-qasam tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni juru r-rabta b’saħħitha u mill-qrib tagħna mal-Istati Uniti. Jekk l-Istati Uniti u l-UE jkunu jistgħu jsibu modi kif jiżviluppaw l-isforzi konġunti tagħhom b’mod utli, ir-riżultati jwasslu għal tkabbir ekonomiku u għal iktar impjiegi, għal kwalità tal-ħajja aħjar u għal soluzzjonijiet konġunti għall-isfidi dinjin.
Fost il-ħafna kisbiet kbar li saru permezz tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija nsibu l-iffirmar tad-Dikjarazzjoni ta’ Galway f’Mejju tal-2013 u t-tnedija tal-Alleanza tar-Riċerka tal-Oċean Transatlantiku. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka dwar il-baħar u dwar l-Artiku qed tkompli dejjem tikber u tikseb ir-rikonoxximent internazzjonali. Id-diversi gruppi ta’ ħidma tal-Alleanza tar-Riċerka tal-Oċean Transatlantiku wasslu għal riżultati ta’ kwalità għolja ferm f’diversi oqsma ta’ kooperazzjoni, bħall-ħolqien ta’ mapep ta’ qiegħ il-baħar, is-sistemi ta’ osservazzjoni, l-akkwakultura, l-għarfien dwar l-oċeani, is-saħħa tal-oċeani u l-fatturi li jikkawżaw stress għall-oċeani.
Għalhekk huwa fl-interess tal-UE li l-“Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka” jiġi estiż għal perjodu ieħor ta’ ħames snin.
Waqt il-laqgħa tal-Grupp Konġunt Konsultattiv bejn l-UE u l-Istati Uniti stabbilit bil-Ftehim, li saret fit-23 ta’ Ottubru 2017, iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw li kien beħsiebhom jestendu l-Ftehim u qablu li jkomplu jikkooperaw bejniethom abbażi tas-suċċess li qed ikun hemm fl-allinjament tal-programmi tagħhom. Iż-żewġ Partijiet jirrikonoxxu li r-riċerka u l-innovazzjoni għandhom rwol ewlieni fil-ħolqien tal-impjiegi u fit-tkabbir ekonomiku u li l-kooperazzjoni trans-Atlantika fil-qasam tar-riċerka ilha iktar minn seklu sservi ta’ sors ewlieni għal teknoloġiji ġodda u twassal għal sejbiet xjentifiċi.
Kif ġie diskuss u miftiehem mal-kontropartijiet mill-Istati Uniti, il-kontenut tal-Ftehim estiż għandu jkun l-istess bħal dak tal-Ftehim attwali.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Din l-inizjattiva tikkonforma għalkollox mal-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, li fiha l-Istati Uniti huma sieħeb strateġiku tal-UE fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. L-istrateġija tal-UE ssemmi biċ-ċar li l-ftehimiet fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija huma strumenti importanti biex jiġu ddefiniti pjanijiet direzzjonali pluriennali għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE u biex dawn jiġu implimentati. Il-Ftehim iservi wkoll ta’ mezz biex tiġi implimentata l-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, li titlob li r-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE jsiru iktar internazzjonali u jinfetħu iktar.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
L-istrateġija globali tal-UE għall-politika estera u ta’ sigurtà tikkonferma li l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka hija aspett importanti tal-politika estera tal-UE u tqis li l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka hija element essenzjali għal rabtiet soċjoekonomiċi iktar b’saħħithom.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Is-setgħa tal-UE li taġixxi fil-livell internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku hija bbażata fuq l-Artikolu 186 tat-TFUE. Il-bażi ġuridika proċedurali ta’ din il-proposta hija l-punt (a)(v) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 218(6) tat-TFUE.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom kompetenzi paralleli fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku skont l-Artikolu 4(3) tat-TFUE. Għalhekk, l-azzjonijiet tal-Unjoni ma jistgħux jiġu sostitwiti b’azzjonijiet tal-Istati Membri.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Din l-inizjattiva ma tiffurmax parti mill-aġenda tar-REFIT.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Hemm bżonn biss ta’ riżorsi umani u riżorsi amministrattivi, u dawn huma stipulati fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva.
