IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 8.3.2018
COM(2018) 113 final
2018/0048(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-Fornituri ta’ Servizzi ta’ Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
{SWD(2018) 56 final}
{SWD(2018) 57 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
Illum il-Kummissjoni adottat pakkett ta’ miżuri għall-approfondiment tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, flimkien mal-Komunikazzjoni “It-Tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali sal-2019 – wasal il-waqt li jitħaffef it-twettiq”. Il-pakkett jinkludi din il-proposta kif ukoll proposta għal qafas ta’ abilitazzjoni tal-UE dwar il-bonds koperti, proposta għall-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment, proposta dwar il-liġi applikabbli għall-effetti tal-partijiet terzi taċ-ċessjoni tat-talbiet u Komunikazzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-effetti proprjetarji ta’ tranżazzjonijiet fit-titoli.
Din l-inizjattiva hija parti mill-prijorità tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU), li għandha l-għan li twessa’ l-aċċess għal finanzjament għal kumpaniji innovattivi, negozji ġodda u ditti oħrajn mhux elenkati.
Illum, l-aċċess għall-finanzjament għadu diffiċli għal dawn id-ditti, b’mod partikolari meta mill-fażi ta’ negozju ġdid jgħaddu għall-fażi tal-espansjoni, minħabba assimetriji tal-informazzjoni strutturali. Id-dipendenza żejda fuq self bankarju mhux garantit u għal perjodu qasir spiss tkun tiswa ħafna. Barra minn hekk, il-volumi ta’ self bankarju lil negozji ġodda u lill-SMEs intlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi finanzjarja tal-2008 u għadhom ibatu biex jilħqu l-livelli ta’ qabel il-kriżi, għalhekk in-nuqqas ta’ fondi huwa kontribut importanti għall-fallimenti tan-negozji ġodda. Dawn il-kwistjonijiet jissaħħu b’mod sinifikanti fi Stati Membri bi swieq kapitali u sistema bankarja anqas żviluppati.
Bħala forma ta’ servizz finanzjarju teknoloġiku, il-finanzjament kollettiv għandu l-potenzjal li jgħin fit-tlaqqigħ aħjar ta’ investituri ma’ proġetti tan-negozju li jeħtieġu finanzjament. Il-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv jaġixxu bħala intermedjarji bejn l-investituri u n-negozji, billi jippermettu lill-investituri jidentifikaw u jappoġġjaw proġetti li jkunu interessati fihom b’mod aktar faċli. Il-finanzjament kollettiv jista’ jsir sors importanti ta’ finanzjament mhux bankarju u għalhekk imexxi ’l quddiem il-miri globali tas-CMU li tappoġġja integrazzjoni finanzjarja aktar sostenibbli u investimenti privati għall-benefiċċju tal-ħolqien tax-xogħol u t-tkabbir ekonomiku. Il-finanzjament kollettiv dejjem aktar qed jistabbilixxi ruħu bħala parti importanti mill-iskala tal-finanzjament għal negozji ġodda u kumpaniji fi stadju bikri, li normalment jiġu ffinanzjati mill-familja, mill-ħbieb u minn fondi proprji sa ċikli ta’ żvilupp aktar tard fejn il-kapital ta’ riskju jew saħansitra l-fondi ta’ ekwità privata jibdew jieħdu interess. Għalhekk, il-finanzjament kollettiv jista’ jipprovdi alternattiva għas-self bankarju mhux garantit, li bħalissa huwa s-sors ewlieni ta’ finanzjament estern għall-SMEs, speċjalment matul il-perjodu ta’ attività inizjali.
Is-Servizzi tal-Kummissjoni ilhom jagħmlu monitoraġġ tal-iżviluppi fis-suq tal-finanzjament kollettiv għal diversi snin. Komunikazzjoni ppubblikata fl-2014 u dokument ta’ ħidma tal-persunal ippubblikat f’Mejju 2016 ikkonkludew li f’dak l-istadju ma kien hemm l-ebda każ b'saħħtu għal intervent tal-politika fil-livell tal-UE. Sadanittant, is-Servizzi tal-Kummissjoni impenjaw ruħhom biex jagħmlu monitoraġġ ta’ dan is-suq u, minn dak iż-żmien ’l hawn, ġabru evidenza sinifikanti dwar l-ostakli għall-attività transfruntiera u l-iżvilupp tas-suq intern permezz ta’ konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u studji esterni. Barra minn hekk, il-konċentrazzjoni kontinwata tas-settur Ewropew tal-finanzjament kollettiv fi ftit Stati Membri uriet l-importanza tal-ħtieġa li d-disponibbiltà ta’ dan il-metodu ta’ finanzjament titwessa’ għall-benefiċċju ta’ dawk li jkunu qed ifittxu fondi u tal-investituri fl-Istati Membri kollha.
Din il-proposta tistabbilixxi tikketta Ewropea għall-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv ibbażat fuq l-investiment u fuq is-self li tippermetti attività transfruntiera u tfittex li tindirizza r-riskji b’mod proporzjonat. Il-proposta tfittex li tiffaċilita l-espansjoni ta’ servizzi tal-finanzjament kollettiv fis-suq intern u b’hekk iżżid l-aċċess għall-finanzjament għall-intraprendituri, għan-negozji ġodda, għan-negozji li qed jespandu u għall-SMEs b’mod ġenerali. Din hija r-raġuni għaliex il-finanzjamenti kollettivi bbażati fuq id-donazzjonijiet u l-premjijiet huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-inizjattiva. L-inklużjoni ta’ dawk il-mudelli ta’ negozju tkun sproporzjonata minħabba li ma jittrattawx prodotti finanzjarji u l-assimetriji tal-informazzjoni li joħolqu dawn il-prodotti. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur diġà tapplika għal finanzjament kollettiv ibbażat fuq il-premjijiet b’regoli stretti għas-salvagwardja tal-konsumaturi.
Din il-proposta ma tapplikax għal dawk is-servizzi pprovduti lil sidien ta’ proġetti li jikkwalifikaw bħala konsumaturi kif definit fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2008/48/KE. Għalhekk, il-proposta ma tinkludix self lil konsumaturi għall-finijiet ta’ konsum minħabba li dan mhuwiex self kummerċjali u parzjalment taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-UE eżistenti, b’mod speċifiku: (i) meta konsumatur ikun qed jirċievi self għall-konsum personali u dan ikun qed jopera lil hinn mill-kapaċità professjonali, din l-attività taqa’ fl-ambitu tad-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur; u (ii) fil-każ ta’ konsumatur li jirċievi self għax-xiri ta’ proprjetà immobbli, din l-attività taqa’ fil-mandat tad-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju.
Din il-proposta tfittex ukoll li tagħti s-setgħa lill-investituri bl-informazzjoni meħtieġa dwar il-finanzjament kollettiv, inkluż l-informazzjoni dwar ir-riskji sottostanti. Sabiex tappoġġja l-fiduċja tal-investituri f’dawn is-servizzi innovattivi, din il-proposta titlob ukoll lill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv biex ikollhom is-salvagwardji meħtieġa fis-seħħ sabiex inaqqsu ċ-ċans li r-riskji jimmaterjalizzaw ruħhom.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika
Il-provvista ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv sa issa għadha ma kinitx soġġetta għal azzjoni mmirata tal-UE. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv qed jadattaw il-mudelli kummerċjali tagħhom għal oqfsa nazzjonali differenti ħafna u huma soġġetti għall-implimentazzjoni ta’ reġimi nazzjonali u tal-UE eżistenti minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti. In-natura dinamika tal-mudelli kummerċjali u l-interpretazzjonijiet differenti fl-Istati Membri kollha ta’ leġiżlazzjoni tal-UE eżistenti wasslu għal varjetà kbira ta’ oqfsa regolatorji għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jvarjaw minn l-ebda regolazzjoni għall-applikazzjoni stretta tar-regoli ta’ protezzjoni tal-investitur. Sa issa xi Stati Membri introduċew reġimi nazzjonali apposta għall-finanzjament kollettiv, filwaqt li oħrajn jirrikjedu li pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv jingħataw liċenzja u li joperaw skont oqfsa eżistenti tal-UE, bħad-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID II), id-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagamenti (PSD) u d-Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (AIFMD).
Din il-proposta għal qafas legali Ewropew tal-finanzjament kollettiv mhijiex intiża biex tinterferixxi mar-reġimi nazzjonali magħmulin apposta jew mal-liċenzji eżistenti, inkluż dawk taħt l-MiFID II, il-PSD jew l-AIFMD, iżda pjuttost biex tipprovdi lill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv bil-possibbiltà li japplikaw għal tikketta tal-UE li tagħtihom is-setgħa li jespandu l-operazzjonijiet tagħhom madwar l-Unjoni kollha taħt ċerti kundizzjonijiet.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-proposta għandha l-għan li twessa’ l-aċċess għall-finanzjament għal kumpaniji innovattivi, SMEs u ditti oħrajn mhux elenkati, f’konformità mal-prijorità tal-Kummissjoni li tistabbilixxi CMU. Billi tippermetti lill-pjattaformi jespandu l-operazzjonijiet tagħhom fis-suq Ewropew, il-proposta tfittex li tipprovdi lin-negozji ġodda u lill-SMEs b’aċċess għal sorsi alternattivi ta’ kapital f’konformità ma’ inizjattivi oħra li fittxew li jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament għal dawn l-entitajiet, bħall-qafas għall-Fondi Ewropej ta’ Kapital ta’ Riskju.
L-inizjattiva hija wkoll parti mill-Pjan ta’ Azzjoni FinTech tal-Kummissjoni Ewropea, iddisinjata għal komprensjoni aħjar tat-teknoloġija u biex din tkun tista’ tappoġġja s-settur tas-servizzi finanzjarji. Fil-fatt, is-settur tas-servizzi finanzjarji huwa l-akbar utent tat-teknoloġiji diġitali u jirrappreżenta motivatur ewlieni fit-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà tagħna. Dawn it-teknoloġiji l-ġodda qed ibiddlu l-mod kif il-konsumaturi u d-ditti jaċċessaw is-servizzi, kif ukoll itejbu l-kapaċità li jifhmu u jkejlu r-riskji. Il-Kummissjoni beħsiebha tagħżel approċċ aktar orjentat lejn l-innovazzjoni għal FinTech billi tiffaċilita ambjent regolatorju fejn servizzi finanzjarji, prodotti u soluzzjonijiet innovattivi jistgħu jiġu introdotti mal-UE kollha f’ambjent sikur, u finanzjarjament stabbli kemm għall-investituri kif ukoll għad-ditti.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li l-għan tagħhom huwa l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.
Bħalissa l-finanzjament kollettiv ma jistax jaħsad il-frott tas-suq intern minħabba n-nuqqas ta’ reġim regolatorju u superviżorju dedikat u koerenti. Filwaqt li xi Stati Membri japplikaw il-qafas tas-servizzi finanzjarji attwali għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, oħrajn jippermettulhom jibqgħu barra mir-reġim regolatorju filwaqt li joperaw taħt l-eżenzjonijiet, kif rilevanti għall-mudell kummerċjali speċifiku. Sadanittant, għadd dejjem jiżdied ta’ Stati Membri qed jimplimentaw oqfsa nazzjonali apposta sabiex b’mod speċifiku jieħdu ħsieb attivitajiet ta’ finanzjament kollettiv.
L-oqfsa, ir-regoli u l-interpretazzjonijiet diverġenti tal-mudelli kummerċjali applikati għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv madwar l-Unjoni kollha għalhekk ifixklu l-espansjoni potenzjali tal-attività ta’ finanzjament kollettiv fil-livell tal-UE. Differenzi kbar fl-istandards regolatorji u fil-kampijiet ta’ applikazzjoni leġiżlattivi diverġenti adottati mill-Istati Membri jippreżentaw ostaklu għal pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv li qed jespandu l-operazzjonijiet tagħhom madwar l-UE kollha, peress li l-mudelli kummerċjali tagħhom ikollhom jiġu aġġustati skont kull ġurisdizzjoni, li spiss jeħtieġu awtorizzazzjonijiet jew reġistrazzjonijiet nazzjonali differenti u konformità ma’ liġijiet nazzjonali diverġenti, fost oħrajn fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur. Dan jirriżulta fi spejjeż kbar, kumplessità legali u l-inċertezza għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv hija responsabbli għall-ħolqien ta' frammentazzjoni tas-suq bla bżonn kif ukoll għal nuqqas ta’ ekonomiji ta’ skala u approċċi inkonsistenti għat-trasparenza u r-riskji finanzjarji. Dawn id-diverġenzi jirrappreżentaw ostaklu għall-istabbiliment u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
Din is-sitwazzjoni tillimita l-kapaċità tal-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv li jippenetraw swieq oħra tal-UE lil hinn mis-suq nazzjonali u tillimita l-inċentivi finanzjarji tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv biss għall-pajjiżi l-kbar tal-UE b’suq ta' daqs suffiċjenti. Min-naħa tiegħu, dan jillimita l-kapaċità li jiġi żviluppat suq intern tal-UE integrat għal servizzi ta’ finanzjament kollettiv.
Fl-istess waqt, l-investituri għandhom aċċessibbiltà u kapaċità limitati sabiex jiddiversifikaw ir-riskju bl-istess mod minħabba n-nuqqas ta’ suq intern. Hemm setturi importanti u innovattivi, bħat-teknoloġija fejn il-prossimità ġeografika mhijiex fattur ewlieni għall-investiment, u għalhekk id-dipendenza fuq bażi tal-investituri internazzjonali. L-investituri internazzjonali jsibuha bi tqila li jsibu saqajhom fuq pjattaformi tal-finanzjament kollettiv Ewropej minħabba l-ostakli transfruntiera enfasizzati hawn fuq, minkejja t-tkabbir mgħaġġel tas-swieq domestiċi. B’riżultat ta’ dan, id-diffikultà għall-investituri biex jinvolvu ruħhom b’mod transfruntiera tiġġenera spejjeż addizzjonali għat-tiftix u tillimita l-fluss liberu tal-kapital fl-Unjoni.
Ġie osservat li għadd ta’ ditti jispiċċaw jinkorporaw entità ġuridika u jiġbru l-fondi f’pajjiżi bi swieq tal-finanzjament kollettiv żviluppati. Filwaqt li dan jista’ jkun influwenzat ukoll minn fatturi oħra, bħall-ekosistema finanzjarja lokali, ifisser li negozji żgħar f’setturi b’mobbiltà baxxa ta’ fatturi tal-produzzjoni ma jkunux kapaċi jaċċessaw dawn l-opportunitajiet ta’ finanzjament, sakemm ma jkunx jeżisti diġà suq tal-finanzjament kollettiv domestiku effiċjenti. Għalhekk, l-inabbiltà tal-pjattaformi u l-investituri li jiċċaqilqu minn fruntiera għal oħra tista’ timpedixxi l-aċċess għall-finanzjament għal kumpaniji f’sett kbir ta’ setturi.
Dawn id-diverġenzi joħolqu wkoll kundizzjonijiet mhux ekwi għall-fornituri tal-pjattaformi skont fejn ikunu jinsabu, permezz tal-frammentazzjoni ta’ mudelli ta' finanzjament skont linji nazzjonali, u b’hekk joħolqu ostakli ġodda għal suq intern fis-servizzi ta’ finanzjament kollettiv. L-ixprunaturi ewlenin jinkludu interpretazzjonijiet u trattament differenti tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv kif ukoll l-isfiduċja addizzjonali li dan joħloq għall-investituri f’kuntest transfruntiera fir-rigward tal-inċertezza u l-ispejjeż għoljin għat-tiftix. Aktar importanti minn hekk, dawn l-interpretazzjonijiet u t-trattament diverġenti tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv joħolqu inċertezza legali sostanzjali għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, li jibqgħu b’qalbhom maqtugħa mis-servizzi ta’ finanzjament kollettiv fid-dawl ta’ protezzjoni dgħajfa jew inċerta tad-drittijiet tagħhom, azzjonijiet legali u n-nuqqas ta’ trasparenza f’termini tal-prezzijiet u l-ispejjeż assoċjati mal-investimenti fil-proġetti.
Permezz tal-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet ta’ tħaddim uniformi għad-ditti fl-UE, il-proposta tegħleb id-differenzi fl-oqfsa legali nazzjonali li wasslu għall-frammentazzjoni tas-suq fil-livell tal-UE, b’hekk tnaqqas b’mod sinifikanti l-kumplessità, il-piżijiet finanzjarji u amministrattivi għall-partijiet ikkonċernati ewlenin kollha, jiġifieri l-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv, is-sidien tal-proġetti u l-investituri. Fl-istess, ħin din tiżgura kundizzjonijiet ekwi fost il-fornituri tas-servizzi kollha li jużaw l-istess tikketta tal-UE.
•Sussidjarjetà
Skont l-Artikolu 4 TFUE, l-azzjoni tal-UE għall-ikkompletar tas-suq intern trid tiġi vvalutata fid-dawl tal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Irid jiġi vvalutat jekk l-objettivi tal-proposta jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri fil-qafas tal-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali tagħhom u, fid-dawl tal-iskala u tal-effetti tagħhom, jinkisbux aħjar fil-livell tal-UE.
L-approċċi varji meħuda mill-Istati Membri u l-interpretazzjonijiet differenti tagħhom tal-attività tal-finanzjament kollettiv qegħdin dejjem aktar jamplifikaw il-kwistjonijiet deskritti. Minħabba li r-reġimi nazzjonali msemmija huma l-ostakolu ewlieni għall-pjattaformi u jirriżultaw f’aktar frammentazzjoni tas-suq, l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu permezz ta’ azzjoni individwali mill-Istati Membri.
Is-Servizzi tal-Kummissjoni ilhom jagħmlu monitoraġġ tas-suq għal numru ta’ snin u rrikonoxxew id-diverġenza u l-amplifikazzjoni tal-problemi dejjem jiżdiedu li jistħoqqilhom intervent fil-livell tal-UE. Il-ġbir ta’ evidenza permezz ta’ studji u konsultazzjonijiet pubbliċi wera appoġġ qawwi għall-azzjoni. Sa issa għad ma sar l-ebda sforz ta’ koordinazzjoni fost l-Istati Membri dwar regoli għal servizzi ta’ self minn istituzzjonijiet li ma jiħdux depożitu u l-applikazzjoni tar-regoli tal-MiFID għal pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv ibbażat fuq l-investiment tibqa’ mhux biżżejjed uniformi biex tippermetti l-attività transfruntiera. Azzjoni meħuda mill-Istati Membri tista’ biss tirrimedja s-suq proprju tagħhom, li ma jkunx biżżejjed biex jitnaqqas l-impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern.
