Brussell, 9.3.2018

COM(2018) 127 final

2018/0058(COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ukrajna

{SWD(2018) 66 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

·Raġunijiet u objettivi tal-Proposta

F’dawn l-aħħar snin, l-Unjoni Ewropea (UE) saħħet sostanzjalment is-sħubija tagħha mal-Ukrajna, li tmur lil hinn minn sempliċi kooperazzjoni bilaterali biex tevolvi lejn assoċjazzjoni politika gradwali u integrazzjoni ekonomika. Billi tippromwovi rabtiet politiċi aktar profondi, rabtiet ekonomiċi aktar b’saħħithom u r-rispett għall-valuri komuni, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna, li kien iffirmat fl-2014 u li jinkludi Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (Deep and Comprehensive Free Trade Area, DCFTA), huwa l-istrument prinċipali biex l-Ukrajna u l-UE joqorbu aktar lejn xulxin. Mill-1 ta’ Novembru 2014, ġew applikati proviżorjament partijiet mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, filwaqt li mill-1 ta’ Jannar 2016 ġiet applikata d-DCFTA. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017, wara r-ratifika tiegħu mill-Ukrajna u mill-Istati Membri kollha tal-UE u l-konklużjoni tiegħu mill-Kunsill tal-UE f'Lulju 2017. 

Minkejja li bejn l-2016 u l-2017 reġa’ lura t-tkabbir, wara riċessjoni serja bejn l-2014 u l-2015, l-ekonomija tal-Ukrajna għadha vulnerabbli għal xokkijiet esterni. Dan huwa rifless fid-dipendenza għolja tal-pajjiż fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti bażiċi, ir-riforniment aktar bil-mod milli mistenni tar-riżervi internazzjonali u d-dejn estern għoli tiegħu, b’mod partikolari ladarba jerġgħu jibdew l-obbligazzjonijiet ta’ ħlas fuq il-Eurobonds ristrutturati fl-2019. F’dan il-kuntest, l-appoġġ kontinwu mis-sħab internazzjonali tal-Ukrajna jibqa’ essenzjali.

F'Marzu 2015, il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) approva programm ta’ Faċilità ta’ Fond Estiża għall-Ukrajna ta’ madwar USD 17,5-il biljun li jintemm f'Marzu 2019. L-assistenza finanzjarja tal-FMI kienet ikkumplimentata mill-appoġġ sostanzjali mill-UE, l-Istati Membri tagħha, għadd ta’ sħab bilaterali (bħall-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Kanada u l-Iżvizzera) u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn bħall-Bank Dinji, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). Madankollu, peress li l-irkupru ekonomiku għadu fraġli u għad hemm għadd ta’ vulnerabbiltajiet, l-Ukrajna se tiffaċċja ħtiġijiet ta’ finanzjament estern addizzjonali fl-2018 u fil-bidu tal-2019, li l-FMI jistma għal USD 4,5 biljun (madwar EUR 3,8 biljun 1 ).

Fid-29 ta’ Novembru 2017, il-Ministru tal-Finanzi Oleksandr Danyliuk indirizza talba uffiċjali lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Valdis Dombrovskis għal aktar assistenza makrofinanzjarja mill-UE. L-assistenza se tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet esterni ta’ finanzjament tal-pajjiż u tappoġġja l-implimentazzjoni tar-riforma.

Fid-dawl ta’ din it-talba u tas-sitwazzjoni ekonomika fl-Ukrajna, b’mod partikolari l-ħolqien ta’ ħtiġijiet ta’ finanzjament estern addizzjonali, il-Kummissjoni Ewropea qed tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex tipprovdi aktar assistenza makrofinanzjarja (AMF) lill-Ukrajna, abbażi tal-Artikolu 212 tat-TFUE, għal ammont sa EUR 1 biljun biex tiġi pprovduta fil-forma ta’ self fuq terminu medju sa twil f’żewġ porzjonijiet. 

L-operazzjoni tal-AMF il-ġdida proposta tikkumplimenta t-tliet operazzjonijiet tal-AMF preċedenti, li jammontaw għal total ta' EUR 3,4 biljun, li ġew offruti lill-Ukrajna mill-bidu tal-kriżi tal-2014. Fl-ambitu ta’ dawn l-operazzjonijiet ġie żborżat total ta’ EUR 2,8 biljun, inkluż EUR 1,6 biljun bejn l-2014 sal-2015 (taħt l-imsejħa AMF I u II) u żewġ partijiet ta’ EUR 600 miljun kull parti f'Lulju 2015 u April 2017 (taħt l-AMF III). It-tielet u l-aħħar parti tal-ħlas ta’ EUR 600 miljun fl-AMF III, bil-kundizzjoni li jiġu implimentati 21 miżura ta’ politika miftiehma b’mod konġunt mal-awtoritajiet Ukreni, ma ġiex żborżat. Għalkemm l-Ukrajna ssodisfat għadd kbir ta’ impenji ta’ politika marbutin mal-ħlas parzjali tagħha, erba’ miżuri inklużi tnejn marbutin mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni ma kinux ġew implimentati sal-iskadenza tal-perjodu ta’ disponibbiltà għall-assistenza, f'Jannar 2018. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tiżborża l-aħħar ħlas parzjali taħt l-AMF III, li kien uffiċjalment ikkanċellat fit-18 ta’ Jannar 2018.

L-objettiv tal-AMF proposta huwa li l-Ukrajna tiġi megħjuna biex tkopri parti mill-ħtiġijiet finanzjarji esterni addizzjonali tagħha ta’ bejn l-2018 u l-2019, li jnaqqas il-bilanċ tal-pagament fuq terminu qasir tal-ekonomija u l-vulnerabbiltajiet fiskali. Barra minn hekk, l-assistenza tal-UE tipprovdi inċentivi biex jiżdiedu l-isforzi tar-riforma tal-Ukrajna billi taqbel mal-awtoritajiet tal-Ukrajna rigward Memorandum ta’ Qbil li jistabbilixxi pakkett adegwat ta’ miżuri li jappoġġjaw l-aġġustament ekonomiku u r-riformi strutturali. L-għan tal-Kummissjoni huwa kunsens wiesa’ mal-awtoritajiet tal-Ukrajna, sabiex tiġi żgurata s-sjieda u b’hekk tiżdied il-probabbiltà ta’ implimentazzjoni bla xkiel tal-kondizzjonalità maqbula. Il-kundizzjonijiet ta’ politika jenħtieġ li jindirizzaw id-dgħufijiet ewlenin tal-ekonomija tal-Ukrajna u s-sistema tal-governanza ekonomika u jkunu konformi mal-impenji ta’ riforma meħuda mill-Ukrajna fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, kif ukoll fi strumenti ta’ appoġġ oħra tal-UE u l-programmi ta’ aġġustament mal-FMI u mal-Bank Dinji. It-twettiq tar-riformi ewlenin tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u ta’ governanza se jkun indispensabbli biex l-operazzjoni tal-AMF tintemm b’suċċess.

Fid-dawl tal-implimentazzjoni mhux kompleta mill-Ukrajna tal-programm ta’ politika marbut mal-AMF III, li wassal għall-kanċellazzjoni tal-ħlas parzjali finali mill-Kummissjoni f’Jannar 2018, huwa xieraq li jiġu inklużi kundizzjonijiet speċifiċi għal kull wieħed miż-żewġ ħlasijiet parzjali ta’ din l-assistenza. B’mod aktar speċifiku, huwa ppjanat li l-miżuri li ma kinux implimentati fil-programm preċedenti jiġu kkunsidrati b’dan il-mod:

·Dwar il-verifika ta’ dikjarazzjonijiet tal-assi tal-uffiċjali pubbliċi, il-Kummissjoni tinsisti fuq it-twaqqif ta’ sistema ta’ verifika effettiva, inkluż permezz ta’ softwer awtomatiku ta’ verifika b’aċċess dirett u awtomatiku għal bażijiet ta’ dejta u reġistri tal-Istat. Fil-qbil tal-Memorandum mal-Ukrajna skont l-operazzjoni l-ġdida tal-AMF proposta, il-Kummissjoni għalhekk tkun tenħtieġ li s-sistema ta’ verifika awtomatizzata msemmija hawn fuq tkun fis-seħħ u taħdem, b’għadd sinifikanti ta’ dikjarazzjonijiet ivverifikati permezz tas-sistema awtomatizzata, li jagħtu prijorità lil uffiċjali ta’ livell għoli.

·Rigward il-verifika ta’ dejta, li għandha tiġi pprovduta mill-kumpaniji dwar is-sidien benefiċjarji tagħhom u l-infurzar tal-obbligu ta’ rapportar tal-kumpaniji, ġie rikonoxxut li din għadha fi stadju inizjali fuq livell internazzjonali, inkluż fl-UE. Fuq talba mill-Ukrajna, se jiġu organizzati skambji ta’ esperti bejn l-Ukrajna u l-UE, bil-ħsieb li jiġu definiti l-passi fattibbli għall-Ukrajna biex tibda tħaddem mekkaniżmu ta’ verifika. Abbażi ta’ dan, il-Memorandum ikun jista’ jispeċifika punti ta’ riferiment konkreti għal mekkaniżmu ta’ verifika bħala kundizzjoni fl-ambitu tal-programm tal-AMF.