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill:
- japprova, f’isem l-Unjoni u bil-kunsens tal-Parlament Ewropew, l-estensjoni tal-“Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka” għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin (jiġifieri mill-14 ta’ Ottubru 2018 sat-13 ta’ Ottubru 2023);
- jawtorizza lill-President tal-Kunsill jaħtar lill-persuna jew lill-persuni li għandhom is-setgħa jgħarrfu lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa biex jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim imġedded.
2018/0067 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1)Permezz tad-Deċiżjoni 98/591/KE, il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat fil-5 ta’ Diċembru 1997 f’Washington DC u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1998.
(2)Skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim, il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali ta’ ħames snin. Suġġett għar-reviżjoni mill-Partijiet fl-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv, il-Ftehim jista’ jiġi estiż, b’emendi possibbli, wara dan għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin bi ftehim komuni bil-miktub bejn il-Partijiet.
(3)Permezz tad-Deċiżjonijiet 2004/756/KE, 2009/306/KE u 2014/240/UE, il-Kunsill approva l-estensjoni tal-Ftehim għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin kull darba. Il-Ftehim attwali jiskadi fl-14 ta’ Ottubru 2018.
(4)Il-valutazzjoni li wettqu s-servizzi tal-Kummissjoni turi li l-Ftehim jipprovdi qafas importanti biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerka f’oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija ta’ prijorità komuni u li dan iwassal għal benefiċċji reċiproki. Għalhekk huwa fl-interess tal-Unjoni li l-Ftehim jiġi estiż għal perjodu ieħor ta’ ħames snin.
(5)Iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw li kien beħsiebhom jestendu l-Ftehim għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin mingħajr ma jagħmlulu emendi.
(6)Jenħtieġ li l-estensjoni tal-Ftehim tiġi approvata f’isem l-Unjoni Ewropea,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin b’dan hija approvata f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew lill-persuni li għandhom is-setgħa jgħarrfu lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka, f’isem l-Unjoni, li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa biex jiġi estiż dan il-Ftehim skont l-Artikolu 12 tiegħu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell,
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
1.4.Għan(ijiet)
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.6.Durata u impatt finanzjarju
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
L-istrateġija u l-koordinazzjoni tal-politika, b’mod partikulari tad-Direttorati Ġenerali li ġejjin: id-DĠ Riċerka u Innovazzjoni, id-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali, id-DĠ Azzjoni Klimatika, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, id-DĠ Edukazzjoni, Żgħażagħ, Sport u Kultura, id-DĠ Enerġija, id-DĠ Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs, id-DĠ Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, Kontenut u Teknoloġija, id-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd u d-DĠ Mobilità u Trasport.
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
☑ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.Għan(ijiet)
1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva
Din l-inizjattiva se tippermetti liż-żewġ Partijiet itejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom f’oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ interess komuni.
1.4.2.Għan/għanijiet speċifiku/speċifiċi u attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
Għan speċifiku Nru
Din id-Deċiżjoni se tippermetti liż-żewġ Partijiet itejbu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom u jiżviluppaw sħubija iktar strateġika billi jżidu d-daqs u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kooperazzjoni eżistenti u jittrattaw l-isfidi dinjin billi jippromwovu l-aċċess reċiproku għall-programmi u għall-finanzjament tagħhom.
Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Din id-Deċiżjoni se tippermetti kemm lill-Unjoni kif ukoll lill-Istati Uniti jiksbu benefiċċji reċiproki mill-progress xjentifiku u tekniku li jinkiseb permezz tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni li jkunu għaddejjin. Hija se tippermetti li jiġi skambjat għarfien speċifiku u li jiġi ttrasferit l-għarfien espert għall-benefiċċju tal-komunità xjentifika, tal-industrija u taċ-ċittadini taż-żewġ Partijiet.