Din is-sitwazzjoni tillimita l-aċċess għall-finanzjament ta’ swieq kapital fi stadju bikri għal pajjiżi tal-UE akbar u l-investituri għandhom aċċessibbiltà u abbiltà limitati biex jiddiversifikaw ir-riskju bl-istess mod irrispettivament minn fejn ikunu jinsabu ġeografikament. Jekk ikun provdut qafas fil-livell tal-UE tkun żgurata l-possibbiltà li l-attivitajiet ta’ finanzjament kollettiv ikunu jistgħu jiġu trasferiti permezz tas-suq intern. Dan jirriżulta f’aktar kompetizzjoni bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u jippermetti lill-Istati Membri bi swieq interni żgħar biex jiżviluppaw sorsi ta’ finanzjament alternattivi. Dan jipprovdi wkoll lin-negozji ġodda u lill-SMEs b’aktar kapital u jippermetti lill-investituri jaċċessaw klassi tal-assi alternattiva.
•Proporzjonalità
Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-UE ma għandhomx jagħmlu iżjed minn dak li jkun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattati.
Illum, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jkunu jixtiequ joffru s-servizzi tagħhom lil Stati Membri oħra jistgħu jagħmlu dan, sakemm jiksbu liċenzja lokali u jikkonformaw mar-reġim nazzjonali tal-finanzjament kollettiv ta’ dak l-Istat Membru. Fil-prattika, dan ifisser li fornitur ta’ servizz ta’ finanzjament kollettiv irid jikkonforma simultanjament ma’ diversi reġimi nazzjonali kif ukoll jadatta l-mudell kummerċjali tiegħu f’każ li jkun jixtieq joffri servizzi fuq livell transfruntiera. Dan ifixkel b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jespandu dak li joffru fil-livell tal-UE.
Il-provvista ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv tiffoka fuq attivitajiet ta’ ġbir ta’ kapital iżgħar għal proġetti, negozji ġodda fi stadju bikri u SMEs. Madankollu, f’xi Stati Membri, il-fornituri jkollhom japplikaw il-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti, bħall-MiFID II u l-MiFIR. Dawn ir-regoli jistgħu jkunu sproporzjonati għal attivitajiet żgħar. Barra minn hekk, dawn ir-regoli jistgħu ma jkunux xierqa għall-użu. Il-finanzjament kollettiv jinkorpora ħafna mudelli kummerċjali differenti, li jistgħu ma jkunux indirizzati kollha, u għalhekk ikollhom effetti kollaterali regolatorji imprevedibbli. B’riżultat ta’ dan, jista’ ma jkunx possibbli li, b’mod proporzjonat, jinqabdu numru dejjem jikber ta’ pjattaformi li jħalltu mudelli kummerċjali differenti, li jistgħu jinvolvu n-negozjar ibbażat fuq l-investiment u s-self.
Reġim ta' finanzjament kollettiv Ewropew volontarju u awtonomu taħt it-tikketta ta’ Fornitur ta’ Servizzi ta’ Finanzjament Kollettiv Ewropew, li l-pjattaformi jagħżlu meta jkunu jixtiequ jwettqu negozju transfruntiera ma jwassalx għal tibdil fl-oqfsa nazzjonali strutturati tal-finanzjament kollettiv, filwaqt li jipprovdi opportunità għall-pjattaformi li jkunu jixtiequ jespandu l-operazzjonijiet tagħhom fil-livell Ewropew u jkunu jixtiequ jwettqu negozju transfruntiera. Dan jiddetermina tnaqqis pjuttost veloċi u mdaqqas tal-ispejjeż tad-dħul fis-suq (spejjeż regolatorji u superviżorji) għall-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv li joperaw (jew li jkunu beħsiebhom joperaw) fuq livell transfruntier, minħabba li jkunu awtorizzati darba biss. Fl-istess ħin, ir-reġim ikun aktar proporzjonat milli fil-każ tar-regoli tal-MiFID. Ir-reġim propost orjentat lejn il-provvista tas-servizzi jkun jippermetti wkoll flessibbiltà fil-qbid ta’ attivitajiet tal-pjattaforma li jikkombinaw mudelli multipli ta’ negozju, minħabba li jipprovdi reġim uniku li japplika kemm għal mudelli bbażati fuq l-investiment kif ukoll għal mudelli bbażati fuq is-self (inaqqas l-inċertezza regolatorja). L-approċċ jiżgura wkoll li r-reġim jibqa’ validu fil-futur fid-dawl tal-iżvilupp rapidu fis-settur u l-użu ta’ strumenti differenti.
L-għażla ppreferuta tkun koerenti wkoll mal-qafas leġiżlattiv billi tippermetti koeżistenza tal-oqfsa finanzjarji stabbiliti ma’ dan ir-reġim, b’konċessjoni konformi mal-parametru tal-EUR 1 miljun stabbilit f’parti ewlenija oħra tad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 2017/1129 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat. Dan l-approċċ jimminimizza r-riskji ta’ arbitraġġ regolatorju, filwaqt li jippermetti attivitajiet transfruntiera f’konformità ma’ protezzjoni tal-investitur u qafas ta’ stabbiltà finanzjarja solidi.
•Għażla tal-istrument
L-Artikolu 114 TFUE jippermetti l-adozzjoni ta’ atti fil-forma ta’ regolament jew ta’ direttiva. Hawnhekk intgħażel regolament minħabba li “tikketta tal-UE” trid tkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha sabiex tkun effettiva.
It-tieni, minħabba li r-Regolament propost jistabbilixxi rekwiżiti armonizzati għall-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv li jixtiequ japplikaw għal awtorizzazzjoni rispettiva, dan ma jridx ikun soġġett għal regoli nazzjonali speċifiċi. Għalhekk, f’dan il-każ, Regolament huwa aktar xieraq minn Direttiva. Madanakollu, kwalunkwe karatteristika li taqa' barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta tkun soġġetta għal regoli nazzjonali, inklużi dawk li jittrasponu d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi applikabbli tal-UE.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Ir-risponsi għall-konsultazzjonijiet pubbliċi tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament Kollettiv fl-2013, il-Green Paper tas-CMU fl-2014, ir-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu fl-2017 u l-konsultazzjoni tal-FinTech fl-2017 ipprovdew evidenza kwalitattiva għall-appoġġ tal-iżvilupp ta’ valutazzjoni tal-impatt. Ir-rispondenti tal-konsultazzjoni tal-Green Paper tas-CMU identifikaw numru ta’ ostakli għall-iżvilupp ta’ pjattaformi tal-finanzjament kollettiv irregolati b’mod xieraq: ostakli regolatorji, nuqqas ta’ disponibbiltà u kwalità baxxa ta’ informazzjoni, u ostakli oħra bħan-nuqqas ta’ swieq sekondarji u ostakli ta’ tassazzjoni. Xi rispondenti qiesu li l-intervent tal-UE jiffaċilita t-tranżazzjonijiet transfruntiera bi spejjeż aktar baxxi. Ħafna rispondenti għall-konsultazzjoni tar-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tas-CMU għamlu dikjarazzjonijiet simili billi argumentaw favur l-iżvilupp ta’ qafas legali xieraq għall-finanzjament kollettiv madwar l-UE kollha sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni xierqa tal-investituri u tal-konsumaturi, sabiex jinħoloq suq ta’ daqs suffiċjenti.
Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika dwar il-“Fintech: settur finanzjarju Ewropew aktar kompetittiv u innovattiv”. Il-konsultazzjoni pubblika rċeviet total ta’ 226 tweġiba li jkopru lil individwi, lill-industrija (minn varjetà sinifikanti ta’ parteċipanti tas-suq), regolaturi nazzjonali u Ewropej u superviżuri, utenti u trejdjunjins. Fit-12 ta’ Settembru 2017, ġew ippubblikati sommarju tal-kontribuzzjonijiet flimkien ma’ sommarju dettaljat ta’ tweġibiet individwali tal-konsultazzjoni pubblika. B’mod ġenerali, ir-rispondenti qiesu li r-reġimi regolatorji nazzjonali għall-finanzjament kollettiv fl-Ewropa għandhom impatt dirett fuq l-iżvilupp tas-settur tal-finanzjament kollettiv. Dan it-twemmin kien kondiviż mit-tipi kollha ta’ rispondenti (individwi privati, organizzazzjonijiet privati, awtoritajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet internazzjonali). Kważi nofs ir-rispondenti li esprimew opinjoni dwar il-kwistjoni kienu jemmnu li r-reġimi regolatorji nazzjonali fixklu l-attività ta’ finanzjament kollettiv transfruntiera u li kien hemm il-bżonn ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-UE. Dawn indikaw ukoll li s-suq Ewropew ġie frammentat minħabba diverġenzi fir-reġimi adottati minn Stati Membri differenti. Barra minn hekk, uħud sostnew li t-tfixkil fl-attività transfruntiera permezz tat-trikkib fuq xulxin tar-regolamenti nazzjonali impedixxa l-kompetizzjoni reali, u għamilha diffiċli u tiswa aktar flus għall-pjattaformi biex jespandu u jilħqu d-daqs neċessarju biex ikunu profittabbli fuq perjodu twil ta’ żmien.
Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni għamlu serje ta’ sessjonijiet ta’ ħidma fejn ikkonsultaw mal-Istati Membri, mal-korpi kummerċjali u mal-membri tagħhom. F’Diċembru 2014, fi Frar 2016 u f’Novembru 2017 saru tliet sessjonijiet ta’ ħidma regolatorji dwar il-finanzjament kollettiv ma’ Stati Membri, fil-qafas tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli (EGESC). L-esperti indikaw għadd ta’ kwistjonijiet li jistgħu jiġu indirizzati sabiex jiġu evitati l-ostakli legali u tiġi promossa l-attività ta’ finanzjament kollettiv fl-UE, bħall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, il-ġbir ta’ data, it-twaqqif ta’ tassonomija komuni, l-appoġġ għall-passaportar, u rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-informazzjoni aktar konverġenti għal kwistjonijiet ta’ titoli aktar baxxi mil-limitu tal-prospett. Fl-2015, is-servizzi tal-Kummissjoni stabbilew ukoll Forum Ewropew tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Finanzjament Kollettiv (ECSF) bħala l-grupp ta’ esperti ta’ rappreżentanti minn assoċjazzjonijiet ta’ gruppi ta’ partijiet ikkonċernati u awtoritajiet nazzjonali kkonċernati. Fl-aħħar nett, f’Ġunju 2017 saret sessjoni ta’ ħidma dwar il-finanzjament kollettiv b’mod transfruntiera dwar l-istudju “L-identifikazzjoni tal-ostakli tas-suq u regolatorji għall-iżvilupp tal-finanzjament kollettiv b’mod transfruntiera fl-UE”.
•Ġbir u użu tal-kompetenzi
Il-proposta hija bbażata fuq ammont estensiv ta’ riċerka bbażata biss fuq id-dokumentazzjoni, studji esterni, konsultazzjonijiet immirati, intervisti, gruppi fokus, sessjonijiet ta’ ħidma u oħrajn. Il-materjal użat beda jinġabar minn mindu s-Servizzi tal-Kummissjoni bdew jagħmlu monitoraġġ tas-suq fl-2013. Dan jinkludi laqgħat mal-partijiet ikkonċernati, studji mwettqa f’isem il-Kummissjoni u minn partijiet ikkonċernati tal-industrija, dokumenti ta’ ħidma tal-persunal, opinjonijiet u pariri mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni, studji kif ukoll dokumenti ta’ riċerka akkademiċi. Sar studju li kien jiffoka fuq l-identifikar tal-ostakli għall-provvista transfruntiera tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv.
•Valutazzjoni tal-impatt
Din il-proposta hija akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt li ġiet sottomessa fit-18 ta’ Novembru 2017 u li fil-15 ta’ Diċembru 2017 ġiet approvata mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB).
L-RSB talab biex l-abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt jiġi emendat sabiex jiċċara (i) ir-raġunament u l-urġenza tal-inizjattiva u kif evolviet il-pożizzjoni tal-Kummissjoni matul l-aħħar snin, u jiġi spjegat aktar il-fokus fuq il-ħtiġijiet ta’ finanzjament bikrija ħafna ta’ intraprendituri innovattivi, negozji żgħar u negozji ġodda; (ii) kemm il-proposta hija progressiva u kapaċi tintegra żviluppi futuri (iii) l-importanza tal-frammentazzjoni regolatorja meta mqabbla mal-ostakli mhux indirizzati fil-proposta; (iv) evidenza addizzjonali dwar id-domanda għall-attività transfruntiera; (v) l-interazzjoni bejn il-proposta u l-leġiżlazzjoni settorjali u nazzjonali eżistenti tal-UE, u (vi) il-ġustifikazzjoni għall-għażla tas-superviżur rilevanti u l-impatt tal-proposta fuq l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. Il-Valutazzjoni tal-Impatt ġiet emendata skont kif meħtieġ.
Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li s-swieq tal-finanzjament kollettiv tal-UE għall-finanzjament tan-negozji fil-biċċa l-kbira huma sottożviluppati meta mqabbla ma’ ekonomiji ewlenin oħrajn iżda, u l-aktar importanti, mhumiex kapaċi joperaw kif suppost b’mod transfruntiera. Minħabba reġimi regolatorji frammentati u kunfliġġenti, il-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv mhumiex kapaċi jespandu u jipprovdu b’mod liberu s-servizzi tagħhom fuq livell pan-Ewropew. Bl-istess mod, l-investituri jirrifjutaw li jinvolvu ruħhom b’mod transfruntiera minħabba nuqqas ta’ fiduċja f’dawk il-pjattaformi u l-oqfsa regolatorji frammentati tagħhom applikabbli għall-provvista tas-servizzi. Sabiex tindirizza dawn il-problemi, il-valutazzjoni tal-impatt identifikat u eżaminat erba’ għażliet ta’ politika:
(1)Linja bażi - L-ebda azzjoni tal-UE.
(2)L-Għażla 1 - Bini fuq kapital reputazzjonali: standards minimi bl-aħjar prattiki
(3)L-Għażla 2 - Approċċ ibbażat fuq il-prodotti: il-finanzjament kollettiv jinġieb fil-ġabra unika tar-regoli eżistenti tal-UE
(4)L-Għażla 3 - Soluzzjoni komplementari bbażata fuq is-servizzi: reġim għall-“Fornituri ta’ Servizzi ta’ Finanzjament Kollettiv Ewropej”
L-ewwel għażla ta’ linja bażi analizzat l-iżviluppi tas-suq fil-każ li ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni tal-UE. Mingħajr azzjoni, il-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv se jkunu saħansitra anqas kapaċi jespandu b’mod transfruntiera u ż-żieda fil-kunflitti bejn ir-reġimi nazzjonali tista’ toħloq nuqqasijiet fil-protezzjoni tal-investitur u fl-integrità tas-suq.
It-tieni għażla kompliet tiżviluppa fuq il-possibbiltà tal-introduzzjoni ta’ elementi ta’ armonizzazzjoni minima mal-UE kollha, li jaħdmu id f’id mal-aħjar prattiki. Din l-għażla ma nżammitx lanqas billi toħloq inċertezza regolatorja mhux dovuta minħabba l-mekkaniżmu ta’ infurzar awtoregolatorju u l-interazzjoni tiegħu mar-reġimi nazzjonali diġà fis-seħħ.
It-tielet għażla analizzat il-każ għall-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet għal servizzi ta’ finanzjament kollettiv taħt il-qafas leġiżlattiv attwali tal-UE, bħall-MiFID, u l-ħolqien ta’ reġim awtonomu għal attivitajiet ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ibbażat fuq is-self li bħalissa ma għandhomx qafas Ewropew fis-seħħ. Din l-inklużjoni tar-reġim ta’ finanzjament kollettiv fil-Ġabra Unika tar-Regoli tal-UE ma nżammitx minħabba li mhijiex kosteffettiva daqs għażliet oħrajn, filwaqt li tikseb riżultati simili f’termini ta’ integrità u trasparenza.
Ir-raba’ u l-azzjoni ppreferuta qieset il-possibbiltà tal-introduzzjoni ta’ tikketta tal-UE għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, li jkunu awtorizzati u ssorveljati fil-livelli tal-UE taħt reġim tal-UE. Din l-għażla tikkombina l-flessibbiltà lejn mudelli ta’ negozju (li liberament jistgħu jagħżlu li jużaw it-tikketta tal-UE jew inkella li jibqgħu bir-reġim nazzjonali) ma’ protezzjoni tal-investituri u regoli organizzazzjonali proporzjonati. Barra minn hekk, ir-reġim tal-passaportar komprensiv jipprevedi wkoll għodda kosteffettiva għall-espansjoni skont qafas komuni, filwaqt li jnaqqas l-inċertezza regolatorja u jtaffi l-piżijiet amministrattivi.
•Drittijiet fundamentali
L-UE hija impenjata li tilħaq standards għoljin ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u hija firmatarja għal sett wiesa’ ta’ konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem. F’dan il-kuntest, mhuwiex probabbli li l-proposta se jkollha impatt dirett fuq dawn id-drittijiet, kif elenkati fil-konvenzjonijiet ewlenin tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li hija parti integrali mit-Trattati tal-UE, u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB).
4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT
L-għażla ppreferuta għandha implikazzjonijiet f’termini ta’ kostijiet u piż amministrattiv għall-ESMA. Id-daqs u d-distribuzzjoni ta’ dawn l-ispejjeż se jiddependi fuq ir-rekwiżiti preċiżi mqiegħda fuq l-ECSPs u l-kompiti superviżorji u ta’ monitoraġġ relatati.