·Il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-injam, li mhijiex kompatibbli mar-restrizzjoni tal-miżuri li jirrestrinġu l-kummerċ, għadha fis-seħħ, u liġi li tħassarha għad trid tiġi kkunsidrata mill-kumitat parlamentari responsabbli fl-Ukrajna. Il-Kummissjoni se timpenja ruħha mal-awtoritajiet Ukreni bil-għan li tinstab soluzzjoni għal din il-problema permezz tal-użu ta’ strumenti kummerċjali apposta, possibbilment b’soluzzjoni għat-tilwim bilaterali.

·Rigward il-liġi li tistabilixxi reġistru ta’ kreditu ċentrali, din kienet adottata mill-Parlament Ukren fis-6 ta’ Frar 2018 u daħlet fis-seħħ fl-4 ta’ Marzu 2018. Din il-miżura għaldaqstant tista’ tiġi vvalutata kif tkun implimentata u mhux meħtieġ li tiġi riflessa fil-Memorandum il-ġdid.

Barra minn hekk, il-Memorandum għall-programm il-ġdid se jinkludi wkoll miżuri oħrajn li għandhom jiġu implimentati mill-Ukrajna sabiex tirċievi l-ewwel u t-tieni żborż. Dawn se jinkludu azzjonijiet fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, li huwa parti mill-programmi kollha tal-politika marbutin mal-AMF. B’mod aktar ġenerali, il-kundizzjonalità se tiffoka fuq għadd magħżul ta’ setturi ewlenin li huma rilevanti għall-istabbilizzazzjoni makroekonomika tal-Ukrajna.

Kif elaborat ulterjorment fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja din il-proposta, fost oħrajn, rigward il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni politika li saret mill-Kummissjoni flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), il-Kummissjoni tikkunsidra li l-prekundizzjonijiet politiċi u ekonomiċi għall-operazzjoni tal-AMF proposta huma ssodisfati.

·Kuntest Ġenerali

L-Ukrajna kienet milquta minn riċessjoni partikolarment profonda bejn l-2014 u l-2015, meta l-PDG reali naqas b’6,6 % u 9,8 % rispettivament. Filwaqt li tirrifletti d-dgħufijiet makroekonomiċi u strutturali tal-Ukrajna li ilhom jeżistu, il-kriżi ekonomika kienet xprunata l-aktar minn nuqqas ta’ fiduċja u l-ħsara għall-kapaċità tal-produzzjoni li jirriżultaw mill-kunflitt ipprovokat mill-azzjonijiet destabbilizzanti tar-Russja fil-Lvant tal-pajjiż. It-taħlita ta’ reazzjoni politika qawwija u pakkett ta’ appoġġ internazzjonali fuq skala kbira għenu biex l-ekonomija terġa’ lura għal tkabbir fl-2016 (2,3 %). L-irkupru kompla fl-2017, meta t-tkabbir tal-PGD laħaq stima ta’ madwar 2.2 %, minkejja l-impatt negattiv ta’ imblukkar ta’ merkanzija introdott f’Marzu 2017 fil-konfront taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern. L-espansjoni tal-attività ekonomika fl-2017 kienet prinċipalment xprunata mill-investiment u l-konsum tal-unitajiet domestiċi, flimkien mat-titjib tal-fiduċja u ż-żidiet fil-pagi.

Minkejja l-kriżi ekonomika, l-Ukrajna għamlet progress sinifikanti fil-konsolidazzjoni tal-finanzi pubbliċi tagħha f’dawn l-aħħar tliet snin. Id-defiċit fiskali globali, inkluż id-defiċit tal-kumpanija taż-żejt u l-gass Naftogaz, tnaqqas minn 10 % tal-PGD fl-2014 għal 2,4 % biss fl-2016 (meta mqabbel mal-mira tad-defiċit ta’ 3,7 % maqbul għall-2016 taħt il-programm FMI). L-eżekuzzjoni tal-baġit kompliet tkun soda fl-2017 minħabba l-ġbir sinifikanti tat-taxxa, żieda fil-pagamenti ta’ dividendi minn intrapriżi tal-Istat u għadd ta’ fatturi ta’ darba bħall-konfiska ta’ assi ffriżati tal-eks President Yanukovych (li jammontaw għal 1 % tal-PDG). B’riżultat ta’ dan, id-defiċit tal-baġit tal-Istat konsolidat fl-2017 ammonta għal madwar 1,5 % tal-PDG. Id-defiċits kważi fiskali assoċjati mar-rikapitalizzazzjoni ta’ kumpaniji tal-Istat u tal-banek tnaqqsu b’mod sinifikanti, b’mod partikolari minħabba l-eliminazzjoni tad-defiċit fl-operat ta’ Naftogaz. Din il-konsolidazzjoni fiskali, flimkien ma’ stabbiltà relattiva fir-rata tal-kambju mill-2016, għenet ukoll biex jitnaqqas id-dejn tal-gvern ġenerali għal madwar 76 % tal-PGD fi tmiem l-2017 (minn 81 % fit-tmiem tal-2016).

Il-baġit tal-2018 jipprevedi defiċit fiskali ta’ 2,4 % tal-PDG (konformi mal-limitu massimu ta’ 2,5 % previst fil-programm tal-FMI) u huwa msejjes fuq suppożizzjonijiet ta’ tkabbir tal-PGD reali ta’ 3 % u inflazzjoni fil-prezzijiet għall-konsumaturi ta’ 9 %. Ix-xejra ta’ diżinflazzjoni li kienet prevalenti mir-rebbiegħa tal-2015 (60,9 % f’April 2015) sa nofs l-2016 (6,9 % f’Ġunju 2016) treġġgħet lura gradwalment. Minn dak iż-żmien, l-irkupru fl-inflazzjoni (14,1 % f’Jannar 2018) kien xprunat minn żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni u d-domanda tal-konsumatur (speċjalment li jirriżultaw minn żidiet fil-pagi), kif ukoll żieda fil-prezzijiet tal-ikel mhux ipproċessat (minħabba s-silġ fil-bidu tal-2017 li għamel ħsara lill-uċuħ tar-raba’) u fil-prezzijiet tal-fjuwil. Il-pressjoni ta’ inflazzjoni li qiegħda tikber wasslet biex il-bank ċentrali jgħolli r-rata tal-imgħax tal-politika tiegħu b’ 4,5 punti perċentwali kumulattivi minn Ottubru 2017 għal 17 % mit-2 ta’ Marzu 2018.

Fir-rigward tas-settur estern, id-defiċit tal-kont kurrenti tal-Ukrajna żdied b’mod gradwali (3,5 % tal-PDG fl-2017) wara aġġustament ‘l isfel qawwi kkawżat mill-kriżi ekonomika (minn 9 % tal-PDG fl-2013 għal 0,3 % fl-2015). Dan kien prinċipalment ir-riżultat tal-irkupru fl-importazzjonijiet fl-investimenti (konformi mat-titjib fil-fiduċja fin-negozju) u konsum domestiku qawwi. Aktar twessigħ tad-defiċit fil-kont kurrenti sar permezz tal-irpiljar b’saħħtu fl-esportazzjonijiet (17 % sena b’sena fl-ewwel 2017) fid-dawl tal-ekonomija dinjija li dejjem qed tikber u t-termini ta’ kummerċ favorevoli. L-influssi ta’ kapital privati u mhux ta’ investiment dirett barrani żdiedu wkoll, partikolarment bħala konsegwenza tat-tqegħid ta’ USD 3 biljun ta’ Eurobonds mill-gvern f'Settembru 2017. L-appoġġ mis-sħab multilaterali u bilaterali tal-Ukrajna, flimkien mal-aġġustament tal-kont kurrenti u ritorn gradwali ta’ flussi finanzjarji privati, għenu biex l-Ukrajna tirriforni r-riżervi internazzjonali tagħha għal USD 18,6-il biljun fit-tmiem ta’ Jannar 2018, minkejja d-dgħufijiet fil-investiment dirett barrani.

Minkejja t-titjib tas-sitwazzjoni ekonomika mill-2015, għad hemm vulnerabbiltajiet minħabba d-dipendenza għolja tal-pajjiż fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti bażiċi, ir-riforniment aktar bil-mod milli mistenni tar-riżervi internazzjonali tiegħu u d-dejn estern elevat tagħha. Barra minn hekk, l-ambjent ta’ politika domestika instabbli u t-theddida kontinwa tat-tkabbir ta’ tensjonijiet fil-parti tal-Lvant tal-pajjiż huma riskji negattivi li jistgħu jkunu ta’ piż fuq l-irkupru li għadu kajman.

Bħala esportatur tal-prodotti bażiċi (il-prodotti agrikoli u l-metalli jammontaw għal madwar 70 % tal-esportazzjonijiet tal-merkanzija tal-Ukrajna), l-Ukrajna għadha partikolarment vulnerabbli għat-termini ta’ kummerċ li qed imorru għall-agħar u għall-miżuri introdotti mir-Russja biex jiġi ristrett it-tranżitu mill-Ukrajna. Fil-fatt, it-tnaqqis globali tal-prezzijiet tal-prodotti bażiċi kien fattur ewlieni għall-kriżijiet fil-bilanċ tal-pagamenti li l-Ukrajna ffaċċjat fl-2009 u bejn l-2014 u l-2015.

