29.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9088 — Fricke Holding/Jungheinrich/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 391/04)

1.   

Fid-19 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Fricke Holding GmbH (“Fricke Holding”, il-Ġermanja),

Jungheinrich AG (“Jungheinrich”, il-Ġermanja),

impriża konġunta (joint venture, JV) li għadha kif inħolqot (il-Ġermanja).

Fricke Holding u Jungheinrich jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Fricke Holding: kummerċ f’makkinarju agrikolu, apparat għall-ġnien, vetturi kummerċjali u servizzi relatati; distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ spare parts għall-makkinarju agrikolu, għodda għall-ġnien, apparat tal-kostruzzjoni u vetturi utilitarji tqal;

—   Jungheinrich: loġistika interna, inkluż l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ trakkijiet industrijali ġodda, irrikondizzjonati u l-bejgħ ta’ trakkijiet industrijali użati, il-kiri ta’ trakkijiet industrijali ġodda u użati, u d-distribuzzjoni ta’ prodotti oħra loġistiċi u servizzi kif ukoll in-negozju tal-manutenzjoni, it-tiswija, u l-ispare parts,

—   il-joint venture: Distribuzzjoni (sħiħa) bl-ingrossa ta’ spare parts għat-trakkijiet industrijali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9088 — Fricke Holding/Jungheinrich/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

Europäische Kommission

Generaldirektion Wettbewerb

Registratur Fusionskontrolle

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU L 366, 11.1.2018, p. 5.