Jekk jiġi preżunt li l-ESMA se tkun responsabbli mill-awtorizzazzjoni u mis-superviżjoni tal-25 ECSPs fl-ewwel sena sħiħa ta’ implimentazzjoni (2020), f’dik is-sena se jkun hemm impatt fuq l-ispejjeż (nett mit-tariffi imposti fuq l-industrija) ta’ madwar EUR 1 637 000. Din l-istima se tinkludi wkoll nofs EUR 500 000 fi spejjeż ta’ darba li għandhom jinqasmu tul l-ewwel sentejn, u jintużaw sabiex jiġu stabbiliti s-sistemi tal-IT neċessarji. Minħabba li s-settur tal-finanzjament kollettiv Ewropew għadu jibda u huwa l-aktar ikkaratterizzat minn dħul limitat, it-tariffi tal-ECSPs huma ffissati għal limitu xieraq.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar
Mhux applikabbli.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-proposta tfittex li tistabbilixxi regoli uniformi dwar il-finanzjament kollettiv fil-livell tal-UE. Din ma tissostiwixxix regoli nazzjonali dwar il-finanzjament kollettiv meta dawn ikunu jeżistu. Skont il-proposta, fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jista’ jagħżel li jipprovdi jew li jkompli jipprovdi servizzi fuq bażi domestika skont il-liġi nazzjonali applikabbli (inkluż meta Stat Membru jagħżel li japplika l-MiFID II għal attivitajiet ta’ finanzjament kollettiv) jew inkella li jfittex awtorizzazzjoni biex jipprovdi servizzi ta’ finanzjament kollettiv skont ir-Regolament propost. Fil-każ ta’ awtorizzazzjoni skont ir-regoli tal-UE, l-awtorizzazzjoni tkopri kemm il-provvista ta’ servizzi fi Stat Membru uniku kif ukoll fuq bażi transfruntiera. Jekk il-fornitur jagħżel li japplika r-regoli tal-UE, l-awtorizzazzjoni skont ir-regoli nazzjonali applikabbli tiġi rtirata. L-awtorizzazzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament tippermetti lill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jipprovdu servizzi ta’ finanzjament kollettiv permezz ta’ passaport madwar l-Istati membri kollha.
L-Artikolu 1 jiddefinixxi s-suġġett; b’mod partikolari, l-Artikolu 1 jistabbilixxi li r-Regolament japplika għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u jistabbilixxi rekwiżiti uniformi fir-rigward tal-operazzjonijiet, l-organizzazzjoni, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni kontinwata tagħhom. L-Artikolu 2 jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni, li huwa limitat għal dawk il-persuni ġuridiċi li jagħżlu li jfittxu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 11 u għal dawk li huma awtorizzati f’konformità ma’ dak l-Artikolu. Dan jipprevedi wkoll eżenzjonijiet li permezz tagħhom dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għal servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jiġu pprovduti lill-konsumaturi, kif definit fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2008/48/KE, għal servizzi ta’ finanzjament kollettiv li huma pprovduti minn persuni ġuridiċi li jkunu ġew awtorizzati bħala ditti ta’ investiment f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE, jew lil servizzi ta’ finanzjament kollettiv ipprovduti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu ġew awtorizzati għal dak l-iskop skont il-liġi nazzjonali. Min din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-persuni awtorizzati bħala fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jixtiequ jkomplu jipprovdu servizzi lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jkomplu joperaw taħt l-awtorizzazzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament. Dawn il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ finanzjament kollettiv transfruntiera bbażat fuq l-investiment għandhom ifittxu awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE filwaqt li l-awtorizzazzjoni tagħhom bħala fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi rtirata.
L-Artikolu 3 jistabbilixxi t-termini u d-definizzjonijiet li jintużaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari, “servizzi ta’ finanzjament kollettiv”, “pjattaforma tal-finanzjament kollettiv”, “fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv”, “offerta ta’ finanzjament kollettiv” u oħrajn. Fuq kollox, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati sabiex tispeċifika elementi tekniċi addizzjonali tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 sabiex tqis l-iżviluppi tas-suq, l-iżviluppi teknoloġiċi u l-esperjenza.
Il-Kapitolu II jistabbilixxi l-provvista ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv (Artikolu 4), il-ġestjoni effettiva u prudenti (Artikolu 5), u t-trattament tal-ilmenti (Artikolu 6). Bis-saħħa ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv iridu jikkonformaw il-ħin kollu mar-rekwiżiti organizzazzjonali, filwaqt li l-persuni fiżiċi li għandhom is-setgħa li jimmaniġġjaw fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkollhom ħiliet u esperjenza professjonali xierqa. Fir-rigward tal-kunflitti ta’ interess (Artikolu 7), fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv irid iżomm u jħaddem arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bl-għan li jieħu l-passi kollha raġonevoli maħsuba sabiex jimpedixxi milli kunflitti ta’ interess jaffettwaw b’mod negattiv l-interessi tal-klijenti tiegħu. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv huma mitluba wkoll li jieħdu l-passi xierqa kollha biex jidentifikaw u jipprevjenu jew jimmaniġġjaw il-kunflitti ta’ interess bejniethom, inkluż il-maniġers u l-impjegati tagħhom, jew kwalunkwe persuna relatata direttament jew indirettament magħhom permezz tal-kontroll u l-klijenti tagħhom jew bejn klijent u ieħor li jfeġġu matul l-għoti ta’ kwalunkwe servizz. Ir-regoli li jirrigwardaw l-esternalizzazzjoni u l-kustodja tal-assi tal-klijenti huma stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9.
Il-Kapitolu III jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti ta’ superviżjoni li għadhom għaddejjin. B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 10 jipprevedi rekwiżit għall-awtorizzazzjoni u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, b’mod partikolari, iridu jissodisfaw numru ta’ kriterji sabiex ikunu awtorizzati mill-ESMA. L-Artikolu 10 jistabbilixxi wkoll il-proċeduri għall-għoti u r-rifjut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni. L-Artikolu 11 jirrikjedi li l-ESMA tistabbilixxi reġistru disponibbli għall-pubbliku u aġġornat tal-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv. L-Artikolu 12 jispeċifika li s-servizzi ta’ finanzjament kollettiv iridu jiġu pprovduti taħt superviżjoni mill-ESMA. L-Artikolu 13 jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jappartjenu għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni.
Il-Kapitolu IV jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni u t-trasparenza tal-investituri. Skont l-Artikolu 14, l-informazzjoni kollha, inklużi l-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni, mill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għall-klijenti trid tkun kompluta, ċara u korretta. L-Artikolu 15 jistabbilixxi valutazzjoni inizjali tal-adegwatezza ta’ klijent potenzjali u jipprevedi li l-pjattaformi għandhom joffru lill-investituri l-possibbiltà li jissimulaw il-kapaċità tagħhom li jġorru l-piż ta’ telf. L-Artikolu 16 jelabora dwar id-dettalji u l-kontenut, kif ukoll il-forma u rekwiżiti oħra tal-Iskeda bl-Informazzjoni Ewlenija dwar l-Investiment (KIIS - Key Investment Information Sheet). L-Artikoli 17 u 18, rispettivament, jittrattaw il-bord tal-avviżi u d-dritt li l-investitur jaċċessa r-rekords.
Il-Kapitolu V jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet rigward il-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni. B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 19 jistabbilixxi rekwiżiti dettaljati għall-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni u l-Artikolu 20 jesiġi li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jippubblikaw u jżommu fuq is-siti elettroniċi tagħhom liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli għal komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv.
Il-Kapitolu VI jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-setgħat u l-kompetenzi tal-ESMA, il-privileġġ legali (Artikolu 21), it-talba għal informazzjoni (Artikolu 22), investigazzjonijiet ġenerali (Artikolu 23), l-ispezzjonijiet fuq is-sit (Artikolu 24), l-iskambju ta' informazzjoni (Artikolu 25), is-segretezza professjonali (Artikolu 26), miżuri superviżorji mill-ESMA (Artikolu 27), kif ukoll sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħrajn, b’mod partikolari, multi (Artikolu 28), pagamenti perjodiċi ta’ penali (Artikolu 29), id-divulgazzjoni, in-natura u l-infurzar tal-multi (Artikolu 30) u r-regoli proċedurali korrispondenti biex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi (Artikolu 31).
L-Artikoli 32 u 33, rispettivament, jistabbilixxu rekwiżiti fir-rigward tas-smigħ tal-persuni kkonċernati u l-ġurisdizzjoni bla limitu tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq id-deċiżjonijiet tal-ESMA. F’konformità mal-Artikolu 34, l-ESMA jenħtieġ li tkun tista’ timponi tariffi fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv f’konformità mar-Regolament u mal-att delegat adottat skont ir-Regolament. L-Artikolu 35 jistabbilixxi l-possibbiltà li l-ESMA tiddelega kompiti speċifiċi ta’ superviżjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f’konformità mal-linji gwida tal-ESMA.
Il-finanzjament kollettiv, bħal kull servizz finanzjarju ieħor, jista’ jkun espost għal prattiki ta’ finanzjament tat-terroriżmu u ħasil tal-flus. Għaldaqstant, ir-Regolament jipprevedi salvagwardji xierqa biex ir-riskji li jseħħu tali prattiċi jiġu mminimizzati. B’mod partikolari, l-Artikolu 9 jirrikjedi li l-pagamenti għat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament kollettiv iridu jsiru permezz ta’ entitajiet awtorizzati skont id-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament (PSD - Payment Service Directive) u għaldaqstant, soġġetti għar-raba’ Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus (AMLD - Anti-Money Laundering Directive), kemm jekk il-pagament ikun provdut mill-pjattaforma nnifisha kif ukoll jekk minn parti terza. L-Artikolu 9 jistipula wkoll li l-fornituri tas-servizz ta’ finanzjament kollettiv iridu jiżguraw li s-sidien tal-proġetti jaċċettaw il-finanzjament tal-offerti ta’ finanzjament kollettiv jew kull pagament ieħor permezz ta’ entità awtorizzata skont il-PSD biss. L-Artikolu 10 jintroduċi rekwiżiti għar-“reputazzjoni tajba” tal-maniġers, li jinkludi n-nuqqas ta’ preżenza ta’ kwalunkwe rekord kriminali skont il-leġiżlazzjoni dwar l-ħasil tal-flus. L-Artikolu 13 jirrikjedi li l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti (NCAs - National Competent Authorities), inklużi l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti deżinjati skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849, jinnotifikaw lill-ESMA b’kull kwistjoni li tkun rilevanti skont l-AMLD u li tinvolvi pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv. L-ESMA tista’ sussegwentement tirtira l-liċenzja abbażi ta’ din l-informazzjoni. L-Artikolu 38 jipprevedi li bl-għan li tkun ulterjorment żgurata stabbiltà finanzjarja permezz tal-prevenzjoni kontra r-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa u l-proporzjonalità li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jiġu soġġetti għal obbligi ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2015/849 fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u li dawn il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament jiġu miżjuda mal-lista ta’ entitajiet marbuta b’obbligu għall-finijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849.
L-eżerċitar tad-delega bil-għan li jiġu adottati atti delegati tal-Kummissjoni huwa kopert fil-Kapitolu VII. Il-proposta għal Regolament fiha intitolamenti għall-Kummissjoni biex tadotta atti delegati li jispeċifikaw ċerti dettalji, rekwiżiti u arranġamenti kif stabbilit fir-Regolament.
2018/0048 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-Fornituri ta’ Servizzi ta’ Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Il-finanzjament kollettiv dejjem aktar qed isir forma stabbilita ta’
finanzjament alternattiv
għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fi stadju bikri tat-tkabbir ta’ kumpanija, li tipikament jiddependi fuq investimenti żgħar. Il-finanzjament kollettiv jirrappreżenta tip ta’ intermedjazzjoni ġdida fejn fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jinteraġixxi mal-klijenti tiegħu permezz ta’ pjattaforma diġitali mingħajr ma jieħu riskju proprju sabiex iqabbel investituri prospettivi ma’ negozji li jfittxu finanzjament, irrispettivament minn jekk il-finanzjament iwassalx għal ftehim ta’ self għal investiment tal-ekwità jew għal investiment trasferibbli ieħor ibbażat fuq is-sigurtà. Għalhekk, huwa xieraq li fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament jiġi inkluż kemm il-finanzjament kollettiv ibbażat fuq is-self kif ukoll il-finanzjament kollettiv ibbażat fuq l-investiment, minħabba li dawn huma alternattivi ta’ finanzjament tan-negozju komparabbli.
(2)Il-ksib tal-finanzi hija ta’ sfida għal ditti żgħar u li għadhom jibdew, b’mod partikolari meta mill-fażi ta’ negozji żgħar jgħaddu għall-fażi tal-espansjoni. Il-finanzjament kollettiv jista’ jikkontribwixxi sabiex jingħata aċċess għall-finanzjament lil tali ditti u b’hekk biex tiġi kkompletata l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU - Capital Markets Union). In-nuqqas ta’ aċċess għal finanzjament għal tali ditti jikkostitwixxi problemi anki fi Stati Membri fejn l-aċċess għal finanzjament bankarju baqa’ stabbli matul il-kriżi finanzjarja. Il-finanzjament kollettiv żviluppa fi prattika stabbilita ta’ finanzjament ta’ proġett jew attività, tipikament minn numru żgħir ta’ nies jew organizzazzjonijiet, permezz ta’ pjattaformi online li fuqhom, iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u n-negozji, inklużi negozji ġodda, jiġbru ammonti relattivament żgħar ta’ flus.
(3)Il-provvista ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv b’mod ġenerali tiddependi fuq tliet tipi ta’ atturi: is-sid tal-proġett li jipproponi l-proġett li jrid jiġi ffinanzjat, l-investituri li jiffinanzjaw il-proġett propost, ġeneralment permezz ta’ investimenti limitati, u organizzazzjoni intermedjarja fil-forma ta’ fornitur ta' servizz li jlaqqa' flimkien lil sidien ta’ proġetti u lill-investituri permezz ta' pjattaforma online.
(4)Barra milli jipprovdi sors alternattiv ta’ finanzjament b’mod dirett, inkluż il-kapital ta' riskju, il-finanzjament kollettiv jista’ joffri benefiċċji oħra lid-ditti. Il-finanzjament dirett jista’ jipprovdi validazzjoni tal-kunċett u tal-idea lis-sid tal-proġett, jagħti aċċess lil għadd kbir ta’ nies u b’hekk jipprovdi lill-intraprenditur b’osservazzjonijiet u b'informazzjoni u jkun għodda tal-kummerċjalizzazzjoni jekk kampanja ta’ finanzjament kollettiv tkun ta’ suċċess.
(5)Diversi Stati Membri diġà introduċew reġimi nazzjonali apposta dwar il-finanzjament kollettiv. Dawk ir-reġimi huma mfassla apposta għall-karatteristiċi u għall-ħtiġijiet tas-swieq lokali u tal-investituri. Bħala riżultat, ir-regoli nazzjonali eżistenti jvarjaw fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ operazzjoni tal-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet permessi u r-rekwiżiti tal-liċenzjar.
(6)Id-differenzi bejn ir-regoli nazzjonali eżistenti huma tali li jostakolaw il-provvista transfruntiera ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u, għaldaqstant, għandhom effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern f’dawn is-servizzi. B’mod partikolari, il-fatt li l-qafas legali huwa frammentat matul il-fruntieri nazzjonali joħloq spejjeż ta’ konformità legali sostanzjali għall-investituri fil-livell tal-konsumatur li spiss jaffaċċjaw diffikultajiet li huma sproporzjonati għad-daqs tal-investiment tagħhom sabiex jiddeterminaw ir-regoli li japplikaw għal servizzi ta’ finanzjament kollettiv transfruntiera. Għaldaqstant, dawn l-investituri spiss jaqtgħu qalbhom milli jinvestu b’mod transfruntiera permezz ta’ pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv. Għall-istess raġunijiet, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li joperaw dawn il-pjattaformi jaqtgħu qalbhom milli joffru s-servizzi tagħhom fi Stat Membru differenti minn dak li huma stabbiliti fih. B’riżultat ta’ dan, l-attivitajiet ta’ finanzjament kollettiv fil-parti l-kbira sa issa baqgħu nazzjonali, għad-detriment ta’ suq ta’ finanzjament kollettiv għall-Unjoni kollha, u b’hekk in-negozji jiċċaħdu mill-aċċess għal servizzi ta’ finanzjament kollettiv.
(7)Sabiex jitrawmu attivitajiet ta’ finanzjament kollettiv transfruntiera u sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċitar tal-libertà għall-fornituri ta’ finanzjament kollettiv li jipprovdu u jirċievu tali servizzi fis-suq intern, huwa għaldaqstant meħtieġ li jiġu indirizzati l-ostakli eżistenti għat-tħaddim kif suppost tas-suq intern fis-servizzi ta’ finanzjament kollettiv. Li jkun previst sett uniku ta’ regoli dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jagħti lill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv l-għażla li japplikaw għal awtorizzazzjoni unika fl-Unjoni kollha sabiex jeżerċitaw l-attività tagħhom skont dawk ir-regoli jirrappreżenta l-ewwel pass xieraq sabiex jitrawmu attivitajiet ta’ finanzjament kollettiv transfruntiera u b’hekk jitjieb il-mod kif jopera s-Suq Uniku.
(8)Billi jindirizza l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern f’servizzi ta’ finanzjament kollettiv, dan ir-Regolament għandu l-għan li jrawwem finanzjament tan-negozji b’mod transfruntiera. Is-servizzi ta’ finanzjament kollettiv fir-rigward tas-self lill-konsumaturi, kif definit fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jenħtieġ għalhekk li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(9)Sabiex jiġi evitat li l-istess attività tkun soġġetta għal awtorizzazzjonijiet differenti fl-Unjoni, is-servizz ta’ finanzjament kollettiv li jingħata minn persuni li jkun ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew li jingħata f’konformità mal-liġi nazzjonali jenħtieġ li jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(10)Fir-rigward tal-finanzjament kollettiv ibbażat fuq is-self, il-faċilitazzjoni tal-għoti ta’ self, inklużi servizzi bħall-preżentazzjoni ta’ offerti ta’ finanzjament kollettiv lil klijenti jew il-klassifikazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tas-sidien ta’ proġetti, jenħtieġ li takkomoda mudelli kummerċjali differenti li jippermettu l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ self permezz ta’ pjattaforma ta’ finanzjament bejn klijent wieħed jew aktar u sid ta’ proġett wieħed jew aktar.