Id-dejn estern għoli tal-Ukrajna jikkostitwixxi sors ieħor ta’ vulnerabbiltà. Minkejja t-tnaqqis fl-ingranaġġ qawwi mis-settur korporattiv u dak bankarju sa mill-kriżi tal-2014, id-dejn estern gross ammonta għal USD 117,3-il biljun fl-1 ta’ Ottubru 2017 (111 % tal-PDG), inklużi USD 47,5 biljun ta’ maturitajiet fuq terminu qasir (45% tal-PDG). Filwaqt li dan id-dejn huwa primarjament marbut mas-settur privat u ma jirrappreżentax obbligazzjoni diretta għall-Istat, parti minnu huwa marbut ma’ kumpaniji tal-Istat (kultant iggarantit mill-Istat) u b’hekk jammonta għal obbligazzjoni kontinġenti għall-awtoritajiet. L-ammont tad-dejn estern tal-Istat dirett li jimmatura fis-sena ta’ wara naqas b’mod sinifikanti bil-kriżi, minħabba li l-awtoritajiet irrikorrew għal self fuq terminu twil minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u reġgħu skedaw xi USD 15-il biljun ta’ dejn minn bonds (kemm f’pussess dirett kif ukoll garantit) bl-hekk imsejħa operazzjoni ta’ dejn f'Novembru 2015. Madankollu, id-dejn jibqa’ relattivament elevat u l-obbligi ta’ ripagament bejn l-2018 u l-2019 huma konsiderevoli.

Ir-riżervi jibqgħu taħt l-istandards tal-adegwatezza tal-FMI, partikolarment fil-kuntest ta’ livell għoli ta’ dejn estern. Filwaqt li l-Ukrajna rnexxielha tirriforna r-riżervi grossi internazzjonali matul dawn l-aħħar tliet snin, il-proċess kien aktar bil-mod milli kien ipprogrammat mill-FMI. Bi USD 18,6-il biljun fit-tmiem ta’ Jannar 2018, ir-riżervi jibqgħu taħt il-livell tagħhom ta’ qabel il-kriżi u l-livell previst għal tmiem l-2017 fit-tnedija tal-programm tal-FMI (USD 22,3 biljun). Ir-riżervi jistgħu jerġgħu jiġu taħt aktar pressjoni bejn l-2018 u l-2019, meta l-pajjiż huwa mistenni li jagħmel aktar minn USD 12-il biljun f’pagamenti (mgħax u prinċipal) fuq id-dejn estern sovran u parasovran. Dan il-livell massimu fir-ripagamenti tad-dejn iseħħ fi żmien l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari fl-2019. F’dan il-kuntest, ir-riforniment addizzjonali tar-riżervi internazzjonali tal-Ukrajna jidher meħtieġ, u l-AMF addizzjonali tal-UE tista’ tappoġġja b’mod utli dan l-isforz, kemm direttament (permezz tal-iżborżi tagħha) kif ukoll indirettament (bħala katalist għall-influssi ta’ kapital privat u joħloq kunfidenza fil-munita lokali).

F’dan il-kuntest, l-appoġġ kontinwu mill-FMI u s-sħab internazzjonali tal-Ukrajna, fosthom l-UE, jibqa’ essenzjali. Minn mindu bdiet il-kriżi, il-programm tal-Faċilità ta’ Fond Estiża għall-Ukrajna ta’ USD 17,5-il biljun approvat mill-FMI f’Marzu 2015 ġie kkumplimentat minn appoġġ sostanzjali mis-sħab bilaterali tal-Ukrajna, inkluża l-UE. Istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra bħall-Bank Dinji, il-BERŻ u l-BEI żiedu wkoll b’mod sinifikanti l-attività tagħhom biex jappoġġjaw it-tranżizzjoni ekonomika tal-pajjiż. Madankollu, peress li l-ekonomija tal-Ukrajna għadha fraġli u hija esposta għal għadd ta’ vulnerabbiltajiet, il-FMI jqis li l-pajjiż se jiffaċċja ħtiġijiet ta’ finanzjament estern addizzjonali fl-2018 u fil-bidu tal-2019, li jammontaw għal USD 4,5 biljun (madwar EUR 3,8 biljun 2 ). L-AMF proposta tkun tkopri 26,5 % tad-diskrepanza finanzjarja addizzjonali totali. Il-Bank Dinji qed iħejji wkoll Self għall-Politika tal-Iżvilupp ġdid fl-ammont ta’ USD 800 miljun bħala kontribuzzjoni għad-diskrepanza fil-finanzjament. Ladarba tiġi kkunsidrata l-kontribuzzjoni potenzjali mill-Bank Dinji, l-AMF tal-UE se tiffinanzja 32 % tad-diskrepanza li fadal ta’ USD 3,7 biljun.

·Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

L-AMF ngħatat lill-Ukrajna skont erba’ deċiżjonijiet separati:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja supplimentari lill-Ukrajna (2002/639/KE) 3

id-Deċiżjoni (UE) 646/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 li tipprovdi l-għajnuna makrofinanzjarja lill-Ukrajna 4  

id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna (2014/215/UE) 5

id-Deċiżjoni Nru (UE) 2015/601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' April 2015 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna 6  

·Il-konsistenza mal-politiki u mal-għanijiet l-oħra tal-Unjoni

L-AMF proposta hija konsistenti mal-impenn tal-UE li jappoġġja t-tranżizzjoni ekonomika u politika tal-Ukrajna. Din hija konsistenti mal-prinċipji li jirregolaw l-użu tal-istrument tal-AMF, inkluż il-karatteristiċi eċċezzjonali tiegħu, il-prekundizzjonijiet politiċi, il-komplimentarità, il-kundizzjonalità u d-dixxiplina finanzjarja.

L-AFM proposta hija konformi mal-objettivi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV). Hija tikkontribwixxi biex tappoġġja l-objettivi tal-Unjoni Ewropea ta’ stabbiltà u żvilupp ekonomiku fl-Ukrajna u b’mod aktar ġenerali, reżiljenza fil-viċinat tal-Ewropa tal-Lvant. Billi tappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet biex jistabbilixxu qafas makroekonomiku stabbli u jimplimentaw riformi strutturali ambizzjużi, l-operazzjoni proposta ssaħħaħ il-valur miżjud tal-involviment globali tal-UE fl-Ukrajna u ttejjeb l-effettività ta’ forom oħrajn ta’ assistenza finanzjarja tal-UE lill-pajjiż, inkluż l-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju u l-għotjiet disponibbli permezz ta’ strumenti finanzjarji esterni taħt il-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti għall-2014-2010. L-AMF proposta hija wkoll parti integrali mill-appoġġ internazzjonali globali għall-Ukrajna u se tkompli tikkumplimenta l-assistenza pprovduta minn donaturi multilaterali u bilaterali.

L-Ukrajna għandha rabtiet ekonomiċi importanti mal-UE. Fl-1 ta’ Settembru 2017, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna daħal fis-seħħ. Id-dispożizzjonijiet dwar iż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) kienu applikati b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2016, meta l-UE u l-Ukrajna bdew jiftħu b’mod reċiproku s-swieq tagħhom għall-prodotti u s-servizzi. L-UE hija l-ewwel sieħba ta’ kummerċ tal-Ukrajna, li tirrappreżenta 40,6% (f’termini ta’ valur) tal-kummerċ totali tal-Ukrajna fl-2016. Il-kummerċ bilaterali żdied aktar fl-2017. L-esportazzjonijiet mill-Ukrajna lejn l-UE żdiedu b’27,3 % sena b’sena, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-UE żdiedu bi 22,1 % (f’termini ta’ valur).

2.ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

·Sommarju tal-azzjoni proposta

L-Unjoni Ewropea għandha tagħmel l-AMF disponibbli għall-Ukrajna għall-ammont ta’ massimu ta' EUR 1 biljun, ipprovduta f’forma ta’ selfiet b’terminu medju u twil, li tikkontribbwixxi biex jiġu koperti l-ħtiġijiet ta’ finanzjament esterni residwi ta’ bejn l-2018 sal-2019. L-assistenza hija ppjanata li tiġi żborżata f’żewġ ħlasijiet parzjali ta’ self. Bil-kundizzjoni li l-miżuri ta’ politika li jakkumpanjaw il-ħlas parzjali jkunu ġew implimentati fil-waqt, l-ewwel ħlas parzjali huwa mistenni li jiġi żborżat fit-tieni nofs tal-2018, filwaqt li t-tieni ħlas parzjali jista’ jsir fl-ewwel nofs tal-2019. L-assistenza se tkun ġestita mill-Kummissjoni. Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi fuq il-prevenzjoni tal-frodi u ta’ irregolaritajiet oħrajn, b’mod konformi mar-Regolament Finanzjarju.

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ukreni jaqblu dwar Memorandum ta’ Qbil li jistipula l-miżuri ta’ riforma strutturali assoċjati mal-operazzjoni tal-AMF proposta, inklużi aspetti ta’ żmien u sekwenzjar. Barra minn hekk, kif jiġri normalment f’każ ta’ AMF, l-iżborżi jkunu fost l-oħrajn jiddependu fuq rieżamijiet sodisfaċenti skont il-programm tal-FMI u d-dipendenza kontinwa mill-Ukrajna fuq fondi tal-FMI.

·Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 212 tat-TFUE.

·Prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika peress li l-objettivi tar-restawr tal-istabbiltà makroekonomika għal perjodu ta’ żmien qasir fl-Ukrajna ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar mill-Unjoni Ewropea. Ir-raġunijiet ewlenin huma r-restrizzjonijiet baġitarji ffaċċjati fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa għal koordinazzjoni b’saħħitha tad-donaturi sabiex l-iskala u l-effikaċja tal-assistenza jiġu massimizzati kemm jista' jkun.

·Prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità: hija tillimita ruħha għall-minimu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-istabbiltà makroekonomika fil-perjodu qasir taż-żmien u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak l-iskop.

