|
25.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 144/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8886 — Avenue Capital/Pemberton/Permira/Delsey)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 144/07)
|
1. |
Fis-17 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Avenue Capital, Pemberton u Permira jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Delsey. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — l-impriża Avenue Capital: ditta ta’ investiment li hija ffukata fuq l-investiment fid-distressed debt u fuq investimenti ta’ sitwazzjonijiet speċjali oħra, — l-impriża Pemberton: ditta ta’ ġestjoni ta’ assi ffukata fuq dejn privat u self dirett, — l-impriża Permira: negozju ta’ ekwità privata involut fil-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-investiment lil numru ta’ fondi tal-investiment. Permira tikkontrolla għadd ta’ kumpani ta’ portafoll li huma attivi f’varjetà ta’ setturi f’firxa ta’ ġurisdizzjonijiet. Dawn jinkludu b’mod partikolari l-impriżi Allegro u Schustermann & Borenstein, li t-tnejn li huma jħaddmu siti ta’ bejgħ bl-imnut online. Barra minn hekk, Permira qed twettaq attività ta’ ġestjoni tad-dejn, billi tipprovdi soluzzjonijiet ta’ kreditu lin-negozji, lil negozji terzi persuni, — l-impriża Delsey: attiva fil-forniment ta’ bagalji u aċċessorji relatati tal-ivvjaġġar li huma tad-ditta. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata: M.8886 — Avenue Capital/Pemberton/Permira/Delsey Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.