20.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/18


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9018 — Cerberus Group/WFS Global Holding)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 255/07)

1.   

Fit-13 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Promontoria Holding 264 B.V. (“Promontoria”, in-Netherlands), li tappartjeni lil Cerberus Group (l-Istati Uniti tal-Amerka),

WFS Global Holding S.A.S. (“WFS”, Franza).

Cerberus takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ WFS.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Promontoria: kumpanija li hija kkontrollata minn Cerberus Group, ditta ta’ investiment privat involuta fil-proprjetà immobbli u l-proprjetà personali ta’ kull tip.

—   għal WFS: il-provvediment ta’ servizzi inċidentali fuq l-art għat-trasport bl-ajru (servizzi fuq l-art għar-rampa, għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija) u servizzi oħra relatati mal-merkanzija (jiġifieri, servizzi offlajn u l-ispedizzjoni tal-merkanzija bit-trakkijiet). WFS tipprovdi servizzi fl-Amerka ta’ Fuq, fil-Karajbiċi, fl-Ewropa, fl-Asja u fl-Afrika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9018 — Cerberus Group/WFS Global Holding

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 122964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.