9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8824 — Mitsui Rail Capital Europe/Siemens Nederland/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 122/06)

1.

Fit-3 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mitsui Rail Capital Europe GmbH (“MRCE”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Mitsui (il-Ġappun),

Siemens Nederland NV (“Siemens”, in-Netherlands), li tappartjeni għall-grupp Siemens (il-Ġermanja).

MRCE u Siemens jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ workshop ta’ manutenzjoni għal lokomottivi fiż-żona tal-port ta’ Rotterdam.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal MRCE: il-kiri operattiv ta’ vetturi ferrovjarji, l-akkwisti u l-finanzjament ta’ lokomottivi,

—   għal Siemens: attiva prinċipalment fid-diviżjonijiet Elettriku u Gass, Servizzi tal-Ġenerazzjoni tal-Elettriku, Ġestjoni tal-Enerġija, Teknoloġiji tal-Kostruzzjoni, Mobbiltà, Fabbrika Diġitali, Industriji tal-Ipproċessar u Drives, Siemens Healthineers u Siemens Gamesa Renewable Energy.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8824 — Mitsui Rail Capital Europe/Siemens Nederland/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.