|
19.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 418/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ: M.9186 — The Carlyle Group/Marriott International/Penha Longa)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 418/06)
1.
Fit-8 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Carlyle Europe Realty Fund, S.C.Sp. (il-Lussemburgu), li tappartjeni għall-Carlyle Group, L.P. (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
Luxury Hotels International Management Company B.V. (in-Netherlands), li tappartjeni għall-Marriott International, Inc. (“Marriott”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
proprjetà ta’ Penha Longa (“Penha Longa”, il-Portugall), inkluż Penha Longa Resort. |
Carlyle u Marriott jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Penha Longa Resort.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma u ftehim li kien jeżisti għall-ġestjoni ta’ lukanda.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Carlyle: ġestjoni dinjija tal-assi alternattivi, li tiġġestixxi fondi li jinvestu mad-dnja kollha f’erba’ dixxiplini ta’ investiment: Ekwità Privata Korporattiva, Assi Reali, Kreditu Dinji u Soluzzjonijiet,
— Marriott: kumpanija prinċipali ta’ grupp ta’ kumpaniji ta’ ospitalità diversifikata li taġixxi bħala manager u franchisor ta’ lukandi u proprjetajiet tat-timeshare,
— Penha Longa: tinkludi Penha Longa Resort, lukanda bi spa u żewġ golf courses, ċerti faċilitajiet sportivi li jinsabu f’Penha Longa u mħaddma minn manager indipendenti, u l-ġestjoni tal-assoċjazzjoni tal-kondominju ta’ Penha Longa, li tinsab f’Sintra u Cascais, il-Portugall.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9186 — The Carlyle Group/Marriott International/Penha Longa
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).