|
7.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/18 |
Notifka minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8966 — PGA Motors/Fiber/Bernard Participations)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 277/06)
1.
Fil-31 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
PGA Motors SAS (PGA Motors, Franza), li tappartjeni għall-grupp Emil Frey, |
|
— |
Fiber SC (Fiber, Franza), |
|
— |
Bernard Participations (Franza). |
PGA Motors takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Bernard Participations.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— PGA Motors: distribuzzjoni bl-imnut ta’ vetturi bil-mutur u l-ispare parts, u servizzi assoċjati ta’ tiswija u manutenzjoni;
— Fiber: azzjonisti fil-familja li jikkontrollaw l-interessi f’Bernard Participations;
— Bernard Participations: distribuzzjoni bl-imnut ta’ vetturi bil-mutur u l-ispare parts, u servizzi assoċjati ta’ tiswija u manutenzjoni.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8966 — PGA Motors/Fiber/Bernard Participations
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).