Kif identifikat mill-Kummissjoni abbażi tal-istimi tal-FMI fil-kuntest ta’ riżerva, l-ammont tal-assistenza jikkorrispondi għal 26,5 % tad-diskrepanza finanzjarja addizzjonali stmata għall-perjodu mill-2018 sal-2019. Dan l-impenn sinifikanti huwa ġġustifikat: mill-importanza politika tal-Ukrajna għall-istabbiltà fil-Viċinat Ewropew; mill-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika tal-pajjiż mal-UE, kif jidher mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn iż-żewġ naħat li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017; kif ukoll mis-sitwazzjoni ta’ sfida li l-Ukrajna tkompli tiffaċċja, partikolarment bħala riżultat tal-kunflitt fil-parti tal-Lvant tal-pajjiż.

·Għażla tal-istrumenti

Il-finanzjament jew l-assistenza teknika għall-proġetti mhux se jkunu adattati jew suffiċjenti biex jindirizzaw l-objettivi makroekonomiċi. Il-valur miżjud ewlieni tal-AMF, meta mqabbla ma’ strumenti oħrajn tal-UE, huwa li din l-assistenza ttaffi r-restrizzjoni finanzjarja esterna b’mod rapidu u tgħin sabiex jinħoloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi tippromwovi bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll qafas xieraq għar-riformi strutturali. Billi tgħin biex jiġi stabbilit qafas xieraq għall-politiki makroekonomiċi u strutturali, l-AMF tista’ żżid l-effikaċja tal-azzjonijiet iffinanzjati fl-Ukrajna bl-istrumenti finanzjarji l-oħrajn tal-UE ffokati b’mod aktar speċifiku.

3.RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

·Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Fit-tħejjija ta’ din il-proposta għal AMF, is-servizzi tal-Kummissjoni kienu f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet tal-Ukrajna, sabiex titrawwem ir-resposabbiltà tal-Ukrajna rigward il-programm. Barra minn hekk, peress li l-AMF tingħata bħala parti integrali mill-appoġġ internazzjonali għall-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Ukrajna, il-Kummissjoni kkonsultat ukoll ma’ sħab internazzjonali tal-Ukrajna bħall-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji, li qed jappoġġjaw il-pajjiż permezz ta’ programmi ta’ finanzjament konsiderevoli.

·Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Twettqet Valutazzjoni Operazzjonali mill-Kummissjoni li tivverifika l-kwalità u l-affidabilità taċ-ċirkwiti finanzjarji pubbliċi u l-proċeduri amministrattivi tal-Ukrajna bl-assistenza ta’ esperti esterni, u tħejja rapport finali f'Awwissu 2014. Fit-tieni kwart tal-2018, huwa mistenni li titwettaq Valutazzjoni Operazzjonali ġdida biex tirrifletti l-iżviluppi riċenti.

·Valutazzjoni tal-impatt

L-assistenza makrofinanzjarja tal-UE hija strument ta’ emerġenza eċċezzjonali li għandu l-għan li jindirizza diffikultajiet kritiċi għall-pagament tal-bilanċ f’pajjiżi terzi. Għalhekk, din il-proposta tal-AMF hija eżentata mill-ħtieġa li titwettaq Valutazzjoni tal-Impatt skont il-Linji Gwida ta' Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni (SWD(2015)111 final) billi hemm obbligu politiku li wieħed jimxi 'l quddiem b’rata mgħaġġla f’din is-sitwazzjoni ta’ emerġenza li teħtieġ rispons rapidu.

B’mod aktar ġenerali, il-proposti tal-AMF tal-Kummissjoni jibnu fuq it-tagħlimiet meħuda minn evalwazzjonijiet ex post imwettqa fuq operazzjonijiet tal-passat fil-viċinat tal-UE. L-AMF u l-programm ta’ riformi u aġġustamenti ekonomiċi assoċjat magħha għandhom jgħinu sabiex jittaffew il-ħtiġijiet finanzjarji tal-Ukrajna għal terminu ta' żmien qasir, filwaqt li jappoġġjaw il-miżuri ta’ politika maħsuba biex isaħħu l-pożizzjonijiet fiskali u esterni f’terminu medju u biex jistabbilixxu l-bażi għal tkabbir sostenibbli.

4.IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

L-assistenza ppjanata tingħata f’forma ta’ self u jenħtieġ li tkun iffinanzjata permezz ta’ operazzjonijiet ta’ teħid b'self li l-Kummissjoni se twettaq f’isem l-UE. L-ispejjeż baġitarji tal-assistenza se jikkorrispondu mal-proviżjonament, b’rata ta’ 9 %, tal-ammonti żborżati fil-fond ta’ garanzija għal self estern tal-UE, mil-linja baġitarja 01 03 06 (“Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija”). Jekk wieħed jassumi li l-ewwel żborż ta' self se jsir fl-2018 b'ammont totali ta' EUR 500 miljun u t-tieni żborż ta' self se jsir fl-2019 b'ammont ta’ EUR 500 miljun, u skont ir-regoli li jirregolaw il-mekkaniżmu tal-fond ta’ garanzija, il-proviżjonament isir fil-baġits tal-2020 (EUR 45 miljun) u 2021 (EUR 45 miljun).

Abbażi tal-projezzjonijiet attwali dwar l-użu tal-linja baġitarja 01 03 06, il-Kummissjoni tivvaluta li l-impatt baġitarju tal-operazzjoni proposta tal-AMF għall-Ukrajna jista' jiġi akkomodat.

5.ELEMENTI FAKULTATTIVI

·Il-klawsola ta' rieżami/reviżjoni/estinzjoni

Il-proposta tinkludi klawżola ta’ estinzjoni. L-AMF proposta ssir disponibbli għal sentejn u nofs, li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta’ Qbil.

2018/0058 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ukrajna

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)    Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna qed ikomplu jiżviluppaw fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u s-Sħubija tal-Lvant. Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ukrajna, inkluż Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.

(2)    Mir-rebbiegħa tal-2014, l-Ukrajna bdiet programm ambizzjuż ta’ riforma bil-għan li tistabbilizza l-ekonomija tagħha u ttejjeb l-għajxien taċ-ċittadini tagħha. L-Ukrajna u l-Unjoni ddefinixxew b’mod konġunt aġenda ta’ riforma (l-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni, li kienet aġġornata l-aħħar f’Marzu 2015). Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni kif ukoll riformi kostituzzjonali, elettorali u ġudizzjarji huma fost l-ogħla prijoritajiet fuq l-aġenda.

(3)    Minbarra l-appoġġ politiku tagħha, l-Unjoni wiegħdet pakkett finanzjarju ta’ ‘l fuq minn EUR 11-il biljun f’Marzu 2014 biex tappoġġja l-istabbilizzazzjoni ekonomika u l-implimentazzjoni tar-riformi fl-Ukrajna, inkluż EUR 1,6 biljun ta’ assistenza makrofinanzjarja skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/639/KE 7 , id-Deċiżjoni 646/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/215/UE 9 . Fid-dawl tal-ħtiġijiet finanzjarji esterni sostanzjali tal-Ukrajna, f’April 2015, ammont addizzjonali ta’ EUR 1,8 biljun ta’ assistenza makrofinanzjarja saru disponibbli fil-pajjiż, skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 .

(4)    Minn Mejju 2014 ’l hawn l-Ukrajna rċeviet EUR 2,81 biljun ta’ assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni, inklużi EUR 1,2 biljun mill-EUR 1,8 biljun disponibbli skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. It-tielet u l-aħħar ħlas parzjali ta’ EUR 600 miljun f’assistenza makrofinanzjarja skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/601 ġie kkanċellat fit-18 ta’ Jannar 2018 minħabba nuqqas ta’ konformità mill-Ukrajna mal-programm ta’ riformi strutturali marbuta ma’ dan il-ħlas.

(5)    Fil-11 ta’ Marzu 2015, il-Fond Monetarju Internazzjonali approva programm ta’ Faċilità ta' Fond Estiża ta’ erba’snin għall-Ukrajna ta’ madwar USD 17,5-il biljun biex jappoġġja programm ta’ riforma u aġġustament ekonomiku tal-pajjiż, li minnhom ġew żborżati USD 8,5 biljun bejn l-2015 u l-2017. L-assistenza finanzjarja tal-FMI kienet ikkumplimentata b’appoġġ sostanzjali minn għadd ta’ sħab bilaterali (inkluż l-Unjoni u l-Istati Membri, kif ukoll l-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Kanada). Istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra bħall-Bank Dinji, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) żiedu wkoll b’mod sinifikanti l-attività tagħhom biex jappoġġjaw it-tranżizzjoni ekonomika tal-Ukrajna.

(6)    Wara l-missjoni teknika tiegħu ta’ Novembru 2017, il-FMI rreveda l-istimi tiegħu tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament esterni, li jidentifikaw diskrepanza addizzjonali ta’ USD 4,5 biljun għall-2018 u l-2019. Dawk il-ħtiġijiet ta’ finanzjament imorru lil hinn mill-finanzjament li sar sa issa mill-komunità internazzjonali, li jinkludi l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/639/KE, id-Deċiżjoni Nru 646/2010/UE tal-Parlament u tal-Kunsill, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/215/UE u d-Deċiżjoni (UE) 2015/601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(7)    F’Novembru 2017, fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja diffiċli u li l-Ukrajna tkompli tiffaċċja, l-awtoritajiet talbu aktar assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni.

(8)    Waqt il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna li sar fit-8 ta’ Diċembru 2017, l-Unjoni affermat mill-ġdid l-appoġġ tagħha għall-isforzi ta’ riforma sostanzjali tal-Ukrajna, inkluż assistenza finanzjarja marbuta ma’ progress konkret ta’ riforma.