(11)Fir-rigward tal-finanzjament kollettiv ibbażat fuq l-investiment, it-trasferibbiltà ta’ titolu hija salvagwardja importanti għall-investituri biex ikunu kapaċi joħorġu mill-investiment tagħhom minħabba li tagħtihom il-possibbiltà legali li jiddisponu mill-interessi tagħhom fis-swieq kapitali. Għalhekk, dan ir-Regolament ikopri u jippermetti biss servizzi ta’ finanzjament kollettiv ibbażat fuq l-investiment fir-rigward tat-titoli trasferibbli. Madankollu, l-istrumenti finanzjarji li mhumiex titoli trasferibbli jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għaliex dawk it-titoli jinvolvu riskji għall-investituri li ma jistgħux jiġu mmaniġġjati b’mod xieraq fl-ambitu ta’ dan il-qafas legali.
(12)Minħabba r-riskji assoċjati mal-investimenti tal-finanzjament kollettiv, huwa xieraq li, fl-interessi tal-protezzjoni effettiva tal-investituri, jiġi impost limitu għal konsiderazzjoni massima għal kull offerta ta’ finanzjament kollettiv. Dak il-limitu jenħtieġ li jkun stabbilit għal EUR 1 000 000, minħabba li l-limitu jikkorrispondi għal-limitu stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-tfassil u l-approvazzjoni obbligatorji ta’ prospett ’il fuq minn dak il-limitu.
(13)Sabiex jiġi evitat arbitraġġ regolatorju u tiġi żgurata superviżjoni effettiva tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkunu pprojbiti milli jaċċettaw depożiti jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku, sakemm ma jkunux awtorizzati bħala istituzzjoni ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(14)Sabiex jinkiseb dak l-għan, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jingħataw l-għażla li japplikaw għal awtorizzazzjoni waħda fl-Unjoni kollha u jeżerċitaw l-attività tagħhom f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti uniformi. Madankollu, sabiex tiġi ppreservata d-disponibbiltà wiesgħa tal-offerti ta’ finanzjament kollettiv immirati biss lejn is-swieq nazzjonali, fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jagħżlu li jipprovdu s-servizzi tagħhom taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, jenħtieġ li huma jkunu jistgħu jibqgħu jagħmlu dan. Għalhekk, skont dan, ir-rekwiżiti uniformi stabbiliti f'dan ir-Regolament ma japplikawx għal dawn il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jagħżlu li jibqgħu attivi fuq bażi nazzjonali biss.
(15)Sabiex jinżamm standard għoli ta’ protezzjoni tal-investitur, sabiex jitnaqqsu r-riskji assoċjati mal-finanzjament kollettiv u sabiex jiġi żgurat trattament ġust tal-klijenti kollha, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ politika mfassla sabiex jiġi żgurat li l-proġetti jintgħażlu b’mod professjonali, ġust u trasparenti u li s-servizzi ta’ finanzjament kollettiv jiġu pprovduti bl-istess mod.
(16)Sabiex itejbu s-servizz għall-klijenti tagħhom, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżerċitaw diskrezzjoni f’isem il-klijenti fir-rigward tal-parametri tal-ordnijiet tal-klijenti, dment li dawn jieħdu l-passi meħtieġa kollha sabiex jiksbu l-aqwa riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom u jiddivulgaw il-metodu preċiż u l-parametri tad-diskrezzjoni. Sabiex jiżguraw li l-investituri prospettivi jiġu offruti opportunitajiet ta’ investiment fuq bażi newtrali, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li ma jħallsux jew ma jaċċettawx kwalunkwe remunerazzjoni, skont jew benefiċċju mhux monetarju ieħor biex jidderieġu l-ordnijiet tal-investituri għal offerta partikolari pprovduta fuq il-pjattaforma tagħhom jew għal offerta partikolari pprovduta fuq pjattaforma ta’ parti terza.
(17)Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiffaċilita l-investiment dirett u jevita l-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ arbitraġġ regolatorji għal intermedjarji finanzjarji rregolati taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari regoli tal-Unjoni li jirregolaw il-maniġers tal-assi. Għaldaqstant, l-użu ta’ strutturi legali, inklużi veikoli bi skop speċjali, sabiex jinterponu bejn il-proġett u l-investituri tal-finanzjament kollettiv, jenħtieġ li jiġi rregolat b’mod strett u permess biss fejn ikun iġġustifikat.
(18)L-iżgurar ta’ sistema ta’ governanza effettiva huwa essenzjali għall-ġestjoni tar-riskju xierqa u għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interessi. Għaldaqstant, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkollhom arranġamenti ta’ governanza li jiżguraw ġestjoni effettiva u prudenti u l-ġestjoni tagħhom jenħtieġ li jkollha reputazzjoni tajba u jkollha għarfien espert u esperjenza adegwati. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ ukoll li jistabbilixxu proċeduri biex jirċievu u jindirizzaw ilmenti mingħand il-klijenti.
(19)Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li joperaw bħala intermedjarji newtrali bejn il-klijenti fuq il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv tagħhom. Sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u tal-maniġers u tal-impjegati, jew ta' kwalunkwe persuna li tikkontrollahom b’mod dirett jew indirett. B’mod partikolari, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkunu impeduti milli jkollhom xi parteċipazzjoni finanzjarja fl-offerti tal-finanzjament kollettiv fuq il-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv tagħhom. Barra minn hekk, azzjonisti li għandhom 20 % jew aktar tal-kapital azzjonarju jew tad-drittijiet tal-vot, maniġers u impjegati, jew kwalunkwe persuna li tikkontrolla l-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv direttament jew indirettament, jenħtieġ li ma taġixxix bħala klijent, fir-rigward tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv offruti fuq dik il-pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv.
(20)Fl-interess ta’ provvista effiċjenti u mingħajr xkiel tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jitħallew jafdaw kwalunkwe funzjoni operazzjonali, b’mod sħiħ jew parzjali, lill-fornituri ta’ servizz, sakemm l-esternalizzazzjoni ma tagħmilx ħsara materjali lill-kwalità tal-kontrolli interni u s-superviżjoni effettiva tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv. Madankollu, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jibqgħu responsabbli b’mod sħiħ għall-konformità ma’ dan ir-Regolament.
(21)Iż-żamma tal-fondi tal-klijenti u l-provvista ta’ servizzi ta’ pagament jeħtieġu awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizz ta’ pagament f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Ir-rekwiżit obbligatorju tal-awtorizzazzjoni ma jistax jiġi ssodisfat minn awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi ċċarat li fejn fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv iwettaq dawn is-servizzi ta’ pagament b’rabta mas-servizzi tal-finanzjament kollettiv tiegħu, huwa jeħtieġ li jiġi awtorizzat ukoll bħala istituzzjoni ta’ pagament f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/2366. Sabiex tkun tista' ssir superviżjoni xierqa ta’ dawn l-attivitajiet, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) jenħtieġ li tiġi infurmata dwar jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandux il-ħsieb li jwettaq servizzi ta’ pagament huwa nnifsu bl-awtorizzazzjoni xierqa, jew jekk dawn is-servizzi humiex se jiġu esternalizzati lil parti terza awtorizzata.
(22)It-tkabbir u l-funzjonament bla intoppi tas-servizzi transfruntiera ta’ finanzjament kollettiv jeħtieġu skala biżżejjed u fiduċja pubblika f’dawk is-servizzi. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti uniformi, proporzjonati u direttament applikabbli għall-awtorizzazzjoni u punt uniku ta’ superviżjoni.
(23)Livell għoli ta’ fiduċja tal-investituri jikkontribwixxi għat-tkabbir fis-servizzi ta’ finanzjament kollettiv. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti għal servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jiffaċilitaw il-provvista transfruntiera ta’ dawk is-servizzi, inaqqsu r-riskji operazzjonali u jiżguraw grad għoli ta’ trasparenza u protezzjoni tal-investituri.
(24)Is-servizzi ta’ finanzjament kollettiv jistgħu jiġu esposti għar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, kif enfasizzat fir-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwaw lis-suq intern u li jirrigwardaw is-sitwazzjonijiet transfruntiera. Għaldaqstant għandhom ikunu previsti salvagwardji fl-issodisfar tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, li jivvalutaw ir-reputazzjoni tajba tal-maniġment, u s-servizzi ta’ pagament jingħataw biss permezz ta’ entitajiet liċenzjati soġġetti għal rekwiżiti kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Bl-għan li tkun ulterjorment żgurata stabbiltà finanzjarja permezz tal-prevenzjoni kontra r-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa u l-proporzjonalità li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jiġu soġġetti għal obbligi ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2015/849 fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u li dawn il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament jiġu miżjuda mal-lista ta’ entitajiet marbuta b’obbligu għall-finijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849.
(25)Sabiex il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jitħallew joperaw b’mod transfruntiera mingħajr ma jaffaċċjaw regoli diverġenti u b’hekk jiffaċilitaw il-finanzjament ta’ proġetti madwar l-Unjoni minn investituri minn Stati Membri differenti, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jitħallewx jimponu rekwiżiti addizzjonali fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li huma awtorizzati mill-ESMA.
(26)Il-proċess tal-awtorizzazzjoni jenħtieġ li jippermetti li l-ESMA tkun infurmata dwar is-servizzi li l-fornituri prospettivi ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom l-għan li jipprovdu, tivvaluta l-kwalità tal-ġestjoni tagħhom u tivvaluta l-organizzazzjoni u l-proċeduri interni stabbiliti mill-fornituri prospettivi ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.
(27)Sabiex tiġi ffaċilitata t-trasparenza għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, l-ESMA jenħtieġ li tistabbilixxi reġistru pubbliku u aġġornat tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv kollha li joperaw fl-Unjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
(28)L-awtorizzazzjoni jenħtieġ li tiġi rtirata meta l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tagħha ma jibqgħux jiġu ssodisfati. B’mod partikolari, l-ESMA jenħtieġ li tkun tista’ tivvaluta jekk ir-reputazzjoni tajba tal-ġestjoni tkunx ġiet affettwata jew jekk il-proċeduri u s-sistemi interni jkunux fallew b’mod serju. Sabiex l-ESMA tkun tista’ tivvaluta jekk l-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġx li tiġi rtirata, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jinfurmaw lill-ESMA kull meta fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, jew parti terza li taġixxi f’ismu, ikun tilef l-awtorizzazzjoni tiegħu bħala istituzzjoni ta’ pagament, jew jinstab li jkun qiegħed jikser id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(29)Sabiex l-investituri prospettivi jkollhom komprensjoni ċara tan-natura, tar-riskji, tal-ispejjeż u tat-tariffi tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jipprovdu lill-klijenti tagħhom b'informazzjoni xierqa.
(30)L-investimenti fi prodotti kkummerċjalizzati fuq pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv mhumiex komparabbli ma’ prodotti ta’ investimenti tradizzjonali jew prodotti tat-tfaddil u jenħtieġ li ma jiġux ikkummerċjalizzati bħala tali. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-investituri prospettivi jifhmu l-livell tar-riskju assoċjat mal-investimenti ta’ finanzjament kollettiv, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jagħmlu test tal-għarfien tad-dħul tal-investituri prospettivi tagħhom sabiex jistabbilixxu l-għarfien tagħhom tal-investiment. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li b’mod espliċitu javżaw lill-investituri prospettivi kull meta s-servizzi ta’ finanzjament kollettiv ipprovduti jitqiesu bħala mhux xierqa għalihom.
(31)Sabiex l-investituri jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni informata dwar l-investiment, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jipprovdu lill-investituri prospettivi bi skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment. L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment jenħtieġ li tavża lill-investituri prospettivi li l-ambjent ta’ investiment li jkunu daħlu fih jinvolvi riskji u la huwa kopert bl-iskema ta’ kumpens tad-depożitu u lanqas bil-garanziji ta’ kumpens tal-investitur.
(32)L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment jenħtieġ li tqis ukoll il-karatteristiċi u r-riskji speċifiċi assoċjati ma’ kumpaniji fi stadju bikri, u jenħtieġ li tiffoka fuq informazzjoni materjali dwar is-sidien tal-proġetti, id-drittijiet u t-tariffi tal-investituri, u t-tip ta’ titoli offruti u l-ftehimiet ta’ self. Minħabba li s-sid tal-proġett ikkonċernat jinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex jipprovdi dik l-informazzjoni, l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment jenħtieġ li titfassal minn dak is-sid tal-proġett. Madankollu, peress li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv huma responsabbli sabiex jinfurmaw lill-investituri prospettivi tagħhom, huma jenħtieġ li jiżguraw li l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment tkun kompluta.
(33)Sabiex jiġi żgurat aċċess mingħajr problemi u veloċi għas-swieq kapitali għal negozji ġodda u għal SMEs, sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tagħhom tal-finanzjament u sabiex jiġu evitati dewmien u spejjeż għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, id-dokument bl-informazzjoni dwar l-investiment ewlieni ma jenħtiġx li jiġi approvat minn awtorità kompetenti.
(34)Sabiex jiġu evitati piż amministrattiv u spejjeż bla bżonn fuq il-provvista transfruntiera tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv, il-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni ma jenħtiġux li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ traduzzjoni meta dawn jiġu pprovduti b’lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi.
(35)Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jipprovdu xi tqabbil diskrezzjonali jew mhux diskrezzjonali tax-xiri u l-bejgħ tal-imgħax, għaliex dik l-attività titlob awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/65/UE, jew bħala suq regolat f’konformità mal-Artikolu 44 ta’ dik id-Direttiva. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament, fl-interess tat-trasparenza u l-fluss tal-informazzjoni, jenħtieġ li jkunu jistgħu jippermettu lill-investituri, li jkunu għamlu investimenti permezz tal-pjattaforma tagħhom, sabiex jikkuntattjaw lil xulxin u jagħmlu tranżazzjonijiet ma’ xulxin fuq il-pjattaformi tagħhom, b’rabta ma’ investimenti li oriġinarjament ikunu saru fuq il-pjattaforma tagħhom. Madankollu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jinforma lill-klijenti tiegħu li huwa ma joperax sistema ta’ negozjar u li kwalunkwe attività ta’ xiri u bejgħ fuq il-pjattaformi tagħhom issir fid-diskrezzjoni u fir-responsabbiltà tal-klijent.
(36)Sabiex jiffaċilitaw it-trasparenza u jiżguraw dokumentazzjoni xierqa tal-komunikazzjonijiet mal-klijent, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jenħtieġ li jżommu r-rekords xierqa kollha relatati mas-servizzi u mat-tranżazzjonijiet tagħhom.
(37)Sabiex jiżguraw trattament ġust u mhux diskriminatorju tal-investituri, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jkunu qed jippromwovu s-servizzi tagħhom permezz ta’ komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li ma jittrattawx xi proġett partikolari b’mod aktar favorevoli billi jagħżluh mill-proġetti l-oħra offruti fuq il-pjattaforma tagħhom. Għaldaqstant, kwalunkwe proġett miftuħ jew ippjanat jenħtieġ li ma jidhirx f’komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv. Madankollu, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ma jiġux impeduti milli jagħmlu riferiment għal offerti li jingħalqu b’suċċess li ma jkunx għadu possibbli li jsiru investimenti fihom permezz tal-pjattaforma.
(38)Sabiex tingħata aktar ċertezza legali lil fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li joperaw madwar l-Unjoni u sabiex jiġi żgurat aċċess aktar faċli għas-suq, jenħtieġ li tiġi ppubblikata elettronikament b’lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, informazzjoni kompleta dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istati Membri, u s-sommarji tagħhom, li speċifikament jirregolaw il-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jenħtieġ li jżommu bażijiet ta’ data ċentrali.
(39)Sabiex jiżviluppaw komprensjoni aħjar tal-firxa tad-diverġenzi regolatorji eżistenti fost l-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli għall-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, ta' kull sena, jipprovdu lill-ESMA b'rapport dettaljat dwar l-attivitajiet ta’ infurzar tagħhom f’dan il-qasam.
(40)Huwa importanti li b’mod effettiv u effiċjenti tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni u għall-provvista ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-ESMA tingħata l-kompetenzi li tagħti awtorizzazzjoni u teżerċita sorveljanza. Sabiex l-ESMA tkun tista’ tissodisfa dak il-mandat ta’ superviżjoni, jenħtieġ li hija tingħata s-setgħa li titlob informazzjoni, twettaq investigazzjonijiet ġenerali u spezzjonijiet fuq il-post, toħroġ avviżi u twissijiet pubbliċi u timponi sanzjonijiet. L-ESMA jenħtieġ li tagħmel użu mill-kompetenzi ta’ sorveljanza u sanzjonar tagħha b’mod proporzjonat.
(41)L-għoti ta’ dawk il-kompetenzi lill-ESMA jippermetti awtorizzazzjoni u sorveljanza ġestiti b’mod aktar effiċjenti u ċentrali, li jiġġenera ekonomiji ta’ skala. Dan ir-reġim superviżorju ċentrali huwa ta’ benefiċċju għall-parteċipanti tas-suq f’termini ta’ trasparenza, protezzjoni tal-investituri u effiċjenza tas-suq aħjar.
(42)L-ESMA jenħtieġ li timponi tariffi fuq entitajiet sorveljati direttament biex tkopri l-ispejjeż tagħha, inklużi l-ispejjeż ġenerali. Il-livell tat-tariffa jenħtieġ li jkun proporzjonat għad-daqs ta’ entità sorveljata direttament, filwaqt li jitqies l-istadju bikri tal-iżvilupp tal-industrija tal-finanzjament kollettiv.
(43)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi indirizzata l-frammentazzjoni tal-qafas legali applikabbli għas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern f'dawn is-servizzi, filwaqt li tittejjeb il-protezzjoni tal-investituri kif ukoll l-effiċjenza tas-suq u l-kontribuzzjoni għall-istabbiliment tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.
(44)L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita sabiex din tiġi allinjata mal-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva XXX/XXXX/UE (Direttiva (UE) …/… ta’ …. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), li teżenta lill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE.
(45)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi interpretat u applikat f’konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji.
(46)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għal dawn li ġejjin:
(a)l-operat u l-organizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;
(b)l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;
(c)it-trasparenza u l-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni b’rabta mal-provvista tas-servizzi ta’ finanzjament fl-Unjoni.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament għandu japplika għall-persuni ġuridiċi li jagħżlu li jfittxu awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10 u għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv awtorizzati f’konformità ma’ dak l-Artikolu, b’rabta mal-provvista ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv.
