|
26.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 388/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9132 — ICF Novedis/CDC Habitat/Swiss Life REIM/Foncière Vesta)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 388/11)
1.
Fit-18 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ICF Novedis SA (“ICF Novedis”, Franza), li tappartjeni għall-grupp SNCF (Franza), |
|
— |
CDC Habitat SAEM (“CDC Habitat”, Franza) li tappartjeni għall-grupp Caisse des Dépôts et Consignations (Franza), |
|
— |
Swiss Life REIM (Franza) SA (“Swiss Life REIM”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Swiss Life (l-Iżvizzera). |
ICF Novedis, CDC Habitat u Swiss Life REIM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Foncière Vesta, kumpanija proprjetarja ta’ portafoll ta’ proprjetà immobbli li sa issa kienet esklussivament ikkontrollata mill-grupp SNCF.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— ICF Novedis: sussidjarja tal-akkomodazzjoni tal-grupp SNCF, impriża attiva fis-settur tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija,
— CDC Habitat: is-sussidjarju tal-proprjetà immobbli ta’ interess ġenerali tal-Caisse des Dépôts et Consignations preżenti fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali u l-akkomodazzjoni intermedjarja,
— Swiss Life REIM: kumpanija ta’ ġestjoni ta’ portafoll, kollha kemm hi proprjetà u kkontrollata mill-grupp Swiss Life, attur fis-settur tal-assigurazzjoni u l-ġestjoni tal-assi.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9132 — ICF Novedis/CDC Habitat/Swiss Life REIM/Foncière Vesta
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).