|
1.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9007 — Porsche/Schuler/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 270/05)
1.
Fil-25 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (“Porsche”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Volkswagen, |
|
— |
Schuler AG (“Schuler”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Andritz, |
|
— |
impriża konġunta (joint venture, JV) li għadha kif inħolqot (“il-JV”, il-Ġermanja). |
Porsche u Schuler jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Porsche: manifattur Ġermaniż tal-karozzi li jtappartjeni għall-grupp Volkswagen. Din tal-aħħar hija attiva mad-dinja kollha fil-manifattura u l-provvista ta’ vetturi bil-mutur u l-komponenti tagħhom, kif ukoll fis-servizzi tal-finanzjament u l-assigurazzjoni relatati;
— Schuler: attiva fit-teknoloġija tal-formazzjoni u toffri preses, soluzzjonijiet tal-awtomatizzazzjoni, għodod, għarfien u servizzi madwar id-dinja kollha lill-in dustrija tal-metall u tal-karozzi;
— il-JV: se tibni u tħaddem impjant tal-pressa tal-metall fil-Ġermanja.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9007 — Porsche/Schuler/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).