29.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8958 — DV4/ABP/OMERS/Real Estate JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 303/06)

1.   

Fl-20 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Oxford DOOR Investor (UK) LLP (“Oxford”, ir-Renju Unit);

DV4 Limited (“DV4”, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi);

Stichting Depositary APG Strategic Real Estate Pool (“APG”, in-Netherlands).

Oxford, DV4 u APG jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) li għadha kif inħolqot biex jippossjedu, jiżviluppaw u jamministraw proprjetà immobbli residenzjali li joffru għall-kiri fis-sit ta’ Middlewood Locks f’Manchester (ir-Renju Unit).

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Oxford: parti mill-OMERS Administration Corporation (“OMERS”) Group usa’. OMERS huwa l-amministratur ta’ Ontario Municipal Employees Retirement System Primarja Pension Plan u fiduċjarju tal-fondi tal-pensjoni. OMERS jamministra portafoll dinji u ddiversifikat ta’ stokks u bonds kif ukoll proprjetajiet immobbli, ekwità privata u investimenti fl-infrastruttura;

—   DV4: fond ta’ investiment fi proprjetà immobbli.

—   APG: depożitarju għal fond ta’ investiment li s-sid benefiċjarju aħħari tiegħu hija Stichting Pensioenfonds ABP, organizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-pensjonijiet li tispeċjalizza fil-qasam tal-pensjonijiet kollettivi fis-settur pubbliku.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8958 — DV4/ABP/OMERS/JV tal-proprjetà immobbli

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.