(9)    Minħabba li l-Ukrajna hija pajjiż kopert mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, jenħtieġ li titqies bħala eliġibbli biex tirċievi l-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni.

(10)    Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni tkun strument finanzjarju eċċezzjonali ta' appoġġ mingħajr irbit u mhux speċifikat għall-bilanċ tal-pagamenti, bl-għan li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet finanzjarji esterni immedjati tal-benefiċjarju u jenħtieġ li tirfed l-implimentazzjoni ta' programm ta' politika li fih miżuri qawwija ta' riforma strutturali u ta' aġġustament immedjat maħsuba biex itejbu l-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti tal-benefiċjarju fuq perjodu ta' żmien qasir.

(11)    Minħabba li għad hemm diskrepanza fil-finanzjament estern residwu tal-bilanċ tal-Ukrajna tal-pagamenti lil hinn mir-riżorsi pprovduti mill-FMI u minn istituzzjonijiet multilaterali oħrajn, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni li għandha tingħata lill-Ukrajna, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali qed titqies bħala tweġiba xierqa għat-talba tal-Ukrajna għal appoġġ tal-istabilizzazzjoni ekonomika tagħha flimkien mal-programm tal-FMI. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tappoġġja l-aġenda tal-istabbilizzazzjoni ekonomika u tar-riforma strutturali tal-Ukrajna, filwaqt li tissupplimenta r-riżorsi li huma disponibbli taħt l-arranġament finanzjarju tal-FMI.

(12)    Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jkollha l-għan li tappoġġja l-ħolqien mill-ġdid ta' sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-Ukrajna, u b'hekk tappoġġja l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha.

(13)    Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni hija bbażata fuq valutazzjoni kwantitattiva kompleta tal-ħtiġijiet ta' finanzjament estern residwu tal-Ukrajna, u tqis il-kapaċità tagħha ta' awtofinanzjament bir-riżorsi proprji, partikolarment ir-riżervi internazzjonali għad-dispożizzjoni tagħha. Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tikkumplimenta l-programmi u r-riżorsi pprovduti mill-FMI u l-Bank Dinji. Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza tqis ukoll il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija mingħand donaturi bilaterali u multilaterali u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kondiviżjoni ġusta tal-piż bejn l-Unjoni u donaturi oħrajn, kif ukoll l-implimentazzjoni diġà eżistenti tal-istrumenti ta' finanzjament esterni l-oħrajn tal-Unjoni fl-Ukrajna u l-valur miżjud tal-involviment kumplessiv tal-Unjoni.

(14)    Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-prinċipji, l-objettivi u l-miżuri ewlenin meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u ta' linji ta' politika oħrajn rilevanti tal-Unjoni.

(15)    L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tappoġġja l-politika esterna tal-Unjoni rigward l-Ukrajna. Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li jaħdmu flimkien mill-qrib matul l-operazzjoni ta' assistenza makrofinanzjarja kollha bl-għan li jikkoordinaw il-politika esterna tal-Unjoni u li jiżguraw il-konsistenza tagħha.

(16)    L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tappoġġja l-impenn tal-Ukrajna fir-rigward tal-valuri kondiviżi mal-Unjoni, inkluż id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll l-impenn tagħha lejn il-prinċipji ta' kummerċ miftuħ, ibbażat fuq regoli u ġust.

(17)    Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun li l-Ukrajna tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fl-Ukrajna u jenħtieġ li jippromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġjaw it-tkabbir sostenibbli u inklussiv, il-ħolqien tal-impjiegi u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekundizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi jenħtieġ li jiġu mmonitorjati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

(18)    Biex ikun żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbutin mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jiġu mħarsa b’mod effiċjenti, l-Ukrajna jenħtieġ li tieħu miżuri xierqa fir-rigward tal-prevenzjoni ta’, u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta mal-assistenza. Barra minn hekk, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni biex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq verifiki u l-Qorti tal-Awdituri tkun tista’ twettaq awditi.

(19)    Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bħala awtorità baġitarja.

(20)    L-ammonti li għandhom jiġu pprovduti meħtieġa għall-assistenza makrofinanzjarja jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-approprjazzjonijiet baġitarji definiti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

(21)    Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tiġi ġestita mill-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinfurmahom regolarment bl-iżviluppi relatati mal-assistenza u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti.

(22)    Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 .

(23)    L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għal kundizzjonijiet ta' politika ekonomika, li jiġu stabbiliti f'Memorandum ta' Qbil. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta' effiċjenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kundizzjonijiet mal-awtoritajiet Ukreni taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dan ir-Regolament, bħala regola ġenerali jenħtieġ li tapplika l-proċedura konsultattiva fil-każijiet kollha ħlief kif previst f'dan ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment importanti tal-assistenza ta' aktar minn EUR 90 miljun, huwa xieraq li l-proċedura ta' eżaminazzjoni tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu minimu. Meta jitqies l-ammont ta' assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Ukrajna, jenħtieġ li l-proċedura ta' eżami tapplika għall-adozzjoni tal-Memorandum ta' Qbil, jew għal kwalunkwe tnaqqis, suspensjoni jew tħassir tal-assistenza,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.L-Unjoni għandha tagħmel assistenza makrofinanzjarja ta’ ammont massimu ta’ EUR 1 biljun disponibbli lill-Ukrajna (“l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni”), bil-ħsieb li tappoġġja l-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Ukrajna u aġenda ta’ riforma sostantiva. L-assistenza għandha tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet tal-bilanċ tal-pagamenti tal-Ukrajna kif identifikat fil-programm tal-FMI.

2.L-ammont sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jingħata lill-Ukrajna fil-forma ta' self. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, f'isem l-Unjoni, biex tissellef il-fondi meħtieġa mis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji u ssellifhom lill-Ukrajna. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta’ 15-il sena.

3.Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jiġi ġestit mill-Kummissjoni b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew mal-arranġamenti milħuqa bejn il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Ukrajna u mal-prinċipji u l-objettivi ewlenin tar-riformi ekonomiċi stabbiliti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna, inkluż id-DCFTA, maqbula skont il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV).

Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inklużi l-iżborżi tagħha, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti fi żmien xieraq.

4.L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli għal perjodu ta' sentejn u nofs, li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta' Qbil imsemmi fl-Artikolu 3(1).

5.Jekk il-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-Ukrajna jonqsu b'mod fundamentali matul il-perjodu tal-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni meta mqabbla mal-projezzjonijiet inizjali, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tnaqqas l-ammont tal-assistenza jew tissospendiha jew tħassarha.

Artikolu 2

1.Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Ukrajna tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inkluża sistema parlamentari multipartitika – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.

2.Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jimmonitorjaw li din il-prekundizzjoni tiġi ssodisfata matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

3.Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE 12 .

Artikolu 3

1.Il-Kummissjoni, f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tilħaq ftehim mal-awtoritajiet Ukreni dwar politika ekonomika u kundizzjonijiet finanzjarji definiti b’mod ċar, ikkonċentrati fuq riformi strutturali u finanzi pubbliċi sodi, li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għalihom, li għandhom jitniżżlu f’Memorandum ta’ Qbil (il-“Memorandum ta’ Qbil”) li għandu jinkludi perjodu ta' żmien għat-twettiq ta’ dawk il-kundizzjonijiet. Il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew mal-arranġamenti mesmmija fl-Artikolu 1(3), inklużi l-programmi ta' aġġustament makroekonomiku u ta' riforma strutturali implimentati mill-Ukrajna bl-appoġġ tal-FMI.

2.Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw, b'mod partikolari, li jtejbu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistemi ta' ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fl-Ukrajna, inkluż għall-użu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Il-progress fil-ftuħ reċiproku tas-swieq, l-iżvilupp ta' kummerċ ġust u bbażat fuq ir-regoli u prijoritajiet oħrajn fil-kuntest tal-politika esterna tal-Unjoni għandhom ukoll jitqiesu bil-mod dovut fit-tfassil tal-miżuri ta' politika. Il-progress fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi għandu jiġi mmonitorjat regolarment mill-Kummissjoni.

3.It-termini finanzjarji dettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar is-Self li għandu jintlaħaq bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Ukrajna.

4.Il-Kummissjoni għandha tivverifika f'intervalli regolari li l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4(3) jibqgħu jiġu ssodisfati, inkluż jekk il-linji ta' politika ekonomika tal-Ukrajna jkunux f'konformità mal-objettivi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji u, fejn ikun meħtieġ, mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Artikolu 4

1.Soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun magħmula disponibbli mill-Kummissjoni f'żewġ ħlasijiet parzjali ta' self. Id-daqs ta' kull ħlas parzjali għandu jiġi stabbilit fil-Memorandum ta' Qbil imsemmi fl-Artikolu 3.

2.L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jkunu pprovduti, fejn meħtieġ, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 13 .

3.Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali soġġetti għat-twettiq tal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)il-prekundizzjoni stipulata fl-Artikolu 2;

(b)rekord sodisfaċenti kontinwu fl-implimentazzjoni ta' programm ta' politika li fih miżuri ta' aġġustament u ta' riforma strutturali b'saħħithom appoġġjati minn arranġament ta' kreditu mill-FMI mhux prekawzjonarju; kif ukoll

(c)l-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-politika ekonomika u tal-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma fil-Memorandum ta’ Qbil.

Ir-rilaxx tat-tieni ħlas parzjali ma għandux, fil-prinċipju, isir qabel tliet xhur wara r-rilaxx tal-ewwel ħlas parzjali.

