1.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8806 — Richemont/Yoox Net-a-Porter Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 77/05)

1.

Fit-23 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Compagnie financière Richemont SA (“Richemont”, l-Iżvizzera),

RLG Italia Holding SpA (“Bidco”, l-Italja), ikkontrollata minn Richemont, u

YOOX Net-a-Porter Group SpA (“YNAP”, l-Italja).

Richemont (permezz ta’ Bidco) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll YNAP kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-22 ta’ Jannar 2018.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Richemont hija kumpanija azzjonarja bbażata fl-Iżvizzera għal firxa ta’ oġġetti ta’ lussu għall-konsumaturi u negozji. Permezz tad-diversi Maisons, Richemont hija attiva fid-disinn, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ oġġetti ta’ lussu.

YNAP hija bejjiegħ bl-imnut online ta’ oġġetti ta’ lussu tal-konsum, ikkwotata fil-Mercato Telematico Azionario ġestit mill-Borsa Italiana SpA, il-Borża ta’ Milan.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8806 — Richemont/Yoox Net-a-Porter Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.