2.Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
(a)servizzi ta’ finanzjament kollettiv ipprovduti lil sidien ta’ proġetti li jkunu konsumaturi, kif definit fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2008/48/KE;
(b)servizzi ta’ finanzjament kollettiv ipprovduti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu ġew awtorizzati bħala ditta ta’ investiment f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE;
(c)servizzi ta’ finanzjament kollettiv ipprovduti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi f’konformità mal-liġi nazzjonali;
(d)offerti ta’ finanzjament kollettiv b’konsiderazzjoni ta’ aktar minn EUR 1 000 000 għal kull offerta ta’ finanzjament kollettiv, li għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ 12-il xahar, fir-rigward ta’ proġett ta’ finanzjament kollettiv partikolari.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)“servizz ta’ finanzjament kollettiv” tfisser it-tlaqqigħ bejn l-interess ta’ finanzjament ta’ negozju tal-investituri u s-sidien ta’ proġetti permezz tal-użu ta’ pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv u li jikkonsisti minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)il-faċilitazzjoni tal-għoti ta’ self;
(ii)it-tqegħid mingħajr impenn sod, kif imsemmi fil-punt 7 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, tat-titoli trasferibbli maħruġa minn sidien tal-proġetti u r-riċeviment u t-trażmissjoni tal-ordnijiet tal-klijenti, kif imsemmi fil-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65, fir-rigward ta’ dawk it-titoli trasferibbli;
(b)“pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv” tfisser sistema ta’ informazzjoni elettronika operata jew ġestita minn fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;
(c)“fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv” tfisser persuna ġuridika li tipprovdi servizzi ta’ finanzjament kollettiv u li ġiet awtorizzata għal dak l-għan mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) f’konformità mal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament;
(d)“offerta ta’ finanzjament kollettiv” tfisser kwalunkwe komunikazzjoni minn fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li fiha informazzjoni li tippermetti lil investituri prospettivi jiddeċiedu dwar il-merti tad-dħul fi tranżazzjoni ta’ finanzjament kollettiv;
(e)“klijent” tfisser kwalunkwe investitur jew sid ta’ proġett prospettiv li lilu fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jipprovdi jew jista’ jipprovdi servizzi ta’ finanzjament kollettiv;
(f)“sid ta’ proġett” tfisser kwalunkwe persuna li tfittex li tiffinanzja l-proġett ta’ finanzjament kollettiv tagħha permezz ta’ pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv;
(g)“investitur” tfisser kwalunkwe persuna, li permezz ta’ pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv, tagħti self jew tikseb titoli trasferibbli;
(h)“proġett ta’ finanzjament kollettiv” tfisser attività jew attivitajiet tan-negozju li sid ta’ proġett jiffinanzja jew ifittex li jiffinanzja permezz tal-offerta ta’ finanzjament kollettiv;
(i)“titoli trasferibbli” tfisser titoli trasferibbli kif definit fl-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(j)“komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni” tfisser kull informazzjoni jew komunikazzjoni mingħand fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv lil investitur prospettiv jew sid ta’ proġett prospettiv dwar is-servizzi tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, minbarra divulgazzjonijiet tal-investituri meħtieġa taħt dan ir-Regolament;
(k)“mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti l-ħżin ta’ informazzjoni b’tali mod li jkun aċċessibbli għal riferiment fil-futur u għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet ta' informazzjoni, u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;
(l)“veikolu bi skop speċjali” jew “SPV” tfisser entitajiet li l-għan uniku tagħhom huwa li jwettqu titolizzazzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew.
2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38 biex tkompli tispeċifika l-elementi tekniċi tad-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tas-swieq, l-iżviluppi teknoloġiċi u l-esperjenza fl-operat tal-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv u l-provvista ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv.
Kapitolu II
Il-provvista ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u r-rekwiżiti operazzjonali u organizzazzjonali tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv
Artikolu 4
Il-provvista ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv
1.Is-servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiġu pprovduti biss minn persuni ġuridiċi li huma stabbiliti b’mod effettiv u stabbli fi Stat Membru tal-Unjoni u li ġew awtorizzati bħala fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv f’konformità mal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.
2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali f’konformità mal-aqwa interessi tal-klijenti tagħhom u klijenti prospettivi.
3.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ma għandhomx iħallsu jew jaċċettaw xi tip ta' remunerazzjoni, skont jew benefiċċju mhux monetarju ieħor biex jidderieġu l-ordnijiet tal-investituri għal offerta partikolari ta’ finanzjament kollettiv magħmula fuq il-pjattaforma tagħhom jew għal offerta partikolari pprovduta fuq pjattaforma ta’ parti terza.
4.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jistgħu jeżerċitaw diskrezzjoni f’isem il-klijenti tagħhom fir-rigward tal-parametri tal-ordnijiet tal-klijenti, u f’dan il-każ huma għandhom jiddivulgaw lill-klijenti tagħhom il-metodu u l-parametri preċiżi ta’ dik id-diskrezzjoni u għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiksbu l-aqwa riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom.
5.Fir-rigward tal-użu ta’ veikoli bi skop speċjali għall-provvista ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandu jkollhom biss id-dritt li jittrasferixxu ass wieħed lill-veikolu bi skop speċjali sabiex jippermettu lill-investituri jieħdu l-iskopertura għal dak l-ass billi jakkwistaw titoli. Id-deċiżjoni li jieħdu skopertura għal dak l-assi sottostanti għandha tittieħed esklużivament mill-investituri.
Artikolu 5
Ġestjoni effettiva u prudenti
Il-ġestjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandha tistabbilixxi, u tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ politiki u proċeduri sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva u prudenti, inkluża s-segregazzjoni tad-dmirijiet, il-kontinwità tan-negozju u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess, b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq u l-interessi tal-klijenti tagħhom.
Artikolu 6
It-trattament tal-ilmenti
1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri effettivi u trasparenti għal trattament f’waqtu, ġust u konsistenti ta’ lmenti rċevuti mingħand klijenti.
2.Il-klijenti għandhom ikunu jistgħu jressqu lmenti lill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv mingħajr ħlas.
3.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom iżommu rekord tal-ilmenti kollha rċevuti u l-miżuri meħuda.
4.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 biex tispeċifika r-rekwiżiti, l-formati standard u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti.
Artikolu 7
Kunflitti ta’ interess
1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ma għandux ikollhom xi parteċipazzjoni finanzjarja f’xi offerta ta’ finanzjament kollettiv fuq il-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv tagħhom.
2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ma għandhomx jaċċettaw bħala klijenti tagħhom lil kwalunkwe azzjonist tagħhom li jkollu 20 % jew aktar ta’ kapital azzjonarju jew drittijiet tal-vot, kwalunkwe maniġer jew impjegat tagħhom, jew kwalunkwe persuna li tkun relatata direttament jew indirettament ma’ dawk l-azzjonisti, il-maniġers u l-impjegati permezz ta' kontroll kif definit fl-Artikolu 4(1)(35)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE.
3.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom iżommu u joperaw regoli interni effettivi biex jimpedixxu l-kunflitti ta’ interess.
4.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha biex jipprevjenu, jidentifikaw, jimmaniġġjaw u jiddivulgaw kunflitti ta’ interess bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv infushom, l-azzjonisti tagħhom, il-maniġers u l-impjegati tagħhom, jew kwalunkwe persuna relatata direttament jew indirettament magħhom permezz ta' kontroll, kif definit fl-Artikolu 4(1)(35)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE, u tal-klijenti tagħhom, jew bejn klijent wieħed u ieħor.
5.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiddivulgaw lill-klijenti u lill-klijenti potenzjali tagħhom in-natura ġenerali u s-sorsi tal-kunflitti ta’ interess u l-passi meħuda għall-mitigazzjoni ta’ dawk ir-riskji meta huma jqisu li dan ikun meħtieġ sabiex il-miżuri meħuda f’konformità mar-regoli interni msemmija fil-paragrafu 3 ikunu effettivi.
6.Id-divulgazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandha:
(a)issir b’mezz li jservi għal żmien twil;
(a)tinkludi biżżejjed dettall, filwaqt li titqies in-natura ta’ kull klijent, sabiex tippermetti lil kull klijent jieħu deċiżjoni infurmata fir-rigward tas-servizz li fil-kuntest tiegħu jinħoloq kunflitt ta’ interess.
7.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 biex tispeċifika:
(a)ir-rekwiżiti għall-manutenzjoni jew għat-tħaddim tar-regoli interni msemmija fil-paragrafu 3;
(b)il-passi msemmija fil-paragrafu 4;
(c)l-arranġamenti għad-divulgazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6.
Artikolu 8
Esternalizzazzjoni
1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, meta jkunu qed jiddependu fuq parti terza għall-prestazzjoni ta’ funzjonijiet operazzjonali, għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jevitaw riskju operazzjonali addizzjonali.
2.L-esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet operazzjonali ma għandhiex tfixkel materjalment il-kwalità tal-kontroll intern tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u l-kapaċità tal-ESMA li tissorvelja l-konformità tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv mal-obbligazzjonijiet kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament.
3.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jibqgħu responsabbli b’mod sħiħ għall-konformità ma’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-attivitajiet esternalizzati.
Artikolu 9
Il-kustodja tal-assi tal-klijenti, iż-żamma ta’ fondi u l-provvista ta’ servizzi ta’ pagament
1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom dwar dan li ġej:
(a)jekk, u fuq liema termini u kundizzjonijiet huma jipprovdu servizzi ta’ kustodja tal-assi, inklużi referenzi għal-liġi nazzjonali applikabbli;
(b)jekk servizzi ta’ kustodja tal-assi jiġux ipprovduti minnhom jew minn parti terza;
(c)jekk is-servizzi ta’ pagament u ż-żamma u s-salvagwardja tal-fondi jkunux provduti mill-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv jew permezz ta’ fornitur terz li jaġixxi f’isimhom.
2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jew il-fornituri terzi li jaġixxu f’isimhom ma għandhomx iżommu fondi ta’ klijenti jew jipprovdu servizzi ta’ pagament sakemm dawk il-fondi ma jkunux intiżi għall-għoti ta’ servizzi ta’ pagament relatati mas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv u l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jew il-fornitur terz ikunu fornitur ta’ servizz ta’ pagament kif definit fl-Artikolu 4(11) tad-Direttiva (UE) Nru 2015/2366.
3.Il-fondi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ssalvagwardjati f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/2366.
4.Fil-każijiet li fihom il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ma jipprovdux, huma stess jew permezz ta’ parti terza, servizzi ta’ pagament jew iż-żamma jew l-issalvagwardjar ta’ fondi f’rabta mas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv, dawn il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jagħmlu u jibqgħu jimplimentaw arranġamenti biex jaċċertaw li s-sidien tal-proġetti jaċċettaw il-finanzjament tal-offerti ta’ finanzjament kollettiv jew kull pagament permezz ta’ fornitur tas-servizzi ta’ pagament biss kif definit fl-Artikolu 4(11) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.
Kapitolu II
Awtorizzazzjoni u superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv
Artikolu 10
Awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv
1.Persuna ġuridika li jkollha l-ħsieb li tipprovdi servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandha tapplika ma’ l-ESMA għall-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv.
2.L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi dan li ġej:
(a)l-indirizz tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv;
(b)
l-istatus legali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv;
(c)l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv;
(d)
programm ta’ operazzjonijiet li jistabbilixxu t-tipi ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv jixtieq jipprovdi;
(e)deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluż il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ kontabbiltà;
(f)deskrizzjoni tas-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv għall-kontroll u s-salvagwardja tas-sistemi ta’ proċessar tad-data;
(g)
deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ kontinwità tan-negozju tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv;
(h)l-identità tal-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv;
(i)prova li l-persuni msemmija fil-punt (h) huma ta’ reputazzjoni tajba u jħaddnu l-għarfien u l-esperjenza xierqa biex jimmaniġġjaw il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv;
(j)
deskrizzjoni tar-regoli interni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv biex jipprevjenu li l-azzjonisti tiegħu li jkollhom 20 % jew aktar tal-kapital azzjonarju jew drittijiet tal-vot, il-maniġers tiegħu jew l-impjegati tiegħu jew kwalunkwe persuna marbuta direttament jew indirettament magħhom permezz ta' kontroll, jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet ta’ finanzjament kollettiv offruti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv;
(k)deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv;
(l)deskrizzjoni tal-proċeduri tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv biex jittratta lmenti mingħand il-klijenti;
(m)fejn applikabbli, deskrizzjoni tas-servizzi ta’ pagament li l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv beħsiebu jipprovdi skont id-Direttiva (UE) 2015/2366.
3.Għall-finijiet tal-paragrafu 2(i), il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettivi għandhom jipprovdu prova ta’ dawn li ġejjin:
(a)in-nuqqas ta’ preżenza ta’ rekord kriminali fir-rigward ta’ kundanni jew penali ta’ regoli nazzjonali fis-seħħ fl-oqsma tal-liġi kummerċjali, il-liġi dwar l-insolvenza, il-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, il-leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-frodi jew l-obbligazzjoni professjonali għall-persuni kollha involuti fl-immaniġġjar tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv;
(b)prova li l-persuni involuti fil-ġestjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv kollha flimkien iħaddnu biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza sabiex jimmaniġġjaw il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u li dawk il-persuni huma meħtieġa li jimpenjaw biżżejjed ħin biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.
4.L-ESMA, fi żmien 20 jum ta’ xogħol minn meta tirċievi l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandha tivvaluta li l-applikazzjoni tkun kompluta. Meta l-applikazzjoni ma tkunx mimlija, l-ESMA għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien sa meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv għandu jipprovdi l-informazzjoni nieqsa.
5.Meta applikazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1 tkun imtliet, l-ESMA għandha tinnotifika minnufih b’dan lill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv.
6.L-ESMA għandha, fi żmien xahrejn minn meta tirċievi applikazzjoni kompluta, tivvaluta jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u għandha tadotta deċiżjoni kompletament motivata li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv. L-ESMA għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni jekk ikun hemm raġunijiet objettivi u li jistgħu jintwerew għaliex wieħed għandu jemmen li l-immaniġġjar tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jista’ jkun ta’ riskju għall-ġestjoni effettiva, tajba u prudenti tagħha u għall-kontinwità tan-negozju u għall-konsiderazzjoni adegwata tal-interess tal-klijenti tiegħu u l-integrità tas-suq.
7.L-ESMA għandha tinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv prospettiv bid-deċiżjoni tagħha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li tkun ħadet id-deċiżjoni.
8.L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun effettiva u valida għat-territorju sħiħ tal-Unjoni.
9.L-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ikollhom preżenza fiżika fit-territorju ta’ Stat Membru għajr dak l-Istat Membru li fih dawk il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ikunu stabbiliti, sabiex jipprovdu servizzi ta’ finanzjament kollettiv fuq bażi transfruntiera.
10.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 sabiex tispeċifika aktar ir-rekwiżiti u l-arranġamenti għall-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 11
Ir-reġistru tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv
1.L-ESMA għandha tistabbilixxi reġistru tal-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv. Dan ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha u għandu jiġi aġġornat regolarment.
2.Ir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih din id-data:
(a)l-isem u l-forma ġuridika tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;
(b)l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-internet tal-pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv operata mill-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;
(c)informazzjoni dwar is-servizzi li għalihom huwa awtorizzat il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;
(d)sanzjonijiet imposti fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jew il-maniġers tiegħu.
3.Kwalunkwe rtrirar ta’ awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13 għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru għal ħames snin.
Artikolu 12
Superviżjoni
1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jipprovdu s-servizzi tagħhom taħt is-superviżjoni tal-ESMA.
2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom dejjem jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni.
3.L-ESMA għandha tivvaluta l-konformità tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv mal-obbligazzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament.
4.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bi kwalunkwe bidla materjali fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien żejjed u, fuq talba, għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tal-konformità tagħhom ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Irtirar tal-awtorizzazzjoni
1.L-ESMA għandu jkollha s-setgħa li tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin fejn il-fornitur ta’ servizz ta’ finanzjament:
(a)ma jkunx uża l-awtorizzazzjoni fi żmien 18-il xahar wara li din tkun ingħatat;
(b)ikun espressament irrinunzja l-awtorizzazzjoni tiegħu;
(c)ma jkunx ipprovda servizzi ta’ finanzjament kollettiv għal sitt xhur suċċessivi;
(d)ikun kiseb l-awtorizzazzjoni b’mod irregolari, inkluż billi jagħmel dikjarazzjonijiet foloz fl-applikazzjoni tiegħu għall-awtorizzazzjoni;
(e)ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;
(f)ikun kiser serjament u sistematikament id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
2.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA b’dan li ġej mingħajr dewmien:
(a)il-fatt li fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, jew fornitur terz li jaġixxi f’isem dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, ikun tilef l-awtorizzazzjoni tiegħu bħala istituzzjoni ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2015/2366/UE;
(b)il-fatt li fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, jew il-maniġers, l-impjegati jew il-partijiet terzi tiegħu li jaġixxu f’ismu, ikunu kisru dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplementaw id-Direttiva (UE) 2015/849 fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
Is-subparagrafu 2(b) għandu japplika wkoll għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti deżinjati skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849.
3.L-ESMA għandha tirtira l-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv meta l-ESMA tkun tal-opinjoni li l-fatti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 jaffettwaw ir-reputazzjoni tajba tal-immaniġġjar tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, jew jindikaw nuqqas tal-arranġamenti tal-governanza, tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern jew tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 5.
4.L-ESMA, mingħajr dewmien bla bżonn, għandha tinnotifika lill-awtorità nazzjonali kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv bid-deċiżjoni tagħha li tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv.
Kapitolu IV
Trasparenza u test tal-għarfien għad-dħul tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv
Artikolu 14
Informazzjoni lill-klijenti
1.L-informazzjoni kollha, inkluż komunikazzjonijiet tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 19, minn fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv lill-klijenti jew lil klijenti potenzjali dwarhom infushom, dwar l-ispejjeż u l-imposti relatati ma’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jew investimenti, dwar il-kundizzjonijiet tal-finanzjament kollettiv, inkluż il-kriterji tal-għażla tal-proġetti tal-finanzjament kollettiv, jew dwar in-natura ta’ u r-riskji assoċjati mas-servizzi tal-finanzjament kollettiv tagħhom għandhom ikunu ċari, jinftiehmu sewwa, kompluti u korretti.
