|
26.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 344/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9055 — Lone Star/L-Assi ta’ CaixaBank)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 344/05)
1.
Fis-17 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Lone Star, permezz tas-sussidjarja tagħha LSF tal-Pacific Holdings S.à r.l. (il-Lussemburgu); |
|
— |
Portafoll ta’ assi ta’ proprjetà immobbli (il-“Portafoll tal-Paċifiku”) ta’ BuildingCenter S.A. Unipersonal (Spanj), u ServiHabitat Servicios Inmobiliarios, S.L. (Spanja), li t-tnejn jappartjenu għal CaixaBank (flimkien, “l-Assi ta’ CaixaBank”). |
Lone Star takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tal-Assi ta’ CaixaBank.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Lone Star: ditta ta’ ekwità privata li tinvesti mad-dinja kollha fi proprjetà immobbli, ekwità, kreditu, u assi finanzjarji oħra;
— l-Assi ta’ CaixaBank: fornituri ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-proprjetà immobbli għall-Portafoll tal-Paċifiku kif ukoll proprjetajiet immobbli oħra, proprjetà ta’ CaixaBank jew ta’ partijiet oħra.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9055 — Lone Star/L-assi ta’ CaixaBank
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).