4.Fil-każ li l-Kummissjoni ssib li il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jiġux sodisfatti, hija għandha tissospendi jew tikkanċella temporanjament l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. F'tali każijiet, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-raġunijiet għal din is-sospensjoni jew il-kanċellazzjoni.

5.L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi żborżata lill-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna. Soġġetti għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu maqbula fil-Memorandum ta' Qbil, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, il-fondi tal-Unjoni jistgħu jiġu ttrasferiti lill-Ministeru tal-Finanzi tal-Ukrajna bħala l-benefiċjarju aħħari.

Artikolu 5

1.L-operazzjonijiet ta’ teħid u għoti b’self relatati mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jsiru fil-munita euro bl-użu tal-istess data tal-valur, u ma għandhomx jinvolvu lill-Unjoni fit-trasformazzjoni tal-maturitajiet, jew jesponuha għal ebda riskju fir-rata tal-kambju jew tal-imgħax, jew għal ebda riskju kummerċjali ieħor.

2.Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu, u jekk l-Ukrajna titlob dan, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li tiddaħħal klawżola dwar ir-rimborż bikri fit-termini u l-kundizzjonijiet tas-self u li din tkun appoġġjata minn klawżola korrispondenti fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet tat-teħid ta’ self.

3.Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata tal-imgħax tas-self, u jekk l-Ukrajna titlob dan, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tiffinanzja mill-ġdid it-teħid ta' self inizjali kollu jew parti minnu jew tista' tirristruttura l-kundizzjonijiet finanzjarji korrispondenti. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid jew ta' ristrutturar għandhom jitwettqu skont il-paragrafi 1 u 4, u ma għandux ikollhom l-effett li jestendu l-maturità tas-self ikkonċernat jew li jżidu l-ammont ta' kapital pendenti fid-data tal-finanzjament mill-ġdid jew tar-ristrutturar.

4.L-ispejjeż kollha mġarrba mill-Unjoni li jkunu relatati mal-operazzjonijiet tal-għoti jew tat-teħid ta' self skont din id-Deċiżjoni għandhom jiġġarrbu mill-Ukrajna.

5.Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-iżviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 6

1.L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012. 15

2.L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun taħt ġestjoni diretta.

3.Il-Ftehim dwar is-Self imsemmi fl-Artikolu 3(3) għandu jkun fih dispożizzjonijiet:

(a)li jiżguraw li l-Ukrajna tivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit tal-Unjoni jkun intuża kif suppost, li din tieħu miżuri xierqa biex tipprevjeni l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, tieħu azzjoni legali biex tirkupra kwalunkwe fondi pprovduti skont din id-Deċiżjoni li jkunu ġew miżapproprjati;

(b)li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari billi jipprevedu miżuri speċifiċi fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe irregolarità oħra li taffettwa l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 16 , ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 17 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 ;

(c)li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, inkluż lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, jew lir-rappreżentanti tiegħu li jwettqu verifiki, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post;

(d)li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri jagħmlu awditjar matul u wara l-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż awditjar ta’ dokumenti u awditjar fuq il-post, bħal pereżempju valutazzjonijiet operazzjonali;

(e)li jiżguraw li l-Unjoni tkun intitolata għal ripagament bikri tas-self meta jkun stabbilit li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, l-Ukrajna ma tkun wettqet ebda att ta' frodi jew ta' korruzzjoni jew ebda attività illegali oħra li tkun ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

4.Qabel l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, permezz ta' valutazzjoni operazzjonali, is-solidità tal-arranġamenti finanzjarji tal-Ukrajna, il-proċeduri amministrattivi, u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni u esterni li huma rilevanti għall-assistenza.

Artikolu 7

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 8

1.Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fis-sena ta' qabel, inkluża evalwazzjoni ta' dik l-implimentazzjoni. Dak ir-rapport għandu:

(a)jeżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni;

(b)jivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-Ukrajna, kif ukoll il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' politika msemmija fl-Artikolu 3(1);

(c)jindika r-rabta bejn il-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika stipulati fil-Memorandum ta’ Qbil, il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali tal-Ukrajna u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-ħlasijiet parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

2.Sa mhux aktar tard minn sentejn wara li jiskadi l-perjodu ta’ disponibbiltà msemmi fl-Artikolu 1(4), il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport ta’ evalwazzjoni ex post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-assistenza makrofinanzjarja kompleta tal-Unjoni u sa liema punt din ikkontribwiet għall-għanijiet tal-assistenza.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew            Għall-Kunsill

Il-President            Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva:

Assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna

1.2.    Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ta’ ABM/ABB 19  

Qasam ta’ politika:    Titolu 01 – Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Attività:    03 – Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali

1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

X Il-proposta/L-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida 

1.4.    Objettivi

1.4.1.    L-għan(ijiet) strateġika/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

"Spinta ġdida għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment: il-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE”

L-attivitajiet marbuta mad-DĠ ECFIN jappartjenu għal:

(a)L-appoġġ tal-istabbiltà makroekonomika u l-promozzjoni tar-riformi favur it-tkabbir barra mill-UE, inkluż permezz ta’ djalogi ekonomiċi regolari mas-sħab ewlenin u bl-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja; kif ukoll

(b)L-appoġġ tal-proċess ta' tkabbir, l-implimentazzjoni tal-Politika tal-Viċinat tal-UE u l-prijoritajiet tal-UE f'pajjiżi terzi oħra permezz ta' analiżi ekonomika u l-għoti ta' valutazzjonijiet tal-politika u pariri.

1.4.2.    Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Objettiv speċifiku: "Il-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE"

Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Internazzjonali

1.4.3.    Riżultat(i) u impatt mistennija

L-assistenza proposta tikkonsisti f’self mill-UE ta’ EUR 1 biljun lill-Ukrajna, bil-għan li jikkontribwixxi għal sitwazzjoni aktar sostenibbli fil-bilanċ tal-pagamenti. L-assistenza, li għandha tiġi żborżata f'żewġ ħlasijiet parzjali, għandha tgħin lill-pajjiż jegħleb is-sitwazzjoni ekonomika diffiċli u l-bilanċ tal-pagamenti li qed jesperjenza. L-assistenza tippromwovi wkoll riformi strutturali mmirati biex iżidu t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u biex itejbu l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi.

1.4.4.    Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

L-awtoritajiet se jkunu mitluba jirrappurtaw lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar sett ta’ indikaturi kif ukoll jipprovdu rapport komprensiv dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet miftiehma ta' politika, qabel ma jiġu żborżati l-ħlasijiet parzjali kollha tal-assistenza.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu jimmonitorjaw il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, wara l-valutazzjoni operattiva taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi fl-Ukrajna, li se jitwettqu fit-tieni kwart tal-2018. Id-Delegazzjoni tal-UE fl-Ukrajna se tipprovdi wkoll rapportar regolari dwar kwistjonijiet li huma rilevanti għall-monitoraġġ tal-assistenza. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jibqgħu f’kuntatt mill-qrib mal-FMI u l-Bank Dinji sabiex jibbenefikaw mill-għarfien tagħhom mill-attivitajiet kurrenti fl-Ukrajna.

Fid-deċiżjoni leġiżlattiva proposta huwa previst rapport annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jkun fih valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din l-operazzjoni. Evalwazzjoni indipendentiex post dwar l-assistenza se titwettaq fi żmien sentejn wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ implimentazzjoni.

1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva:

1.5.1.    Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

L-iżborż tal-assistenza se jkun jiddependi fuq l-issodisfar tal-prekundizzjoni politika u rekord sodisfaċenti fl-implimentazzjoni tal-arranġament finanzjarju futur bejn l-Ukrajna u l-FMI. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha taqbel mal-awtoritajiet tal-Ukrajna fuq kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika, elenkati fil-Memorandum ta’ Qbil.

1.5.2.    Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Billi tgħin lill-pajjiż biex jibni r-reżiljenza ekonomika esterna tiegħu, l-AMF li ġiet proposta se tikkontribwixxi biex tippromwovi l-istabblità makroekonomika u r-riformi ekonomiċi fil-pajjiż. Billi tikkumplimenta r-riżorsi li tqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-istrumenti tal-UE, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u donaturi oħrajn, hija se tikkontribwixxi għall-effettività ġenerali tal-pakkett ta’ appoġġ finanzjarju maqbul mill-komunità internazzjonali ta’ donaturi wara l-kriżi.

Il-programm propost se jikkontribwixxi wkoll sabiex isaħħaħ l-impenn tal-gvern lejn ir-riforma. Dan ir-riżultat se jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta’ kundizzjonalità xierqa għall-iżborż tal-assistenza. F’kuntest akbar, il-programm se juri lill-pajjiżi l-oħra fir-reġjun li l-UE hija lesta biex tappoġġja pajjiżi li jkunu qed jaqbdu triq ċara lejn ir-riformi politiċi, f’mumenti ta’ diffikultajiet ekonomiċi.

1.5.3.    Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Sa mill-2004 'l hawn saru b'kollox ħmistax-il evalwazzjoni ex post fuq operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja. Dawn l-evalwazzjonijiet sa issa jikkonkludu li l-operazzjonijet tal-AMF tabilħaqq jikkontribwixxu, għalkemm xi drabi jagħmlu dan modestament u indirettament, għat-titjib tas-sostenibbiltà esterna, għall-istabbilità makroekonomika u għall-kisba ta’ riformi strutturali fil-pajjiż riċevitur. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-operazzjonijiet tal-AMF kellhom effett pożittiv fuq il-bilanċ tal-pagamenti tal-pajjiż benefiċjarju u kkontribwew biex jonqsu l-pressjonijiet baġitarji. Dawn wasslu wkoll biex ikun hemm tkabbir ekonomiku kemxejn ogħla.

