3.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 272/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9030 — IFM/FCC/Aqualia)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 272/06)

1.   

Fis-27 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

IFM Investors Pty Ltd (“IFM”, l-Awstralja),

Fomento de Construcciones y Contratas S.A. (“FCC”, Spanja),

FCC Aqualia, S.A. (“Aqualia”, Spanja).

IFM u FCC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Aqualia. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   IFM: IFM hija manager ta’ investimenti dinjija.

—   FCC: FCC hija kumpannija b’portafoll diversifikat ta’ attivitajiet; In-negozji prinċipali tagħha jinkludu s-servizzi ambjentali u l-ġestjoni tal-ilma, il-bini ta’ infrastrutturi kbar, il-produzzjoni tas-siment, u l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli.

—   Aqualia: Aqualia hija sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ FCC li l-attivitajiet prinċipali tagħha jinkludu l-forniment ta’ servizzi għat-trattament ta’ skart solidu u skart likwidu u l-ilma tax-xorb, l-eżekuzzjoni u l-preservazzjoni ta’ xogħlijiet ċivili relatati mal-ilma, u l-ġestjoni taċ-ċiklu kollu tal-ilma.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9030 — IFM/FCC/Aqualia

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.