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
Il-Kummissjoni se timmonitorja b’mod regolari l-azzjonijiet kollha li jsiru fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, inklużi l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni. Fost l-oħrajn, din l-evalwazzjoni se tkopri l-affarijiet li ġejjin:
(a) l-indikaturi tal-kooperazzjoni — analiżi tal-għadd ta’ entitajiet tal-Istati Uniti li jipparteċipaw fi programmi ffinanzjati mill-UE u tat-tip ta’ parteċipazzjoni tagħhom (pereżempju l-għadd ta’ proposti, l-għadd ta’ ftehimiet tal-għotja ffirmati, ir-rabtiet ta’ kollaborazzjoni ewlenin, it-temi ewlenin ittrattati u r-riżultati ġġenerati) u viċeversa (kull meta d-dejta tkun disponibbli);
(b) l-indikaturi tal-prestazzjoni — ir-rata ta’ suċċess tal-entitajiet tal-Istati Uniti li jipparteċipaw fi programmi qafas tal-UE meta mqabbla ma’ dik ta’ entitajiet ta’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE u ma’ dik ta’ entitajiet ta’ Stati Membri jew ta’ pajjiżi assoċjati ma’ programm qafas għar-riċerka; analiżi tal-kwalità tal-parteċipazzjoni (pereżempju l-għadd ta’ universitajiet ikklassifikati fl-aqwa postijiet li jkunu qed jieħdu sehem fil-programm u l-għadd ta’ privattivi u ta’ pubblikazzjonijiet li jkunu qed joħorġu mill-proġetti ta’ kollaborazzjoni);
(c) il-ġbir tad-dejta dwar l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni u r-rabtiet li jmorru lil hinn mill-programmi rispettivi ta’ finanzjament tar-riċerka, kif ukoll il-valutazzjoni tal-impatt ta’ dawk l-attivitajiet, bħall-parteċipazzjoni f’inizjattivi u fi gruppi ta’ ħidma multilaterali.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil
Din id-Deċiżjoni se tippermetti liż-żewġ Partijiet ikomplu jtejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni ta’ bejniethom f’oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ interess reċiproku.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE
Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-UE fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni kompliet tissaħħaħ b’mod kostanti fis-snin li għaddew. L-involviment tal-UE jippermetti li jsiru attivitajiet fuq skala ikbar u b’kamp ta’ applikazzjoni usa’ għall-benefiċċju tal-Istati Membri kollha. L-estensjoni ta’ dan il-Ftehim se tippermetti lill-UE jkollha aċċess iktar faċli għall-għarfien xjentifiku li joħroġ mill-Istati Uniti u tieħu sehem f’iktar attivitajiet ta’ kooperazzjoni, u b’hekk se twassal għal iktar skambju tal-għarfien u tat-teknoloġiji.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Abbażi tal-esperjenza li kien hemm s’issa fil-qasam tal-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, jitqies li huwa ta’ benefiċċju reċiproku li titkompla l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka mal-Istati Uniti, bħala sieħeb strateġiku tal-UE fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni.
1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
L-estensjoni tal-Ftehim mal-Istati Uniti titqies li hija konsistenti għalkollox mal-qafas ġenerali tal-politika għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni (COM(2012) 497 final).
1.6.Durata u impatt finanzjarju
☑ Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata
–☑
Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-14 ta’ Ottubru 2018 sat-13 ta’ Ottubru 2023
–☑
Impatt finanzjarju mill-14 ta’ Ottubru 2018 sat-13 ta’ Ottubru 2023
◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
☑ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Il-parteċipazzjoni tal-entitajiet mill-Istati Uniti fil-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u f’attivitajiet ta’ kooperazzjoni oħrajn fil-kuntest tal-Ftehim se tiġi segwita b’mod regolari permezz tal-laqgħat tal-Grupp Konġunt Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 6(b) tal-Ftehim.
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat(i)
Isiru laqgħat u kuntatti bilaterali b’mod regolari u dan jippermetti li jkun hemm kondiviżjoni sistematika tal-informazzjoni u kontroll sistematiku. Ma ġew identifikati l-ebda riskji fis-sistema ta’ kontroll.
2.2.2.Tagħrif dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita
2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ errur
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.
Meta jkun hemm bżonn jintużaw kuntratturi esterni jew jingħata kontribut finanzjarju lil partijiet terzi biex jiġi implimentat il-programm qafas, il-Kummissjoni se twettaq awditi finanzjarji, meta dan ikun xieraq, b’mod partikulari meta jkollha raġunijiet tiddubita min-natura realistika tax-xogħol imwettaq jew deskritt fir-rapporti dwar l-attività.
L-awditi finanzjarji tal-Unjoni se jsiru jew mill-persunal tagħha stess jew minn esperti fil-kontabbiltà li jkunu ġew approvati skont il-liġi tal-parti li jkun qed isirilha l-awditu. L-Unjoni għandha l-libertà tagħżel lil dawn l-esperti, filwaqt li tevita kull riskju ta’ kunflitt ta’ interess li tista’ tkun indikatilha l-parti li jkun qed isirilha l-awditu. Barra minn hekk, hija u twettaq l-attivitajiet tar-riċerka, il-Kummissjoni se tiżgura li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi jitwettqu verifiki effettivi u billi jkun hemm miżuri u penali proporzjonati li jservu ta’ deterrent meta jiġu nnutati l-irregolaritajiet.