Fl-2017, evalwazzjoni indipendenti eżaminat il-valur miżjud, l-impatt, it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ żewġ operazzjonijiet preċedenti tal-AMF fl-Ukrajna (AMF I u AMF II għal total ta’ EUR 1,61 biljun żborżati bejn l-2014 u l-2015) u sabet li huma rilevanti, effettivi u li ġew implimentati b’mod effiċjenti. Il-konklużjonijiet ewlenin tal-valutazzjoni huma li l-AMF, parzjalment minħabba l-ħeffa tal-implimentazzjoni tagħha, kellha impatt pożittiv fuq l-ekonomija tal-Ukrajna billi għenet biex tiġi stabbilizzata s-sitwazzjoni finanzjarja u ġew evitati miżuri li kieku kellhom impatti soċjali negattivi serji (bħal aktar tnaqqis tal-infiq pubbliku). Hija kkontribwiet ukoll għall-isforzi għar-riforma fil-pajjiż.

1.5.4.    Koerenza u sinerġija possibbli ma' strumenti rilevanti oħrajn

L-UE hija fost id-donaturi ewlenin tal-Ukrajna, li tappoġġja riformi istituzzjonali, strutturali u ekonomiċi kif ukoll is-soċjetà ċivili. L-għan huwa li jinżamm il-livell attwali ta’ appoġġ sa EUR 200 miljun kull sena f’għotjiet, anki għall-perjodu bejn l-2018 u l-2020, sakemm il-progress tar-riformi jinżamm. Minbarra li tappoġġja r-riformi ekonomiċi u tal-gvern, l-assistenza tal-UE se jkollha l-għan li tiżgura aċċess aħjar għall-edukazzjoni, l-impjiegi u l-kura tas-saħħa għal ċittadini Ukreni, speċjalment għal dawk l-aktar vulnerabbli fosthom dawk affettwati mill-kunflitt fil-Lvant.

Il-valur miżjud ewlieni tal-AMF, meta mqabbel ma’ strumenti oħrajn tal-UE, jgħin biex jinħoloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi jiġi promoss bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll qafas xieraq għar-riformi strutturali li qed javvanzaw. L-AMF ma tipprovdix appoġġ finanzjarju regolari. L-AMF titwaqqaf hekk kif is-sitwazzjoni finanzjarja esterna tal-pajjiż tkun reġgħet qabdet triq sostenibbli.

L-AMF tkun ukoll kumplimentari għall-interventi previsti mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b’mod partikolari għall-programm ta' aġġustament u riforma appoġġjat mill-FMI u l-Bank Dinji.

1.6.    Durata u impatt finanzjarju

X Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

X    Proposta/inizjattiva fis-seħħ għal sentejn u nofs (2,5) minn meta jidħol fis-seħħ il-Memorandum ta’ Qbil, kif imsemmi fl-Artikolu (1.4) tad-Deċiżjoni.

X    Impatt finanzjarju mill-2018 sal-2021

1.7.    Metodu/i ta' ġestjoni previst(i) 20  

X Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

2.    MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Din l-assistenza hija ta’ natura makroekonomika u hija mfassla b’mod li tkun konsistenti mal-programm ekonomiku appoġġjat mill-FMI. Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni se jseħħ fuq il-bażi tal-progress fl-implimentazzjoni tal-arranġament tal-FMI u tal-miżuri ta’ riforma speċifiċi li għandhom jiġu miftiehma mal-awtoritajiet tal-Ukrajna f’Memorandum ta’ Qbil (ara wkoll il-punt 1.4.4).

2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.    Riskji identifikati

Hemm riskji fiduċjarji, politiċi kif ukoll ta’ politika marbutin mal-operazzjoni tal-AMF proposta.

Hemm ir-riskju li l-assistenza makrofinanzjarja tista’ tintuża b’mod qarrieqi. L-AMF mhijiex imfassla mill-Ukrajna għal spejjeż speċifiċi (għall-kuntrarju tal-finanzjament ta’ proġett, pereżempju), dan ir-riskju huwa relatat ma’ fatturi bħalma huma l-kwalità ġenerali tas-sistemi ta’ ġestjoni fil-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna u l-Ministeru tal-Finanzi, il-proċeduri amministrattivi, il-funzjonijiet ta’ kontroll u sorveljanza, is-sigurtà tas-sistemi tal-IT u l-kapaċitajiet ta’ awditjar interni u esterni.

Riskju ieħor ġej mill-possibbiltà li l-Ukrajna se tonqos milli tagħti servizz tal-obbligazzjonijiet finanzjarji lejn l-UE li jirriżultaw mis-self ta' AMF propost (riskju ta' inadempjenza jew kreditu) li jista' jkun ikkawżat, pereżempju, minn deterjorament addizzjonali sinifikanti tal-bilanċ tal-pagamenti u l-pożizzjoni fiskali tal-pajjiż.

Riskju ewlieni ieħor għall-operazzjoni jirriżulta mis-sitwazzjoni ġeopolitika reġjonali, b’mod partikolari l-kunflitt fil-Lvant tal-pajjiż li għadu jeżisti, li jaġixxi bħala deterrent għall-influssi ta’ kapital privat. Sitwazzjoni ġeopolitika reġjonali li tmur għall-agħar jista' jkollha impatt negattiv fuq l-istabbiltà makroekonomika tal-Ukrajna, b'effett fuq il-prestazzjoni tal-programm tal-FMI u l-iżborż u/jew ir-ripagament tal-AMF proposta. Ir-relazzjonijiet li għadhom diffiċli tal-Ukrajna mar-Russja, li huwa wieħed mis-swieq ewlenin tal-esportazzjoni tagħha, qed iħalli impatt negattiv ukoll fuq l-irkupru ekonomiku tal-pajjiż.

Mil-lat domestiku, ir-riskji ewlenin jirriżultaw mill-ambjent politiku kumpless u l-eżistenza ta’ interessi qawwija kontra r-riformi. Dan jista’ jwassal għal nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ riformi, b’mod partikolari qabel l-elezzjonijiet nazzjonali fl-2019, u għalhekk ixekkel l-implimentazzjoni tal-AMF proposta, inkluż permezz li jħalli impatt fuq il-progress tal-programm tal-FMI.

2.2.2.    Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

L-assistenza makrofinanzjarja se tkun soġġetta għal proċeduri ta’ verifika, ta' kontroll u ta' awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inklużi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF), u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

2.2.3.    Kostijiet u benefiċċji tal-kontrolli u rata probabbli ta’ nuqqas ta’ konformità

Il-kostijiet bażiċi għall-Kummissjoni relatati mal-metodi ta’ verifika u kontroll, kif ukoll l-ispiża tal-Valutazzjoni Operazzjonali taċ-Ċirkwiti Finanzjarji u Amministrattivi mwettqa qabel l-operazzjoni huma deskritti fit-Tabella 3.2.1. Barra minn hekk, hemm kostijiet għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri u għall-possibbiltà ta' interventi mill-OLAF. Il-Valutazzjoni Operazzjonali ma tgħinx biss sabiex jiġu vvalutati r-riskji tal-użu ħażin tal-fondi, iżda bħala benefiċċju kollaterali din tipprovdi informazzjoni utli dwar ir-riformi meħtieġa fil-qasam tal-maniġment tal-finanzi pubbliċi. Dwar ir-rata ta' nonkonformità probabbli, ir-riskju ta’ nonkonformità (fil-forma ta’ nuqqas ta’ ħlas lura tas-self jew l-użu ħażin tal-fondi) huwa meqjus bħala baxx, abbażi tal-esperjenza bl-istrument tal-AMF sa minn meta nħoloq.

2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

Sabiex jittaffew ir-riskji tal-użu frodulenti ttieħdu u se jittieħdu diversi miżuri:

L-ewwel nett, il-Ftehim ta’ Self se jikkonsisti f’għadd ta’ dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjoni, il-prevenzjoni tal-frodi, l-awditjar, u l-irkupru ta’ fondi f’każ ta’ frodi jew ta' korruzzjoni. Hu maħsub ukoll li mal-assistenza jintrabtu għadd ta’ kundizzjonijiet speċifiċi ta' politika, l-aktar fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, bl-għan li jissaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà. Barra minn hekk, l-assistenza titħallas f'kont speċifiku fil-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju, is-servizzi tal-Kummissjoni se jwettqu Valutazzjoni Operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u amministrattivi tal-Ukrajna biex jiżguraw li l-proċeduri stabbiliti għall-ġestjoni tal-programm, inkluża l-AMF, jipprovdu garanziji adegwati. Il-valutazzjoni se tkopri oqsma bħalma huma t-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-baġit, il-kontroll finanzjarju pubbliku intern, l-awditjar intern u estern, l-akkwist pubbliku, il-ġestjoni tal-flus u d-dejn pubbliċi, kif ukoll l-indipendenza tal-bank ċentrali. Ir-riżultati preliminari tal-kumpanija ta’ konsultazzjoni involuta f’din il-Valutazzjoni Operazzjonali se jaslu fit-tieni kwart tal-2018. L-iżviluppi f’dan il-qasam se jkomplu jiġu ssorveljati aktar mill-qrib mid-Delegazzjoni tal-UE f’Kiev. Il-Kummissjoni qed tuża wkoll assistenza baġitarja biex tgħin lill-awtoritajiet Ukreni biex itejbu s-sistemi ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tagħhom, u dawn l-isforzi qed jiġu appoġġjati wkoll minn donaturi oħrajn.

