21.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/27


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8785 — The Walt Disney Company/Twenty-First Century Fox)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 338/14)

1.   

Fl-14 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

The Walt Disney Company (“TWDC”, l-Istati Uniti),

Twenty-First Century Fox, Inc. (“Fox”, l-Istati Uniti).

TWDC takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ partijiet minn Fox.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

TWDC hija attiva primarjament fid-distribuzzjoni teatrali tal-films, il-provvista/l-għoti ta’ liċenzji ta’ kontenut awdjoviżiv, it-tħaddim u l-provvista bl-ingrossa ta’ stazzjonijiet televiżivi, prodotti għall-konsumatur, kotba u rivisti, il-provvista ta’ spettakli u l-għoti ta’ liċenzji mużikali. Hija wkoll is-sid u topera l-park ta’ divertiment, Disneyland Paris, tipprovdi kruċieri permezz ta’ Disney Cruise Line, u toffri pakketti tal-ivvjaġġar,

Fox hija attiva primarjament fid-distribuzzjoni teatrali tal-films, il-provvista/l-għoti ta’ liċenzji ta’ kontenut awdjoviżiv, it-tħaddim u l-provvista bl-ingrossa ta’ stazzjonijiet televiżivi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati jressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata kull darba:

M.8785 — The Walt Disney Company/Twenty-First Century Fox

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).