2.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta lil klijenti potenzjali qabel dawn jidħlu fi tranżazzjoni ta’ finanzjament kollettiv.
3.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli għall-klijenti u l-klijenti potenzjali kollha f’taqsima identifikata b’mod ċar tas-sit web tal-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv u b’mod mhux diskriminatorju.
Artikolu 15
Test tal-għarfien għad-dħul u simulazzjoni tal-kapaċità li jġorru l-piż ta’ telf
1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, qabel jagħtu lill-investituri prospettivi aċċess sħiħ għall-offerti ta’ finanzjament kollettiv tagħhom, għandhom jivvalutaw liema u jekk is-servizzi ta’ finanzjament kollettiv offruti humiex xierqa għall-investituri prospettivi.
2.Għall-finijiet tal-valutazzjoni skont l-ewwel paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jitolbu informazzjoni dwar l-għarfien bażiku tal-investitur prospettiv u l-komprensjoni tar-riskju fl-investiment b’mod ġenerali u t-tipi ta’ investimenti offruti dwar il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv, inkluż informazzjoni dwar:
(a)l-investimenti tal-passat tal-investitur prospettiv f’titoli trasferibbli jew ftehimiet ta’ self, inkluż negozji fi stadju bikri jew ta’ espansjoni;
(b)kull għarfien jew esperjenza professjonali rilevanti fir-rigward tal-investimenti ta’ finanzjament kollettiv.
3.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw mal-paragrafu 1 għal kull investitur kull sentejn.
4.Fejn l-investituri prospettivi ma jipprovdux l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 1, jew fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jikkunsidraw, abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 1, li l-investituri prospettivi ma għandhomx għarfien suffiċjenti, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jinfurmaw lil dawk l-investituri prospettivi li s-servizzi offruti fuq il-pjattaformi tagħhom jistgħu ma jkunux xierqa għalihom u jagħtuhom twissija ta’ riskju. Dik l-informazzjoni jew it-twissija ta’ riskju ma għandhiex tipprevjeni lil investituri prospettivi milli jinvestu fi proġetti ta’ finanzjament kollettiv.
5.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom dejjem joffru lill-investituri prospettivi u lil investituri l-possibbiltà li jissimulaw il-kapaċità tagħhom li jġorru l-piż ta’ telf, ikkalkolat bħala 10 % tal-valur nett tagħhom, abbażi tal-informazzjoni li ġejja:
(a)l-introjtu regolari u l-introjtu totali, u jekk l-introjtu jinkisibx fuq bażi permanenti jew temporanja;
(b)l-assi, inklużi investimenti finanzjarji, proprjetà personali u għall-investiment, fondi ta’ pensjoni u depożiti ta’ flus;
(c)l-impenji finanzjarji, inklużi dawk regolari, eżistenti jew futuri.
Irrispettivament mir-riżultati tas-simulazzjoni, l-investituri prospettivi u l-investituri ma għandhomx jiġu impediti milli jinvestu fi proġetti ta’ finanzjament kollettiv.
6.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 sabiex tispeċifika l-arranġamenti neċessarji biex:
(a)twettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;
(b)twettaq is-simulazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;
(c)tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4.
Artikolu 16
Skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment
1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jipprovdu lil investituri prospettivi bi skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment imfassla mis-sid tal-proġett għal kull offerta ta’ finanzjament kollettiv. L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandha tiġi mfassla b’tal-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat jew b’lingwa abitwali fil-isfera tal-finanzjament internazzjonali.
2.L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:
(a)l-informazzjoni stipulata fl-Anness;
(b)in-nota spjegattiva li ġejja, li tidher direttament taħt it-titlu tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment:
“Din l-offerta ta’ finanzjament kollettiv għadha ma ġietx ivverifikata jew approvata mill-ESMA jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
L-adegwatezza tal-edukazzjoni u l-għarfien tiegħek ma ġewx ivvalutati qabel ma inti ngħatajt aċċess għal dan l-investiment. Billi tagħmel dan l-investiment, qed tassumi r-riskju sħiħ li tieħu dan l-investiment, inkluż ir-riskju ta’ telf parzjali jew sħiħ tal-flus investiti.”;
(c)twissija ta’ riskju, li għandha taqra kif ġej:
“L-investiment f’din l-offerta ta’ finanzjament kollettiv jinvolvi riskji, inkluż ir-riskju tat-telf parzjali jew sħiħ tal-flus investiti. L-investiment tiegħek mhuwiex kopert mill-garanzija ta’ depożitu u l-iskemi ta’ kumpens tal-investitur stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.**
Inti tista’ ma tirċievi l-ebda redditu fuq l-investiment tiegħek.
Dan mhuwiex prodott tat-tfaddil u int ma għandekx tinvesti aktar minn 10 % tal-ġid nett tiegħek fi proġetti ta’ finanzjament kollettiv.
Jaf ma tkunx tista’ tbigħ l-istrumenti tal-investiment meta tkun tixtieq.
_______________
*
Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).
**
Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU L 084, 26.3.1997, p. 22).”
3.L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandha tkun ċara, komprensibbli, kompluta u korretta u ma għandux ikun fiha xi noti f’qiegħ il-paġna, għajr dawk b'referenzi għal-liġi applikabbli. Din għandha tiġi ppreżentata f’mezz li jservi għal żmien twil u awtonomu li jkun jista’ jintgħaraf b’mod ċar minn komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u li jekk jiġi stampat ikun jikkonsisti minn massimu ta’ 6 naħat ta’ format ta’ karta ta’ daqs A4.
4.Il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandu jżomm l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment aġġornata dejjem u għall-perjodu kollu ta’ validità tal-offerta tal-finanzjament kollettiv.
5.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandu jkollhom fis-seħħ u japplikaw proċeduri adegwati biex jivverifikaw il-kompletezza u ċ-ċarezza tal-informazzjoni fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.
6.Meta fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jidentifika ommissjoni materjali, żball materjali jew ineżattezza materjali fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment, sid il-proġett għandu jikkumplimenta jew jemenda dik l-informazzjoni. Meta tali komplement jew emenda ma jkunux possibbli, il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ma għandux jagħmel l-offerta ta’ finanzjament kollettiv jew jikkanċella l-offerta eżistenti qabel ma l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment tkun tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.
7.Investitur jista’ jitlob lil fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv biex iħejji traduzzjoni tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment f’lingwa tal-għażla tal-investitur. It-traduzzjoni għandha tirrifletti b’mod preċiż il-kontenut tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.
Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ma jipprovdix it-traduzzjoni mitluba tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment, il-fornitur tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandu jagħti parir biċ-ċar lill-investitur biex iżomm lura milli jagħmel l-investiment.
8.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma għandhomx jeħtieġu notifika u approvazzjoni ex ante għal skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.
9.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 li jispeċifikaw:
(a)ir-rekwiżiti għall-mudell u l-kontenut tiegħu għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u l-Anness;
(b)it-tipi ta’ riskji li huma materjali għall-offerta ta’ finanzjament kollettiv u għalhekk iridu jiġu ddivulgati f’konformità mal-Parti C tal-Anness;
(c)it-tariffi u l-ispejjeż imsemmija fil-punt (a) tal-Parti H tal-Anness, inkluż qsim dettaljat tal-ispejjeż diretti u indiretti li għandu jġarrab l-investitur.
Artikolu 17
Bord tal-avviżi
1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jippermettu lill-investituri tagħhom biex jinteraġixxu direttament ma’ xulxin biex jixtru u jbigħu ftehimiet ta’ self jew titoli trasferibbli li oriġinarjament ikunu ġew iffinanzjati b’mod kollettiv fuq il-pjattaformi tagħhom, għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom li huma ma joperawx sistema ta’ negozjar u li tali attività ta’ xiri u bejgħ fuq il-pjattaformi tagħhom issir fid-diskrezzjoni u fir-responsabbiltà tal-klijent.
2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jissuġġerixxu prezz ta’ referenza għax-xiri u l-bejgħ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom li l-prezz ta’ referenza ssuġġerit mhuwiex vinkolanti u għandhom jissostanzjaw il-prezz ta’ referenza ssuġġerit.
Artikolu 18
Aċċess għar-rekords
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom:
(a)iżommu r-rekords kollha relatati mas-servizzi u t-tranżazzjonijiet tagħhom għal ħames snin fuq mezz li jservi għal żmien twil;
(b)jiżguraw li l-klijenti tagħhom dejjem ikollhom aċċess immedjat għar-rekords tas-servizzi pprovduti;
(c)iżommu għal ħames snin il-ftehimiet kollha bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u l-klijenti tagħhom.
Kapitolu V
Komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
Artikolu 19
Rekwiżiti rigward il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
1.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kollha lill-investituri jkunu identifikabbli b’mod ċar bħala tali.
2.L-ebda komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni ma għandu jkun fiha l-kummerċjalizzazzjoni ta’ proġetti jew offerti ta’ finanzjament kollettiv individwali ppjanati jew pendenti. Il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jistgħu jindikaw biss fejn u b’liema lingwa l-klijenti jistgħu jiksbu informazzjoni dwar proġetti jew offerti individwali.
3.Għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom, il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom jużaw waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih ikun attiv il-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jew lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzjament internazzjonali.
4.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma għandhomx jeħtieġu notifika u approvazzjoni ex ante għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni.
Artikolu 20
Pubblikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni
1.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jippubblikaw u jżommu l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv aġġornati fuq is-siti web tagħhom.
2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ESMA bil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 u l-iperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti fejn dik l-informazzjoni tkun ippubblikata. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA sommarju ta’ dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti b’lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzjament internazzjonali.
3.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 2 u għandhom jissottomettu sommarju aġġornat tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti mingħajr dewmien.
4.L-ESMA, fuq is-sit web tagħha, għandha tippubblika u żżomm sommarju tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti b’lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzjament internazzjonali u l-iperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1. L-ESMA ma għandhiex tkun responsabbli għall-informazzjoni ppreżentata fis-sommarju.
5.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu l-punti uniċi ta’ kuntatt responsabbli milli jipprovdu informazzjoni dwar regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni fl-Istati Membri rispettivi tagħhom.
6.L-ESMA tista’ toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jispeċifikaw l-aħjar prattiki ta’ komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u li jivverifikaw il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv.
7.L-awtoritajiet kompetenti għandhom, regolarment, u tal-anqas fuq bażi annwali, jirrapportaw lill-ESMA dwar l-azzjonijiet ta’ infurzar tagħhom li jkunu ħadu matul is-sena preċedenti abbażi tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali tagħhom applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv. B’mod partikolari; ir-rapport għandu jinkludi:
(a)l-għadd totali ta’ azzjonijiet ta’ infurzar meħuda skont it-tip ta’ mġiba ħażina, fejn applikabbli:
(b)meta disponibbli, l-eżiti tal-azzjonijiet ta’ infurzar, inklużi t-tipi ta’ sanzjonijiet imposti skont it-tip ta’ sanzjoni jew rimedju pprovduti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;
(c)meta disponibbli, eżempji ta’ kif l-awtoritajiet kompetenti ttrattaw in-nuqqas tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali.
Kapitolu VI
Is-setgħat u l-kompetenzi tal-ESMA
Taqsima I
Kompetenzi u proċeduri
Artikolu 21
Privileġġ legali
Is-setgħat mogħtija lill-ESMA mill-Artikoli 22 sa 25, jew lil kwalunkwe uffiċjal jew persuna oħra awtorizzata mill-ESMA, ma għandhomx jintużaw biex jitolbu d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni soġġetta għal privileġġ legali.
Artikolu 22
Talba għal informazzjoni
1.L-ESMA, permezz ta’ talba sempliċi jew deċiżjoni, tista’ titlob lill-persuni li ġejjin biex jipprovdu l-informazzjoni kollha sabiex l-ESMA tkun tista’ taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament:
(a)fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jew persuna li tikkontrolla jew li tkun qiegħda tiġi kkontrollata direttament jew indirettament minn fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv;
(b)sidien ta’ proġetti li jkunu għamlu jew li bħalissa qed jagħmlu offerta fuq pjattaforma tal-finanzjament kollettiv;
(c)partijiet terzi deżinjati biex iwettqu funzjonijiet fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv f’konformità mal-Artikolu 8;
(d)il-maniġers tal-persuni msemmija fil-punti minn (a) sa (c);
(e)l-awdituri u l-konsulenti tal-persuni msemmija fil-punti minn (a) sa (c);
2.Kwalunkwe talba sempliċi għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
(a)tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta’ dik it-talba;
(b)tiddikjara l-iskop tat-talba;
(c)tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa;
(d)tinkludi limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;
(e)tindika l-ammont tal-multa li trid tinħareġ f’konformità mal-Artikolu 28 meta l-informazzjoni pprovduta tkun skorretta jew qarrieqa.
3.Meta tintalab tipprovdi informazzjoni skont il-paragrafu 1 b’deċiżjoni, l-ESMA għandha:
(a)tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta’ dik it-talba;
(b)tiddikjara l-iskop tat-talba;
(c)tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa;
(d)tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;
(e)tindika l-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 29 meta l-produzzjoni tal-informazzjoni mitluba ma tkunx kompluta;
(f)tindika l-multa prevista fl-Artikolu 28, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa;
(g)tindika d-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-ESMA u għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti tal-Ġustizzja”) f’konformità mal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
4.Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet li ma għandhomx personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati sabiex jirrappreżentawhom bil-liġi jew bil-kostituzzjoni tagħhom, għandhom ifornu l-informazzjoni mitluba. L-avukati debitament awtorizzati sabiex jaġixxu jistgħu jfornu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu responsabbli bis-sħiħ jekk l-informazzjoni fornuta ma tkunx kompluta, tkun skorretta jew qarrieqa.
5.L-ESMA għandha tibgħat mingħajr dewmien kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma domiċiljati jew stabbiliti l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikkonċernati mit-talba għall-informazzjoni.
Artikolu 23
Investigazzjonijiet ġenerali
1.L-ESMA tista’ twettaq investigazzjonijiet tal-persuni msemmija fl-Artikolu 22(1). Għal dak l-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għandu jkollhom is-setgħa li:
(a)jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha, irrispettivament mill-mezz li jkunu maħżuna fuqu;
(b)jieħdu jew jiksbu kopji ċċertifikati ta’, jew siltiet minn, tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor;
(c)isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 22(1) jew rappreżentanti jew membri tal-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet orali jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u mal-finijiet tal-ispezzjoni u biex iżommu rekord tat-tweġibiet;
(d)jintervistaw lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens sabiex tiġi intervistata għall-finijiet tal-ġbir ta’ informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;
(e)jitolbu rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data.
2.L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għall-finijiet tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-finijiet tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-pagament perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 29 meta l-produzzjoni tar-rekords, tad-data u tal-proċeduri meħtieġa jew ta’ kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 22(1) ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompluti, kif ukoll il-multi previsti fl-Artikolu 28, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 22(1) ikunu skorretti jew qarrieqa.
3.Il-persuni msemmija fl-Artikolu 22(1) huma obbligati li jissottomettu ruħhom għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-finijiet tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 29, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
4.Fi żmien adatt qabel l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn trid titwettaq l-investigazzjoni dwar l-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fit-twettiq ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu jattendu wkoll l-investigazzjonijiet jekk jintalbu jagħmlu dan.
5.Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-data msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont il-liġi nazzjonali applikabbli, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tista’ wkoll issir applikazzjoni għal din l-awtorizzazzjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni.
6.Meta awtorità ġudizzjarja nazzjonali tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ talba għar-rekords tat-telefon jew tat-traffiku tad-data msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, dik l-awtorità għandha tivverifika dawn li ġejjin:
(a)li d-deċiżjoni adottata mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 3 hija awtentika;
(b)kwalunkwe miżura li trid tittieħed hija proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva.
7.Għall-finijiet tal-punt (b) il-paragrafu 6, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA li tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament u s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri ta' ġegħil. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrevedi l-ħtieġa għal investigazzjoni jew titlob li għandha tiġi pprovduta bl-informazzjoni dwar il-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 24
Spezzjonijiet fuq il-post
1.Sabiex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post kollha meħtieġa fi kwalunkwe bini tan-negozju tal-persuni msemmija fl-Artikolu 22(1).
2.L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini tan-negozju tal-persuni soġġetti għal deċiżjoni ta’ investigazzjoni adottata mill-ESMA u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 23(1). Huma għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini tan-negozju u l-kotba jew ir-rekords għall-perjodu tal-ispezzjoni u sa fejn ikun meħtieġ.
3.Fi żmien suffiċjenti qabel l-ispezzjoni, l-ESMA għandha tagħti avviż tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun trid titwettaq l-ispezzjoni. Meta t-twettiq u l-effiċjenza xierqa tal-ispezzjoni jkunu jirrikjedu dan, l-ESMA tista’, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti, twettaq l-ispezzjoni fuq il-post mingħajr notifika minn qabel. L-ispezzjonijiet f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jitwettqu dejjem jekk l-awtorità rilevanti tkun ikkonfermat li hija ma toġġezzjonax għal dawk l-ispezzjonijiet.
4.L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom malli jippreżentaw awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-finijiet tal-ispezzjoni u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 33 meta l-persuni kkonċernati ma jissottomettux ruħhom għall-ispezzjoni.
5.Il-persuni msemmija fl-Artikolu 23(1) għandhom jissottomettu ruħhom għall-investigazzjonijiet fuq il-post ordnati b’deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-finijiet tal-ispezzjoni, taħtar id-data meta din għandha tibda u tindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 29, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, kif ukoll id-dritt li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja
6.L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn trid titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu b’mod attiv lill-uffiċjali u lil persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jattendu wkoll il-verifiki fuq il-post.
7.L-ESMA tista’ tesiġi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu f’isimha kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fil-post kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 23(1).
8.Meta l-uffiċjali tal-ESMA u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati minnha jsibu li persuna topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtiha l-assistenza meħtieġa, filwaqt li titlob, fejn xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità tal-infurzar ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-verifika tagħhom fuq il-post.