Sabiex jinkiseb dan il-għan, fil-kuntratti kollha li jintużaw fl-implimentazzjoni tal-programm qafas se jiġu inkorporati regoli dwar il-verifiki, il-miżuri u l-penali b’referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, għar-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 u għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
B’mod partikulari, il-kuntratti jridu jipprevedu l-affarijiet li ġejjin:
- iż-żieda ta’ klawżoli speċifiċi fihom sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE huma u jitwettqu l-verifiki u l-kontrolli b’rabta max-xogħol imwettaq;
- it-twettiq ta’ verifiki amministrattivi bħala parti mill-miżuri ta’ kontra l-frodi, skont ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96, ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (EURATOM) Nru 1074/1999;
- l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi għall-irregolaritajiet kollha fl-implimentazzjoni tal-kuntratti li jsiru bi ħsieb jew minħabba negliġenza, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, li huwa r-Regolament qafas, inkluż mekkaniżmu għall-ħolqien ta’ lista ta’ kumpaniji pprojbiti;
- il-fatt li l-ordnijiet ta’ rkupru li jista’ jkun hemm f’każ ta’ irregolarità jew ta’ frodi jridu jkunu jistgħu jiġu infurzati skont l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Barra minn hekk, il-persunal tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (id-DĠ Riċerka u Innovazzjoni) responsabbli għal dan se jwettaq, bħala miżura ta’ rutina, programm ta’ verifiki b’rabta mal-aspetti xjentifiċi u baġitarji tal-kooperazzjoni. L-Unità tal-Verifika Interna tad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni se twettaq awditu intern u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri se twettaq spezzjonijiet fuq il-post.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Intestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
1a
|
08.01.05
|
Mhux diff.
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Numru
[Intestatura………………………………………]
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
1a
|
“Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi”
|
DĠ: RTD
|
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
TOTAL
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-linja baġitarja
|
Impenji
|
(1)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-linja baġitarja
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-linja baġitarja
|
08.01.05
|
(3)
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ RTD
|
Impenji
|
=1+1a +3
|
0.024
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.036
|
0.298
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3
|
0.024
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.036
|
0.298
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
0.024
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.036
|
0.298
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA <1a>
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
0.024
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.036
|
0.298
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
0.024
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.036
|
0.298
|
Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+ 6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
“Nefqa amministrattiva”
|
f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Sena
2021
|
Sena 2022
|
Sena 2023
|
TOTAL
|
DĠ: RTD
|
|
• Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
0.0048
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.0072
|
0.060
|
TOTAL TAD-DĠ RTD
|
Approprjazzjonijiet
|
0.0048
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.0072
|
0.060
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
0.0048
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.0072
|
0.060
|
f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
TOTAL
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
0.0286
|
0.0715
|
0.0715
|
0.0715
|
0.0715
|
0.0429
|
0.358
|
|
Pagamenti
|
0.0286
|
0.0715
|
0.0715
|
0.0715
|
0.0715
|
0.0429
|
0.358
|
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Indika l-għanijiet u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
OUTPUTS
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KOST TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
TOTAL
|
INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0.0048
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.0072
|
0.060
|
Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
0.0048
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.0072
|
0.060
|
Barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
0.024
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.036
|
0.298
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
0.024
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.036
|
0.298
|
TOTAL
|
0.0286
|
0.0715
|
0.0715
|
0.0715
|
0.0715
|
0.0429
|
0.358
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)
|
|
|
|
XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
08 01 05 01 (Riċerka indiretta)
|
0.2
|
0.5
|
0.5
|
0.5
|
0.5
|
0.3
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)
|
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 yy
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
0.2
|
0.5
|
0.5
|
0.5
|
0.5
|
0.3
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u aġenti temporanji
|
Tħejjija u ġestjoni tal-laqgħat tal-Grupp Konġunt Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 6(b) tal-Ftehim, kif ukoll segwitu tal-funzjonament u tal-implimentazzjoni tal-Ftehim.
Il-kalkoli jsiru b’mod proporzjonat skont id-durata tal-Ftehim.
|
Persunal estern
|
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.
–Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻
fuq ir-riżorsi proprji
–◻
fuq id-dħul mixxellanju
f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.