|
17.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9125 — Klio/Bertelsmann/Holtzbrinck/Skoobe)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 375/06)
1.
Fid-9 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Skoobe GmbH (“Skoobe”, il-Ġermanja), |
|
— |
Klio GmbH (“Klio”, il-Ġermanja), |
|
— |
Georg von Holtzbrinck GmbH & Co. KG (“Holtzbrinck”, il-Ġermanja), |
|
— |
Verlagsgruppe Random House GmbH (“Random House”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Bertelsmann SE & Co. KGaA (“Bertelsmann”, il-Ġermanja), |
|
— |
Arvato CRM Solutions GmbH (“Arvato”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Bertelsmann ukoll. |
Klio, Holtzbrinck, Random House u Arvato jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Skoobe kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Skoobe toffri kiri temporanju ta’ kotba elettroniċi fuq il-pjattaforma online www.skoobe.de u permezz tal-apps proprji tagħha. |
|
— |
Klio hija attiva bħala bejjiegħ tal-kotba bl-imnut permezz tas-sussidjarja tagħha Thalia Bücher GmbH. |
|
— |
Holtzbrinck hija kumpanija tal-midja internazzjonali li tinsab fi Stuttgart u li hija attiva fil-kummerċ tal-pubblikazzjoni tal-kotba, l-edukazzjoni u x-xjenza, gazzetti u rivisti kif ukoll mezzi u servizzi elettroniċi. |
|
— |
Random House hija dar tal-pubblikazzjonijiet Ġermaniża ta’ Bertelsmann attiva fil-qasam tal-kotba tan-novelli u mhux tan-novelli, kotba għat-tfal u l-adolexxenti, kotba awdjo u kotba elettroniċi. Random House hija kkontrollata minn Bertelsmann, grupp internazzjonali tal-midja, tas-servizzi u l-edukazzjoni preżenti f’madwar 50 pajjiż b’attivitajiet fuq it-TV, ir-radju, il-pubblikazzjoni tal-kotba u l-gazzetti, mużika kif ukoll f’servizzi oħra marbutin mal-midja u l-komunikazzjoni. |
|
— |
Arvato hija kumpanija internazzjonali tas-servizzi ta’ Bertelsmann li toffri diversi servizzi tekniċi inter alia fil-qasam tal-loġistika, is-servizz lill-klijent u il-ġestjoni, il-finanzi u soluzzjonijiet bit-teknoloġija tal-informatika. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9125 — Klio/Bertelsmann/Holtzbrinck/Skoobe
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).