9.Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew jekk l-assistenza prevista fil-paragrafu 7 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont il-liġi nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tista’ wkoll issir applikazzjoni għal din l-awtorizzazzjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni.
10.Meta awtorità ġudizzjarja nazzjonali tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ spezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafu 7, dik l-awtorità għandha tivverifika dawn li ġejjin:
(a)id-deċiżjoni adottata mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 4 hija awtentika;
(b)kwalunkwe miżura li trid tittieħed hija proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva.
11.Għall-finijiet tal-paragrafu 10(b), l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA li tissuspetta li jkun seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament u s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri ta’ ġegħil. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrevedi l-ħtieġa għal investigazzjoni jew titlob li għandha tiġi pprovduta bl-informazzjoni dwar il-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 25
Skambju ta’ informazzjoni
L-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-qadi ta’ dmirijiethom skont dan ir-Regolament.
Artikolu 26
Segretezza professjonali
L-obbligu tas-segretezza professjonali msemmi fl-Artikolu 76 tad-Direttiva 2014/65/UE għandu japplika għall-ESMA u għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-ESMA, jew għal kwalunkwe persuna oħra li lilha l-ESMA tkun iddelegat xi kompiti, inklużi awdituri u esperti li jkunu ngħataw kuntratt mill-ESMA.
Artikolu 27
Miżuri superviżorji mill-ESMA
1.Meta l-ESMA jirriżultalha li persuna elenkata fl-Artikolu 22(1)(a) tkun wettqet wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fil-Kapitolu I sa V, hija għandha tieħu azzjoni waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin:
(a)tadotta deċiżjoni li titlob lill-persuna ttemm il-ksur;
(b)tadotta deċiżjoni li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali skont l-Artikoli 28 u 29;
(c)toħroġ avviżi pubbliċi;
(d)toħroġ twissijiet.
2.Meta tieħu l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
(a)id-durata u l-frekwenza tal-ksur;
(b)jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew inkella ġiex attribwit b’mod ieħor għall-ksur;
(c)jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment jew b’mod negliġenti;
(d)il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;
(e)is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew l-introjtu annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;
(f)l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri;
(g)l-importanza tal-profitti miksuba, it-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew it-telf għall-partijiet terzi minħabba l-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu stabbiliti;
(h)il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-ESMA, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;
(i)il-ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;
(j)il-miżuri meħuda wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur biex tiġi evitata r-ripetizzjoni tiegħu.
3.Mingħajr dewmien bla bżonn, l-ESMA għandha tinnotifika kwalunkwe azzjoni meħuda skont il-paragrafu 1 lill-persuna responsabbli għall-ksur u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni. Hija għandha tiddivulga pubblikament kwalunkwe deċiżjoni bħal din fuq is-sit web tagħha fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data meta tkun ġiet adottata.
4.Id-divulgazzjoni lill-pubbliku msemmija fil-paragrafu 3 għandha tinkludi dawn li ġejjin:
(a)dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-persuna responsabbli għall-ksur li tappella d-deċiżjoni;
(b)fejn rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li ġie ppreżentat appell u li tispeċifika li tali appell ma għandux effett sospensiv;
(c)dikjarazzjoni li tasserixxi li huwa possibbli li l-Bord tal-Appell tal-ESMA jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’konformità mal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Taqsima II
SANZJONIJIET AMMINISTRATTIVI U MIŻURI OĦRAJN
Artikolu 28
Multi
1.Fil-każijiet li fihom, skont l-Artikolu 31(5), l-ESMA jirriżultalha li persuna tkun wettqet intenzjonalment jew b’negliġenza wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fil-Kapitolu I sa V, din għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-paragrafu 3.
2.Ksur għandu jitqies bħala li twettaq intenzjonalment jekk l-ESMA ssib fatturi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur.
3.L-ammont massimu tal-multa msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun massimu ta’ 5 % tal-fatturat annwali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv matul sena kalendarja.
4.Meta tiġi biex tiddetermina l-livell ta’ multa skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 27(2).
Artikolu 29
Pagamenti perjodiċi ta’ penali
1.L-ESMA għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali sabiex iġġiegħel:
(a)persuna ttemm ksur f’konformità ma’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 23;
(b)lil persuna msemmija fl-Artikolu 22(1):
(i)tipprovdi informazzjoni kompluta li tkun intalbet b’deċiżjoni skont l-Artikolu 22;
(ii)tissottometti ruħha għal investigazzjoni u, b’mod partikolari, tipproduċi r-rekords, id-data u l-proċeduri kompluti jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ u timla u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija permezz ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 23;
(iii)tissottometti ruħha għal verifika fuq il-post ordnata b’deċiżjoni skont l-Artikolu 24.
2.Pagament perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal kull jum ta’ dewmien.
3.Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum tal-eżerċizzju preċedenti, jew, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, 2 % tal-introjtu medju ta’ kuljum tas-sena kalendarja preċedenti. Dan għandu jiġi kkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali.
4.Pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal perjodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-ESMA. Wara t-tmiem ta’ dan il-perjodu, l-ESMA għandha tirrevedi l-miżura.
Artikolu 30
Id-divulgazzjoni, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali
1.L-ESMA għandha tiddivulga lill-pubbliku kull multa u pagament perjodiku ta’ penali li jkun ġie impost skont l-Artikoli 28 u 29, sakemm tali divulgazzjoni lill-pubbliku ma tippreġudikax b’mod serju s-swieq finanzjarji jew tikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali divulgazzjoni ma għandha tinkludi l-ebda data personali fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 2016/679.
2.Multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 34 u 35 għandhom ikunu ta’ natura amministrattiva.
3.Meta l-ESMA tiddeċiedi li ma timponi ebda multa jew pagament ta’ penali, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
4.Multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 28 u 29 għandhom ikunu infurzabbli.
5.L-infurzar għandu jkun regolat mir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat li jitwettaq fit-territorju tiegħu.
6.L-ammonti tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali għandhom jiġu allokati għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 31
Regoli proċedurali sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi
1.Meta, fit-twettiq ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA ssib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fil-Kapitoli minn I sa V, l-ESMA għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fl-ESMA biex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal maħtur ma għandux ikun involut jew ma għandux ikun ġie involut direttament jew indirettament fis-superviżjoni jew fil-proċess ta’ awtorizzazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv ikkonċernat u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-ESMA.
2.L-uffiċjal tal-investigazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvestiga l-ksur allegat, filwaqt li jqis kwalunkwe kumment ippreżentat mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u għandu jissottometti fajl komplut bis-sejbiet tiegħu lill-ESMA.
3.Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni jista’ jeżerċita s-setgħa li jitlob informazzjoni skont l-Artikolu 22 u jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post skont l-Artikoli 23 u 24.
4.Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha miġbura mill-ESMA fl-attivitajiet superviżorji tagħha.
5.Meta jlesti l-investigazzjoni tiegħu u qabel jissottometti l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-ESMA, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jagħti lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet l-opportunità li jinstemgħu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qegħdin jiġu investigati. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jibbaża s-sejbiet tiegħu biss fuq fatti li l-persuni kkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwarhom.
6.Matul l-investigazzjonijiet skont dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ.
7.Meta jissottometti l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-ESMA, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika b’dan lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Il-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt tal-aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali li taffettwa lil partijiet terzi.
8.Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni u, meta tintalab mill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet, wara li tkun semgħet lil dawk il-persuni f’konformità mal-Artikolu 32, l-ESMA għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fil-Kapitoli minn I sa V ikunux twettqu mill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet u, f’każ bħal dan, għandha tieħu miżura superviżorja f’konformità mal-Artikolu 31.
9.L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux jipparteċipa f’deliberazzjonijiet tal-ESMA jew b’xi mod ieħor jintervjeni fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-ESMA.
10.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 37 billi [jekk jogħġbok daħħal id-data 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ] tispeċifika ulterjorment ir-regoli ta’ proċedura għall-eżerċitar tas-setgħa li jiġu imposti multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, dispożizzjonijiet temporali u l-ġbir ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, kif ukoll il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali.
11.L-ESMA għandha tirreferi kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti meta, fil-qadi ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, jirriżultalha li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. Barra minn hekk, l-ESMA għandha żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali meta liberazzjoni mill-akkuża jew kundanna minn qabel, li tirriżulta minn fatt identiku jew fatti li jkunu sostanzjalment l-istess, tkun diġà saret res judicata bħala riżultat tal-proċedimenti kriminali skont il-liġi nazzjonali.
Artikolu 32
Smigħ tal-persuni kkonċernati
1.Qabel tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikoli 27, 28 u 29, l-ESMA għandha tagħti lill-persuni soġġetti għall-proċedimenti l-opportunità li jinstemgħu dwar is-sejbiet tagħha. L-ESMA għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq sejbiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċedimenti kellhom l-opportunità li jikkummentaw.
2.L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti sabiex ma titħalliex li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja. F’każ bħal dan, l-ESMA tista’ tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista’ jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.
3.Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ matul il-proċedimenti. Huma għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl tal-ESMA, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti ta’ negozju tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-ESMA.
Artikolu 33
Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni bla limitu sabiex tirrevedi d-deċiżjonijiet li permezz tagħhom l-ESMA tkun imponiet multa jew pagament perjodiku ta’ penali jew tkun imponiet xi sanzjoni jew miżura amministrattiva oħra f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament perjodiku ta’ penali imposti.
Artikolu 34
Tariffi għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni
1.L-ESMA għandha timponi tariffi fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv f’konformità ma’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 3. Dawk it-tariffi għandhom ikopru n-nefqa tal-ESMA fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u r-rimborż tal-ispejjeż li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq ta’ ħidma skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega tal-kompiti f’konformità mal-Artikolu 35.
2.L-ammont tat-tariffa imposta fuq fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv individwali għandha tkun stabbilita għal ammont proporzjonat għad-daqs tal-attivitajiet tal-fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv.
3.Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat, f’konformità mal-Artikolu 37 minn [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ] biex tispeċifika t-tip ta’ tariffi, il-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi u l-mod li bih għandhom jitħallsu u l-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ammont massimu għal kull entità skont il-paragrafu 2 li jista’ jiġi mitlub mill-ESMA.
Artikolu 35
Id-delega ta’ kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet kompetenti
1.Fejn ikun meħtieġ għat-twettiq xieraq ta’ kompitu superviżorju, l-ESMA tista’ tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru f’konformità mal-linji gwida maħruġa mill-ESMA skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 1095/2010. Tali kompiti superviżorji speċifiċi jistgħu, b’mod partikolari, jinkludu s-setgħa li jsiru talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 22 u li jitwettqu investigazzjonijiet u verifiki fuq il-post skont l-Artikolu 23 u l-Artikolu 24.
2.Qabel tiddelega kompitu, l-ESMA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar:
(a)l-ambitu tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat;
(b)l-iskeda ta’ żmien għat-twettiq tal-kompitu; u
(c)t-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-ESMA u lilha.
3.Skont ir-Regolament dwar it-tariffi adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34(3), l-ESMA għandha tirrimborża awtorità kompetenti għal spejjeż imġarrbin minħabba t-twettiq ta’ kompiti ddelegati.
4.L-ESMA għandha tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’intervalli xierqa. Delega tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin.
Artikolu 36
Il-protezzjoni tad-data
1.Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
2.Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-ESMA fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, din għandha tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Kapitolu VII
Atti delegati
Artikolu 37
Eżerċitar tad-delega
1.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 6(4), fl-Artikolu 7(7), fl-Artikolu 10(10), fl-Artikolu 15(6), fl-Artikolu 16(9), fl-Artikolu 31(10) u fl-Artikolu 34(3) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
3.Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(7), l-Artikolu 10(10), l-Artikolu 15(6), l-Artikolu 16(9), l-Artikolu 31(10) u l-Artikolu 34(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun fis-seħħ.
4.Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(7), l-Artikolu 10(10), l-Artikolu 15(6), l-Artikolu 16(9), l-Artikolu 31(10) u l-Artikolu 34(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
KAPITOLU VIII
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 38
Rapport
1.Qabel [uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-ESMA, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jkun akkumpanjat fejn meħtieġ bi proposta leġiżlattiva.
2.Ir-rapport għandu jivvaluta dan li ġej:
(a)it-tħaddim tas-suq għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv fl-Unjoni, inkluż l-iżvilupp u x-xejriet tas-suq, filwaqt li titqies l-esperjenza superviżorja miksuba mill-ESMA, l-għadd ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv awtorizzati mill-ESMA u s-sehem mis-suq tagħhom u b’mod partikolari analiżi ta’ jekk humiex meħtieġa xi aġġustamenti fid-definizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi koperti minn dan ir-Regolament jibqax xieraq;
(b)l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv, inkluż l-impatt fuq l-aċċess għal finanzjament mill-SMEs u fuq l-investituri u kategoriji oħra ta’ persuni affettwati minn dawk is-servizzi;
(c)l-implimentazzjoni tal-innovazzjoni teknoloġika fis-settur tal-finanzjament kollettiv, inkluż l-applikazzjoni tal-mudelli u t-teknoloġiji ta’ negozju innovattivi ġodda;
(d)jekk il-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 2(2)(d) għadux xieraq sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament;
(e)l-effetti li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jirregolaw il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għandhom fuq il-libertà li jipprovdu servizzi, kompetizzjoni u protezzjoni lill-investitur;
(f)l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u, b’mod partikolari, kwalunkwe ħtieġa biex ikomplu jiġu armonizzati s-sanzjonijiet amministrattivi stabbiliti għall-ksur ta’ dan ir-Regolament.
(g)Il-ħtieġa u l-proporzjonalità li l-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv jiġu soġġetti għal obbligi ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2015/849 fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u li dawn il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament jiġu miżjuda mal-lista ta’ entitajiet marbuta b’obbligu għall-finijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849.
Artikolu 39
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika minn [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data ta’ 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva:
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
1.4.Għan(ijiet)
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.6.Durata u impatt finanzjarju
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fornituri ta’ Servizzi ta’ Finanzjament Kollettiv Ewropej għan-Negozji
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Qasam ta’ politika: L-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
Attività: L-Unjoni tas-Swieq Kapitali
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
☒ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida
◻ Il-proposta/inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.Għan(ijiet)
1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva
Il-kontribuzzjoni għal suq intern aktar ġust u profond b’bażi industrijali msaħħa
1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi
1. Biex il-pjattaformi jkunu jistgħu jespandu;
2. Tisħiħ tal-integrità tal-pjattaformi;
3. Tisħiħ tat-trasparenza tal-pjattaformi għall-investituri
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
1. L-ECSPs ikunu kapaċi jwettqu l-attivitajiet ewlenin tagħhom fl-Istati Membri kollha u jwettqu l-intermedjazzjoni tal-proġetti fl-UE kollha.
2. Il-fiduċja tal-investituri tissaħħaħ, b’mod partikolari fl-aċċess tagħhom għall-pjattaformi u biex jinvestu fuq bażi transfruntiera.
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
Is-servizzi tal-Kummissjoni jimmonitorjaw l-effetti tal-għażla ta’ politika miżmuma abbażi tal-lista ta’ indikaturi mhux eżawrjenti li ġejja:
1. Impatti fuq il-pjattaformi:
a.
L-għadd ta’ pajjiżi fejn il-pjattaformi jinvolvu ruħhom
b.
Il-volumi annwali ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament kollettiv fil-pajjiżi tal-UE
c.
Il-bażi tal-investituri skont it-tip ta’ investituri
d.
L-għadd, il-volum u t-tip ta’ proġetti ffinanzjati b’mod transfruntiera
e.
Il-volum tal-flussi ta’ investiment transfruntiera
2.
Spejjeż diretti
a.
it-tariffi tal-liċenzjar
b.
Tariffi superviżorji u regolatorji
c.
Spejjeż tal-infurzar
3.
Spejjeż/benefiċċji indiretti
a.
Evoluzzjoni ta’ tariffi mħallsa għall-finanzjament ta’ proġett / għall-investiment
b.
L-evoluzzjoni tad-daqs medju tat-tranżazzjonijiet
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil
Din il-proposta għandha tindirizza l-isfidi li ġejjin:
1) Suq Uniku: il-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv huma dipendenti ħafna fuq l-effetti tan-netwerk. L-iskala mhux biss iżżid il-vijabbiltà tal-mudelli ta’ negozju, iżda tipprovdi wkoll benefiċċji akbar għall-utenti tal-pjattaformi – investituri u sidien ta’ proġetti. Bħalissa l-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv qed jiffaċċjaw diffikultajiet sostanzjali meta jippruvaw jespandu fi Stati Membri oħra tal-UE u għalhekk huma ristretti kważi għalkollox għall-fruntieri nazzjonali tagħhom. Din l-inizjattiva se tipprovdi lill-pjattaformi li jixtiequ joperaw fil-livell tal-UE l-possibbiltà li japplikaw għal liċenzja ta’ Fornitur ta’ Servizzi ta’ Finanzjament Kollettiv Ewropew (ECSP) permezz tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq li tippermettilhom jipprovdu servizzi fis-Suq Uniku kollu mingħajr intoppi.
2) Integrità u Sikurezza Settorjali: il-finanzjament kollettiv għad irid jistabbilixxi ruħu bħala settur affidabbli u matur u l-investituri huma partikolarment kawti dwar jekk jagħmlux investimenti fuq bażi transfruntiera. Dan huwa parzjalment dovut għal settijiet diverġenti ta’ regoli adottati minn Stati Membri differenti li joħolqu inċertezza fir-rigward tal-applikabbiltà ta’ salvagwardji, trattament ta’ diliġenza dovuta kif ukoll il-livell ta’ skrutinju. Din l-inizjattiva se tipprovdi tikketta Ewropea li tintgħaraf u li se tiżgura ambjent trasparenti u sikur għall-intermedjazzjoni ta’ fondi, filwaqt li tippermetti lill-investituri jiffukaw fuq il-vijabbiltà tal-proġetti li jkunu jixtiequ jappoġġaw.
1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. titjib tal-koordinazzjoni, ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.