Finalment, l-assistenza tkun soġġetta għal proċeduri ta’ verifika, ta' kontroll u ta' awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inklużi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF), u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.


3.    IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

Linji baġitarji ta’ nefqa eżistenti

01 03 02 -Assistenza makrofinanzjarja

01 03 06 Provviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali:

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Deskrizzjoni…...….]

Diff./mhux diff.
( 21 )

minn pajjiżi tal-EFTA 22

minn pajjiżi kandidati 23

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa), tar-Regolament Finanzjarju

4

01 03 02

Assistenza makrofinanzjarja

Diff.

LE

LE

LE

LE

4

01 03 06

Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija

Mhux Diff.

LE

LE

LE

LE

01 03 06 – Skont il-proposta tal-Kummissjoni, il-Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni se jiġi fornut skont ir-Regolament tal-Fond 24 , bl-użu tal-approprjazzjonijiet taħt il-linja baġitarja 01 03 06 (“Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija”), b’rata ta’ 9% tal-obbligazzjonijiet pendenti totali. L-ammont ta' proviżjonament huwa kkalkolat fil-bidu tas-sena "n" bħala d-differenza bejn l-ammont fil-mira u l-assi netti tal-Fond fi tmiem is-sena “n-1”. Dan l-ammont ta' proviżjonament jiddaħħal fis-sena “n” fl-abozz ta' baġit tas-sena “n+1” u jitħallas effettivament fi tranżazzjoni waħda fil-bidu tas-sena “n+1”, mill-linja baġitarja “Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija” (il-linja baġitarja 01 03 06). Minħabba dan, se jitqies 9 % (jiġifieri massimu ta’ EUR 90 miljun) tal-ammont effettivament żborżat fl-ammont fil-mira fi tmiem is-sena "n-1" għall-kalkolu tal-proviżjonament tal-Fond.

Linji baġitarji ġodda mitluba: mhux applikabbli

.

3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

F’miljuni ta’ EUR (sa tliet (3) ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali:



4

[Intestatura: L-UE bħala sieħba globali]

DĠ: <ECFIN>

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena 2021

TOTAL

•Approprjazzjonijiet operattivi

Linja baġitarja 01 03 06 Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija

Impenji

(1a)

45

45

90

Pagamenti

(2a)

45

45

90

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(valutazzjoni operazzjonali u evalwazzjoni ex post)

Linja baġitarja 01 03 02 Assistenza makrofinanzjarja

Impenji

(3)

0,07

0,15

0,22

Pagamenti

(3a)

0,07

0,15

0,22

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ ECFIN

Impenji

= 1 + 1a + 3

0,07

45

45.15

90,22

Pagamenti

= 2 + 2a

+ 3

0,07

45

45,15

90,22



TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

45

45

90

Pagamenti

(5)

45

45

90

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

0,07

0,15

0,22

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURA 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

= 4 + 6

0,07

45

45,15

90,22

Pagamenti

= 5 + 6

0,07

45

45,15

90,22



Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali:


5

“Nefqa amministrattiva”

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

TOTAL

DĠ: ECFIN

•Riżorsi umani

0,043

0,429

0,215

0,010

0,010

0,706

•Nefqa amministrattiva oħra

0,010

0,040

0,020

0,070

TOTAL DĠ ECFIN

Approprjazzjonijiet

0,053

0,469

0,235

0,010

0,010

0,776

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għall-INTESTATURA 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,053

0,469

0,235

0,010

0,010

0,777

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,053

0,539

0,235

45,01

45,16

90,997

Pagamenti

0,053

0,539

0,235

45,01

45,16

90,997



3.2.2.    Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi:

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

X Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 1 25

Sena 2017

Sena 2018

Sena 2019

Sena 2020

Sena 2021

Tip

Numru

Kost

Numru

Kost

Numru

Kost

Numru

Kost

Numru

Kost

Għadd totali

Nefqa Totali

Output 1

Evalwazzjoni ex post

1

0,150

1

0,150

Prodott:
2

Valutazzjoni operazzjonali

1

0,070

1

0,070

Output 3

Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija

1

45

1

45

2

90.0

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1

1

0,070

1

45

2

45,150

4

90,22

KOST TOTALI

1

0,070

1

45

2

45,150

4

90,22

3.2.3.    Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva:

3.2.3.1    Sommarju

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

26

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,043

0,429

0,215

0,010

0,010

0,707

Nefqa amministrattiva oħra (missjonijiet)

0,010

0,040

0,020

0,070

Subtotal INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,053

0,469

0,235

0,010

0,010

0,777

Barra mill-INTESTATURA 5 27 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,053

0,469

0,235

0,010

0,010

0,777

L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa se jilħquhom l-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà ġew assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kull allokazzjoni oħra li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi fil-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2     Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

   Il-proposta/:L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' riżorsi umani.

X Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Sena
2017

Sena 2018

Sena 2019

Sena 2020

Sena
2021

•Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

01 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0,3

3,0

1,5

0,07

0,07

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f'unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 28  

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali")

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss 29

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka Diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTAL

0,3

3,0

1,5

0,07

0,07

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani mitluba se jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u / jew ġew riallokat fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jimmaniġġja skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Direttur Dir. D: Jissorvelja u jimmaniġġja l-operat, jikkoordina mal-Kunsill u l-Parlament għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni u l-approvazzjoni ta’ Memorandum ta’ Qbil (Memorandum of Understanding, MoU), jinnegozja mal-awtoritajiet Ukreni l-MoU, janalizza r-rapporti, imexxi missjonijiet u jivvaluta l-progress bil-konformità kundizzjonali.

Kap tal-Unità/DKap tal-Unità Dir. D: Jassisti lid-Direttur fil-superviżjoni u l-immaniġjar tal-operat, jikkoordina mal-Kunsill u l-Parlament għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni u l-approvazzjoni ta’ Memorandum ta’ Qbil (MoU), jinnegozja mal-awtoritajiet Ukreni l-MoU u l-Ftehim għall-Faċilità ta' Self (flimkien mad-Dir. L), janalizza r-rapporti u jivvaluta l-progress bil-konformità kundizzjonali.

Ekonomisti skont il-pajjiż, is-settur AMF (Dir. D): Iħejji d-deċiżjoni u l-MoU, jikkoordina mal-awtoritajiet u l-IFIs, iwettaq missjonijiet ta’ analiżi, jipprepara rapporti tal-persunal tal-Kummissjoni u proċeduri tal-Kummissjoni marbuta mal-maniġment tal-assistenza, jikkoordina ma’ esperti esterni tal-valutazzjoni operazzjonali u l-evalwazzjoni ex post.

Id-Direttorat L (l-Unitajiet L4, L5 u lL6 taħt is-superviżjoni tad-Direttur): Iħejji l-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self (Loan Facility Agreement, LFA), jinnegozjah mal-awtoritajiet Ukreni u jara li jkun approvat mis-servizzi responsabbli tal-Kummissjoni u ffirmat miż-żewġ partijiet. Isegwi d-dħul fis-seħħ tal-LFA. Iħejji d-deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni dwar it-tranżazzjoni(jiet) ta’ self, isegwi l-preżentazzjoni tat-Talba/iet għal Fondi, jagħżel il-banek, iħejji u jeżegwixxi t-tranżazzjoni(jiet) ta’ finanzjament u jiżborża l-fondi lill-Ukrajna. Iwettaq attivitajiet ta’ back-office biex isegwi r-rimborż tas-self. Iħejji rapporti korrispondenti dwar dawn l-attivitajiet.

Persunal estern

Mhux Applikabbli

3.2.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

X Il-proposta/L-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

3.2.5.    Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

X Il-proposta/L-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

X Il-proposta/L-inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

(1)    Il-konverżjonijiet kollha f'dan id-dokument huma bbażati fuq rata tal-kambju tal-EUR/USD ta' 1,19.
(2)    Il-konverżjonijiet kollha f'dan id-dokument huma bbażati fuq rata tal-kambju tal-EUR/USD ta' 1,19.
(3)    ĠU L 209, 6.8.2002, p. 22-23.
(4)    ĠU L 179, 14.7.2010, p. 1.
(5)    ĠU L 111, 15.4.2014, p. 85.
(6)    ĠU L 100, 17.4.2015, p. 1-7.
(7)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/639/KE tat-12 ta' Lulju 2012 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja supplimentari lill-Ukrajna, ĠU L 209, 6.8.2002, p. 22.
(8)    Id-Deċiżjoni Nru 646/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 li tipprovdi l-għajnuna makrofinanzjarja lill-Ukrajna, ĠU L 179, 14.7.2010, p. 1.
(9)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/215/UE tal-14 ta' April 2014, li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna, ĠU L 111, 15.4.2014, p. 85.
(10)    Id-Deċiżjoni(UE) 2015/601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' April 2015, ĠU L 100, 17.4.2015, p. 1.
(11)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(12)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
(13)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10).
(14)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(15)    Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(16)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(17)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(18)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(19)    ABM: Ġestjoni bbażata fuq l-Attività – ABB: Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività.
(20)    Id-dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(21)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(22)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(23)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(24)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni, ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10.
(25)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”.
(26)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(27)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(28)    CA= Aġent Kuntrattwali; AL = Aġent Lokali; ENS= l-Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal mill-aġenziji ("Intérimaire"); JED = Espert Żagħżugħ fid-Delegazzjonijiet ("Jeune Expert en Délégation").
(29)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji "BA").