L-azzjoni tal-UE tnaqqas ferm il-kumplessità, il-piżijiet finanzjarji u dawk amministrattivi għall-partijiet ikkonċernati ewlenin kollha, jiġifieri l-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv, is-sidien tal-proġetti u l-investituri filwaqt li fl-istess ħin jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost il-fornituri ta’ servizzi kollha li jagħmlu użu mill-istess tikketta tal-UE. Barra minn hekk, l-armonizzazzjoni tar-regoli prudenzjali, tal-kundizzjonijiet u tar-regoli operazzjonali dwar it-trasparenza għall-atturi rilevanti jirriżultaw f’benefiċċji ċari għall-protezzjoni tal-investituri u l-istabbiltà finanzjarja. Billi tarmonizza l-karatteristiċi essenzjali li jikkostitwixxu pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv, il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi qafas uniformi fir-rigward tad-definizzjoni ta’ tali attività ta’ finanzjament kollettiv, u b’hekk tistabbilixxi regoli komuni b’mod ċar f’oqsma speċifiċi.
Evidenza li għadha kemm saret magħrufa fil-konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u l-istudji esterni ssejjaħ għall-azzjoni f’dan il-punt ta’ żmien. L-għan tal-azzjoni fil-livell tal-UE huwa li tikkontribwixxi għall-iżvilupp effettiv u effiċjenti tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv fil-livell tal-UE, il-protezzjoni tal-investituri, l-istabbiltà u l-effettività tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha. Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni tikkontribwixxi għal komprensjoni aħjar ta’għaliex dawn l-għanijiet jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
L-objettivi ta’ din il-proposta huma konsistenti ma’ għadd ta’ politiki tal-UE u inizjattivi li għadhom għaddejjin, b’mod partikolari l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, l-inizjattiva FinTech u s-Suq Uniku Diġitali.
1.6.Durata u impatt finanzjarju
◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata
–◻
Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–◻
Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS
☒ Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–Segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
◻ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’
–◻
aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
☒ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
◻lill-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
☒ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209;
◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
F’konformità mal-arranġamenti diġà eżistenti, l-ASE jħejju rapporti regolari dwar l-attività tagħhom (inkluż ir-rapportar intern lill-Maniġment Superjuri, ir-rapportar lill-Bordijiet u l-produzzjoni tar-rapport annwali), u huma soġġetti għal awditi mill-Qorti tal-Awdituri u mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni dwar l-użu tar-riżorsi u l-prestazzjoni tagħhom. Il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-azzjonijiet inklużi fil-proposta se jkunu konformi mar-rekwiżiti diġà eżistenti, kif ukoll ma’ kwalunkwe rekwiżit ġdid li jirriżulta minn din il-proposta.
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat(i)
Minħabba d-daqs modest tas-suq, immirat għal appoġġ finanzjarju fi stadju bikri għal kumpaniji żgħar, għadu ma ġie identifikati l-ebda riskju ekonomiku sinifikanti, ta’ stabbiltà finanzjarja jew oħrajn. Ġie nnutat li proġetti intermedjati fuq pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv għandhom riskju għoli ħafna, madankollu dan huwa rifless fi twissijiet ta’ riskju lill-investituri u permezz ta’ salvagwardji oħra, u b’hekk hija żgurata l-familjarità tal-investituri mal-ambjent magħżul tagħhom li mhuwiex komparabbli ma’ spazju għall-prodotti ta’ tfaddil, iżda jipprovdi spazju għall-appoġġ għall-attivitajiet tal-intrapriżi. Il-pjattaformi nfushom ma jistgħux jipparteċipaw billi jinvestu jew jissottoskrivu dawn l-offerti u dak li jagħmlu huwa biss li jgħinu biex jiġu ffaċilitati t-tranżazzjonijiet bejn il-partijiet.
2.2.2.Metodu/i ta’ kontroll previst(i)
Is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, kif previsti fir-Regolamenti dwar l-ASE, diġà qegħdin jiġu implimentati. L-ASE jaħdmu mill-qrib mas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-istandards xierqa fl-oqsma kollha tal-qafas ta’ kontroll intern. Dawn l-arranġamenti se japplikaw ukoll fir-rigward tar-rwol tal-ASE skont il-proposta preżenti.
Barra minn hekk, kull sena finanzjarja, il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill, jagħti kwittanza lil kull ASE għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħhom.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.
Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) japplikaw għall-ASE mingħajr ebda restrizzjoni.
L-ASE għandhom strateġija ddedikata kontra l-frodi u pjan ta’ azzjoni li jirriżulta minnha. L-azzjonijiet imsaħħa tal-ASE fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi se jkunu konformi mar-regoli u l-gwida pprovduti mir-Regolament Finanzjarju (miżuri kontra l-frodi bħala parti minn ġestjoni finanzjarja tajba), mal-politiki ta’ prevenzjoni tal-frodi tal-OLAF, mad-dispożizzjonijiet ipprovduti mill-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (COM(2011)376) kif ukoll kif stabbilit mill-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE (Lulju 2012) u l-pjan direzzjonali relatat.
Barra minn hekk, ir-Regolamenti li jistabbilixxu l-ASE, kif ukoll ir-Regolamenti Finanzjarji tal-ASE jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tal-ASE u r-regoli finanzjarji applikabbli, inklużi dawk immirati biex jipprevjenu l-frodi u l-irregolaritajiet.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
[Intestatura………………………...…………]
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
1a
|
12 02 06 ESMA
|
Diff./Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.
|
Titolu tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
[Intestatura………………………...……………]
|
Diff./mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
[…]
|
[XX.YY.YY.YY]
[…]
|
[…]
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
Numru
|
[Intestatura……………...……………………………………………………………….]
|
|
DĠ: <…….>
|
|
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
Titolu 1: Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(1)
|
0.764
|
1,637
|
|
|
|
|
|
2,401
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
0.764
|
1,637
|
|
|
|
|
|
2. 401
|
|
Titolu 2:
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Titolu 3:
|
Impenji
|
(3a)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(3b)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
għall-ESMA
|
Impenji
|
=1+1a +3a
|
0.764
|
1. 637
|
|
|
|
|
|
2. 401
|
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3b
|
0.764
|
1. 637
|
|
|
|
|
|
2. 401
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
“Nefqa amministrattiva”
|
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
DĠ: <…….>
|
|
• Riżorsi Umani
|
0.401
|
0,995
|
|
|
|
|
|
1,396
|
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
0,091
|
0,236
|
|
|
|
|
|
0,327
|
|
TOTAL DĠ <…….>
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Impenji totali = Pagamenti totali)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
0.764
|
1. 637
|
|
|
|
|
|
2. 401
|
|
|
Pagamenti
|
0.764
|
1. 637
|
|
|
|
|
|
2. 401
|
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp]
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-għanijiet u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KOST TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani [tal-korp]
3.2.3.1.Sommarju
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
Uffiċjali (Gradi AD)
|
2
|
6
|
|
|
|
|
|
8
|
|
Uffiċjali (Gradi AST)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Persunal kuntrattwali
|
1
|
1
|
|
|
|
|
|
2
|
|
Persunal temporanju
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Esperti Nazzjonali Sekondati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Stima tal-impatt fuq il-persunal (FTE addizzjonali) – pjan ta’ stabbiliment
|
Grupp tal-funzjoni u grad
|
Sena N
|
Sena N+1
|
Sena N+2
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
AD16
|
|
|
|
|
|
AD15
|
|
|
|
|
|
AD14
|
|
|
|
|
|
AD13
|
|
|
|
|
|
AD12
|
|
|
|
|
|
AD11
|
|
|
|
|
|
AD10
|
|
|
|
|
|
AD9
|
|
|
|
|
|
AD8
|
|
|
|
|
|
AD7
|
|
|
|
|
|
AD6
|
|
|
|
|
|
AD5
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total ta’ AD
|
|
|
|
|
|
AST11
|
|
|
|
|
|
AST10
|
|
|
|
|
|
AST9
|
|
|
|
|
|
AST8
|
|
|
|
|
|
AST7
|
|
|
|
|
|
AST6
|
|
|
|
|
|
AST5
|
|
|
|
|
|
AST4
|
|
|
|
|
|
AST3
|
|
|
|
|
|
AST2
|
|
|
|
|
|
AST1
|
|
|
|
|
|
Total ta’ AST
|
|
|
|
|
|
AST/SC 6
|
|
|
|
|
|
AST/SC 5
|
|
|
|
|
|
AST/SC 4
|
|
|
|
|
|
AST/SC 3
|
|
|
|
|
|
AST/SC 2
|
|
|
|
|
|
AST/SC 1
|
|
|
|
|
|
Total ta’ AST/SC
|
|
|
|
|
|
TOTAL FINALI
|
|
|
|
|
Stima tal-impatt fuq il-persunal (FTE addizzjonali) – persunal estern
|
Aġenti kuntrattwali
|
Sena N
|
Sena N+1
|
Sena N+2
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
Grupp ta’ funzjonijiet IV
|
|
|
|
|
|
Grupp ta’ funzjonijiet III
|
|
|
|
|
|
Grupp ta’ funzjonijiet II
|
|
|
|
|
|
Grupp ta’ funzjonijiet I
|
|
|
|
|
|
Total
|
|
|
|
|
|
Esperti Nazzjonali Sekondati
|
Sena N
|
Sena N+1
|
Sena N+2
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
Total
|
|
|
|
|
Jekk jogħġbok indika d-data tar-reklutaġġ ippjanata u adatta l-ammont skont dan (jekk ir-reklutaġġ isir f’Lulju, jitqies biss 50 % tal-kost medju) u pprovdi iktar spjegazzjonijiet f’anness.
3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għad-DĠ prinċipali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tingħata f’ammonti sħaħ (jew l-iktar l-iktar aġġustati ’l fuq għal pożizzjoni deċimali waħda)
|
|
Sena
2020
|
Sena
N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, ENS, INT u JED fid-Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 ss
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02 (AC, ENS, INT – Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
|
|
|
|
|
|
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati minn persunal tad-DĠ li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġie skjerat mill-ġdid fid-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun hemm bżonn, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tat-tmexxija skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanji
|
|
|
Persunal estern
|
|
Id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ispiża għall-unitajiet FTE għandha titniżżel fit-Taqsima 3 tal-Anness V.
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali..
Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–☒
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻
fuq ir-riżorsi proprji
–◻
fuq id-dħul mixxellanju
miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
ANNESS tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għall-Proposta għal Regolament dwar il-Fornituri ta’ Servizzi ta’ Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-negozji
Metodoloġija applikata u s-suppożizzjonijiet sottostanti ewlenin
L-ispejjeż relatati mal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-Fornituri ta’ Servizzi ta’ Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) mill-ESMA ġew stmati skont tliet kategoriji ta’ spejjeż: l-ispejjeż tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż operazzjonali.
Skont l-istimi preliminari attwali li għamlet il-Kummissjoni, il-kompiti ta' awtorizzazzjoni u superviżorji tal-ECSP se jenħtieġu 4 membri ġodda tal-persunal fl-2019 u 9 membri ġodda tal-persunal għas-sena 2020. Dawn jiżdiedu mal-persunal li bħalissa qed jaħdem fl-ESMA u li hu kopert mill-baġit attwali għall-ESMA. L-ispejjeż jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE sabiex ma jitqiegħedx piż fuq industrija li għadha fil-bidu b’tariffi sproporzjonati. Il-kontribuzzjonijiet se jinġabru minn ECSP awtorizzat skont dan ir-reġim, madankollu, kif spjegat fit-test tal-proposta, se jiġi applikat livell massimu.
Il-ħtieġa ta’ numri ikbar ta’ persunal tirrifletti l-kompiti addizzjonali fdati mir-Regolament lill-ESMA u hija relatata mal-koordinazzjoni u s-superviżjoni tal-ECSPs:
·Tħejjija għal u mmaniġġjar tal-proċessi ta’ awtorizzazzjoni;
·Stabbiliment u żamma ta’ reġistru ċentrali;
·Żvilupp ta’ standards tekniċi previsti fir-Regolament;
·Rieżami tal-Iskedi bl-Informazzjoni Ewlenija dwar l-Investiment (KIIS)
·Tħejjija tal-bidu tal-koordinazzjoni u s-superviżjoni li għadha għaddejja tal-ECSPs
·Monitoraġġ u rappurtar annwali tal-KPIs
Dawn il-kompiti ġodda huma stabbiliti fir-Regolament propost u spjegati aktar fil-memorandum ta’ spjegazzjoni. Dawn jinkludu u mhumiex limitati għall-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ECSPs, għas-superviżjoni tal-ECSPs reġistrati, li jeħtieġu kuntatti perjodiċi mal-maniġment/ persunal tal-entitajiet taħt superviżjoni, it-tweġib ta’ mistoqsijiet, ta’ lmenti jew ta’ talbiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew mill-konsumaturi, il-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti tal-ESCP kif stabbilit fir-Regolament dwar l-ESCP, għat-talba ta’ informazzjoni mingħand l-ESCPs jew il-persuni involuti fl-immaniġġjar tal-entitajiet, għat-twettiq ta’ spezzjonijiet fuq il-post, għall-eżaminar tar-rekords u għas-smigħ tal-persuni dwar ksur allegat tar-Regolament, l-eżaminazzjoni tal-Iskeda bl-Informazzjoni Ewlenija dwar l-Investiment f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament kif ukoll it-traduzzjoni ta’ dokumenti meħtieġa. L-ESMA tista’ tissodisfa wkoll rwol biex tirtira awtorizzazzjoni tal-ECSP u tieħu miżuri superviżorji oħra kif elenkat fir-Regolament dwar l-ECSP.
It-taqsima segwenti tanalizza s-suppożizzjonijiet ġenerali għall-kalkolu tar-riżorsi addizzjonali, l-ispiża tal-għadd ta’ membri tal-persunal ġodda u tal-infrastruttura addizzjonali tal-IT.
Suppożizzjonijiet ġenerali magħmula meta jiġu kkalkulati riżorsi addizzjonali
Meta ġew ikkalkulati riżorsi addizzjonali, saru s-suppożizzjonijiet li ġejjin.
Ġie preżunt li r-Regolament għandu jibda japplika fil-bidu tal-2019 u s-sena se tintuża għal preparazzjonijiet mill-ESMA biex tabbozza l-RTS u pariri tekniċi kif ukoll biex tabbozza proċessi u proċeduri. Fl-2020, abbażi tan-numru ta’ pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv bħalissa fis-suq, id-daqs, l-attività, il-kundizzjonijiet ġenerali tas-suq u n-numru ta’ pjattaformi tagħhom li diġà bdew jippruvaw jespandu fuq livell transfruntiera, huwa stmat li madwar 25 entità se jkunu taħt superviżjoni mill-ESMA.
Karigi addizzjonali huma preżunti li jkunu jew persunal permanenti jew aġenti kuntrattwali. Il-kost totali annwali medju għall-persunal permanenti huwa preżunt li huwa EUR 173 000 u EUR 86 000 għall-aġenti kuntrattwali . Jekk l-ispejjeż tal-pensjonijiet u tar-reklutaġġ jiġu inklużi, filwaqt li l-ispejjeż amministrattivi u operazzjonali relatati mal-persunal jidħlu f’kategorija separata, it-tabella ta’ hawn taħt tiġbor fil-qosor il-kost medju annwali totali għal kull kategorija ta’ persunal.
Tabella 1 Kostijiet tal-Persunal
|
Kategorija ta’ Persunal
|
2019 Kost medju annwali totali tal-persunal (*)
|
2020 Kost medju annwali totali tal-persunal (*)
|
|
Uffiċjal
|
EUR 158 020
|
EUR 153 687
|
|
Aġent Kuntrattwali
|
EUR 85 640
|
EUR 72 640
|
(*)Jinkludi: spejjeż ta’ reklutaġġ, salarji u indennizzi, kontribuzzjonijiet tal-pensjoni, u spejjeż oħra (għat-taħriġ, mediċi, tal-iskola, tal-ġestjoni tal-persunal). L-ispejjeż amministrattivi (pereż. spejjeż ta’ missjonijiet) u operazzjonali (pereż. bażijiet tad-data, laqgħat, spejjeż legali) relatati mal-persunal mhumiex inklużi.
Kalkolu tan-numru ta’ membri addizzjonali
It-Tabella 2 turi r-riżorsi għall-persunal previsti li l-ESMA se tkun teħtieġ biex twettaq il-funzjonijiet kif stabbilit fir-Regolament.
Tabella 2 FTE totali kull sena
|
|
2019
|
2020
|
|
AD
|
2
|
6
|
|
AK
|
1
|
1
|
|
Total
|
3
|
7
|
Il-ħtiġijiet futuri wara l-2020 se jiġu kkalkulati u allokati fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur.
Infiq Ieħor
Infiq ieħor bħall-istabbiliment tar-reġistru, il-bażijiet ta’ data u oħrajn ġew inklużi f’Nefqa Operazzjonali fit-Tabella 3. Huwa preżunt li l-ispejjeż tal-IT huma EUR 250 000 għall-2019 u l-2020 u wara dan iż-żmien se jinżlu għal 50. L-ispejjeż tat-traduzzjoni huma wkoll inklużi fir-ringiela dwar l-ispejjeż operazzjonali u jikkonsistu minn EUR 350 000 fis-sena.
Ammonti totali tan-nefqa 2019-2020
Fid-dawl tas-suppożizzjonijiet msemmija hawn fuq, l-ammonti totali stmati għall-istabbiliment u l-kompiti superviżorji u ta’ awtorizzazzjoni li għandhom jitwettqu mill-ESMA għall-perjodu 2019-2020 huma ppreżentati fit-tabella hawn taħt.
Tabella 3 Total tal-infiq relatat mal-ESMA għall-ESMA f’ECSP fis-snin 2019-2020, f’EUR
|
|
2019
|
2020
|
|
Nefqa fuq il-persunal
|
EUR 401 680
|
EUR 994 760
|
|
Nefqa amministrattiva
|
EUR 90 720
|
EUR 236 040
|
|
Nefqa operazzjonali
|
EUR 271 600
|
EUR 656 200
|
|
Nefqa Totali
|
EUR 764 000
|
EUR 1 887 000
|
|
Tariffi miġbura mingħand entitajiet liċenzjati(*)
|
0
|
25 x EUR 10 000
|
|
Baġit totali mill-industrija
|
0
|
EUR 250 000
|
|
Impatt totali fuq il-baġit tal-UE
|
EUR 764 000
|
EUR 1 637 000
|